Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014PC0034

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli , fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 għall-imsemmi Kumitat

    /* COM/2014/034 final */

    52014PC0034

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli , fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 għall-imsemmi Kumitat /* COM/2014/034 final */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem "il-Ftehim") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    Fl-2011, iż-żewġ partijiet adottaw l-Anness 12 tal-Ftehim li jikkonċerna l-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel.

    Skont l-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 tal-Ftehim, il-grupp ta' ħidma " DPO/IĠP " għandu jassisti l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem " Kumitat " fuq talba ta' dan tal-aħħar.

    Id-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 waqqfet il-gruppi ta' ħidma u adottat il-mandati ta' dawn il-gruppi.

    Wara l-adozzjoni tal-Anness 12 tal-Ftehim, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 tiġi mmodifikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi fil-Ftehim u l-mandat tal-grupp ta' ħidma " DPO/IĠP ".

    2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Is-suġġett tal-proposta huwa sempliċiment l-emenda tad-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 f'dak li għandu x'jaqsam, b'mod partikolari, mal-bażi tal-Ftehim u l-mandat tal-grupp ta' ħidma " DPO/IĠP ". It-test tad-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt kien ġie ppreparat f'kollaborazzjoni mal-awtoritajiet Svizzeri. Ma saret l-ebda evalwazzjoni tal-impatt.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Id-Deċiżjoni kienet ibbażata fuq it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    2014/0015 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli , fir-rigward tal-emenda tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 għall-imsemmi Kumitat

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4) flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli[1] (minn hawn ’il quddiem " il-Ftehim ") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    (2)       L-Artikolu 6 tal-Ftehim iwaqqaf Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem " il-Kumitat ") li hu responsabbli għall-ġestjoni tal-Ftehim u jiżgura l-funzjonament xieraq tiegħu.

    (3)       Skont l-Artikolu 6(4) u (7) tal-Ftehim, fil-21 ta' Ottubru 2003, il-Kumitat adotta r-Regoli ta' Proċedura tiegħu[2] u waqqaf il-gruppi ta' ħidma meħtieġa għall-ġestjoni tal-annessi għall-Ftehim[3].

    (4)       Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 2/2003 twaqqfu ħafna gruppi ta' ħidma, fosthom il-grupp ta' ħidma " DPO/IĠP " u ġew adottati l-mandati tagħhom. Skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni, il-grupp ta' ħidma " DPO u IĠP " kellu bħala missjoni ewlenija l-analiżi tal-protezzjoni reċiproka tad-DPO u tal-IĠP.

    (5)       Fl-2011 l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera kkonkludew Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi[4] fejn emendaw il-Ftehim billi żiedu l-Anness 12 ġdid rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u tal-oġġetti tal-ikel.

    (6)       Il-grupp ta' ħidma bilaterali " DPO u IĠP " ltaqa' biex jeżamina b'mod partikolari l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 2/2003 dwar il-mandat tal-grupp ta' ħidma " DPO u IĠP " sabiex iqis l-emenda tal-Ftehim.

    (7)       Għaldaqstant, għandha tiġi emendata d-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 2/2003 rigward il-kostituzzjoni tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi.

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura mwaqqaf bl-Artikolu 6 tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli għandha tkun ibbażata fuq l-abbozz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura anness ma' din id-Deċiżjoni.

    Ir-rappreżentanti tal-Unjoni fil-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura jistgħu jilħqu ftehim dwar emendi minimi fl-abbozz tad-Deċiżjoni mingħajr ma jkun hemm bżonn li tittieħed  deċiżjoni ulterjuri min-naħa tal-Kunsill.

    Artikolu 2

    Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura għandha tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L 114, 30.4.2002, p. 132.

    [2]               Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Lulju 2003; Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 1/2003 tal-21 ta’ Ottubru 2003 dwar l-adozzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura (ĠU L 303, 21.11.2003, p. 24).

    [3]               Pożizzjoni komuni adottata mill-Kunsill fil-21 ta' Lulju 2003; Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt Nru 2/2003 tal-21 ta' Ottubru 2003 dwar it-twaqqif tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi (ĠU L 303, 21.11.2003 p. 27).

    [4]               ĠU L 297, 16.11.2011, p.3.

    ANNESS

    ABBOZZ DEĊIŻJONI Nru 2/2014 TAL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA

    tal-... dwar l-emenda tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura Nru 2/2003

    IL-KUMITAT KONĠUNT GĦALL-AGRIKOLTURA,

    wara li kkunsidra l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli, u b'mod partikulari l-Artikolu 6(7) tiegħu,

    Billi:

    (1)          l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar in-Negozju fi Prodotti Agrikoli (minn hawn ’il quddiem " il-Ftehim ") daħal fis-seħħ fl-1 ta' Ġunju 2002.

    (2)          L-Anness 12 tal-Ftehim dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel.

    (3)          Skont l-Artikolu 15(6) tal-Anness 12 tal-Ftehim, il-grupp ta' ħidma " DPO/IĠP " għandu jassisti l-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura (minn hawn 'il quddiem " il-Kumitat " fuq it-talba ta' dan tal-aħħar.

    (4)          Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 waqqfet il-gruppi ta' ħidma u adottat il-mandati ta' dawn il-gruppi.

    (5)          Wara l-adozzjoni tal-Ftehim rigward il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta' oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel tal-1 ta' Diċembru 2011, flimkien mal-Anness 12 tal-Ftehim, huwa xieraq li d-deċiżjoni tal-Kumitat Nru 2/2003 tiġi mmodifikata, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-bażi tal-Ftehim u l-mandat tal-grupp ta' ħidma " DPO/IĠP ". 

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    L-Anness tad-Deċiżjoni Nru 2/2003 tal-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura tal-21 ta' Ottubru 2003 rigward il-ħolqien tal-gruppi ta' ħidma u l-adozzjoni tal-mandati ta' dawn il-gruppi li għandhom x'jaqsmu mal-grupp ta' ħidma " DPO u IĠP " huwa emendat kif ġej:

    (1) Il-parti "Grupp ta' ħidma " DPO u IĠP " jinbidel bi:

    "Grupp ta' ħidma " DPO u IĠP "

    Bażi fil-Ftehim (Anness 12)

    L-Artikolu 15, subparagrafu 6 tal-Anness 12 dwar il-protezzjoni tad-denominazzjonijiet tal-oriġini u tal-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel

    Il-mandat tal-grupp ta' ħidma skont l-Artikolu 15

    1. Għandha tiġi eżaminata kull kwistjoni dwar l-Anness 12 u l-implimentazzjoni tiegħu.

    2. L-evoluzzjoni tal-liġijiet u regolamenti interni tal-Partijiet fl-oqsma koperti mill-Anness 12 għandhom jiġu eżaminati perjodikament.

    3. B'mod partikolari, għandhom jiġu formulati l-proposti għall-preżentazzjoni lill-Kumitat Konġunt bil-għan li l-appendiċijiet għall-Anness 12 jiġu adattati u aġġornati.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fi ….2013.

    Magħmul fi …, fil-… .

    Għall-Kumitat Konġunt għall-Agrikoltura

    Il-Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea || Il-President u l-Kap tad-delegazzjoni Svizzera || Is-Segretarju tal-Kumitat             

    Susana MARAZUELA-AZPIROZ || Jacques CHAVAZ || Ioannis VIRVILIS

    Top