EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC1219(02)

Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 372, 19.12.2013, p. 5–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 372/5


Noti ta’ Spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea

(2013/C 372/04)

Skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 9(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), in-Noti ta' Spjega tan-Nomenklatura Magħquda tal-Unjoni Ewropea (2) qed jiġu emendati kif ġej:

F’paġna 74, bejn l-intestatura 1602“Laħam, fdal tal-laħam, jew demm oħrajn, preparati jew preservati” u s-subintestatura 1602 10 00“Preparazzjonijiet omoġenizzati” jiddaħħal it-test li ġej:

“Ara Nota Addizzjonali 6(a) għall-Kapitolu 2 li tipprovdi għall-klassifikazzjoni ta’ tjur imħawwar u mhux imssajjar taħt il-Kapitolu 16. Jekk il-laħam tat-tjur mhux imsajjar ikunx imħawwar jew le għandu jiġi ddeterminat minn applikazzjoni tal-metodi għall-ittestjar sensorjali ta' laħam ta' tjur imħawwar u mhux imsajjar stabbilit fir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1362/2013 (3).


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).

(2)  ĠU C 137, 6.5.2011, p. 1.


Top