EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0314

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għall-emendi għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)

/* COM/2014/0314 final - 2014/0162 (NLE) */

52014PC0314

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għall-emendi għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) /* COM/2014/0314 final - 2014/0162 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien ambjentali.

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[1] tas-27 ta’ Novembru 1997, l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-“NU/KEE”) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”), u f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (“Ftehim Parallel”)[2], l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim Parallel.

Il-laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma 29 tan-NU/KEE, jiġifieri l-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti dwar il-Vetturi, isiru tliet darbiet fis-sena, f’Marzu, f’Ġunju u f’Novembru ta’ kull sena kalendarja. F’kull sessjoni tal-laqgħat, jiġu adottati emendi ġodda għar-Regolamenti tan-NU eżistenti jew għar-Regolamenti Tekniċi Globali eżistenti, sabiex jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma 29, dawn l-emendi jiġu adottati minn xi wieħed mis-sitt gruppi ta’ ħidma li huma attivi fil-Grupp ta’ Ħidma 29.

Wara, waqt il-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma 29, jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, dejjem jekk jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti taż-żewġ Ftehimiet (dak tal-1958 u dak tal-1998) fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma 29, u tivvota fil-laqgħat tiegħu f’isem l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill, imsejħa l-“mega-Deċiżjoni”, li tħaddan fiha l-lista tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, titħejja kull darba u tawtorizza lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Istati Membri tagħha f’kull laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma 29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar l-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki mressqin għall-vot fil-laqgħa tal-Grupp ta’ Ħidma 29 ta’ Ġunju 2014, li se ssir bejn l-24 u s-27 ta’ Ġunju 2014.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur ġie kkonsultat u tqiesu l-kummenti li għamlu l-esperti tal-Istati Membri.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni dwar l-emendi għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

· Il-bażi legali

L-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu, jifforma l-bażi legali għal din il-proposta.

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

L-Unjoni biss tista’ tivvota favur strumenti internazzjonali bħall-proposti għal emendi tar-Regolamenti tan-NU u l-abbozzi tar-Regolamenti Tekniċi Globali u tinkorporahom fis-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur. Minbarra li b’hekk tiġi evitata l-frammentazzjoni tas-Suq Intern, dan jiżgura wkoll li jkun hemm standards ugwali tas-saħħa u s-sikurezza fl-Unjoni kollha. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji tal-iskala: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq kollu tal-Unjoni u anki għas-suq internazzjonali, minflok ma jiġu mmanifatturati speċifikament għal kull Stat Membru individwali biex jingħataw l-approvazzjonijiet tat-tip nazzjonali.

Għaldaqstant, din il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità minħabba li ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jintlaħqu l-għanijiet li jiġi żgurat il-funzjonament tajjeb tas-Suq Intern, filwaqt li fl-istess ħin tipprevedi livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien għall-pubbliku.

· L-għażla tal-istrumenti

L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa meħtieġ skont l-Artikolu 218(9) tat-TFUE sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet li għandhom jiġu adottati f’isem l-Unjoni f’korp stabbilit permezz ta’ ftehim internazzjonali.

2014/0162 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-proposti għall-emendi għar-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, għar-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u għar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikulari l-Artikolu 114 tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[3], l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (in-NU/KEE) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”).

(2)       F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE[4], l-Unjoni ssieħbet fil-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (il-“Ftehim Parallel”).

(3)       Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[5] issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni u stabbilixxiet qafas armonizzat li fih id-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati l-ġodda kollha. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tan-NU fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew inkella bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn mindu ġiet adottata dik id-Direttiva, ir-Regolamenti tan-NU qegħdin jieħdu post il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dejjem aktar fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(4)       Fil-kuntest tal-esperjenza miksuba u tal-iżviluppi tekniċi li saru, iridu jiġu adattati r-rekwiżiti marbutin ma’ ċerti elementi jew ċerti karatteristiċi li huma koperti mir-Regolamenti Nri 13, 13H, 14, 29, 44, 49, 51, 54, 75, 83, 90, 101, 106, 121 u 127 tan-NU, mir-Regolament tan-NU dwar it-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”), u mir-Riżoluzzjoni Kkonsolidata tan-NU dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3).

(5)       Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-adozzjoni ta’ dawk l-atti tan-NU,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu uniku

Il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel bejn l-24 u s-27 ta’ Ġunju 2014 għandha tkun li tivvota favur l-atti tan-NU mniżżlin fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[2]               ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12.

[3]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta’ Novembru 1997 bil-għan tal-adeżjoni tal-Komunità Ewropea mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa li jikkonċerna l-adozzjoni tal-preskrizzjonijet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet liema jistgħu jkunu ffittjati u/jew ikunu użati ma’ vetturi bir-roti u l-kondizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet (Ftehim Rivedut tal-1958) (ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78).

[4]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta’ Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f’vetturi bir-roti (Ftehim Parallel) (ĠU L 35, 10.2.2000, p. 12).

[5]               Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1).

ANNESS

Proposta għas-Suppliment 12 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament Nru 13 (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) || ECE/TRANS/WP.29/2014/45

Proposta għas-Suppliment 16 tar-Regolament Nru 13-H (Il-brejkijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2014/46

Proposta għas-Suppliment 6 għas-serje 07 ta’ emendi tar-Regolament Nru 14 (L-ankraġġi taċ-ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2014/34

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 03 ta’ emendi tar-Regolament Nru 29 (Il-kabini tal-vetturi kummerċjali) || ECE/TRANS/WP.29/2014/35

Proposta għas-Suppliment 8 tas-serje 04 ta’ emendi tar-Regolament Nru 44 (Is-sistemi ta’ trażżin għat-tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2014/36

Proposta għas-Suppliment 7 tas-serje 05 u għas-Suppliment 3 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 49 (L-emissjonijiet tal-magni ta’ tqabbid bil-kompressjoni u tal-magni ta’ tqabbid bl-ispark plaggs (LPG u CNG)) || ECE/TRANS/WP.29/2014/39

Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) || ECE/TRANS/WP.29/2014/44

Proposta għall-emendi tar-Regolament Nru 51 (Il-ħoss tal-vetturi tal-kategoriji M u N) || ECE/TRANS/WP.29/2011/64

Proposta għas-Suppliment 19 tar-Regolament Nru 54 (It-tajers għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2014/47

Proposta għar-Rettifika 2 tar-Reviżjoni 3 tar-Regolament Nru 54 (It-tajers għall-vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2014/51

Proposta għas-Suppliment 14 tar-Regolament Nru 75 (It-tajers għall-muturi/il-mopeds) || ECE/TRANS/WP.29/2014/48

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 06 ta’ emendi tar-Regolament Nru 83 (L-emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2014/40

Proposta għas-serje 07 ta’ emendi tar-Regolament Nru 83 (L-emissjonijiet tal-vetturi tal-kategoriji M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2014/41 WP.29-163-05

Proposta għas-Suppliment 2 tas-serje 02 ta’ emendi tar-Regolament Nru 90 (Il-firrodi tal-brejkijiet ta’ sostituzzjoni) || ECE/TRANS/WP.29/2014/49

Proposta għas-Suppliment 4 tas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 101 (L-emissjonijiet tas-CO2/il-konsum tal-fjuwil) || ECE/TRANS/WP.29/2014/42

Proposta għas-Suppliment 11 tar-Regolament Nru 106 (It-tajers għall-vetturi agrikoli) || ECE/TRANS/WP.29/2014/50

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 121 (L-identifikazzjoni tal-kontrolli, tal-indikaturi operatorji u tal-indikaturi) || ECE/TRANS/WP.29/2012/30 ECE/TRANS/WP.29/2012/30/Corr.1

Proposta għas-Suppliment 1 tar-Regolament Nru 127 (Is-sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq) || ECE/TRANS/WP.29/2014/37

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tar-Regolament Nru 127 (Is-sikurezza tal-persuni li jkunu mexjin fit-triq) || ECE/TRANS/WP.29/2014/38

Proposta għas-serje 01 ta’ emendi tal-abbozz ta’ Regolament dwar id-dispożizzjonijiet uniformi għall-approvazzjoni tat-tagħmir ta’ kontroll tal-emissjonijiet immuntat wara (REC) fil-vetturi ta’ strapazz (“heavy-duty”) || ECE/TRANS/WP.29/2014/43

Proposta għall-emendi tar-Riżoluzzjoni Kkonsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3) || ECE/TRANS/WP.29/2014/52

Top