Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52014AP0048

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli u proċeduri biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Groenlandja fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley (COM(2013)0429 – C7-0232/2013 – 2013/0201(CNS))

    ĠU C 93, 24.3.2017, p. 162–162 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.3.2017   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 93/162


    P7_TA(2014)0048

    Il-parteċipazzjoni tal-Groenlandja fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess ta' Kimberley *

    Riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-4 ta' Frar 2014 dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli u proċeduri biex jippermettu l-parteċipazzjoni tal-Groenlandja fl-iskema taċ-ċertifikazzjoni tal-Proċess Kimberley (COM(2013)0429 – C7-0232/2013 – 2013/0201(CNS))

    (Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

    (2017/C 093/32)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2013)0429),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu ġie kkonsultat mill-Kunsill (C7-0232/2013),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A7-0466/2013),

    1.

    Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

    2.

    Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

    3.

    Jitlob lill-Kunsill biex jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

    4.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    Top