Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0304

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni)

/* COM/2014/0304 final - 2014/0159 (COD) */

52014PC0304

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni) /* COM/2014/0304 final - 2014/0159 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           Fl-isfond ta’ Ewropa tal-poplu, il-Kummissjoni tagħti importanza kbira lis‑simplifikazzjoni u liċ-ċarezza tal-liġi tal-Unjoni sabiex tkun iktar ċara u iktar aċċessibbli għaċ-ċittadini biex b’hekk toffrilhom opportunitajiet ġodda u ċ-ċans li jagħmlu użu mid-drittijiet speċifiċi li tagħtihom.

Ma jistax jintlaħaq dan il-għan sakemm il-bosta dispożizzjonijiet li ġew emendati ħafna drabi, spiss b’mod sostanzjali, jibqgħu mferrxin bejn l-att oriġinali u atti sussegwenti li jemendaw l-att oriġinali. Hemm bżonn għalhekk ta’ xogħol ta’ riċerka konsiderevoli li jqabbel ħafna atti differenti ma’ xulxin sabiex jiġu identifikati r‑regoli attwalment fis-seħħ.

Għalhekk huwa essenzjali li ssir kodifikazzjoni ta’ regoli li ġew emendati ta’ sikwit sabiex il-liġi tkun ċara u trasparenti.

2.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, filwaqt li enfasizzat li din hija kundizzjoni minima u li d-dipartimenti għandhom jippruvaw jikkodifikaw it‑testi li huma responsabbli għalihom anke f’intervalli iqsar biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

3.           Dan ġie kkonfermat mill-Konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew ta’ Edinburgu (Diċembru 1992)[2], filwaqt li saħqu fuq l-importanza tal‑kodifikazzjoni għaliex tagħti ċertezza f’dak li jirrigwarda l-liġi applikabbli għal suġġett partikolari f’mument partikolari.

Il-kodifikazzjoni għandha ssir f’konformità sħiħa mal-proċedura normali għall‑adozzjoni ta’ atti tal-Unjoni.

Billi l-ebda bidla sostanzjali ma tista’ ssir fl-atti li jiġu kkodifikati, il‑Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni qablu, permezz ta’ ftehim interistituzzjonali tal-20 ta’ Diċembru 1994, li jista’ jintuża metodu ta' ħidma aċċelerat għall-adozzjoni rapida ta’ atti ta’ kodifikazzjoni.

4.           L-għan ta’ din il-proposta huwa li ssir il-kodifikazzjoni tar‑Regolament tal‑Kunsill (KEE) Nru 1692/73 tal-25 ta' Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja[3]. Ir‑Regolament il‑ġdid jissostitwixxi d-diversi atti inkorporati fih[4]; din il‑proposta żżomm il-kontenut kollu tal-atti li qed jiġu kkodifikati u għalhekk kulma tagħmel huwa li tgħaqqadhom flimkien filwaqt li tagħmel biss l-emendi formali meħtieġa mill‑eżerċizzju ta’ kodifikazzjoni nnifsu.

5.           Il-proposta ta’ kodifikazzjoni tħejjiet fuq il-bażi ta’ konsolidazzjoni preliminari, fit-22 lingwa uffiċjali tar-Regolament (KEE) Nru 1692/73 u tal-atti li jemendawh, magħmula mill-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, permezz ta’ sistema ta’ pproċessar ta’ dejta. Fejn l-Artikoli ġew innumerati mill-ġdid, il-korrelazzjoni bejn in-numri qodma u ġodda tidher fit-tabella li tinsab fl-Anness II tar-Regolament ikkodifikat.

ê 1692/73 (adattat)

2014/0159 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-miżuri ta’ salvagwardja previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (Kodifikazzjoni)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL- Ö UNJONI EWROPEA Õ ,

Wara li kkunsidraw it-Trattat Ö dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea Õ , u b’mod partikolari l-Artikolu Ö 207(2) Õ , tiegħu,

Wara li kunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[5],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

ê

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1692/73[6], ġie emendat kemm-il darba[7] b’mod sostanzjali. Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat.

ê 1692/73 Premessa 1 (adattat)

(2)       Fl-14 ta’ Mejju 1973 ġie iffirmat fi Brussell ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja Ö ('il-Ftehim) Õ .

ê 1692/73 Premessa 3 (adattat)

(3)       Ö Huwa meħtieġ li jkun hemm Õ regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tal-klawsoli ta’ salvagwardja u tal-miżuri kawtelatorji previsti fl-Artikoli 22 sa 27 tal-Ftehim.

ê 37/2014 Art. 1 u Anness .3 (adattat)

(4)       Biex jiġu implimentati l-klawżoli ta' salvagwardja bilaterali tal-Ftehim jeħtieġ li jkun hemm kundizzjonijiet uniformi għall-adozzjoni ta' miżuri ta' salvagwardja. Dawk il-miżuri għandhom jiġu adottati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8].

(5)       Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li għandhom japplikaw minnufih, f'każijiet debitament ġustifikati marbuta mas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, jekk ikun meħtieġ minħabba raġunijiet imperattivi ta' urġenza,

ê 1692/73

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

ê 37/2014 Art. 1 u Anness .3(1)

Artikolu 1

Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li tirreferi lill-Kumitat Konġunt stabbilit bil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja minn hawn 'il quddiem imsejjaħ 'il-Ftehim' bl-iskop li jittieħdu l-miżuri previsti fl-Artikoli 22, 24, 24a u 26 tal-Ftehim. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta dawk il-miżuri f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri jekk tiddeċiedi li tirreferi kwistjoni lill-Kumitat Konġunt.

ê 1692/73 (adattat)

è1 37/2014 Art. 1 u Anness .3(2)

Artikolu 2

1. Fil-każ ta’ xi prattika li tista’ tiġġustifika l-applikazzjoni mill-Ö Unjoni Õ tal-miżuri previsti fl-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ fuq l-inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ xi Stat Membru, għandha tiddeċiedi jekk dik il-prattika hix kompatibbli mal-Ftehim. è1 Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tadotta miżuri ta' salvagwardja f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament. ç

2. Fil-każ ta’ prattika li tista' twassal biex jiġu applikati fil-konfront tal- Ö Unjoni Õ l-miżuri ta’ salvagwardja fuq il-bażi tal-Artikolu 23 tal-Ftehim, il-Kummissjoni, wara li teżamina l-każ, għandha tiddeċiedi jekk il-prattika hix kompatibbli mal-prinċipji stabbiliti fil-Ftehim. Meta meħtieġ, għandha tifformola rakkomandazzjonijiet xierqa.

Artikolu 3

Fil-każ ta’ prattika li tista’ tiġġustifika li Ö l-Unjoni Õ tapplika l-miżuri previsti fl-Artikolu 25 tal-Ftehim, għandhom japplikaw il-proċeduri stabbiliti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009[9] u mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009[10].

ê 37/2014 Art. 1 u Anness .3(3)

Artikolu 4

1. Fejn minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali ikun meħtieġ li tittieħed azzjoni immedjata fis-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikoli 24, 24a u 26 tal-Ftehim jew fil-każ ta' għajnuniet għall-esportazzjoni li jkollhom effett dirett u immedjat fuq il-kummerċ, il-miżuri previsti fl-Artikolu 27(3)(e) tal-Ftehim jistgħu jiġu adottati mill-Kummissjoni f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 6(2) ta' dan ir-Regolament, jew f'każijiet ta' urġenza, f'konformità mal-Artikolu 6(3) ta' dan ir-Regolament.

2. Fejn il-Kummissjoni tintalab tieħu azzjoni minn Stat Membru, hija għandha tieħu deċiżjoni dwar dik it-talba fi żmien massimu ta' ħamest ijiem ta' xogħol wara li tkun irċevietha.

ê 1692/73 (adattat)

Artikolu 5

Il-Kummissjoni hija responsabbli għan-notifikatal-Kumitat Konġunt mill-Ö Unjoni Õ kif meħtieġa mill-Artikolu 27(2) tal-Ftehim.

ê 37/2014 Art.1 u Anness .3(5)

Artikolu 6

1. Il-Kummissjoni għandha tkun assistita mill-Kumitat dwar is-Salvagwardji stabbilit mill-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009[11]. Dak il-Kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

3. Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu għandu japplika l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, flimkien mal-Artikolu 5 tiegħu.

Artikolu 7

Il-Kummissjoni għandha tinkludi tagħrif dwar l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rapport annwali tagħha dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri ta' difiża kummerċjali ppreżentat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill skont l-Artikolu 22a tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

ê

Artikolu 8

Ir-Regolament (KEE) Nru 1692/73 huwa mħassar.

Ir-referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jitqiesu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni mogħtija fl-Anness II.

Artikolu 9

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

ê 1692/73

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                            Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

[1]               COM(87) 868 PV.

[2]               Ara l-Anness 3 tal-Parti A tal-Konklużjonijiet.

[3]               Imdaħħla fil-programm leġiżlattiv għall-2014.

[4]               Ara l-Anness I ta' din il-proposta.

[5]               ĠU [...], […], p. […].

[6]               Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1692/73 tal-25 ta' Ġunju 1973 dwar il-miżuri ta’ salvagward previsti fil-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103).

[7]               Ara l-Anness I.

[8]               Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni, (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

[9]               Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 tal-11 ta’ Ġunju 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal- Komunità Ewropea (ĠU L 188, 18.7.2009, p. 93).

[10]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l‑importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51).

[11]             Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 260/2009 tas-26 ta' Frar 2009 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet (ĠU L 84, 31.3.2009, p. 1).

ê

ANNESS I

Ir-Regolament imħassar flimkien ma' lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1692/73 (ĠU L 171, 27.6.1973, p. 103) || ||

|| Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 641/90 (ĠU L 74, 20.3.1990, p. 5) || ||

|| Ir-Regolament (EU) Nru 37/2014 tal‑Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 18, 21.1.2014, p. 1) || Biss il-punt 3 tal-Anness

_____________

ANNESS II

Tabella ta' Korrelazzjoni

Regulation (KEE) Nru 1692/73 || Dan ir-Regolament

Artikoli 1 sa 4 || Artikoli 1 sa 4

Artikolu 6 || Artikolu 5

Artikolu 7 || Artikolu 6

Artikolu 8 || Artikolu 7

- || Artikolu 8

- || Artikolu 9

- || Anness I

- || Anness II

_____________

Top