EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XG0220(02)

Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Sénonais” ) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 49, 20.2.2013, p. 9–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

20.2.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 49/9


Komunikazzjoni mill-Gvern Franċiż dwar id-Direttiva 94/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kondizzjonijiet għall-għoti u l-użu ta' awtorizzazzjonijiet għall-prospettar, esplorazzjoni u produzzjoni ta’ idrokarburi (1)

(Avviż dwar it-talba għall-permess esklussiv għat-tiftix ta' idrokarburi likwidi jew fil-forma ta' gass, imsejjaħ “Permis de Sénonais”)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 49/06

Fuq talba tas-26 ta' Ottubru 2011, l-impriżi ZaZa Energy France SAS, bis-sede tagħha fl-indirizz 5, rue Scribe, 75009 Pariġi, France, u Hess Oil France SAS, bis-sede tagħha fl-indirizz 16-18, rue du quatre-septembre, 75002 f'Pariġi 2e, France, applikaw b'mod konġunt għal liċenzja esklussiva ta’ erba' (4) snin għat-tiftix ta' depożiti ta' idrokarburi likwidi jew gassużi, imsejħa “Permis du Sénonais”, li tkopri parti mid-Dipartimenti ta' Aube (10) u ta' Marne (89).

Il-perimetru ta' dan il-permess huwa magħmul mill-arkijiet tal-meridjani u tal-paralleli li jgħaqqdu wieħed wara l-ieħor il-punti ddefiniti hawn taħt mill-koordinati ġeografiċi tagħhom, mogħtija fi gradi, bil-meridjan ta' referenza jkun dak ta' Pariġi.

IL-BLOKK TAL-PUNENT

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

1,10

53,60

B

1,20

53,60

C

1,20

53,50

D

1,10

53,50

BLOC EST

Il-quċċata

Lonġitudni Lvant

Latitudni Tramuntana

A

1,40

53,60

B

1,50

53,60

C

1,50

53,50

D

1,40

53,50

Skont din id-definizzjoni l-erja hija ta’ madwar 134 km2.

It-tressiq tal-applikazzjonijiet u l-kriterji għall-għoti tal-permess

Dawk li jressqu l-applikazzjoni inizjali u applikazzjonijiet konkorrenti għandhom jilħqu l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-għoti tal-liċenzja, kif iddefiniti fl-Artikoli 4 u 5 tad-Digriet 2006-648 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta’ Ġunju 2006).

L-impriżi interessati jistgħu jressqu applikazzjoni konkorrenti fi żmien disgħin (90) jum mill-pubblikazzjoni ta' dan l-avviż, skont il-proċedura miġbura fl-“Avviż dwar il-ksib ta' drittijiet minerarji għall-idrokarburi fi Franza”, ippubblikat f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej C 374 tat-30 ta' Diċembru 1994, il-paġna 11, u stabbiliti mid-Digriet emendat 2006-648 tat-2 ta' Ġunju 2006 (immodifikat) dwar id-drittijiet minerarji u tal-ħżin taħt l-art (Journal officiel de la République française tat-3 ta' Ġunju 2006).

L-applikazzjonijiet konkorrenti jistgħu jintbagħtu lill-Ministeru tal-Ekoloġija, l-Iżvilupp Sostenibbli u l-Enerġija (Direction de l’énergie, bureau exploration et production des hydrocarbures) Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France. Id-deċiżjonijiet rigward l-applikazzjoni inizjali u l-applikazzjonijiet kompetittivi se jittieħdu fi żmien sentejn mill-wasla għand l-awtoritajiet Franċiżi tal-applikazzjoni inizjali, u mhux aktar tard mit-28 ta' Ottubru 2013.

Il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti għat-twettiq tal-attività u għall-waqfien tagħha

L-applikanti huma mistiedna jirreferu għall-Artikoli 79 u 79.1 tal-Kodiċi Minerarju u għal-liġi 2006-649 tat-2 ta’ Ġunju 2006 (immodifikati) dwar il-ftuħ ta’ xogħlijiet minerarji, il-ħżin taħt l-art u l-kontroll tal-minjieri u tal-ħażniet taħt l-art (Journal officiel de la République française (Il-Ġurnal Uffiċjali tar-Repubblika Franċiża) tat-3 ta’ Ġunju 2006).

Għal aktar tagħrif jekk jogħġbok ikkuntattja lil:

Ministère de l’écologie, du développement durable et de l’énergie, Direction de l’énergie — Bureau exploration et production des hydrocarbures, Grande Arche, Paroi Nord, 92055 La Défense cedex, France, Telefown.: +33 140819527

Id-dispożizzjonijiet regolatorji msemmija hawn fuq jinsabu fis-sit Légifrance: http://www.legifrance.gouv.fr


(1)  ĠU L 164, 30.6.1994, p. 3.


Top