EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014DC0078

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 1 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2014 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

/* COM/2014/078 final - 2014/ () */

52014DC0078

ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 1 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2014 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni /* COM/2014/078 final - 2014/ () */


ABBOZZ TA’ BAĠIT EMENDATORJU Nru 1 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2014

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III – Il-Kummissjoni

Wara li ġie kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

– il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat fl-20 ta’ Novembru 2013[2],

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 1 għall-baġit tal-2014.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet għad-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq il-EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Il-verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

WERREJ

TOC

1.           Introduzzjoni

L-abbozz ta’ baġit emendatorju (ABE) Nru 1 għas-sena 2014 jikkonċerna għadd ta’ aġġustamenti tekniċi għall-istruttura tal-baġit u r-rimarki, li huma meħtieġa biex jimplimentaw sew il-baġit tal-2014 f’konformità mal-aħħar deċiżjonijiet leġiżlattivi u l-orjentazzjonijiet politiċi, inkluża l-ħtieġa immedjata li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs. Il-baġit emendatorju huwa mingħajr effett fuq il-baġit, mingħajr bidla fil-livell ġenerali tan-nefqa. L-elementi ewlenin inklużi huma dawn li ġejjin:

– L-aġġustamenti meħtieġa biex tiġi implimentata l-proposta ta' żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew ta’ Investiment (FEI)[3];

– Bidliet li joħorġu mill-bażi legali għal Orizzont 2020[4], li ġie adottat f’Diċembru tal-2013, wara l-adozzjoni tal-baġit tal- 2014;

– Il-ħolqien tal-istruttura baġitarja għall-impriża konġunta proposta Shift2Rail.[5]

2.           Fond Ewropew tal-Investiment (FEI)

Il-punt 26 tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tad-19 u l-20 ta’ Diċembru 2013 isejjaħ għal żieda fil-kapaċità ta’ titjib fil-kreditu tal-FEI, u b’risposta għal dan, il-FEI huwa mistenni li jżid b’mod sinifikanti l-garanzija ġenerali tiegħu u l-iskopertura għall-kapital ta' riskju matul is-snin li ġejjin, mill-2014 'il quddiem.

F'Novembru 2013, il-Bord tad-Diretturi tal-FEI approva l-ħsieb wara żieda sa EUR 1.5 biljun fil-kapital sottoskritt mill-FEI , li minnu se jitħallas 20%. Dan jimplika s-sottoskrizzjoni ta' 450 sehem addizzjonali mill-UE. Is-sottoskrizzjoni tal-UE ta’ ishma ġodda tal-FEI ssir fuq perjodu ta’ erba’ snin li jibda fl-2014. Ir-riżorsi meħtieġa huma stmati għal madwar EUR 170 miljun, ibbażati fuq projezzjonijiet tal-FEI għall-iżvilupp tal-prezz tal-ishma tiegħu matul il-perjodu tas-sottoskrizzjoni 2014-2017, u l-użu propost tad-dividendi tal-FEI riċevuti mill-UE bħala dħul assenjat. Il-Kummissjoni ppreżentat separatament proposta leġiżlattiva[6] biex iżżid il-kapital tal-FEI. It-tibdiliet proposti f’dan l-abbozz ta’ baġit emendatorju huma skont il-proposta leġiżlattiva.

Il-Kummissjoni tipproponi li tagħmel użu ta’ approprjazzjonijiet previsti għal strumenti finanzjarji taħt programmi eżistenti fi ħdan l-Intestatura 1a tan-nefqa tal-QFP (Kompetittività għat-tkabbir u l-impjiegi), partikolarment il-COSME u Orizzont 2020, biex jittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament.

L-objettivi ġenerali tal-programm COSME jinkludu li tissaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibilità tal-intrapriżi tal-Unjoni, partikolarment l-SMEs, u jkunu promossi l-ħolqien u t-tkabbir tal-SMEs. Il-FEI, permezz tal-attivitajiet tiegħu ta' kapital garanzija u riskju jirsisti biex jilħaq l-objettiv li jtejjeb l-aċċess għall-finanzjament, partikolarment tal-SMEs. Barraminnhekk, il-FEI jirsisti biex jilħaq objettivi oħra tar-Regolament COSME, bħall-promozzjoni tal-intraprenditorija u l-kultura intraprenditorjali. L-attività tal-FEI hija maħsuba wkoll biex ittejjeb l-aċċess għas-swieq, speċjalment fi ħdan l-Unjoni.

Fir-Regolament Orizzont 2020, l-istrumenti finanzjarji huma msemmija bħala s-sors ewlieni ta’ finanzjament għal attivitajiet qrib tas-suq li huma appoġġjati taħt Orizzont 2020. Għandha tingħata attenzjoni partikolari li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni adegwata tal-intrapriżi mikro, żgħar u medji (SMEs) kif ukoll l-impatti tar-riċerka u tal-innovazzjoni fuqhom, tul l-implimentazzjoni ta' Orizzont 2020. Il-prijorità “Tmexxija industrijali” fiha objettiv speċifiku imsejjaħ “Aċċess għal finanzjament ta’ riskju”, li fiha l-FEI għandu rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji ffinanzjati mill-Orizzont 2020[7].

It-tisħiħ tal-bażi tal-kapital tal-FEI se tikkontribwixxi biex ikun żgurat li l-FEI jista' jwassal l-appoġġ maħsub għall-programmi COSME u Orizzont 2020. Fil-baġit tal-2014, dan jimplika t-trasferiment fuq il-partita tal-baġit relevanti tal-FEI tal-ammont korrispondenti previst għall-ewwel pagament annwali (EUR 42.5 miljun).

It-tabella ta’ hawn taħt turi l-bidliet proposti għall-baġit 2014, li l-effett nett tagħhom huwa newtrali fuq il-livell globali tan-nefqa.

(f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimattivi fil-prezzijiet attwali)

Isem || Baġit 2014 || Abbozz tal-Baġit emendatorju No 1/2014 || Baġit 2014 (inkl. ABE1/2014)

Impenji || Ħlasijiet || Impenji || Ħlasijiet || Impenji || Ħlasijiet

01 04 01 01 – Fond Ewropew għall-Investiment – Provvediment ta' ishma mħallsa ta' kapital sottoskritt || - || - || +42,500 || +42,500 || 42,500 || 42, 500

02 02 02 – Titjib tal-aċċess għal finanzjament għal intrapriżi żgħar u medji (SMEs) f'forma ta’ ekwità u dejn || 161, 907 || 87, 914 || -21,250 || -21, 250 || 140, 657 || 66, 664

08 02 02 02 – Titjib tal-aċċess għal finanzjament ta’ riskju għal investiment fir-riċerka u l-innovazzjoni || 384, 814 || 326, 766 || -21,250 || -21, 250 || 363,564 || 305, 516

Totali || 546,721 || 414,680 || 0,0 || 0,0 || 546,721 || 414,680

Il-Kummissjoni tipproponi wkoll li temenda r-rimarki tal-baġit għall-Artikolu 850 tal-baġit Dividendi mħallsa mill-Fond Ewropew Ta’ Investiment biex jakkomodaw id-dħul assenjat, u b’hekk jiġu allinjati mad-deċiżjoni proposta tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill relatata maż-żieda fil-kapital tal-FEI.

3.           Horizon 2020

Biex l-istruttura tal-baġit tiġi allinjata mal-bażi legali ta' Orizzont 2020 adottat f’Diċembru 2013, wara l-adozzjoni tal-baġit tal-2014, hemm bżonn numru ta' bidliet biex tiġi kkunsidrata l-qasma riveduta tal-approprjazzjonijiet bejn l-azzjonijiet indiretti u l-azzjonijiet diretti tar-riċerka. Dawn jinkludu l-ħolqien ta’ żewġ linji ġodda tal-baġit, għall-allinjament tar-rimarki tal-baġit ta’ numru ta’ linji tal-baġit u, f’xi każijiet, it-tikkettar rivedut ta’ xi linji baġitarji. Id-dettalji sħaħ huma pprovduti fl-anness tal-baġit għal din l-ittra ta’ emenda. L-aġġustamenti huma newtrali fir-rigward tal-baġit, u huma miġbura fil-qosor fit-tabella t’hawn taħt:

|| (f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimattivi fil-prezzijiet attwali)

Isem || Baġit 2014 || Abbozz tal-Baġit emendatorju No 1/2014 || Baġit 2014 (inkl. ABE1/2014) || Noti ||

Impenji || Ħlasijiet || Impenji || Ħlasijiet || Impenji || Ħlasijiet || ||

02 04 03 02 - Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej sikuri || 138,347 || 10,866 || || || 138,347 || 10,866 || Isem rivedut ||

08 02 03 02 - Żgurar ta’ provvisti suffiċjenti ta’ ikel sikur u ta’ kwalità għolja u prodotti oħra b'bażi bijo || 204,042 || 22,468 || -2,269 || || 201,773 || 22,468 || Isem rivedut u s-sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

08 02 03 06 - Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflettivi || 193,408 || 17,626 || -59,384 || || 134,024 || 17,626 || Isem rivedut u s-sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

08 02 04 01 - Xjenza mas-soċjetà u għaliha || p.m. || p.m. || || || p.m. || p.m. || Isem u nomenklatura riveduta ||

08 02 04 02 - Tixrid tal-eċċellenza u twessigħ tal-parteċipazzjoni || || || 66,906 || 5,253 || 66,906 || 5,253 || Linja ġdida ||

09 04 01 01 - It-tisħiħ tar-riċerka fl-FET — Teknoloġiji Futuri u Emerġenti || 246,003 || 10,301 || -6,922 || || 239,081 || 10,301 || Sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

09 04 03 02 - Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej inklużivi, innovattivi u riflettivi || 77,973 || 0,505 || -39,857 || || 38,116 || 0,505 || Sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

09 04 03 03 - Trawwim ta’ soċjetajiet Ewropej sikuri || || || 46,779 || p.m. || 46,779 || p.m. || Linja ġdida ||

10 01 05 01 - Nefqa b’rabta ma’ uffiċjali u aġenti temporanji fl-implimentazzjoni ta’ programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni — Orizzont 2020 || 138,577 || 138,577 || -1,877 || -1,877 || 136,700 || 136,700 || Sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

10 01 05 02 - Persunal estern li jimplimenta programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni – Orizzont 2020 || 32,731 || 32,731 || -0,331 || -0,331 || 32,400 || 32,400 || Sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

10 01 05 03 - Nefqa oħra tal-immaniġġjar għall-programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni – Orizzont 2020 || 59,870 || 59,870 || -1,706 || -1,706 || 58,164 || 58,164 || Sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

10 01 05 04 - Nefqa oħra għal infrastrutturi kbar ġodda – Orizzont 2020 || 3,339 || 3,339 || -1,339 || -1,339 || 2,000 || 2,000 || Sors ta’ approprjazzjonijiet għal linji ġodda ||

Totali || 1.094,290 || 296,283 || 0,000 || 0,000 || 1.094,290 || 296,283 || ||

4.           Shift2Rail

Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail[8] (Impriża Konġunta S2R). L-S2R mistenija titwaqqaf għal perjodu li jispiċċa fil-31 ta’ Diċembru 2024 skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Se tikkondividi d-dispożizzjonijiet standard tal-proposti tal-ħames Impriżi Konġunti tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta ppreżentati f’Lulju 2013.

B’mod parallel, u kif diġà sar għall-impriżi konġunti l-oħra, il-Kummissjoni tipproponi l-ħolqien tal-istruttura baġitarja xierqa, inklużi l-linji rilevanti tal-baġit u l-pjan korrispondenti ta’ stabbiliment. Iż-żewġ linji ġodda tal-baġit huma proposti: 06 03 07 33 – Shift2Rail (S2R) Impriża Konġunta – Nefqa ta' appoġġ u 06 03 07 34 — Shift2Rail (S2R) Impriża Konġunta. Dawn it-tibdiliet huma konformi mal-abbozz tar-Regolament tal-Kunsill propost mill-Kummissjoni f’Diċembru li għadda.

In-nefqa amministrattiva marbuta mal-persunal tal-Impriża Konġunta (JU) biex tiġi mmaniġġjata parti mill-approprjazzjonijiet operazzjonali skont Orizzont 2020 se tkun kompletament ikkumpensata minn tnaqqis korrispondenti tan-nefqa għall-appoġġ amministrattiv taħt Orizzont 2020 fil-Kummissjoni, biex b’hekk in-nefqa amministrattiva totali taħt Orizzont 2020 tibqa' l-istess. Għaldaqstant, huwa propost li jiġi mmobilizzat mill-ġdid il-kontribut ta' EUR 480 000 f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament bħala appoġġ tal-linja tan-nefqa 06 03 07 33 minn linji tan-nefqa tal-baġit tal-appoġġ amministrattiv eżistenti tal-Orizzont 2020.

Fir-rigward tan-nefqa operazzjonali fl-2014, EUR 52 miljun se jkunu impenjati taħt il-Programm ta' Ħidma tat-Trasport 2014-2015 ta' Orizzont 2020, kif kien indikat fid-dikjarazzjoni finanzjarja leġiżlattiva korrispondenti, filwaqt li wieħed jistenna t-tnedija tal-Impriża Konġunta S2R. Il-ġestjoni ta’ dawn l-attivitajiet u l-estimi korrispondenti, kif ukoll ta’ xi ammonti eventwalment mhux impenjati wara sejħiet għal proposti, se jittieħdu mill-Impriża Konġunta S2R ladarba din tikseb kapaċità operattiva suffiċjenti. Ma hemm l-ebda ħlasijiet previsti fl-2014 dwar l-impenji operazzjonali. Għalhekk huwa propost li tinżamm entrata pro memoria (‘p.m.’) kemm għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' approprjazzjonijiet ta' pagament.

Dawn it-tibdiliet huma mqassra fit-tabella t’hawn taħt:

(f’miljuni ta’ EUR, ċifri approssimattivi fil-prezzijiet attwali) ||

|| Isem || Baġit 2014 || Abbozz tal-Baġit emendatorju No 1/2014 || Baġit 2014 (inkl. ABE1/2014)

|| Impenji || Ħlasijiet || Impenji || Ħlasijiet || Impenji || Ħlasijiet

|| 06 03 07 33 - Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R) — Nefqa ta’ appoġġ || mhux applikabbli || mhux applikabbli || +0,480 || +0,480 || 0,480 || 0,480

|| 06 03 07 34 - Impriża Konġunta Shift2Rail (S2R). || mhux applikabbli || mhux applikabbli || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

|| 06 01 05 03 - Nefqa oħra tal-immaniġġjar għall-programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni – Orizzont 2020 || 0,892 || 0,892 || -0,336 || -0,336 || 0,556 || 0,556

|| 08 01 05 03 - Nefqa oħra tal-immaniġġjar għall-programmi ta’ Riċerka u Innovazzjoni – Orizzont 2020 || 37,629 || 37,629 || -0,144 || -0,144 || 37,485 || 37,485

|| Totali || 38,521 || 38,521 || 0,000 || 0,000 || 38,521 || 38,521

Waqt li s-sejħa tal-2014 għal proposti tnediet mis-servizzi tal-Kummissjoni, l-istruttura l-ġdida tal-JU għandha ssir operattiva malajr kemm jista’ jkun sabiex tkun tista’ tieħu f’idejha l-ġestjoni tal-proġetti ladarba jiġu approvati. Barra minn hekk, l-istruttura l-ġdida se jkollha tħejji pjan ta’ ħidma li jista' jintuża bħala bażi għal sejħiet għal proposti futuri sa mill-2015. It-twaqqif tal-JU fil-ħin biex dan jintlaħaq se jirrikjedi li numru ta’ persunal jistabbilixxi d-dokumenti u l-proċeduri amministrattivi, legali u tekniċi kollha meħtieġa sabiex tiżgura li l-JU jkollha l-kapaċità operattiva biex timplimenta l-baġit tagħha stess. Fl-2014, huwa stmat li minimu ta' 6 membri tal-persunal se jkunu meħtieġa, inkluż id-Direttur Eżekuttiv, Kap tal-Unità (AD grad aġenti temporanji), kif ukoll 4 Aġenti Kuntrattwali li huma previsti li jiġu rreklutati minn Ġunju 2014.  Peress li l-persunal se jkun gradwalment introdott aktar tard matul is-sena, l-approprjazzjonijiet mitluba biex ikopru n-nefqa relatata ġew ikkalkulati fuq il-bażi ta’ medja ta’ preżenza ta’ erba’ xhur fl-2014.

5.           Tibdiliet Tekniċi Oħra

Wara emenda vvutata mill-Parlament Ewropew, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni fuq il-Baġit tal-2014 ddeċieda li jżid l-approprjazzjonijiet ta' impenn fl- Artikolu 05 08 80 tal-artikolu tal-baġit 05 08 80 Parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-Espożizzjoni Dinjija 2015 'Ngħalfu l-Pjaneta — Enerġija għall-Ħajja' f’Milan b’EUR 1 miljun meta mqabbel mal-abbozz tal-baġit. Din l-emenda kienet imfassla biex tipprovdi finanzjament inizjali ta’ tħejjija u għal stadji ta’ programm xjentifiku EXPO 2015 li jinvolvi l-kompilazzjoni tad-dejta tal-linja bażi għall-għanijiet ta' appoġġ ta' politika. Sabiex tippermetti l-użu ta’ dak l-ammont addizzjonali għall-għan maħsub, huwa propost li jiġu emendati r-rimarki tal-baġit skont dan.

Barra minn hekk, hemm tliet partiti tal-baġit li jirrigwardaw il-proġetti pilota u l-azzjonijiet preparatorji fit-Titolu 21 Żvilupp u Kooperazzjoni, li ġew ippreżentati fil-baġit tal-2014 b’sing twil “—” għaż-żewġ approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament. Madankollu, dan għandu jiġi kkoreġut biex is-singijiet jiġu sostitwiti b'entrata pro memeoria "p.m.", peress li fit-tliet każijiet, il-ħlasijiet jistgħu xorta iridu jsiru fl- 2014. Il-linji tal-baġit in kwistjoni huma kif ġej: Partita 21 04 77 02 — Proġett pilota — Forum tas-Soċjetà Ċivili UE-Russja; Partita 21 04 77 03 — Proġett pilota —Iffinanzjar għall-vittmi tat-tortura; u Partita 21 05 77 02 — Azzjoni Preparatorja — Reazzjoni ta' emerġenza għall-kriżi finanzjarja u ekonomika fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

[1]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[2]               ĠU L XX, 20.2.2014, p. 1.

[3]               COM (2014) 66, 6.2.2014.

[4]               Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jirrevoka d-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104).

[5]               COM(2013) 922 finali, 16.12.2013.

[6]               Ara n-nota f’qiegħ l-paġna 3 hawn fuq.

[7]               Dawn, b’mod partikolari, se jkunu s-suċċessuri tal-Istrument tal-Kondiviżjoni tar-Riskji (RSI) li jipprovdu garanziji għall-SMEs, li huma mistennija li jkunu jeħtieġu kontribuzzjoni tal-Kummissjoni mill-Orizzont 2020 li tiżboq l-EUR 700 miljun u allokazzjoni ta’ kapital tal-FEI sa massimu ta’ EUR 350 miljun, bil-għan li tiġbed sa EUR 8 biljun ta’ self. Barra minn hekk, taħt il-programm Orizzont 2020, il-FEI se jimplimenta faċilità ta' ekwità fi stadju bikri b'allokazzjoni baġitarja tal-UE ta' madwar EUR 400-450 miljun u livell xieraq ta' koinvestiment mir-riżorsi tal-FEI.

[8]               COM(2013) 922 finali, 16.12.2013.

Top