Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014BP0411

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (08219/2014 – C7-0146/2014 – 2014/2018(BUD))

    ĠU C 443, 22.12.2017, p. 913–914 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.12.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 443/913


    P7_TA(2014)0411

    Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014: aġġustamenti tekniċi dwar il-Fond Ewropew ta' Investiment, Orizzont 2020 u l-Impriża Konġunta Shift2Rail

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' April 2014 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima III – Il-Kummissjoni (08219/2014 – C7-0146/2014 – 2014/2018(BUD))

    (2017/C 443/84)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-Artikolu 314(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea tal-Enerġija Atomika,

    wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

    wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, adottat b'mod definittiv fl-20 ta' Novembru 2013 (2),

    wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta’ Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3),

    wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4),

    wara li kkunsidra l-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni tal-Unjoni Ewropea fiż-żieda fil-kapital tal-Fond Ewropew għall-Investiment (COM(2014)0066),

    wara li kkunsidra l-proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Shift2Rail (COM(2013)0922),

    wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2014, adottat mill-Kummissjoni fil-11 ta' Frar 2014 (COM(2014)0078),

    wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 adottata mill-Kunsill fid-9 ta' April 2014 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fl-10 ta' April 2014(08219/2014 – C7-0146/2014),

    wara li kkunsidra l-Artikoli 75b u 75e tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A7-0276/2014),

    A.

    billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 għandu x'jaqsam ma' għadd ta' aġġustamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-baġit għall-2014 bi qbil mal-adozzjoni tal-aħħar atti leġiżlattivi u, b'mod partikolari, l-aġġustamenti meħtieġa għall-implimentazzjoni taż-żieda kapitali proposta għall-Fond Ewropew tal-Investiment (FEI), il-bidliet li jirriżultaw mill-bażi ġuridika tal-programm Orizzont 2020 adottata wara li l-baġit għall-2014 ġie adottat formalment, u l-aġġustamenti marbutin mal-ħolqien tal-istruttura baġitarja għall-proposta għall-Impriża Konġunta Shift2Rail;

    B.

    billi ż-żieda fil-bażi kapitali tal-FEI se tikkontribwixxi biex jittejjeb l-aċċess tal-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju għall-finanzjament permezz tal-programmi COSME u Orizzont 2020;

    C.

    billi hemm bżonn ta' bidliet għan-nomenklatura tal-programm Orizzont 2020 biex jiġi allinjat mad-dispożizzjonijiet tal-bażi ġuridika adottata f'Diċembru 2013;

    D.

    billi hemm bżonn tal-ħolqien tal-istruttura baġitarja xierqa għall-Impriża Konġunta Shift2Rail u dan diġà sar għall-impriżi konġunti l-oħra waqt il-proċedura baġitarja għall-2014;

    E.

    billi l-għan tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 huwa li dawn l-aġġustamenti baġitarji jiddaħħlu b'mod formali fil-baġit tal-2014;

    F.

    billi l-effett tal-bidliet proposti fuq il-baġit qed jiġi ppreżentat bħala wieħed newtrali, bl-ebda bidla għal-livell kumplessiv ta' nfiq għall-2014;

    1.

    Ifakkar li l-programm ta' ħidma għall-attività koperta mil-linja baġitarja 08 02 04 01 “Ix-xjenza għas-Soċjetà u magħha” jindika impenji ta' madwar EUR 53 miljun fl-2014 waqt li l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2014 ma jissuġġerixxi l-ebda allokazzjoni għal din il-linja; ifakkar lill-Kummissjoni rigward l-impenn li ħadet matul it-trilogu baġitarju tat-2 ta' April 2014 li tipproċedi minnufih għal trasferiment intern għal-linja 08 02 04 01 “Ix-xjenza għas-Soċjetà u magħha” b'mod li tiżgura bidu bla intoppi għal din l-attività skont il-programm ta' ħidma u kif previst fil-bażi ġuridika;

    2.

    Jieħu nota tal-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2014, kif ippreżentat mill-Kummissjoni, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill dwaru;

    3.

    Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 1/2014;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiddikjara li l-Baġit Emendatorju Nru 1/2014 ġie adottat b'mod definittiv u jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

    5.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

    (2)  ĠU L 51, 20.2.2014.

    (3)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

    (4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.


    Top