Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014JC0034

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jħassar r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

/* JOIN/2014/034 final - 2014/0271 (NLE) */

52014JC0034

Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jħassar r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu /* JOIN/2014/034 final - 2014/0271 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

(1) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000[1] il-fondi kollha u r-riżorsi finanzjarji oħra miżmuma barra r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja li jappartjenu għas-Sur Milosevic u għall-persuni naturali assoċjati miegħu, għandhom jiġu ffriżati u dawk il-persuni ma għandhomx jagħmlu użu jew jibbenefikaw minnhom, kif elenkat fl-Anness I għar-Regolament.

(2) Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [...] il-Kunsill ħassar il-Pożizzjoni Komuni tiegħu 2000/696/PESK. Il-Kunsill iddeċieda li ma hemm l-ebda raġuni biex ikompli japplika dawn il-miżuri restrittivi, minħabba li l-persuni elenkati fl-Anness m'għadhomx ta' theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija.

(3) Ir-Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni jipproponu li jiġi mħassar b'effett immedjat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000.

2014/0271 (NLE)

Proposta Konġunta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jħassar r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x’jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill […][2] li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2000/1696/PESK fuq il-manteniment ta’ miżuri speċifiċi restrittivi indirizzati kontra s-Sur Milosevic u persuni assoċjati miegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni,

Billi:

(1) Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000[3] il-fondi kollha u r-riżorsi finanzjarji oħra miżmuma barra r-Repubblika Federali tal-Jugoslavja li jappartjenu għas-Sur Milosevic u għall-persuni naturali assoċjati miegħu, għandhom jiġu ffriżati u dawk il-persuni ma għandhomx jagħmlu użu jew jibbenefikaw minnhom, kif elenkat fl-Anness I għar-Regolament.

(2) Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill [...][4] il-Kunsill ħassar il-Pożizzjoni Komuni tiegħu 2000/696/PESK[5]. Il-Kunsill iddeċieda li ma hemm l-ebda raġuni biex ikompli japplika dawn il-miżuri restrittivi, minħabba li l-persuni elenkati fl-Anness m'għadhomx ta' theddida għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija.

(3) Ikun għalhekk xieraq li r-Regolament (KE) Nru 2488/2000 jitħassar b'effett immedjat.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 2488/2000 huwa b'dan imħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil- jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 tal-10 ta' Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 (ĠU L 287, 14.11.2000, p. 19)

[2]               […]

[3]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2488/2000 ta' l-10 ta' Novembru 2000 li jżomm fondi ffriżati fejn għandu x'jaqsam is-Sur Milosevic u dawk il-persuni assoċjati miegħu u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nri 1294/1999 u 607/2000 u Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 926/98 (ĠU L 287, 14.11.2000, p. 19)

[4]               […]

[5]               Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-10 ta’ Novembru 2000 li timplimenta l-PoSizzjoni Komuni 2000/696/CFSP dwar iż-żamma fis-seħħ ta’ miżuri restrittivi speċifiċi kontra s-Sur Milosevic u l-persuni assoċjati miegħu (ĠU L 287, 14.11.2000, p. 1)

Top