Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014HB0007

    Rakkomandazzjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ miżuri ta’ tħejjija għall-ġbir ta’ mikrodejta dwar il-kreditu Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (BĊE/2014/7)

    8.4.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 103/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

    tal-24 ta’ Frar 2014

    dwar l-organizzazzjoni ta’ miżuri ta’ tħejjija għall-ġbir ta’ mikrodejta dwar il-kreditu Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali

    (BĊE/2014/7)

    (2014/C 103/01)

    IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

    Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5.1 u t-tielet inċiż tal-Artikolu 34.1 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Bis-saħħa tad-Deċiżjoni BĊE/2014/6 (2), il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) jista’ japplika miżuri ta’ tħejjija speċifiċi bil-ħsieb li jistabbilixxi qafas għat-trażmissjoni ta‘ mikrodejta dwar il-kreditu fis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għal skopijiet statistiċi speċifiċi.

    (2)

    L-applikazzjoni effettiva ta’ dan il-qafas għal żmien twil ser ikun dipendenti fuq il-kooperazzjoni bejn il-membri kollha parteċipanti tas-SEBĊ u fuq l-applikazzjoni ta’ standards ugwali minn dawk il-membri fir-rigward tal-kwalità. Banek Ċentrali Nazzjonali (BĊNi) tal-Istati Membri li l-munita tagħhom mhijiex l-euro, u li qed iħejju biex jipparteċipaw f’dan il-qafas għandhom jikkoperaw ma’ xulxin, mal-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro u mal-BĊE fl-applikazzjoni tal-miżuri ta’ tħejjija b’konformità mad-Deċiżjoni BĊE/2014/6,

    ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

    I.

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din ir-Rakkomandazzjoni, it-terminu “mikrodejta dwar il-kreditu” għandha l-istess tifsira bħal fid-Deċiżjoni BĊE/2014/6.

    II.

    Għoti ta’ tagħrif statistiku

    Id-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni huma mitluba japplikaw id-dispożizzjonijiet indirizzati lill-BĊNi li jinsabu fid-Deċiżjoni BĊE/2014/6.

    III.

    Dispożizzjoni finali

    Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-BĊNi tal-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro, li qed iħejju biex jipparteċipaw fil-qafas għal żmien twil għat-trażmissjoni ta‘ mikrodejta dwar il-kreditu fi ħdan is-SEBĊ.

    Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Frar 2014.

    Il-President tal-BĊE

    Mario DRAGHI


    (1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

    (2)  Deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Frar 2014 dwar l-organizzazzjoni ta’ miżuri ta’ tħejjija għall-ġbir ta’ mikrodejta dwar il-kreditu għall-iżvilupp u l-produzzjoni tal-istatistika mis-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


    Top