Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0830(08)

    Informazzjoni dwar l-ilment CHAP(2012) 2289

    ĠU C 249, 30.8.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.8.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 249/6


    Informazzjoni dwar l-ilment CHAP(2012) 2289

    2013/C 249/09

    1.

    Il-Kummissjoni Ewropea tixtieq informa lill-ilmentaturi kkonċernati mill-ilment CHAP(2012) 2289 li l-ilment tagħhom issa qed jiġi pproċessat fil-qafas tal-proċedura ta' ksur li għaddejja NIF 2013/4108, li tikkonċerna problema simili dwar ir-regolamentazzjoni fi Spanja tal-professjoni ta' disinjatur tekniku (“delineante”).

    2.

    Abbażi tal-informazzjoni miġbura mill-awtoritajiet Spanjoli fil-qafas tal-proċedura EU Pilot 824/10/MARK, il-Kummissjoni fil-fatt fetħet proċedura ta' ksur għan-nuqqas tar-rispett ta' Spanja tal-liġi tal-Unjoni taħt in-numru NIF 2013/4108.

    3.

    Fil-qafas tal-proċedura NIF 2013/4108 u b'mod konformi mal-Artikolu 258 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni bagħtet avviż ta' tqegħid fil-mora lil Spanja fil-21 ta’ Ġunju 2013.

    4.

    L-ilmentaturi se jiġu infurmati fi żmien debitu dwar il-progress tal-proċedura ta' ksur NIF 2013/4108, permezz ta' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll permezz tal-internet fl-indirizz li ġej:

    http://ec.europa.eu/eu_law/complaints/multiple_complaints/index_en.htm


    Top