This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0181
Proposal for a COUNCIL DECISION amending the period of application of Council Decision 2004/162/EC concerning the dock dues in the French overseas departments
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi
/* COM/2014/0181 final - 2014/0101 (CNS) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi /* COM/2014/0181 final - 2014/0101 (CNS) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat
tal-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) japplikaw għar-reġjuni
ultraperiferiċi tal-Unjoni. Madankollu, ir-reġjuni
ultraperiferiċi Franċiżi huma esklużi mill-iskop territorjali
tad-direttivi tal-VAT u tad-dazju tas-sisa. Id-dispożizzjonijiet tat-TFUE, b'mod
partikolari l-Artikolu 110, fil-prinċipju ma jawtorizzaw l-ebda
differenza fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi bejn
it-tassazzjoni ta' prodotti lokali u t-tassazzjoni ta' prodotti minn Franza
metropolitana, l-Istati Membri l-oħrajn jew il-pajjiżi li mhumiex
membri. L-Artikolu 349 TFUE (dak li qabel kien l-Artikolu 299(2)
tat-Trattat KE) jipprevedi l-possibbiltà li jiġu introdotti miżuri
speċifiċi favur dawk ir-reġjuni minħabba l-eżistenza
ta' żvantaġġi permanenti li għandhom effett fuq
is-sitwazzjoni ekonomika u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi.
Miżuri bħal dawn jikkonċernaw bosta politiki, inkluża
t-tassazzjoni. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE
tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2004 (kif emendata
bid-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/439/KE
tad-9 ta’ Ġunju 2008 u 448/2011/UE
tad-19 ta’ Lulju 2011), adottata abbażi
tal-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE, tawtorizza lil Franza biex
tapplika sal-1 ta’ Lulju 2014, rata mnaqqsa tad-"dazji
tal-baċir" għal ċerti prodotti maħduma lokalment
fid-dipartimenti Franċiżi ultraperiferiċi
(bl-eċċezzjoni ta' Saint Martin). L-anness tad-Deċiżjoni
msemmija hawn fuq jipprovdi l-lista tal-prodotti li għalihom jistgħu
japplikaw l-eżenzjonijiet jew it-tnaqqis fit-taxxi. Skont il-prodott
partikolari, id-differenza bejn it-tassazzjoni ta' prodotti manifatturati
lokalment u t-tassazzjoni ta' prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10,
il-20 jew il-30 punt perċentwali. Id-Deċiżjoni 2004/162/KE tesponi r-raġunijiet
li mmotivaw l-adozzjoni tal-miżuri speċifiċi: l-iżolament,
id-dipendenza fir-rigward tal-materja prima u tal-enerġija, l-obbligu li
jżiedu l-istokkijiet, id-daqs żgħir tas-suq lokali u l-livell
baxx tal-attività ta' esportazzjoni eċċ. Dawn l-iżvantaġġi
kollha ġabu żieda tal-ispejjeż ta' produzzjoni u b'hekk
tal-prezz ta' kemm iqumu l-oġġetti mmanifatturati lokalment li,
fin-nuqqas ta' miżuri speċifiċi, se jkunu inqas kompetittivi
minn dawk li ġejjin minn barra, anke b'kunsiderazzjoni tal-ispejjeż
ta' trasport lejn id-DOM. Dan se jagħmliha iktar diffiċli biex
tinżamm il-produzzjoni lokali. Il-miżuri speċifiċi li hemm
fid-Deċiżjoni 2004/162/KE ġew maħsuba bil-għan li
tissaħħaħ l-industrija lokali billi tittejjeb il-kompetittività
tagħha. L-awtoritajiet Franċiżi huma
tal-opinjoni li l-iżvantaġġi li jgħaddu minnhom
ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi jippersistu u bejn
il-25 ta' Jannar u s-7 ta' Ġunju 2013 bagħtu
bosta ittri lill-Kummissjoni Ewropea fejn talbu li tinżamm sistema ta'
tassazzjoni differenzjata simili għas-sistema attwali wara
l-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020.
L-analiżi tal-listi tal-prodotti li
għalihom l-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ japplikaw tassazzjoni
differenzjata hi proċess twil li teħtieġ l-awditjar, għal
kull prodott, tar-raġunijiet għat-tassazzjoni differenzjata u
l-proporzjonalità tat-taxxa, sabiex tiġi żgurata li t-tassazzjoni
differenzjata ma tkunx ta' xkiel għall-integrità u l-koerenza tal-ordni
ġuridika tal-Unjoni, inklużi l-politiki tas-suq intern u komuni. Dan ix-xogħol għadu ma tlestiex
minħabba n-numru kbir ta' prodotti involuti (bosta mijiet) u l-kwantità
ta' informazzjoni li trid tinġabar fuq l-istruttura tas-swieq tal-prodotti
kkonċernati: l-eżistenza ta' produzzjoni lokali, l-eżistenza ta'
"importazzjonijiet" sostanzjali (inklużi dawk minn Franza
metropolitana u minn Stati Membri oħrajn) jistgħu jfixklu
l-kontinwazzjoni tal-produzzjoni lokali, in-nuqqas ta' kull monopolju jew
kważi monopolju fil-produzzjoni lokali, il-ġustifikazzjoni ta'
spejjeż ogħla ta' produzzjoni li huma ta' xkiel għal prodotti
lokali meta mqabbla ma' prodotti "importati", u kontrolli biex
jiġi żgurat li t-taxxa differenzjata ma tkunx inkompatibbli ma'
politiki oħrajn tal-Unjoni. In-nuqqas li ma tiġix adottata kwalunkwe
proposta qabel l-1 ta' Lulju 2014 jista' joħloq lakuna
ġuridika hekk kif titwarrab l-applikazzjoni ta' kull tassazzjoni
differenzjata fir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi wara
l-1 ta' Lulju 2014, anki fil-każ ta' prodotti li
fl-aħħar mill-aħħar għalihom tkun ġustifikata t-tassazzjoni
differenzjata. Hu meħtieġ perjodu ulterjuri ta' sitt
xhur biex jitlesta x-xogħol li bħalissa għaddej u li jagħti
lill-Kummissjoni ħin suffiċjenti biex tippreżenta proposta
bbilanċjata li tikkunsidra l-interessi varji kkonċernati. 2. IR-RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET
TAL-IMPATT Id-direttorati ġenerali rilevanti
tal-Kummissjoni Ewropea ġew ikkonsultati dwar it-test ta' din il-proposta. Il-Kummissjoni ma għamlitx użu minn
valutazzjoni tal-impatt. 3. ELEMENTI ĠURIDIĊI
TAL-PROPOSTA Sommarju tal-miżuri proposti Il-proposta tipprovdi għal estensjoni ta' sitt xhur tal-validità tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE mill-10 ta' Frar 2004 sal-31 ta' Diċembru 2014 minflok sal-1 ta' Lulju 2014. Bażi ġuridika Artikolu 349 TFUE. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-Kunsill biss għandu s-setgħa li jadotta, abbażi tal-Artikolu 349 TFUE, miżuri speċifiċi favur ir-reġjunijiet ultraperiferiċi għall-adattament tal-applikazzjoni tat-Trattati għal dawn ir-reġjuni, inkluża l-politika komuni, minħabba l-iżvantaġġi permanenti li jħallu impatt fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali tar-reġjuni ultraperiferiċi. Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin. L-għan tal-proposta hi li tiġi estiża s-sistema eżistenti b'sitt xhur biex ikun possibbli li titlesta l-analiżi sħiħa, prodott prodott, tat-talba biex tiġi awtorizzata l-applikazzjoni tat-tassazzjoni differenzjata biex tagħmel tajjeb għax-xkiel lill-prodotti lokali. || L-ebda estensjoni ma hi se tkun awtorizzata sakemm titlesta l-analiżi prodott prodott tat-talba tal-awtoritajiet Franċiżi Għażla tal-istrument Strument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill. Strumenti oħra ma kinux ikunu adegwati għar-raġunijiet li ġejjin. It-test li huwa s-suġġett tal-emenda huwa fih innifsu Deċiżjoni tal-Kunsill, adottata fuq l-istess bażi ġuridika (l-Artikolu 299(2) tat-Trattat tal-KE ta' dak iż-żmien). 4. IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA Din il-proposta ma għandha l-ebda
implikazzjoni fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea. 2014/0101 (CNS) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda l-perjodu ta' applikazzjoni
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE dwar id-dazji tal-baċir
fid-dipartimenti ultraperiferiċi Franċiżi IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Europea, u b’mod partikolari l-Artikolu 349
tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li l-abbozz tal-att leġislattiv
intbagħat lill-parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament
Ewropew[1], Waqt li jaġixxi skont proċedura
leġiżlattiva speċjali, Billi: (1) Id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2004/162/KE tal-Kunsill[2]
tawtorizza lill-awtoritajiet Franċiżi jipprevedu eżenzjonijiet
jew rati mnaqqsa tad-dazji tal-baċir għal ċerti prodotti
maħduma lokalment fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej
li jidhru fl-Anness tagħha. Skont il-prodott partikolari, id-differenza
bejn it-tassazzjoni ta' prodotti manifatturati lokalment u t-tassazzjoni ta'
prodotti oħra ma tistax taqbeż l-10, il-20 jew il-30 punt
perċentwali. Dawn l-eżenzjonijiet jew tnaqqis huma miżuri
speċifiċi mmirati biex jikkumpensaw id-diffikultajiet partikolari li
jiffaċċjaw ir-reġjuni ultraperiferiċi fl-Artikolu 349
tat-Trattat fejn l-effett tagħhom huwa li jżidu l-ispejjeż
tal-produzzjoni għall-intrapriżi lokali u għalhekk il-prodotti
tagħhom diffiċilment jistgħu jikkompetu mal-istess prodotti li
joriġinaw fi Franza metropolitana, l-Istati Membri l-oħra jew
pajjiżi mhux membri. L-eżenzjonijiet minn jew it-tnaqqis fid-dazji
dovuti applikabbli għal prodotti lokali jappoġġaw
il-ħolqien, il-manutenzjoni u l-iżvilupp tal-produzzjoni lokali.
Id-Deċiżjoni 2004/162/KE tapplika
sal-1 ta’ Lulju 2014. (2) L-awtoritajiet
Franċiżi huma tal-opinjoni li l-iżvantaġġi li
jgħaddu minnhom ir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi
jippersistu u bagħtet talba lill-Kummissjoni Ewropea fejn talbu li
tinżamm sistema ta' tassazzjoni differenzjata simili għas-sistema
attwali wara l-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. (3) L-analiżi tal-listi
tal-prodotti li għalihom l-awtoritajiet Franċiżi jixtiequ
japplikaw tassazzjoni differenzjata hi proċess twil li teħtieġ
l-awditjar, għal kull prodott, tar-raġunijiet għat-tassazzjoni
differenzjata u l-proporzjonalità tat-taxxa, sabiex tiġi żgurata li
t-tassazzjoni differenzjata ma tkunx ta' xkiel għall-integrità u
l-koerenza tal-ordni ġuridika tal-Unjoni, inklużi l-politiki tas-suq
intern u komuni. (4) Dan ix-xogħol għadu
ma tlestiex minħabba n-numru kbir ta' prodotti involuti u l-kwantità ta'
informazzjoni li trid tinġabar, b'mod partikolari l-kwantifikazzjoni
tal-ispejjeż ogħla ta' produzzjoni li jxeklu l-prodotti lokali u
l-istruttura tas-swieq tal-prodott ikkonċernati. (5) In-nuqqas li ma tiġix
adottata kwalunkwe proposta qabel l-1 ta' Lulju 2014 jista'
joħloq lakuna ġuridika hekk kif titwarrab l-applikazzjoni ta' kull
tassazzjoni differenzjata fir-reġjuni ultraperiferiċi
Franċiżi wara l-1 ta' Lulju 2014. (6) Hu meħtieġ perjodu
ulterjuri ta' sitt xhur biex jitlesta x-xogħol li bħalissa
għaddej u li jagħti lill-Kummissjoni ħin suffiċjenti biex
tippreżenta proposta bbilanċjata li tikkunsidra l-interessi varji
kkonċernati. (7) Id-Deċiżjoni
2004/162/KE għalhekk tiġi emendata skont dan, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Fl-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni
2004/162/KE il-kliem id-data l-1 ta’ Lulju 2014” huma mibdula
bil-kliem “il-31 ta’ Diċembru 2014”. Artikolu 2 Din
id-Deċiżjoni tapplika mit-2 ta’ Lulju 2014. Artikolu 3 Din
id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU C tal- , p. . [2] Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/162/KE
tal-10 ta' Frar 2004 dwar l-iskema tad-dazji tal-baċir
fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej u li testendi l-perjodu ta’
validità tad-Deċiżjoni 89/688/KEE (ĠU L 52, 21.2.2004,
p. 64).