This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0261
Proposal for a COUNCIL REGULATION amending Regulation (EU) No 1388/2013 opening and providing for the management of autonomous tariff quotas of the Union for certain agricultural and industrial products
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali
/* COM/2014/0261 final - 2014/0137 (NLE) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali /* COM/2014/0261 final - 2014/0137 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni huma
meħtieġa għal prodotti li l-produzzjoni tagħhom fl-Unjoni
ma tlaħħaqx mal-ħtiġijiet tal-industriji li jagħmlu
użu minnhom fl-Unjoni għall-perjodu tal-kwota attwali. Bi
tweġiba għat-talbiet minn diversi Stati Membri, il-Kummissjoni
flimkien mal-esperti tal-gvernijiet ikkonċernati, ikkunsidrat jekk
għandhomx jinfetħu kwoti tariffarji awtonomi għal ċerti
prodotti agrikoli u industrijali. Fis-17 ta’ Diċembru 2013
il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u
jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni
għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali sabiex id-domanda
tal-Unjoni għall-prodotti kkonċernati tkun tista’ tintlaħaq b'kundizzjonijiet
mill-aktar favorevoli. Il-kwoti tariffarji tal-Unjoni għandhom
jinfetħu b'rata żero jew b’rati mnaqqsa għal volumi xierqa,
mingħajr ma jfixklu s-swieq għal prodotti bħal dawn.
Id-diskussjonijiet li saru fil-laqgħat tal-Grupp Ekonomiku dwar il-Kwistjonijiet
Tariffarji, urew li l-Istati Membri kienu diġà lesti li jiftħu kwoti
għall-prodotti elenkati fl-Anness I ta' din il-proposta għal
Regolament, mingħajr ma jfixklu s-swieq ta’ prodotti bħal dawn. Barra minn hekk, sar meħtieġ li
jkunu addattati l-kwoti elenkati fl-Anness II ta' din il-proposta: għall-ordnijiet bin-nru 09.2631 u
09.2806, kellha tinbidel id-deskrizzjoni, għall-ordnijiet bin-nru 09.2629
kellu jitħassar kodiċi TARIC u għall-ordnijiet bin-nru 09.2818,
09.2668 u 09.2669, il-volumi żdiedu. Il-kwota tariffarja awtonoma bin-numru
tal-ordni 09.2930 tħassret mill-Anness tar-Regolament tal-Kunsill (UE)
Nru 1388/2013, minħabba li mhix fl-interess tal-Unjoni li tkompli
tagħti kwoti bħal dawn. Il-proposta hija konformi mal-politiki
tal-agrikoltura, tal-kummerċ, tal-impriżi, tal-iżvilupp u
tar-relazzjonijiet esterni. B'mod speċjali, din il-proposta mhijiex se
tkun ta' żvantaġġ għal pajjiżi li qegħdin
jibbenefikaw minn ftehim ta' kummerċ preferenzjali mal-UE (pereżempju
l-SPĠ, is-sistema tal-AKP, il-pajjiżi kandidati u l-pajjiżi
kandidati potenzjali). 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Ġie kkonsultat il-Grupp dwar
il-Kwistjonijiet ta’ Ekonomija Tariffarja, li fih l-awtoritajiet kompetenti
tal-Istati Membri huma rappreżentati. Il-kwoti kollha elenkati
jikkorrispondu għal ftehimiet jew kompromessi milħuqa
fid-diskussjonijiet tal-grupp. Ma ssemmewx ir-riskji potenzjalment serji
b’konsegwenzi rriversibbli. Din il-proposta se ssegwi proċedura ta'
konsultazzjoni fost is-servizzi u se tiġi ppubblikata wara l-adozzjoni
tagħha mill-Kunsill. 3. L-ELEMENTI
ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA Il-bażi ġuridika ta’ din il-proposta
għal regolament hija l-Artikolu 31 tat-Trattat dwar il-Funzjonament
tal-Unjoni Ewropea. (TFUE). Bis-saħħa tal-Artikolu 31
tat-TFUE, is-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonimi huma stabbiliti
mill-Kunsill li jaġixxi fuq maġġoranza kwalifikata fuq
il-bażi ta’ proposta min-naħa tal-Kummissjoni, għaldaqstant
l-istrument xieraq huwa regolament. Il-proposta taqa’ fil-kompetenza esklussiva
tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju ta’ sussidjarjetà ma japplikax. Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-propozjonalità għax dawn l-għadd ta’ miżuri huma konformi
mal-prinċipji stipulati għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri
għall-operaturi involuti f'kummerċ barrani u skont il-komunikazzjoni
tal-Kummissjoni dwar is-sospensjonijiet u l-kwoti tat-tariffi awtonomi
(C 363, 13.12.2011, p. 6). 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Dazji doganali li ma nġabrux, li jammontaw
għal madwar EUR 5,9 miljun fis-sena. L-effett fuq
ir-riżorsi proprji tradizzjonali tal-baġit huwa ta’ -
EUR 4,4 miljun fis-sena (75 % x EUR 5,9 miljun
fis-sena). 2014/0137 (NLE) Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1388/2013
li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji
awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 31
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Biex ikunu żgurati
fornimenti suffiċjenti u bla waqfien ta' ċerti prodotti li
l-produzzjoni tagħhom mhijiex suffiċjenti fl-Unjoni u biex jiġi
evitat kwalunkwe tfixkil fis-suq għal ċerti prodotti agrikoli u
industrijali, infetħu kwoti tariffarji awtonomi permezz tar-Regolament
tal-Kunsill (KE) Nru 1388/2013[1]. Prodotti li ma
jaqbżux il-limiti tal-kwoti tariffarji jistgħu jkunu impurtati b’rati
imnaqqsa jew b'rati ta’ dazju żero. Għar-raġunijiet indikati,
huwa neċessarju li jinfetħu, b’effett
mill-1 ta’ Lulju 2014, il-kwoti tat-tariffi b’rati ta’ dazju
żero għal volum xieraq dwar sitt prodotti ġodda. (2) Barra minn hekk, f’ċerti
każijiet, kwoti tariffarji awtonomi eżistenti tal-Unjoni
għandhom jiġu adattati. F’żewġ każijiet
jieħtieġ li d-deskrizzjoni tal-prodott tiġi emendata għal
raġunijiet ta’ kjarifika u sabiex jitqiesu l-iżviluppi tal-prodotti
l-aktar ġodda. F’każ ieħor wieħed mill-kodiċijiet
TARIC irid jitħassar billi l-klassifikazzjoni doppja ma għadhiex
tgħodd u fi tliet każijiet oħra, il-volumi tal-kwota
jeħtieġ li jiżdiedu billi dan huwa fl-interess tal-operaturi
ekonomiċi u tal-Unjoni. (3) Fl-aħħar nett,
f’żewġ każijiet, il-kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għandhom
jingħalqu b’effett mill-1 ta’ Lulju 2014 u
l-1 ta’ Jannar 2015, rispettivament, billi mhuwiex fl-interess
tal-Unjoni li tkompli tagħti kwoti bħal dawn minn dawk id-dati. (4) Ir-Regolament (UE)
Nru 1388/2013 għandu għaldaqstant jiġi emendat, (5) Peress li s-sospensjonijiet
stipulati f’dan ir-Regolament għandhom jidħlu fis-seħħ
mill-1 ta’ Lulju 2014, dan ir-Regolament għandu japplika
mill-istess data u għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni
tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 L-Anness tar-Regolament
(UE) Nru 1388/2013 huwa emendat kif ġej: (1) ir-ringieli għall-kwoti
tariffarji bin-numri tas-serje 09.2830, 09.2831, 09.2832, 09.2834, 09.2835 u
09.2836 stabbiliti fl-Anness I għal dan ir-Regolament huma
mdaħħla skont l-ordni tal-kodiċi NM indikati fit-tieni
kolonna tat-tabella fl-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1388/2013; (2) ir-ringieli għall-kwoti
tariffarji bin-numri tas-serje 09.2629, 09.2631, 09.2639, 09.2668, 09.2669,
09.2806, u 09.2818 huma sostitwiti bir-ringieli stipulati fl-Anness II
għal dan ir-Regolament; (3) ir-ringiela għall-kwota
tat-tariffa bl-ordni numru 09.2930 titħassar; (4) ir-ringiela għall-kwota
tat-tariffa bin-numru tal-ordni 09.2639 titħassar; Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Japplika mill-1 ta’ Lulju 2014.
Madankollu, il-punt (4)
tal-Artikolu 1 japplika mill-1 ta’ Jannar 2015. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: Ir-Regolament tal-Kunsill li jemenda
r-Regolament (UE) Nru 1388/2013 li jiftaħ u jipprovdi
għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal
ċerti prodotti agrikoli u industrijali 2. LINJI BAĠITARJI Kapitolu u Artikolu: Kapitolu 12,
Artikolu 120. Ammont li ddaħħal fil-baġit għas-sena 2014:
EUR 16 185 600 000 (B 2014) 3. IMPATT FINANZJARJU ¨ Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja X Il-proposta ma għandha l-ebda
impatt finanzjarju fuq in-nefqa iżda għandha impatt finanzjarju fuq
id-dħul. L-effett huwa kif ġej: (EUR
miljuni sa punt wieħed deċimali) Linja baġitarja || Dħul[2] || Perjodu ta’ sitt xhur, li jibda f’jj/xx/ssss || [Sena: 2/2014] Artikolu 120 || L-impatt fuq ir-riżorsi proprji || 01/07/2014 || -2,2 (EUR
miljuni sa punt wieħed deċimali) Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni || [2015-2018] Artikolu 120 || -4,4 / sena Iż-żidiet ma’ dan ir-Regolament se
jirriżultaw f'żieda annwali ta’ dazji mhux miġbura li huwa stmat
li jammontaw għal EUR 5,9 miljun. Fuq il-bażi ta' dan, l-impatt fuq it-telf
mid-dħul li jirriżulta minn dan ir-Regolament jista’ jiġi stmat
li se jkun ta' EUR 4,4 miljun/sena għall-perjodu mill-01.01.2015
'il quddiem (EUR 5,9 miljun ammont gross x 0,75) u
EUR 2,2 miljun għall-perjodu bejn l-01.07.2014 u l-31.12.2014. 4. IL-MIŻURI KONTRA L-FRODI Sejrin isiru kontrolli fuq l-użu
aħħari ta’ xi prodotti koperti b’dan ir-Regolament tal-Kunsill skont
l-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni
(KEE) Nru 2454/93. [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1388/2013
tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jiftaħ u jipprovdi
għall-ġestjoni ta' kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal
ċerti prodotti agrikoli u industrijali u li jħassar ir-Regolament
(KE) Nru 7/2010 (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 319). [2] F'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi proprji
tradizzjonali (dazji agrikoli, imposti fuq iz-zokkor, dazji doganali)
jeħtieġ li l-ammonti indikati jkunu ammonti netti, jiġifieri
ammonti grossi wara t-tnaqqis ta' 25 % tal-ispejjeż tal-ġbir. ANNESSI Anness I Kwoti
tariffarji tal-Unjoni msemmija fil-punt (1) tal-Artikolu 1 Numru tal-ordni || Il-kodiċi NM || TARIC || Deskrizzjoni || Il-perjodu tal-kwota || Il-volum tal-kwota || Id-dazju fuq il-kwota (%) 09.2830 || ex 2906 19 00 || 40 || Ċiklopropilmetanol (CAS RN 2516-33-8) || 01.07-31.12 || 10 tunnellati || 0 % 09.2831 || ex 2932 99 00 || 40 || 1,3:2,4-Bis-O-(3,4-dimethylbenzylidene)-D-glucitol (CAS RN 135861-56-2) || 01.07-31.12 || 300 tunnellata || 0 % 09.2832 || ex 3808 92 90 || 40 || Taħlita li jkollha 38 % jew aktar imma mhux aktar minn 50 % bil-piż taż-żingu piritijon (INN) (CAS RN 13463-41-7) f'dispersjoni milwiena || 01.07-31.12 || 250 tunnellata || 0 % 09.2834 || ex 7604 29 10 || 20 || Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litju ta' diametru ta' 200 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 300 mm || 01.07-31.12 || 500 tunnellata || 0 % 09.2835 || ex 7604 29 10 || 30 || Folji jew vireg tal-alojs ta’ aluminju-litju ta' diametru ta' 300,1 mm jew iktar, iżda mhux iktar minn 533,4 mm || 01.07-31.12 || 250 tunnellata || 0 % 09.2836 || ex 9003 11 00 ex 9003 19 00 || 10 20 || Frejms ta' nuċċalijiet magħmulin bil-plastik jew metall għall-użu fil-manifattura ta’ nuċċalijiet tal-vista (1) || 01.07-31.12 || 2 900 000 biċċa || 0 % Anness II Kwoti
tariffarji tal-Unjoni msemmija fil-punt (2) tal-Artikolu 1 Numru tal-ordni || Il-kodiċi NM || TARIC || Deskrizzjoni || Il-perjodu tal-kwota || L-ammont tal-kwota || Id-dazju fuq il-kwota (%) 09.2806 || ex 2825 90 40 || 30 || Trijossidu tat-tangsten, inkluż ossidu tat-tangsten blu (CAS RN 1314-35-8 jew CAS RN 39318-18-8) || 01.01-31.12 || 12 000 tunnellata || 0 % 09.2639 || 3905 30 00biċċa || || Poli(alkoħol tal-vinil), kemm jekk fihom gruppi aċetat unhydrolysed || 01.01-31.12 || 18 000 tunnellata || 0 % 09.2818 || ex 6902 90 00 || 10 || Briks li jirreżistu s-sħana — || b’tarf li għandu tul ta’ aktar minn 300 mm u — || kontenut f’piż ta’ TiO2 ta’ mhux aktar minn 1 % u — || kontenut f’piż ta’ Al2O3 ta’ mhux aktar minn 0,4 % u — || varjazzjoni fil-volum ta’ anqas minn 9 % f’1700° C 01.01-31.12 225 tunnellata 0 % 09.2629 || ex 8302 49 00 || 91 || Manku teleskopiku tal-aluminju għall-użu fil-manifattura tal-bagalji (1) || 01.07-31.12 || 800 000 biċċa || 0 % 09.2668 || ex 8714 91 10 ex 8714 91 10 || 21 31 || Qafas ta’ biċikletta, mibni mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħ, mogħti l-verniċ u/jew illostrat, biex jintuża għall-manifattura tar-roti (1) || 01.01-31.12 || 125 000 biċċa || 0 % 09.2669 || ex 8714 91 30 ex 8714 91 30 || 21 31 || Furketta ta’ quddiem ta’ biċikletta, magħmula mill-fibri tal-karbonju u r-reżina artifiċjali, miżbugħa, mogħtija l-verniċ u/jew illostrata, għall-użu fil-manifattura tal-biċikletti (1) || 01.01-31.12 || 97 000 biċċa || 0 % 09.2631 || ex 9001 90 00 || 80 || Lentijiet mhux iffrejmjati, priżmi u elementi ssimentati għall-użu fil-manifattura jew it-tiswija ta’ oġġetti tal-kodiċijiet NM 9002, 9005, 9013 10 u 9015 (1) || 01.01-31.12 || 5 000 000 biċċa || 0 % (1) Is-sospensjoni tad-dazji hija soġġetta għall-Artikoli minn 291 sa 300 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta' Lulju 1993 li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253 11.10.1993, p. 1).