Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG0220(05)

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Chambrey” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 49, 20.2.2013, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/15


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis d’Chambrey”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/09

Permezz ta' applikazzjoni li saret fil-25 ta' Ottubru 2011, l-impriża Elixir Petroleum (Moselle), li għandha s-sede tagħha f'8, The Courtyard, Eastern Road, Bracknell, Berks, ir-Renju Unit, talbet li tingħata permess esklussiv, għal tul ta' ħames snin, għat-tiftix ta’ depożiti tal-idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Chambrey”, fuq żona li tagħmel parti mit-territorju tad-Dipartimenti ta' Meurthe-et-Moselle u tal-Moselle.

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

4,60

54,20

B

4,50

54,20

C

4,50

54,30

D

4,60

54,30

Skont din id-definizzjoni, l-erja hija ta’ madwar 66 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (modifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mid-data tal-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċeduri miġbura fil-qosor fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u d-drittijiet tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija fl-indirizz imsemmi hawn taħt. Id-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet konkorrenti se jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla għand l-awtoritajiet Franċiżi tal-applikazzjoni inizjali, u mhux aktar tard mill-8 ta' Novembru 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għal-Liġi 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikata) dwar il-ftuħ ta’ xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, Direction de l’énergie, Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche — Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France Telefown.: +33 140819527.

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top