This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014PC0156
Recommendation for a COUNCIL DECISION approving the conclusion by the Commission, on behalf of the European Atomic Energy Community, of the Association Agreement between the European Union and the European Atomic Energy Community and their Member States, of the one part, and Georgia, of the other part
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra
/* COM/2014/0156 final */
Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra /* COM/2014/0156 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. KUNTEST TAL-PROPOSTA Din il-proposta hija mħejjija fid-dawl
tal-iffirmar, l-applikazzjoni provviżorja u l-konklużjoni prevista
ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ġeorġja, sabiex
tiġi approvata l-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni
mill-Kummissjoni f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (KEEA). Billi l-KEEA hija wkoll Parti
għall-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati
Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja,
min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni se tagħmel rakkomandazzjoni
separata għall-approvazzjoni tal-Kunsill tal-konklużjoni
mill-Kummissjoni dwar partijiet tal-Ftehim li jaqgħu taħt it-Trattat
li jistabbilixxi l-(KEEA). Għall-iffirmar u l-konklużjoni
tal-ftehimiet internazzjonali mill-KEEA japplikaw proċeduri differenti.
B’mod partikolari, bi qbil mal-Artikolu 101 tat-Trattat tal-KEEA, dawn
il-ftehimiet għandhom jiġu konklużi mill-Kummissjoni
bl-approvazzjoni tal-Kunsill. Huwa għalhekk neċessarju li jiġu
adottati deċiżjonijiet separati kemm għall-iffirmar kif ukoll
għall-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni mill-UE u
mill-KEEA. Għall-konklużjoni tal-Ftehim ta'
Assoċjazzjoni f’isem il-KEEA, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill
jagħti l-approvazzjoni tiegħu, skont it-tieni paragrafu
tal-Artikolu 101 tat-Trattat li jistabbilixxi l-KEEA. Fid-dawl
tar-riżultati tan-negozjati msemmija fil-Proposta għal
Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-UE, u l-applikazzjoni
provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u
l-Ġeorġja, kif ukoll il-Proposta għal Deċiżjoni
tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn
l-UE u l-Ġeorġja, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill
jiddeċiedi li l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom,
minn naħa waħda, u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra,
għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni u jistabbilixxi ħatra
tal-persuna/i bis-setgħa li tiffirma/jiffirmaw f’isem l-Unjoni. Bl-approvazzjoni
tal-Kunsill u d-deċiżjoni xierqa tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni se
tkun tista' tiffirma u tikkonkludi l-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni f’isem
il-KEEA. 2. IR-RIŻULTATI U
L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA Il-Kummissjoni tirrakkomanda li l-Kunsill
japprova, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 101 tat-Trattat li
jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, il-konklużjoni
tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda,
u l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet
li għandhom x'jaqsmu mal-KEEA. It-test ta’ dan il-Ftehim huwa mehmuż ma’
din ir-Rakkomandazzjoni. Min-naħa
tal-Unjoni, il-bażi ġuridika għall-konklużjoni ta' dan
il-Ftehim hija l-Artikolu 217, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) u t-tieni
subparagrafu tal-Artikolu 218(8) tat-TFUE. Għall-KEEA,
il-bażi ġuridika għal dan il-Ftehim hija l-Artikolu 101
tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika. Il-proposta
mehmuża tikkostitwixxi, flimkien mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni
dwar konklużjoni, l-istrument ġuridiku għall-konklużjoni
tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni f’isem il-KEEA. Il-fatt li l-Kummissjoni bagħtet
il-proposta tagħha bħala ftehim bejn l-Unjoni u l-Istati Membri
tagħha u l-Ġeorġja huwa marbut mal-ħolqien inizjali ta' dan
il-Ftehim skont ir-regoli tat-Trattat qabel id-dħul fis-seħħ
tat-Trattat ta' Lisbona. Skont l-Artikolu 102 tat-Trattat Euratom,
Ftehim ma jistax jidħol fis-seħħ għall-KEEA sakemm
il-Kummissjoni ma tkunx ġiet notifikata mill-Istati Membri li l-ftehim sar
applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali
rispettivi tagħhom. Rakkomandazzjoni għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, f'isem
il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u
l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi
l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari t-tieni
paragrafu tal-Artikolu 101 tiegħu, Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni
mill-Kummissjoni, Billi: (1) Fl-10 ta’ Mejju
2010, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ negozjati
mal-Ġeorġja għall-konklużjoni ta’ Ftehim ġdid bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja biex jissostitwixxi l-Ftehim ta’
Sħubija u Kooperazzjoni.[1]
(2) Meta titqies ir-relazjoni
storika mill-qrib u rabtiet progressivament eqreb bejn il-Partijiet, kif ukoll
ix-xewqa tagħhom li jsaħħu u jwessgħu r-relazzjonijiet
b’mod innovattiv u ambizzjuż, in-negozjati dwar il-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u
l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra (minn hawn’ il quddiem
“il-Ftehim”), ġew finalizzati b’suċċess billi kien inizjalat
il-Ftehim fid-29 ta’ Novembru 2013. (3) Il-Kummissjoni tipproponi
lill-Kunsill li l-Ftehim għandu jiġi ffirmat f’isem l-Unjoni Ewropea
u applikat fuq bażi provviżorja, skont l-Artikolu 429
tal-Ftehim, sakemm jiġi konkluż f’data aktar tard. (4) Il-Ftehim ikopri wkoll
kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tal-Euratom,
jiġifieri l-Artikolu 298(k). (5) L-iffirmar u
l-konklużjoni tal-Ftehim huma soġġetti għal proċedura
separata fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu taħt it-Trattat dwar
l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. (6) Il-Ftehim għandu
għalhekk jiġi konkluż ukoll f’isem il-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika f'dak li għandu x’jaqsam ma’ kwistjonijiet li
jaqgħu taħt it-Trattat tal-Euratom. (7) Skont l-Artikolu 102
tat-Trattat tal-Euratom, il-Ftehim ma jistax jidħol fis-seħħ
għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika sakemm il-Kummissjoni
Ewropea ma tkunx ġiet notifikata mill-Istati Membri li tali ftehim sar
applikabbli skont id-dispożizzjonijiet tal-liġijiet nazzjonali
rispettivi tagħhom. (8) Il-konklużjoni
tal-Ftehim mill-Kummissjoni Ewropea, li taġixxi f'isem il-Komunità Ewropea
tal-Enerġija Atomika, għandha tiġi approvata. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-konklużjoni mill-Kummissjoni Ewropea,
f'isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’
Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija
Atomika u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u
l-Ġeorġja, min-naħa l-oħra, hija b'dan approvata.[2] [3] Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-adozzjoni tagħha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 205, 4.8.1999, p. 1-52. [2] It-test tal-Ftehim hu mehmuż
mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u
l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati
Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ġeorġja,
min-naħa l-oħra, (ĠU...) (ĠU…) [3] ĠU: Jekk jogħgbok fin-nota ta' qiegħ
il-paġna ta' fuq din daħħal ir-referenza tal-pubblikazzjoni
tad-Deċiżjoni fid-dokument [...]