Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0919(01)

    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

    ĠU C 270, 19.9.2013, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    19.9.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 270/11


    Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri tal-antidumping

    2013/C 270/09

    1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex analiżi skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri tal-antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

    2.   Proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal analiżi. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u d-dannu.

    Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tanalizza l-miżuri inkwistjoni, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jikkontestaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal analiżi.

    3.   Limitu ta’ żmien

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal analiżi abbażi ta’ dan ta' hawn fuq, li għandha tasal għand il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għall-Kummerċ (Unità H-1), N-105 8/20, 1049 Brussell, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

    4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

    Prodott

    Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data ta’ skadenza (3)

    Ċerti xemgħat, kandiletti u bħalhom

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Dazju tal-antidumping

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 393/2009 (ĠU L 119, 14.5.2009, p. 1)

    15.5.2014


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  Fax +32 22956505.

    (3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna


    Top