Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XX0327(01)

    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tat- 28 ta' Novembru 2012 rigward abbozz tad-deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan – Relatur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

    ĠU C 89, 27.3.2013, p. 3–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 89/3


    Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-ftehimiet restrittivi u l-pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tat-28 ta' Novembru 2012 rigward abbozz tad-deċiżjoni relatat mal-Każ COMP/39.230 – Rio Tinto Alcan

    Relatur: Il-Pajjiżi l-Baxxi

    2013/C 89/04

    1.

    Il-Kumitat Konsultattiv għandu l-istess tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajjem mill-Kummissjoni fl-abbozz tad-deċiżjoni tagħha.

    2.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba jista’ jkollha effetti fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

    3.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-Proposta ta' Impenn Riveduta mressqa minn Rio Tinto Alcan tindirizza t-tħassib dwar il-kompetizzjoni mqajma mill-Kummissjoni.

    4.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji huma adegwati.

    5.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mat-tul tal-impenji.

    6.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li l-impenji għandhom isiru vinkolanti b’mod sħiħ.

    7.

    Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel li fid-dawl tal-impenji u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 m'għadx hemm aktar raġuni għal azzjoni mill-Kummissjoni kontra Rio Tinto Alcan rigward it-tħassib dwar il-kompetizzjoni identifikat fl-abbozz ta' deċiżjoni.

    8.

    Il-Kumitat Konsultattiv jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra kwalunkwe punti oħrajn li ġew indikati matul id-diskussjoni.

    9.

    Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-Opinjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


    Top