This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52014DC0286
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT AND THE COUNCIL on the application of Directive 2009/52/EC of 18 June 2009 providing for minimum standards on sanctions and measures against employers of illegally staying third country nationals
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali
/* COM/2014/0286 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali /* COM/2014/0286 final */
KOMUNIKAZZJONI
MILL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL dwar l-applikazzjoni
tad-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi standards
minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem lil
ċittadini ta’ pajjiżi terzi b’residenza illegali Fl-2013,
386 230 ċittadin ta’ pajjiżi terzi nstabu li huma preżenti
b’mod irregolari fl-UE, filwaqt li fl-2008 kien hemm 608 870[1].
Dan it-tnaqqis jista’ jiġi parzjalment attribwit għall-kriżi
ekonomika, li għamlitha aktar diffiċli biex jinstabu impjiegi madwar
partijiet kbar tal-Unjoni Ewropea (UE). Madankollu, dan il-fenomenu min-natura
tiegħu huwa diffiċli biex jiġi kkwantifikat, peress li
l-biċċa l-kbira tal-migranti irregolari jibqgħu ma jinstabux, u
l-possibbiltà li jinstab ix-xogħol jibqa’ inċentiv sinifikanti
għall-migrazzjoni irregolari fl-UE. L-impjegar
ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi residenti illegalment huwa
r-riżultat ta’ migranti li qed ifittxu ħajja aħjar li
jilħqu d-domanda minn min iħaddem li lest li jieħu
vantaġġ mill-ħaddiema lesti li jidħlu għal impjieg li
jetieġ ftit ħiliet, u b’pagi baxxi f’setturi intensivi
fix-xogħol bħall-bini, l-agrikoltura, it-tindif, u
l-lukandi/tħejjija tal-ikel. L-impjieg
illegali huwa ta’ ħsara f’ħafna modi, u jikkawża nuqqas ta’
kontribuzzjonijiet lejn il-baġits pubbliċi fil-forma ta’ taxxi jew
ħlasijiet ta’ sigurtà soċjali, li jissostitwixxi ħaddiema jew
in-nuqqas ta' impjiegi għall-ħaddiema permezz ta’ mezzi legali, u
jirriżulta f’individwi li jaħdmu taħt kundizzjonijiet
perikolużi mingħajr ebda assigurazzjoni. Id-Direttiva
2009/52/KE[2],
li ġiet adottata fit-18 ta’ Ġunju 2009, tfittex li teħodha
kontra fattur li jattira li jinstab ix-xogħol. Hija żżid
is-sanzjonijiet għal impjieg illegali u ttejjeb il-mekkaniżmi ta’
skoperta, filwaqt li tipprovdi għal miżuri protettivi maħsuba
biex isewwu l-inġustizzji mġarrba minn migranti irregolari. Id-Direttiva tifforma parti minn sett ta’ miżuri meħuda
mill-UE biex jiġġieldu b’mod effettiv kontra l-immigrazzjoni
irregolari; miżuri oħra jinkludu titjib fil-kooperazzjoni ma'
pajjiżi terzi[3], ġestjoni integrata tal-fruntieri
operazzjonali, politika tar-ritorn effettiva[4] u
leġiżlazzjoni msaħħa għall-ġlieda kontra
t-traffikar tal-bnedmin[5]. Id-Direttiva tikkumplimenta dawn
l-aħħar żviluppi ta’ politika fil-qasam tal-migrazzjoni legali,
fejn id-Direttiva dwar il-Ħaddiema Staġjonali[6]
hija l-aktar eżempju reċenti tal-UE li tiftaħ kanali
għall-migrazzjoni legali għal dawk bi kwalifiki baxxi, tipikament
f’setturi bħall-agrikoltura u t-turiżmu. L-Istati Membri kellhom jittrasponu d-Direttiva 2009/52/KE
fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom sal-20 ta' Lulju 2011[7]. Il-Kummissjoni nediet proċeduri
ta’ ksur[8] kontra 20 Stat Membru[9]
talli ma għamlux dan fil-ħin, li issa ngħalqu kollha. Qabel ma adottaw leġiżlazzjoni ta’ traspożizzjoni,
l-Italja u l-Lussemburgu permettew għal perjodu li matulu dawk li
jħaddmu setgħu jiddikjaraw migranti residenti illegalment li
jaħdmu għalihom u, filwaqt li obbligaw il-ħlas ta’ multa u
l-issodisfar ta’ ċerti kundizzjonijiet, ippermettew mekkaniżmi ta’
regolarizzazzjoni. L-Istati Membri kollha marbuta bid-Direttiva[10]
issa jipprojbixxu l-impjieg ta’ migranti irregolari u huma biss ftit dawk li
ppermettew eċċezzjoni għal dawk li t-tneħħija
tagħhom tkun ġiet posposta[11]. Bosta Stati Membri ddeċidew li
jmorru lil hinn mill-ambitu tad-Direttiva[12],
u applikawha wkoll għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li huma
residenti legalment iżda li l-permess ta’ residenza tagħhom ma
jippermettilhomx li jwettqu attività ekonomika. Din
il-Komunikazzjoni[13]
twieġeb għall-obbligu tal-Kummissjoni li tirrapporta lill-Parlament
Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar Sanzjonijiet
għal min Iħaddem[14].
Hija tipprovdi ħarsa ġenerali lejn is-sanzjonijiet finanzjarji u
kriminali li l-katina ta’ min iħaddem tista' ġġarrab madwar l-UE
għal impjieg illegali (I). Hija
mbagħad tistabbilixxi kif miżuri protettivi għal migranti
impjegati illegalment jistgħu jiġu adottati
fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali (II). Finalment hija
tiddeskrivi kif l-Istati Membri ttrasponew il-mekkaniżmi previsti
fid-Direttiva biex effettivament jidentifikaw u jippenalizzaw l-impjieg
illegali u jipprovdi valutazzjoni ta’ rapporti ta’ ispezzjoni tal-Istati Membri
(III). I- Sanzjonijiet kontra l-katina ta’ min iħaddem lil
ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali I.1- Deskrizzjoni ġenerali ta’ sanzjonijiet
finanzjarji u kriminali fis-seħħ fl-Istati Membri a- Sanzjonijiet finanzjarji (l-Artikolu 5) L-Artikolu 5
jipprovdi li s-sanzjonijiet għal impjieg illegali għandhom jinkludu sanzjonijiet
finanzjarji, li l-ammont tagħhom għandu jiżdied b’mod
proporzjonali man-numru ta’ impjegati ta' ċittadini ta’ pajjiżi terzi
li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment. Fil-ħin
tat-traspożizzjoni, kienu biss BE, BG, LU, FI u LV, li ma ntroduċewx
sanzjonijiet finanzjarji fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, minħabba
li d-19-il Stat Membru l-oħra marbuta bid-Direttiva diġà kienu
jippermettu għal tali sanzjonijiet. Madankollu, seba’[15]
Stati Membri minn dakinhar biddlu l-leġiżlazzjoni tagħhom biex
temenda l-metodu ta’ kalkolu u/jew iżżid l-ammont tal-multa. Kienu biss CY,
FI, HU, NL u PL li użaw l-għażla fl-Artikolu 5(3) għal
sanzjonijiet imnaqqsa fejn min iħaddem ikun persuna fiżika
(jiġifieri individwu), l-impjieg ikun għal skopijiet privati, u fejn
l-ebda kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi ma huma
involuti. Minbarra SE u
IT, li jinkludu l-ispiża medja ta’ ritorn fil-penali finanzjarji, l-Istati
Membri jeħtieġu lil min iħaddem li jħallas l-ispejjeż
tar-ritorn, minbarra sanzjoni finanzjarja. It-Tabella 1
dwar “sanzjonijiet finanzjarji” turi li l-Istati Membri jaqgħu
f’żewġ kategoriji f'dak li għandu x'jaqsam mal-metodu
għall-kalkolu tal-multa. F’16-il Stat Membru[16],
l-ammont tal-multa jiżdied b’mod proporzjonali ma’ kull impjegat
ċittadin ta' pajjiż terz b’residenza illegali. Fost dawn
il-pajjiżi, ammont fiss jew minimu ta’ sanzjoni finanzjarja għal kull
migrant irregolari impjegat illegalment ivarja minn EUR 300 fil-BE
għal EUR 10001 fi ES. Ħafna Stati Membri stabilixxew ukoll multa
massima li tvarja minn EUR 854 f’CY għal EUR 100 000 fi ES
għal persuna fiżika. Fit-tmien Stati Membri l-oħra[17],
il-liġi tistabbilixxi l-ammont ġenerali tal-multa u għalhekk
huwa l-imħallef li jistabbilixxi l-ammont preċiż skont in-numru
ta’ migranti irregolari involuti. Fost dawn il-pajjiżi, l-ammont
massimu tal-multa jvarja minn EUR 500 fil-LV għal
EUR 500 000 fil-DE. Dan juri li
l-ammonti tal-multi jvarja b'mod konsiderevoli fost l-Istati Membri u jista'
jqajjem tħassib li l-livell ta' sanzjonijiet finanzjarji mhux dejjem
jegħlbu l-benefiċċji tal-impjegar tal-migranti irregolari.
Peress li m’hemm ebda informazzjoni komprensiva empirika dwar l-effett
tas-sanzjonijiet, il-paragun ma’ paga minima jista' jservi bħala
indikazzjoni, fost fatturi oħra[18],
sabiex tiġi provduta valutazzjoni inizjali tad-dissważività u
l-proporzjonalità tas-sanzjonijiet. Pereżempju,
il-piena massima għal kull migrant irregolari impjegat fil-LU hija 1.3
darbiet il-paga minima ta’ kull xahar. Fil-LV, wieħed mill-pajjiżi li
stabbilixxew ammont kumplessiv tal-multa, il-penali finanzjarja massima hija
1.7 darbiet ogħla mill-paga minima ta’ kull xahar. Dawn iċ-ċifri
jipprovdu kuntrast ma' dawk tal-BG, pereżempju, fejn il-multa massima
għal kull migrant irregolari hija 24.2 darbiet il-paga minima fix-xahar, u
CZ, fejn l-ammont globali massimu tal-multa huwa 584 darbiet il-paga minima
fix-xahar[19]
għal persuna fiżika. b- Sanzjonijiet kriminali (l-Artikoli 9 u
10) L-Artikolu 9
jipprovdi għal sanzjonijiet kriminali għal każijiet
partikolarment serji ta’ impjieg illegali, inkluż: (i)
ksur
ripetut b’mod persistenti; (ii)
li
jinvolvi numru sinifikanti ta’ ċittadini minn pajjiżi terzi; (iii)
impjieg
b’kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abbużivi; (iv)
meta
min iħaddem ikun jaf li ħaddiem huwa vittma tat-traffikar
tal-bnedmin; kif ukoll (v)
it-tħaddim
illegali ta’ minorenni. Qabel ma
daħlet fis-seħħ id-Direttiva, l-impjieg illegali ta’ migranti
irregolari diġà kien jikkostitwixxi reat kriminali speċifiku
f’għaxar Stati Membri[20].
Għalhekk, 14-il Stat Membru[21]
kellhom jintroduċu fil-leġiżlazzjoni tagħhom sanzjonijiet
kontra dawn il-forom speċifiċi ta' impjegar illegali. AT, DE, EL u IT
emendaw il-leġiżlazzjoni eżistenti tagħhom biex iżidu
t-tul ta’ sentenzi ta’ ħabs jew, fil-biċċa l-kbira
tal-każijiet, il-livell ta’ multi. Fil-BE, FI, FR,
IT, MT, NL u SE, l-impjieg illegali jikkostitwixxi reat kriminali fih innifsu,
bi jew mingħajr iċ-ċirkustanzi msemmija fl- Artikolu 9(1). Dawn
iċ-ċirkostanzi normalment jitqiesu bħala fatturi aggravanti. Il-bqija
tal-Istati Membri b’mod ġenerali kriminalizzaw l-impjieg illegali
fiċ-ċirkustanzi kollha deskritti fl-Artikolu 9. Ftit
Stati Membri ma kinux speċifikament ippenalizzaw l-impjieg illegali
f’każijiet ta’ “kundizzjonijiet ta’ xogħol partikolarment
abużivi”[22]
u f’sitwazzjonijiet fejn “min iħaddem kien konxju li l-ħaddiem kien
vittma tat-traffikar tal-bnedmin”[23].
Ħafna minnhom ikkunsidraw li dawn il-forom ta’ impjieg illegali kienu
diġà koperti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali li tindirizza
t-traffikar tal-bnedmin. It-Tabella 2
tenfasizza d-differenzi konsiderevoli fis-severità ta’ sanzjonijiet kriminali.
Għal xi Stati Membri, dan jista’ jqajjem dubji dwar l-effett deterrenti
tal-pieni. Pereżempju, LV u AT taħt ċerti ċirkostanzi
deskritti fl-Artikolu 9(1) jippenalizzaw l-impjieg illegali b’sentenzi ta’
priġunerija sa tliet xhur u sitt xhur rispettivament, filwaqt li l-Istati
Membri l-oħra jipprovdu għal sentenza massima ta’ bejn sena u
ħames snin priġunerija. F'għaxar Stati Membri,
il-priġunerija tista' tingħata flimkien ma' jew tiġi sostitwita
minn multa li tvarja bejn EUR 600 fil-BE sa EUR240 000 fil-PT
għal persuna fiżika. c- Sanzjonijiet kiminali għal persuni
ġuridiċi(l-Artikoli 11 u 12) u miżuri oħra
(l-Artikolu 7) Skont
l-Artikolu 12(1), l-Istati Membri kollha pprovdew għal sanzjonijiet
kriminali għal persuni ġuridiċi responsabbli għal
impjieg illegali skont l-Artikolu 9, bħal multa, likwidazzjoni,
il-limitazzjoni tad-drittijiet u l-konfiska ta’ proprjetà. L-Istati Membri
kollha (minbarra l-BG, EE, FI, HU, u NL) inkludew ukoll il-miżuri
stabbiliti fl-Artikolu 7(1) tad-Direttiva fil-lista tagħhom ta’
sanzjonijiet kriminali għal persuni ġuridiċi. L-Artikolu 7(1)
jipprovdi lista ta’ miżuri addizzjonali sabiex jippenalizzaw lil dawk
li jħaddmu responsabbli għal impjieg illegali li tinkludi: (i)
it-telf
tal-intitolament għal benefiċċji pubbliċi kollha, jew
uħud minnhom, sa ħames snin; (ii)
l-esklużjoni
mill-parteċipazzjoni f'kuntratt pubbliku sa ħames snin; (iii)
l-irkupru
ta’ xi wħud jew is-sussidji pubbliċi kollha mogħtija lil min
iħaddem fit-12-il xahar qabel il-kxif tal-impjieg illegali; kif
ukoll (iv)
l-għeluq
temporanju jew permanenti ta' stabbilimenti li ntużaw biex tkun kommessa
l-infrazzjoni. Madankollu, dawn
il-miżuri, li jistgħu jservu ta’ deterrent qawwi, ma ġewx
trasposti bis-sħiħ mill-Istati Membri kollha[24].
Barra minn hekk, huma biss AT, CY u SK li sfruttaw il-possibilità fl-
Artikolu 12(2) fejn l-Istati Membri jistgħu jippubblikaw lista ta’
min iħaddem li wettqu r-reati kriminali li jissemmew fl-Artikolu 9. I.2- Ir-responsabbiltà tal-katina kollha ta’ min
iħaddem (l-Artikoli 2(c), 8, 9(2) u 11) Biex tkun
garantita l-effettività tal-projbizzjoni ta’ impjieg illegali, l-Istati
Membri kollha jużaw id-definizzjoni wiesgħa ta’ impjieg prevista
fl- Artikolu 2(c) li tkopri l-attivitajiet kollha li huma jew suppost
ikunu mħallsa, li jitwettqu taħt id-direzzjoni u/jew
is-superviżjoni ta’ min iħaddem, irrispettivament mir-relazzjoni
legali Barra
minn hekk, l-Artikolu 8 jitlob li l-katina kollha ta’ min iħaddem
tkun obbligata li tħallas sanzjonijiet finanzjarji previsti taħt
l-Artikolu 5, minħabba li f’xi setturi, speċjalment dawk
affettwati mill-fenomenu ta’ impjieg illegali, is-sottokuntrattar huwa mifrux. Skont
l-Artikolu 8(1)(a), il-leġiżlazzjoni tal-Istati Membri
(ħlief f’EE u LT) tipprevedi li, meta min iħaddem ikun subkuntrattur
dirett, il-kuntrattur għandu jkun responsabbli li jħallas,
b’żieda ma’ jew minflok min iħaddem, kwalunkwe sanzjoni finanzjarja
imposta bis-saħħa tal-Artikolu 5. Skont l-Artikolu 8(2),
il-maġġoranza tal-Istati Membri[25]
jiżguraw ukoll li, fejn min iħaddem ikun sottokuntrattur,
il-kuntrattur prinċipali u kwalunkwe subkuntrattur intermedjarju jista’
wkoll ikun responsabbli li jħallas multi meta huma kienu jafu li
s-subkuntrattur impjega migranti irregolari. Sabiex
jiġi ffaċilitat l-infurzar ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u biex
tiġi pprovduta ċ-ċertezza legali lill-kuntratturi,
l-Artikolu 8(3) jirrikjedi li kuntrattur li jkun wettaq l-obbligi
tad-diliġenza dovuta mhux se jkun responsabbli skont l-Artikolu 8(1)
u (2). Madankollu, ħafna Stati Membri[26] għadhom
ma ddefinixxewx tali diliġenza dovuta fil-leġiżlazzjoni
nazzjonali tagħhom, iżda dawn ta’ spiss jirreferu għal
dispożizzjoni ġenerali tal-kuntratt/il-liġi ċivili. Fl-aħħar
nett, fuq il-bażi tal-Artikolu 9(2), l-Istati Membri kollha
jiżguraw li l-inċitament, l-għajnuna u l-kompliċità
fl-impjieg intenzjonali ta’ migranti li qed jirrisjedu illegalment hija
punibbli wkoll bħala reat kriminali. Skont l-Artikolu 11, huma
żguraw ukoll ir-responsabbiltà ta’ persuni ġuridiċi
għall-offiżi kriminali msemmija fl-Artikolu 9, meta r-reat
ikun sar għal benefiċċju tagħhom minn kwalunkwe persuna li
għandha pożizzjoni ta’ tmexxija fi ħdan il-persuna
ġuridika, li taġixxi individwalment jew bħala parti minn organu
tal-persuna ġuridika, jew jekk ikun hemm nuqqas ta’ superviżjoni.[27] Bħala
riżultat tat-traspożizzjoni tad-Direttiva, l-atturi kollha li
jibbenefikaw mill-impjieg illegali jistgħu jkunu penalizzati b'mod adegwat
fil-maġġoranza tal-Istati Membri. Dan mhuwiex essenzjali biss biex
jiġi miġġieled b’mod effikaċi dan il-fenomenu, iżda
huwa wkoll kritiku biex jiffaċilita l-eżerċizzju tad-drittijiet
li d-Direttiva tagħti lill-migranti irregolari. II- Miżuri protettivi favur l-impjegar illegali ta'
ċittadini ta' pajjiż terz II.1- Ħlas
b'lura ta' salarji u taxxi (l-Artikoli 6(1) u (8) L-Istati Membri
ttrasponew b’mod korrett l-Artikolu 6(1)(a), li jipprevedi d-dritt
tal-migranti irregolari li jiġu mħallsa għax-xogħol
imwettaq u l-Artikolu 6(1)(b), li jobbliga lil min iħaddem li
jħallas it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali kollha
li kellhom jitħallsu, kieku ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz kien
impjegat b’mod legali. Biex jiġu
kkalkolati l-ammonti dovuti, l-Artikolu 6(3) jassumi li r-relazzjoni
tal-impjieg damet mill-inqas tliet xhur, ħlief jekk min iħaddem
jew l-impjegat ikun jista’ jagħtu prova mod ieħor. L-Istati Membri
kollha ħlief EE, ES u RO introduċew din is-suppożizzjoni
fil-leġiżlazzjoni tagħhom u NL saħansitra tipprovdi
għal suppożizzjoni ta’ sitt xhur. Fl-Istati
Membri kollha, min iħaddem, fil-prinċipju huwa obbligat, skont l-Artikolu
6(1)(c), iħallas kull spiża li tfiġġ mill-ħlasijiet
tar-ritorn lejn il-pajjiż li ċ-ċittadin ta' pajjiż terz
ikun irrotorna lejh jew ġie rritornat lilu. Skont
l-Artikolu 8, l-Istati Membri, normalment ikunu prevvedew li, barra li
min iħaddem, kuntratturi dirett u kwalunkwe subkuntrattur intermedjarju
jista’ wkoll jintalab iħallas kull remunerazzjoni mhux imħallsa u
taxxi.[28] II.2- L-aċċess
għall-ġustizzja u l-iffaċilitar tal-ilmenti (l-Artikoli 6(2) sa
(5) u 13) Biex jiġu
nfurzati dawn ir-regoli, l-aċċess għall-ġustizzja u
l-iffaċilitar tal-ilmenti jikkostitwixxu l-qalba ta’ miżuri
protettivi tad-Direttiva maħsuba biex issewwu l-inġustizzji
mġarrba minn migranti irregolari. Iżda hija din il-parti
tad-Direttiva li tista' tqajjem it-tħassib minħabba l-isforzi ta’
traspożizzjoni tal-Istati Membri ta’ spiss irriżultaw
f'mekkaniżmu dgħajjef jew li ma jeżistix ta' ffaċilitar
tal-infurzar tad-drittijiet tal-migranti irregolari. Kienu ftit
l-Istati Membri[29]
li espliċitament trasponew id-dritt ta' migranti impjegati illegalment
biex jagħmlu talba kontra minn iħaddimhom għal remunerazzjoni
pendenti, inkluż f'każijiet fejn huma rritornaw lejn
pajjiżhom jew ġew ritornati[30].
Ħafna mill-Istati Membri sempliċiment jirreferu
għad-dispożizzjonijiet ġenerali dwar id-dritt li jressqu
każ quddiem il-qrati ċivili jew tax-xogħol. Numru limitat ta’
Stati Membri[31]
għamlu użu mill-għażla fl-Artikolu 6(2)§1(b) fejn
jistabbilixxu proċeduri biex tiġi rkuprata r-remunerazzjoni pendenti
mingħajr ma jkun hemm bżonn li ċ-ċittadini minn pajjiżi
terzi jintroduċu talba. L-Artikolu 13(1)
jirrikjedi li l-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ mekkaniżmi
effikaċi li permezz tagħhom migranti irregolari jistgħu
jippreżentaw ilmenti kontra min iħaddimhom, inkluż permezz
ta’ partijiet terzi. L-Artikolu 13(2) jobbliga lill-Istati Membri li
jiżguraw li partijiet terzi b’interess leġittimu fl-iżgurar
tal-konformità mad-Direttiva jistgħu jaġixxu f’isem jew
b’appoġġ ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz fi kwalunkwe
proċeduri amministrattivi jew ċivili li jiddefendu d-drittijiet
tagħhom. F’diversi Stati Membri, it-trade unions huma intitolati li
jressqu lmenti f’isem migranti irregolari u biex jirrappreżentawhom
fil-proċedimenti nazzjonali[32].
F’każijiet iktar rari, l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema migranti[33]
u l-awtoritajiet pubbliċi[34]
b’setgħat ta’ spezzjoni għandhom dan ir-rwol. LU, MT u NL
għadhom ma nnominawx tali partijiet terzi fil-leġiżlazzjoni. Erba’ Stati
Membri[35]
daħħlu mekkaniżmi speċifiċi sabiex migranti irregolari
ikunu jistgħu jirċievu kull ħlas dovut, inkluż wara li
rritornaw jew ġew imġiegħla jirritornaw (l-Artikolu 6(4)).
Pereżempju, l-Uffiċċju Franċiż tal-Immigrazzjoni u
l-Integrazzjoni jista' joħroġ ordnijiet ta’ infurzar biex
jirċievi l-flus dovuti f’isem migranti impjegati illegalment, u
mbagħad jittrasferixxi l-flus lilhom. Pajjiżi oħra jiddependu
fuq dispożizzjonijiet ġenerali rigward l-infurzar ta’ sentenzi. Id-Direttiva
tirrikjedi li l-migranti irregolari jiġu infurmati b’mod "sistematiku
u oġġettiv" dwar id-drittijiet tagħhom. Numru ta’ Stati
Membri[36]
ma għamlux dispożizzjoni għal dan fil-leġiżlazzjoni
tagħhom u Stati Membri oħra[37]
qed jiddependu fuq linji gwida amministrattivi ġenerali u fuq regoli dwar
informazzjoni għal dawk li huma soġġetti għal
proċedimenti amministrattivi. Fil-prattika, dan jista’ jfisser li l-Istati
Membri joqogħdu fuq informazzjoni dwar siti elettroniċi partikolari
li migranti irregolari huma probabbli li jkunux jafu bihom jew jista’ ma
jkollhomx aċċess għalihom. Fl-aħħar
nett, għadd limitat biss ta’ Stati Membri[38] ittrasponew
espliċitament l-Artikoli 6(5) u 13(4), li jobbligawhom jagħtu permessi
ta’ tul limitat, marbutin mat-tul tal-proċedimenti nazzjonali
rilevanti, lil ċittadini ta’ pajjiżi terzi involuti fi
proċedimenti kriminali għar-reati msemmija fl-Artikolu 9(1)(c) u
(e), u li jiddefinixxu l-kundizzjonijiet skont liema leġiżlazzjoni
t-tul ta’ dan il-permess jista’ jiġi estiż sakemm il-migrant
irregolari jkun irċieva kull ħlas b’lura. B’mod
ġenerali, in-nuqqas ta’ mekkaniżmi speċifiċi f’ħafna
Stati Membri biex jiġu rimedjati d-diffikultajiet li jistgħu
jiffaċċjaw il-migranti irregolari li jkollhom aċċess
għall-ġustizzja u jinfurzaw id-drittijiet tagħhom jista’ jkun
kontroproduttiv għall-ġlieda kontra l-impjieg illegali. L-inkoraġġiment
ta' ilmenti kontra min iħaddem jistgħa' jaqdi rwol importanti
fl-istrateġiji tal-Istati Membri sabiex jikxfu l-impjieg illegali. III- Sejbien ta' impjieg illegali
u infurzar tal-projbizzjoni tiegħu III.1- Miżuri
preventivi: obbligu ta' min iħaddem (l-Artikolu 4) Biex
tittitqajjem kuxjenza fost min iħaddem u jiġu ffaċilitati
l-ispezzjonijiet, l-Istati Membri kollha ttrasponew il-miżuri preventivi
previsti fl-Artikolu 4. Ċittadini ta’ pajjiżi terzi jrid ikollhom
u jippreżentaw permess ta’ residenza validu jew awtorizzazzjoni oħra
ta’ residenza qabel ma jibda l-impjieg. Min iħaddem irid iżomm
għal mill-inqas it-tul tal-impjieg kopja jew rekord ta’ dawn id-dokumenti
f’każ ta’ spezzjoni, u għandu javża l-awtoritajiet rilevanti fi
ħdan perjodu speċifiku meta jibda jimpjega ċittadin ta’
pajjiż terz. Fil-parti
l-kbira tal-Istati Membri[39],
dan il-proċess irid isir fi ftit ġranet qabel il-bidu tal-impjieg jew
wara l-konklużjoni tal-kuntratt[40]
u l-aktar tard fl-aħħar jum tax-xogħol[41].
F'oħrajn, din in-notifika trid issir fi żmien perjodu ta' ġranet[42]
sa għadd ta' ġimgħat[43]
wara l-bidu tal-impjieg. Jekk dan il-proċess jitlesta, min iħaddem
huwa eżentat mir-responsabbiltà, sakemm ma kienx jaf li d-dokument
ippreżentat kien iffalsifikat.[44] L-Istati Membri
għamlu biss użu limitat tal-għażla li jintroduċu
proċedura ta’ notifika simplifikata meta min iħaddem ikun persuna
fiżika u l-impjieg ikun għall-finijiet privati tiegħu (DE, IT,
LU) u/jew biex inneħħu lil min iħaddem l-obbligu tiegħu li
jinnotifika fejn jimpjega ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkollhom
status ta’ residenza fit-tul (AT, CY u EE). III.2- Spezzjonijiet
(l-Artikolu 14) Skont
l-Artikolu 14, il-liġijiet nazzjonali jeħtieġu li
l-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jwettqu spezzjonijiet ibbażati fuq
valutazzjoni li tidentifika setturi l-aktar f’riskju, sabiex jgħinu
jinfurzaw il-projbizzjoni fuq l-impjegar ta’ ċittadini ta’ pajjiżi
terzi residenti illegalment. Spezzjonijiet
effettivi u xierqa huma indispensabbli għall-ġlieda kontra l-impjieg
illegali u biex jiġi żgurat li l-immigranti irregolari jistgħu
jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom. Mingħajr spezzjonijiet
xierqa, kwalunkwe sanzjoni tista' tibqa' biss theddida teoretika. Madankollu,
dewmien fit-trażmissjoni ta’ rapporti ta’ spezzjoni
lill-Kummissjoni u kwistjonijiet fir-rigward tal-kwalità ta’ xi rapporti
jagħti lok għal tħassib. Fl-2012, erba’ Stati Membri biss (DE,
FR, LV u SK) irrappurtaw dwar l-ispezzjonijiet imwettqa fl-2011. Fl-2013, disa’
Stati Membri biss (FI, FR, HU, LT, LV, PL, RO, SK u SI) ippreżentaw
ir-rapporti tagħhom fil-ħin. Fl-10 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni
bagħtet ittri ta' qabel il-ksur lill-15-il Stat Membru l-oħra biex
tfakkarhom dwar l-obbligi tagħhom. L-Istati Membri kollha kkomunikaw
ir-rapport minn dak iż-żmien. B’mod
ġenerali hemm lok biex jittejjeb ir-rappurtar. L-informazzjoni
rrappurtata hija parzjalment inkompleta, bbażata fuq metodi differenti ta’
kalkolu u definizzjonijiet u/jew sempliċiment mhijiex konformi
mar-rekwiżiti ta' rappurtar tad-Direttiva. Konsegwentement,
l-informazzjoni mir-riżultati tal-ispezzjonijiet hija limitata u huwa
diffiċli biex tingħata ħarsa ġenerali komprensiva mal-UE
kollha tal-ispezzjonijiet imwettqa u r-riżultati tagħhom. Sabiex
jiġi faċilitat ir-rappurtar, fl-2010, il-Kummissjoni kienet diġà
ċċirkolat mudell ta’ rappurtar lill-Istati Membri. Dan ġie
aġġornat reċentement sabiex jiġi żgurat li l-Istati
Membri jipprovdu dejta komparabbli u informazzjoni li għandha tippermetti
lill-Kummissjoni biex tivvaluta infurzar effettiv tad-Direttiva. L-identifikar
tas-setturi l-aktar f’riskju huwa importanti sabiex l-ispezzjonijiet
jistgħu jkunu strument utli fil-ġlieda kontra l-impjieg illegali.
Filwaqt li diversi Stati Membri (CZ, EE, LT, MT u RO) ma jagħmluhiex
ċara jekk u kif setturi ta' riskju akbar ġewx identifikati,
ir-rapporti mill-Istati Membri l-oħra juru li s-setturi l-aktar affetwati
mill-impjegar illegali huma l-istess fil-parti l-kbira tal-Istati Membri:
il-kostruzzjoni, l-agrikoltura u l-ortikultura, xogħol tad-dar/tindif,
servizzi tal-lukandi u l-ikel. It-tabella 3
tippreżenta l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar
l-ispezzjonijiet imwettqa f’setturi ta' riskju, ikkumplimentata, fejn ikun
meħtieġ, ma’ ċifri uffiċjali mill-Eurostat dwar
l-għadd ta’ min iħaddem u tal-impjegati. Din turi li l-għadd ta’
spezzjonijiet imwettqa f’xi Stati Membri huwa improbabbli li jiddisswadi lil
min iħaddem milli jimpjega migranti irregolari. Fil-BG, EE, PL, RO u SE,
anqas minn 1 % ta' min iħaddem ġew spezzjonati fl-2012, meta
mqabbel ma' 16.98 % fl-AT, 17.33 % fl-IT u 28.93 % fis-SI,
pereżempju[45].
Dan jissuġġerixxi li hemm differenzi kbar fl-isforzi tal-infurzar
bejn l-Istati Membri u jista' jfisser li dawk li jħaddmu li jiksru
l-liġi aktar probabbli jevitaw sejbien jew prosekuzzjoni f’ċerti
Stati Membri milli f’oħrajn. IV. Konklużjoni u l-passi li jmiss Wara
t-traspożizzjoni tad-Direttiva 2009/52/KE, l-Istati Membri kollha
jipprojbixxu l-impjieg ta’ migranti irregolari u jimponu sanzjonijiet
finanzjarji, amministrattivi jew kriminali fuq min iħaddimhom.
Madanakollu, is-severità tas-sanzjonijiet kif stabbilit mil-liġi tvarja
b’mod konsiderevoli bejn l-Istati Membri. Dan iqajjem tħassib dwar jekk
is-sanzjonijiet humiex dejjem effettivi, proporzjonati u dissważivi u,
għalhekk, se jkollhom jiġu vvalutati aktar. Xi Stati Membri
għadhom ma implimentawx l-elementi protettivi tad-Direttiva b’mod
sodisfaċenti. Għad hemm lok għal titjib fl-oqsma kollha li
joffru protezzjoni lil migranti irregolari, kemm jekk hu d-dritt li
jagħmlu talba kontra min iħaddem, mekkaniżmi effettivi biex
jagħmlu dan jew xi ħaġa bażika bħala li jiġu
provduti informazzjoni oġġettiva u sistematika dwar id-drittijiet
tagħhom. Xi Stati Membri
x’aktarx jeħtieġu li jagħmlu sforzi sostanzjali biex itejbu mhux
biss ir-rappurtar tagħhom dwar l-ispezzjonijiet, iżda wkoll
l-ispezzjonijiet infushom u l-isforzi ta' prijoritizzazzjoni tagħhom
permezz ta’ identifikazzjoni sistematika ta’ setturi ta' riskju. Fuq
il-bażi tad-dejta miġbura għall-2012, jidher li għad fadal
ħafna xi jsir biex jiġi żgurat li sistema ta' spezzjonijiet
effettivi u adegwati tkun fis-seħħ. In-nuqqas ta’ sistema bħal
din tpoġġi f’dubju serju l-infurzar effettiv tal-projbizzjoni
tal-impjieg illegali u l-isforzi tal-Istati Membri biex jitnaqqsu d-differenzi
fl-infurzar tad-Direttiva. Minħabba li
l-Istati Membri huma obbligati jirrappurtaw dwar spezzjonijiet kull sena qabel
l-1 ta’ Lulju, il-Kummissjoni se tkompli tissorvelja mill-qrib il-miżuri
meħuda mill-Istati Membri f’dan il-qasam u tieħu azzjoni jekk ikun
hemm bżonn. Sabiex titqajjem il-kuxjenza tal-Istati Membri dwar dawn
il-problemi u oħrajn potenzjali identifikati fit-traspożizzjoni
tad-Direttiva, il-Kummissjoni hija involuta fi skambji bilaterali ma’ kull Stat
Membru u se tniedi proċeduri pilota tal-UE fejn meħtieġ. Il-Kummissjoni
se tipprovdi appoġġ lill-Istati Membri biex tiżgura livell
sodisfaċenti ta’ implimentazzjoni tad-Direttiva madwar l-UE. Kif ilha
tagħmel fuq bażi kontinwa mill-adozzjoni tad-Direttiva fl-2009,
il-Kummissjoni se tistieden lill-Istati Membri biex jiddiskutu
t-traspożizzjoni legali u l-implimentazzjoni ta’ diversi
dispożizzjonijiet ewlenin tad-Direttiva f’laqgħat li jmiss. Jekk ikun
meħtieġ, il-linji gwida dwar l-implimentazzjoni prattika tad-Direttiva
jistgħu jitfasslu wkoll inkluż dwar l-infurzar tad-drittijiet
tal-migranti. Għalissa,
il-Kummissjoni mhux qed tipproponi xi emendi fid-Direttiva. Hija se
teżamina, matul iż-żmien, jekk il-leġiżlazzjoni ta’
traspożizzjoni tkunx biżżejjed biex tnaqqas l-impjieg illegali u
tikkostitwixxix inċentiv biex jintużaw il-proċeduri
tal-immigrazzjoni legali għall-benefiċċju tal-migranti, min
iħaddem u l-Istati Membri. It-Tabella 1: Sanzjonijiet
finanzjarji SM || N/L persuna (1) || L-ammont ta’ sanzjonijiet finanzjarji || Artikolu 5(3)(2) || It-tqabbil mal-liġi fis-seħħ qabel it-traspożizzjoni Minimu || Fiss || Massimu Penali applikati għal kull migrant irregolari impjegat illegalment AT || L/N || €1 000/ €4 000 || || €10 000/ €50 000 || N || → BE || L/N || €300 || || €3 000 || N || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti BG || N || BGN 750/1 500 (€383/€767) || || BGN 7 500/15 000 (€3 834/€7 669) || N || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti L || BGN 3 000/6 000 (€1 534/ €3 068) || || BGN 30 000/60 000 (€15 338/€30 677) CY || L/N || || || CYP 500/ 2 000 (€854/ €3 417) || Y || → EE || N || || || €1 200 || N || → L || || || €3 200 EL || L/N || || €5 000/€10 000 || || N || ↑ ES || L/N || €10 001 || || €100 000 || N || ↑ FR || L/N || €6 980 || || €52 350 || N || ↑ HU || L/N || || HUF 500 000 (€ 1 630) || || Y || → IT || N || €1 950 || || €15 600 || N || ↑ LT || L/N || || LTL 3 000/10 000 (€869/€2 896) || LTL 10 000/20 000 (€2 896/€5 792) || N || → LU || L/N || || €2 500 || || N || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti NL || N || || || €11 250 || Y || ↑ L || || || €45 000 RO || L/N || RON 3 000 (€662) || || RON 4 000 (€883) || N || ↑ SE || L/N || || || SEK 22 200/44 400 (€2 477/€4 954) || N || → SI || N || € 2 000 || || € 5 000 || N || → L || € 4 000 || || € 12 000 Numru ta’ migranti irregolari ikkunsidrat fid-determinazzjoni tal-multa CZ || N || || || CZK 5 000 000 (€182 305) || N || ↑ L || CZK 250 000 (€9 115) || || CZK 10 000 000 (€364 606) DE || L/N || || || €500 000 || N || → FI || L/N || €1 000 || || €30 000 || Y || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti LV || N || €210 || || €500 || N || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti MT || L/N || || || €11 646,87 || N || → PL || L/N || PLN 3 000 (EUR 720) || || || Y || → PT || L/N || €2 000 || || €90 000 || N || → SK || L/N || €2 000 || || €200 000 || N || → *L/N = Persuna ġuridika/Persuna fiżika ** L-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2009/52/KE: "L-Istati Membri jistgħu jipprevedu sanzjonijiet finanzjarji mnaqqsa fejn min iħaddem ikun persuna fiżika li jħaddem ċittadin minn pajjiż terz f’soġġorn illegali għall-finijiet privati tiegħu jew tagħha u fejn ma jkun hemm l-ebda kundizzjonijiet tax-xogħol partikolarment abużivi" (Rati tal-iskambju (04/04/2014) : 1BGN = €0.511281; 1CYP = €1.70860; 1CZK = €0.0364632; 1HUF= €0.00326012; 1 LTL = €0.289620; 1 PLN = € 0.240083; 1ROL = € 0.224388; 1 SEK = €0.111573) It-Tabella
2:
Sanzjonijiet kriminali SM || Sanzjonijiet (tul ta’ żmien ta’ priġunerija u multa fejn applikabbli) || It-tqabbil mal-liġi fis-seħħ qabel it-traspożizzjoni 9(1)a || 9(1)b || 9(1)c || 9(1)d || 9(1)e AT || priġunerija ta' mhux aktar minn sitt xhur || priġunerija ta’ mhux aktar minn sitt xhur jew multa || priġunerija ta' mhux aktar minn sentejn || priġunerija ta' mhux aktar minn sentejn || priġunerija ta’ mhux aktar minn sitt xhur jew multa || ↓ BE || priġunerija minn sitt xhur sa tliet snin u/jew multa bejn EUR 600 u EUR 6 000 || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti BG || Priġunerija minn sena sa ħames snin u multa bejn BGN 5 000 (EUR 2 554) u BGN 50 000 (EUR 25 564) || Priġunerija sa erba' snin u multa bejn BGN 2 000 (EUR 1 022) u BGN 20 000 (EUR 10 225) || Priġunerija minn sena sa ħames snin u multa bejn BGN 5 000 (EUR 2 554) u BGN 50 000 (EUR 25 564) || Priġunerija sa erba' snin u multa bejn BGN 2 000 (EUR 1 022) u BGN 20 000 (EUR 10 225) || Priġunerija minn sena sa ħames snin u multa bejn BGN 5 000 (EUR 2 554) u BGN 50 000 (EUR 25 564) || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti CY || priġunerija sa ħames snin u/jew multa li ma taqbiżx EUR 20 000 || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti CZ || priġunerija minn sitt xhur sa ħames snin || - || priġunerija minn sitt xhur sa ħames snin || → DE || priġunerija ta’ mhux aktar minn sena jew multa || priġunerija ta’ mhux aktar minn sena jew multa || priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet snin jew multa (każijiet serji: sitt xhur sa ħames snin) || priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet snin jew multa || priġunerija ta’ mhux aktar minn sena jew multa || ↑ EE || multa ta’ 30 sa 500 rati ta’ kuljum (EUR 96 għal EUR 1 600) jew priġunerija sa tliet snin || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti EL || priġunerija ta’ mill-inqas ħames xhur || priġunerija ta’ mill-inqas sitt xhur || priġunerija ta’ mill-inqas sitt xhur || ↑ ES || - || priġunerija minn sitt xhur sa sitt snin u/jew multa ta' sitt xhur sa 12-il xahar || priġunerija minn xahrejn sa ħames snin u multa ta' sitt xhur sa 12-il xahar || - || - || → FI || multa jew priġunerija sa sena || → FR || priġunerija sa ħames snin u multa ta' sitt xhur sa EUR 15 000 || → HU || priġunerija ta' mhux aktar minn sentejn || priġunerija ta' mhux aktar minn sentejn || priġunerija bejn sena u ħames snin || priġunerija bejn sena u ħames snin || priġunerija bejn sena u ħames snin || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti SM || Sanzjonijiet (tul ta’ żmien ta’ priġunerija u multa fejn applikabbli) || It-tqabbil mal-liġi fis-seħħ qabel it-traspożizzjoni 9(1)a || 9(1)b || 9(1)c || 9(1)d || 9(1)e IT || priġunerija minn sitt xhur sa tliet snin u multa ta' EUR 5 000 || ↑ Żieda minn terz sa nofs tas-sanzjoni || || Żieda minn terz sa nofs tas-sanzjoni LT || multa jew priġunerija sa sentejn || - || multa jew priġunerija sa sentejn || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti LU || priġunerija minn tmint ijiem sa sena u/jew multa minn EUR 2 501 sa EUR 20 000 || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti LV || Priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet xhur, jew multa sa 100 salarju minimu tax-xahar (EUR 32 000) || Priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet xhur, jew servizz fil-komunità, jew multa sa 100 salarju minimu tax-xahar (EUR 32 000) || Priġunerija ta’ mhux aktar minn tliet xhur, jew multa sa 100 salarju minimu tax-xahar (€32 000) || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti MT || Multa sa 11 646.87 u/jew priġunerija sa sentejn. || → NL || priġunerija sa tliet snin u multa sa € 78 000 || priġunerija sa sena jew multa sa EUR 78 000 || → PL || priġunerija ta’ mhux aktar minn 12-il xahar u multa || priġunerija ta' mhux aktar minn tliet snin || priġunerija ta’ mhux aktar minn 12-il xahar u multa || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti PT || priġunerija sa sena jew multa sa 240 ġurnata (mass. EUR 120 000) || priġunerija sa sentejn jew multa sa 480 ġurnata (mass. EUR 240 000) || priġunerija bejn sena u ħames snin || priġunerija bejn sentejn u sitt snin || priġunerija sa sentejn jew multa sa 480 ġurnata (mass. EUR 240 000) || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti RO || - || priġunerija bejn sena u sentejn jew multa || - || priġunerija bejn sena u sentejn jew multa || priġunerija bejn sena u tliet snin || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti SE || multa jew priġunerija sa sena || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti SI || priġunerija ta' mhux aktar minn sentejn || priġunerija ta' mhux aktar minn tliet snin || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti SK || priġunerija ta' mhux aktar minn sentejn || priġunerija bejn sitt xhur u tliet snin || L-ebda leġiżlazzjoni preċedenti It-Tabella 3:
Spezzjonijiet imwettqa fl-2012 SM || ID-DIRETTIVA 2009/52/KE || Osservazzjonijiet Spezzjonijiet || Riżultati Numru assolut || Bħala perċentrali ta' min iħaddem fis-setturi kollha (f'%) || Numru ta’ spezzjonijiet li jkunu sabu ISTCN* || Numru ta’ ISTCN misjuba || Sehem ta’ ISTCN skoperti f’numru totali ta’ impjegati fis-setturi kollha (f’%) AT || 32 765 || 16,98 || 2 948 || 4 490 || 0,11 || Is-setturi kollha koperti. BE || 14 127 || 7,86 || 1 538 || 1 826 || 0,41 || Is-setturi kollha koperti. BG || 119 || 0,12 || 1 || 1 || 0,00003 || Is-setturi kollha koperti. CY || 5 736 || 38,5 || / || 1 340 || 0,35 || Is-setturi tar-riskju koperti. CZ || 27 914 || 17,45 || 27 || 46 || 0,00095 || Is-setturi kollha koperti. DE || 122 577 || 6,91 || / || / || / || Is-setturi tar-riskju koperti. EE || 79 || 0,36 || 0 || 0 || 0 || Is-setturi tar-riskju koperti. EL || 8 704 || 3,35 || 30 || 49 || 0,00138 || Is-setturi tar-riskju koperti; Dejta għal 01/08/2012-31/12/2012. ES || 53 671 || 6,12 || 5 386 || 5 386 || 0,03145 || Is-setturi kollha koperti. FI || 1 800 || 1,9 || / || / || / || Is-setturi kollha koperti. FR || 1 331 || / || / || 621 || / || Is-setturi tar-riskju koperti. Dejta relatata ma’ migranti li jaħdmu mingħajr permess tax-xogħol, l-ebda informazzjoni fuq l-istatus tagħhom ta’ residenza. HU || 19 080 || 9,72 || / || / || / || Is-setturi kollha koperti. IT || 243 847 || 17,33 || / || 11 499 || 0,05115 || Is-setturi kollha koperti. LT || 1 453 || 5,38 || / || 0 || 0 || Is-setturi kollha koperti. Id-dejta għall-perjodu minn 01/08/2012 - 31/12/2012. LV || 2 648 || / || / || 1 || 0,00012 || Is-setturi kollha koperti. Dejta għal 01/01/2012 -01/05/2013. LU || 3 097 || 43,62 || / || / || / || Is-setturi kollha koperti. MT || 3 831 || 53,07 || 70 || 88 || 0,05167 || Dejta relatata ma’ migranti li jaħdmu mingħajr permess tax-xogħol. L-ebda informazzjoni fuq l-istatus tagħhom ta’ residenza. NL || 11 181 || / || 776 || 1 123 || / || Is-setturi kollha koperti. Dejta tal-Eurostat dwar in-numru totali ta’ min iħaddem u l-impjegati mhux disponibbli. PL || 2 776 || 0,44 || 61 || 133 || 0,00306 || Is-setturi kollha koperti. PT || 2 305 || 1,09 || / || 10 828 || 0,25 || Is-setturi tar-riskju koperti. RO || 916 || 0,82 || / || 22 || 0,00025 || Is-setturi kollha koperti. SE || 414 || 0,25 || / || / || / || Is-setturi kollha koperti. SI || 9 027 || 28,93 || / || 8 || 0,00088 || Is-setturi tar-riskju koperti. SK || 39 801 || 57 77 || / || 22 || 0,00095 || Is-setturi kollha koperti. Parti mid-dejta ma tispeċifikax l-istatus ta’ residenza. ISTCN: Ċittadin ta’ pajjiż terz residenti illegalment [1] Eurostat, 2013, dejta mhux disponibbli għal NL u EL. [2] Id-Direttiva 2009/52/KE tat-18 ta’ Ġunju 2009 li tipprevedi
standards minimi għal sanzjonijiet u miżuri kontra min iħaddem
lil ċittadini minn pajjiżi terzi b’residenza illegali, ĠU
L 168, tat-30 ta’ Ġunju 2009, p. 24 (“Id-Direttiva dwar
Sanzjonijiet għal min Iħaddem”). [3] Il-Komunikazzjoni dwar l-approċċ globali
għall-migrazzjoni u l-mobbiltà (COM(2011) 743 finali, 18 ta' Novembru
2011. [4] Il-Komunikazzjoni dwar il-politika tal-UE dwar ir-ritorn, COM (2014)
199 finali, 28 ta’ Marzu 2013. [5] Id-Direttiva 2011/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-5 ta' April 2011 dwar il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra
t-traffikar tal-bnedmin u l-protezzjoni tal-vittmi tiegħu, ĠU L 101, 15 ta' April 2011,
p. 1. [6]
Id-Direttiva 2014/36/UE dwar il-kondizzjonijiet ta’ dħul u residenza ta’
ċittadini ta’ pajjiżi terzi għall-iskop ta’ impjieg bħala
ħaddiema staġonali, ĠU L 94, 28 ta’ Marzu 2014,
p. 375. [7] L-Artikolu 17
tad-Direttiva 2009/52/KE, op. cit. [8] L-Artikolu 258 (ex-226) tat-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea [9] AT, BE, BG, CZ, DE, FR, EL, IT, CY, LT, LU, HU, MT, NL, PL, PT, RO,
SI, FI u SE. [10] L-Istati Membri kollha minbarra d-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit
huma marbuta bid-Direttiva 2009/52/KE. L-implimentazzjoni tal-Kroazja wara
l-adeżjoni tagħha għad trid tiġi vvalutata. [11] DE, EL, FI, FR, MT, RO u SE (l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva
2009/52/KE). [12] AT, BE, CZ, DE, EE, FR, FI, HU, LT, MT, RO u
SE. [13]
Il-Komunikazzjoni hija bbażata fuq studju mwettaq għall-Kummissjoni. [14]
L-Artikolu 16 tad-Direttiva 2009/52/KE, op. cit. [15] CZ, EL, ES, FR, IT, NL u RO. [16] AT, BE, BG, CY, EE, EL, ES, FR, HU, IT, LT, LU, NL, RO, SE u SI. [17] CZ, DE, FI, LV, MT, PL, PT u SK. [18] Fatturi
oħra jinkludu, pereżempju, it-tqabbil ma’ sanzjonijiet għal tipi
simili ta’ reati kif ukoll id-definizzjoni preċiża tar-reat
fil-liġi nazzjonali rispettiva. Sabiex tiġi vvalutata l-effettività,
ġabra ta’ dejta empirika dwar penali applikati fil-verità. [19] Il-pagi minimi mill-Eurostat:
http://epp.eurostat.ec.europa.eu/portal/page/portal/labour_market/earnings/main_tables. [20] AT, CZ, DE, EL, ES, FI, FR, IT, MT u NL. [21] BE, BG, CY, EE, HU LT, LU, LV, PL, PT, RO, SE, SI u SK. [22] RO. [23] CZ, ES u LT. [24] BE, EL, BG, FI, LU, CZ, IT u EE. [25] Ħlief EE u LT. [26] BG, CZ, DE, EE, EL, ES, HU, IT, LT, MT, PT, RO, SE, SI u SK. [27] It-traspożizzjoni tar-responsabbiltà tal-persuni
ġuridiċi (kumpaniji) fejn kien hemm nuqqas ta’ superviżjoni jew
kontroll instab li kienu problematiċi biss fil-LU. [28] Ħlief EE u LT. [29] BG, CY, EL u SI. [30] CY, EL, PL u SE. [31] BE, FR, HU, MT u PL. [32] AT, CY, DE, EE, EL, FI, FR, HU, IT, LT, RO, SI u SK. [33] CZ, FI, HU, LV, u SE. [34] EL, ES, FI, IT u LT. [35] BE, EL u FR. [36] BG, ES, IT, LV, MT, NL, SI u SK. [37] BE, FI, HU u RO. [38] AT, DE, EL, ES, HU, IT, LU, SE, SI u SK. [39] Ħlief il-FI. [40] BG, CY, ES, FR, LT, NL u RO. [41] BE, CZ, EL, IT, LV, MT u PT. [42] AT, EE, HU, LU, PL u SK. [43] DE, SE u SI. [44] Ħlief il-BG u l-IT. [45] Xi Stati Membri pprovdew informazzjoni dwar l-ispezzjonijiet f’setturi
ta’ riskju, filwaqt li oħrajn ipprovdew informazzjoni dwar spezzjonijiet
fis-setturi kollha; ara t-tabella 3 għal aktar informazzjoni.