This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013XC0723(03)
Guidelines on regional State aid for 2014-2020 Text with EEA relevance
Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014 - 2020 Test b’relevanza għaż-ŻEE
Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014 - 2020 Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU C 209, 23.7.2013, p. 1–45
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
23.7.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 209/1 |
Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali mill-Istat għall-2014 - 2020
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 209/01
INTRODUZZJONI
1. |
Fuq il-bażi tal-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Kummissjoni tista' tqis li l-għajnuna mill-Istat għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta' ċerti żoni żvantaġġati fl-Unjoni Ewropea hija kompatibbli mas-suq intern (1). Din it-tip ta' għajnuna mill-Istat hija magħrufa bħala għajnuna reġjonali. |
2. |
F'dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li jridu jiġu rispettati mill-għajnuna reġjonali biex din tkun tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern, kif ukoll il-kriterji li bihom jiġu identifikati ż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat. |
3. |
L-objettiv primarju tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat fil-qasam tal-għajnuna reġjonali huwa li jippermetti li tingħata għajnuna għall-iżvilupp reġjonali filwaqt li jiżgura kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri, b’mod partikolari, billi jiġu evitati tlielaq għall-għoti ta' sussidji li jistgħu jseħħu meta dawn jippruvaw jattiraw jew iżommu negozji f'żoni żvantaġġati tal-UE, u billi jiġu limitati l-effetti tal-għajnuna reġjonali fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni għall-minimu possibbli. |
4. |
L-objettiv tal-iżvilupp ġeografiku jiddistingwi bejn l-għajnuna reġjonali u forom oħra ta' għajnuna, bħall-għajnuna għar-riċerka, għall-iżvilupp u l-innovazzjoni, għax-xogħol, għat-taħriġ, għall-enerġija jew għall-protezzjoni ambjentali, li jsegwu objettivi oħra ta' interess komuni f'konformità mal-Artikolu 107(3) tat-Trattat. F’ċerti ċirkostanzi jistgħu jiġu permessi intensitajiet ogħla ta' għajnuna għal dawn it-tipi l-oħrajn ta’ għajnuna, kull meta jingħataw lill-impriżi stabbiliti f'żoni żvantaġġati, b’kunsiderazzjoni tad-diffikultajiet speċifiċi li jiltaqgħu magħhom f’żoni bħal dawn (2). |
5. |
L-għajnuna reġjonali jista’ jkollha rwol effikaċi biss jekk tintuża ftit u b’mod proporzjonat u jekk tkun ikkonċentrata fuq l-aktar reġjuni żvantaġġati tal-Unjoni Ewropea (3). B’mod partikolari, il-limiti massimi tal-għajnuna permessibbli għandhom jirriflettu s-serjetà relattiva tal-problemi li qed jaffettwaw l-iżvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Barra minn hekk, il-vantaġġi tal-għajnuna f'dak li jirrigwarda l-iżvilupp ta’ reġjun inqas vantaġġat iridu jirbħu fuq id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li jirriżultaw minnha (4). Il-piż mogħti lill-effetti pożittivi tal-għajnuna x'aktarx ivarja skont id-deroga tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat li tiġi applikata, bil-għan li l-livell ta' distorsjoni tal-kompetizzjoni fil-każ tar-reġjuni l-aktar żvantaġġati koperti mill-Artikolu 107(3)(a) li jiġi aċċettat ikun ogħla minn ta' dawk koperti mill-Artikolu 107(3)(c) (5). |
6. |
L-għajnuna reġjonali tista' tippromwovi aktar b'mod effikaċi l-iżvilupp ekonomiku ta' żoni żvantaġġati jekk tingħata biss bil-għan li tistimola investiment jew attività ekonomika addizzjonali f'dawk iż-żoni. F'ċerti każijiet ferm limitati u identifikati kif xieraq, l-ostakli li żona tista' tiltaqa' magħhom hi u tattira jew iżżomm attività ekonomika, jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment biss ma tkunx biżżejjed biex iż-żona tiżviluppa. F'dawn il-każijiet biss, l-għajnuna għall-investiment reġjonali tista' tiġi ssupplimentata b'għajnuna operattiva reġjonali mhux marbuta ma' investiment. |
7. |
Fil-Komunikazzjoni tat-8 ta' Mejju 2012 dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat (6), il-Kummissjoni ħabbret li hemm tliet objettivi x'jinkisbu permezz tal-modernizzazzjoni tal-kontroll fuq l-għajnuna mill-Istat:
|
8. |
B'mod partikolari, il-Komunikazzjoni appellat għal approċċ komuni għar-reviżjoni tal-linji gwida u tal-oqfsa differenti bil-ħsieb li jissaħħaħ is-suq intern, tiġi promossa effikaċja akbar fl-infiq pubbliku permezz ta' kontribut aħjar tal-għajnuna mill-Istat għall-objettivi ta' interess komuni, isir skrutinju ikbar tal-effett ta' inċentiv, tiġi limitata l-għajnuna għall-minimu meħtieġ u jiġu evitati l-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ. Il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà stabbiliti f’dawn il-linji gwida huma bbażati fuq dawk il-prinċipji komuni ta’ valutazzjoni u huma applikabbli għal skemi ta' għajnuna nnotifikati u għall-għajnuna individwali. |
1. IL-KAMP TA' APPLIKAZZJONI U DEFINIZZJONIJIET
1.1. Il-kamp ta' applikazzjoni tal-għajnuna reġjonali
9. |
L-għajnuna reġjonali għas-setturi tal-azzar (7) u tal-fibri sintetiċi (8) mhijiex se titqies kompatibbli mas-suq intern. |
10. |
Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-għajnuna reġjonali fis-setturi kollha tal-attività ekonomika (9), minbarra s-sajd u l-akkwakultura (10), is-settur agrikolu (11) u t-trasport (12), li huma soġġetti għal regoli speċjali stipulati minn strumenti legali speċifiċi, li jistgħu jidderogaw b'mod parzjali jew sħiħ minn dawn il-linji gwida. Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-linji gwida għall-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli fi prodotti mhux agrikoli. Dawn il-Linji Gwida japplikaw għall-miżuri ta' għajnuna li jappoġġjaw l-attivitajiet li ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 42 tat-Trattat iżda li huma koperti mir-Regolament dwar l-Iżvilupp Rurali, u li jew huma kofinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali jew li qed jingħataw bħala finanzjament nazzjonali addizzjonali għal tali miżuri kofinanzjati, sakemm ma jkunx hemm regoli settorjali li jipprevedu mod ieħor. |
11. |
Dawn il-linji gwida mhux se japplikaw għall-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-ajruporti (13) jew għas-settur tal-enerġija (14). |
12. |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali għal netwerks tal-broadband tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern jekk, flimkien mal-kundizzjonijiet ġenerali stipulati f’dawn il-linji gwida, tikkonforma wkoll mal-kundizzjonijiet speċifiċi li ġejjin: (i) l-għajnuna tingħata biss għal żoni fejn ma hemmx netwerk tal-istess kategorija (jew netwerk tal-broadband bażiku jew NGA) u fejn aktarx mhu se jiġi żviluppat l-ebda netwerk fil-futur qrib; (ii) l-operatur tan-netwerk issussidjat joffri aċċess bl-ingrossa attiv u passiv b'kundizzjonijiet ġusti u nondiskriminatorji bil-possibbiltà ta’ diżaggregazzjoni sħiħa u effikaċi; (iii) l-għajnuna għandha tiġi allokata fuq il-bażi ta’ proċess ta’ għażla kompetittiva f'konformità mal-paragrafi 78(c) u (d) tal-linji gwida dwar il-broadband (15). |
13. |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali lill-infrastrutturi ta’ riċerka (16) tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern jekk, apparti l-kundizzjonijiet ġenerali stipulati f’dawn il-linji gwida, l-għajnuna tiġi sottomessa għall-għoti ta’ aċċess trasparenti u nondiskriminatorju għal dawn l-infrastrutturi. |
14. |
Hemm it-tendenza li n-nuqqasijiet reġjonali għall-investiment jew għaż-żamma ta' attività ekonomika f'żona inqas żviluppata jolqtu aktar lill-impriżi ta’ daqs żgħir u medju (SMEs) milli lill-kumpaniji l-kbar L-ewwel nett, il-kumpaniji l-kbar jistgħu jiksbu kapital u kreditu fis-swieq globali aktar faċilment u huma inqas ristretti mill-offerta iktar limitata tas-servizzi finanzjarji f'reġjun żvantaġġat partikolari. It-tieni nett, l-investimenti mill-kumpaniji l-kbar jistgħu jipproduċu ekonomiji ta' skala li jnaqqsu l-kosti inizjali speċifiċi għall-post u, f'ħafna aspetti, mhumiex marbutin mar-reġjun li fih iseħħ l-investiment. It-tielet nett, il-kumpaniji l-kbar li jagħmlu investimenti normalment ikollhom setgħa ta’ negozjar konsiderevoli meta mqabbla mal-awtoritajiet, u dan jista’ jwassal biex l-għajnuna tingħata mingħajr ħtieġa jew ġustifikazzjoni xierqa. Fl-aħħar nett, il-kumpaniji l-kbar għandhom tendenza ikbar li jkunu atturi importanti fis-suq ikkonċernat u, konsegwentement, l-investiment li għalih tingħata l-għajnuna jista' joħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ tas-suq intern. |
15. |
Peress li l-għajnuna reġjonali mogħtija lill-kumpaniji l-kbar għall-investimenti tagħhom aktarx ma jkollhiex effett ta’ inċentiv, hija ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, sakemm ma tingħatax għal investimenti inizjali li joħolqu attivitajiet ekonomiċi ġodda f’dawn l-oqsma (17) jew għad-diversifikazzjoni ta’ stabbilimenti eżistenti fi prodotti ġodda jew għal innovazzjonijiet ġodda fil-proċessi. |
16. |
L-għajnuna reġjonali li għandha l-għan li tnaqqas l-ispejjeż kurrenti ta’ kumpanija tikkostitwixxi għajnuna operattiva u mhux se titqies bħala kompatibbli mas-suq intern, sakemm ma tingħatax biex jiġu indirizzati nuqqasijiet speċifiċi jew permanenti li jħabbtu wiċċhom magħhom il-kumpaniji f’reġjuni żvantaġġati. L-għajnuna operattiva tista’ titqies kompatibbli jekk ikollha l-għan li tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs f'żoni partikolarment żvantaġġati li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, jew li tikkumpensa għall-kosti addizzjonali involuti fit-tmexxija ta' attività ekonomika fl-aktar reġjuni mbiegħda jew fil-prevenzjoni jew it-tnaqqis tad-depopolazzjoni f’żoni b’popolazzjoni skarsa ħafna. |
17. |
L-għajnuna operattiva mogħtija lill-kumpaniji li l-attività ewlenija tagħhom taqa' taħt it-Taqsima K “Attivitajiet finanzjarji u ta' assigurazzjoni” tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi NACE Rev. 2 (18) jew lill-kumpaniji li jwettqu attivitajiet intragrupp u li l-attività ewlenija tagħhom taqa' taħt il-kategorija 70.10 “Attivitajiet tal-uffiċċji ċentrali” jew taħt il-kategorija 70.22 “Negozju u attivitajiet oħra ta' konsulenza dwar ġestjoni” tan-NACE Rev. 2, mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern. |
18. |
L-għajnuna reġjonali tista' wkoll ma tingħatax lil ditti f'diffikultajiet, hekk kif definit għall-iskopijiet ta' dawn il-linji gwida mil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta' ditti f'diffikultà (19), kif emendati jew sostitwiti. |
19. |
Meta tivvaluta l-għajnuna reġjonali li tingħata lil xi kumpanija li tkun soġġetta għal ordni ta’ rkupru pendenti b'segwitu għal deċiżjoni preċedenti tal-Kummissjoni li tiddikjara għajnuna bħala li tkun illegali u inkompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni se tieħu inkunsiderazzjoni l-ammont tal-għajnuna li jkun għadu jrid jiġi rkuprat. (20) |
1.2. Definizzjonijiet
20. |
Għall-finijiet ta' dawn il-linji gwida, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
2. GĦAJNUNA REĠJONALI NOTIFIKABBLI
21. |
Fil-prinċipju, l-Istati Membri jridu jinnotifikaw l-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 108(3) (23) tat-Trattat, bl-eċċezzjoni tal-miżuri li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament ta' eżenzjoni ta' kategorija adottat mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 994/98 tas-7 ta' Mejju 1998 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea għal ċertu kategoriji ta' għajnuna Statali orizzontali (ir-Regolament ta' Awtorizzazzjoni) (24). |
22. |
Il-Kummissjoni se tapplika dawn il-linji gwida għall-iskemi ta’ għajnuna reġjonali u għall-għajnuna individwali nnotifikati. |
23. |
L-għajnuna individwali mogħtija skont skema nnotifikata tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta' notifika f'konformità mal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, jekk l-għajnuna mis-sorsi kollha taqbeż il-livell limitu ta’ notifika (25) jew jekk din tingħata lil benefiċjarju li jkun għalaq l-istess attività jew waħda simili fiż-ŻEE, sentejn qabel id-data li fiha jkun applika għall-għajnuna jew li fil-mument tal-applikazzjoni għall-għajnuna kellu l-intenzjoni li jagħlaq attività bħal din fi żmien sentejn wara li jitlesta l-investiment li jkun irid jiġi ssussidjat. |
24. |
L-għajnuna għall-investiment mogħtija lil kumpanija kbira biex tiddiversifika stabbiliment eżistenti f’żona “c” fi prodotti ġodda, tibqa’ soġġetta għall-obbligu ta' notifika skont l-Artikolu 108(3) tat-Trattat. |
3. VALUTAZZJONI TAL-KOMPATIBBILTÀ TAL-GĦAJNUNA REĠJONALI
3.1. Il-prinċipji komuni tal-valutazzjoni
25. |
Fil-valutazzjoni tagħha jekk miżura ta' għajnuna nnotifikata tistax titqies kompatibbli mas-suq intern, il-Kummissjoni ġeneralment tanalizza jekk it-tfassil tal-miżura ta' għajnuna jiżgurax li l-impatt pożittiv tal-għajnuna għall-kisba ta' objettiv ta' interess komuni jkunx jeċċedi l-effetti negattivi potenzjali tagħha fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni. |
26. |
Il-Komunikazzjoni dwar il-modernizzazzjoni tal-għajnuna mill-Istat tat-8 ta’ Mejju 2012 talbet li jiġu identifikati u definiti l-prinċipji komuni applikabbli għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri ta’ għajnuna kollha mwettqa mill-Kummissjoni. Għal dan l-iskop, il-Kummissjoni se tikkunsidra li miżura ta’ għajnuna tkun kompatibbli mat-Trattat biss jekk tissodisfa l-kriterji kollha li ġejjin:
|
27. |
Il-bilanċ globali ta’ ċerti kategoriji ta’ skemi jista’ jiġi sottomess ulterjorment għal rekwiżit ta’ evalwazzjoni ex post kif deskritt fit-Taqsima 4 ta’ dawn il-linji gwida. F’każijiet bħal dawn, il-Kummissjoni tista’ tillimita t-tul ta' żmien ta’ dawn l-iskemi (normalment għal erba’ snin jew inqas) bil-possibbiltà li tinnotifika mill-ġdid l-estensjoni ulterjuri tagħhom. |
28. |
Jekk miżura ta' għajnuna mill-Istat jew il-kundizzjonijiet marbuta magħha (inkluż il-metodu ta’ finanzjament tagħha meta dan jifforma parti integrali mill-miżura ta' għajnuna mill-Istat) ikunu jinvolvu b’mod indissoċjabbli ksur tal-liġi tal-UE, l-għajnuna ma tkunx tista’ tiġi ddikjarata kompatibbli mas-suq intern (26). |
29. |
Hi u tivvaluta l-kompatibbiltà ta’ kwalunkwe għajnuna individwali mas-suq intern, il-Kummissjoni se tieħu inkunsiderazzjoni l-proċedimenti kollha li jikkonċernaw ksur tal-Artikolu 101 jew 102 tat-Trattat li jista' jirrigwarda lill-benefiċjarju tal-għajnuna u li jista' jkunu rilevanti għall-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 107(3) tat-Trattat (27). |
3.2. Kontribut għal objettiv komuni
30. |
L-objettiv primarju tal-għajnuna reġjonali huwa li tnaqqas id-diskrepanza fl-iżvilupp bejn ir-reġjuni differenti fl-Unjoni Ewropea. Permezz tal-objettiv tagħha ta' ekwità u koeżjoni, l-għajnuna reġjonali tista' tikkontribwixxi għall-kisba tal-istrateġija Ewropa 2020 billi tipprovdi tkabbir inklużiv u sostenibbli. |
3.2.1. Skemi ta' għajnuna għall-investiment
31. |
L-iskemi ta' għajnuna reġjonali għandhom ikunu parti integrali mill-istrateġija ta' żvilupp reġjonali b'objettivi definiti b'mod ċar u għandhom ikunu konsistenti ma' dawn l-objettivi u jikkontribwixxu għalihom. |
32. |
B'mod partikolari, dan japplika għall-miżuri implimentati f'konformità mal-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali definiti fil-kuntest tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd, bil-ħsieb li jikkontribwixxu għall-kisba tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020. |
33. |
Għal skemi ta’ għajnuna li ma jaqgħux taħt programm operattiv iffinanzjat mill-fondi ta' politika ta’ koeżjoni, l-Istati Membri għandhom juru li l-miżura hija konsistenti u tikkontribwixxi għall-istrateġija ta’ żvilupp taż-żona kkonċernata. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu jserrħu fuq evalwazzjonijiet ta' skemi ta' għajnuna mill-Istat li saru fl-imgħoddi, fuq valutazzjonijiet tal-impatt li saru mill-awtoritajiet awtorizzanti, jew fuq opinjonijiet ta' esperti. Sabiex jiġi żgurat li l-iskema ta' għajnuna tikkontribwixxi għal din l-istrateġija ta’ żvilupp, hi trid tinkludi sistema li tippermetti lill-awtoritajiet awtorizzanti jipprijoritizzaw u jagħżlu l-proġetti tal-investiment skont l-objettivi tal-iskema (pereżempju, fuq il-bażi ta’ approċċ ta' punteġġ formali) (28). |
34. |
L-iskemi ta’ għajnuna reġjonali jistgħu jiġu stabbiliti f’żoni “a” biex jappoġġjaw l-investimenti inizjali tal-SMEs jew ta’ kumpaniji kbar. Fiż-żoni “c” l-iskemi jistgħu jiġu stabbiliti biex jappoġġjaw l-investimenti inizjali tal-SMEs u biex jappoġġjaw l-investiment inizjali li jiffavorixxi attivitajiet ġodda ta’ kumpaniji kbar. |
35. |
Meta tagħti l-għajnuna għal proġetti individwali ta’ investiment abbażi ta' skema, l-awtorità awtorizzanti trid tikkonferma li l-proġett magħżul se jikkontribwixxi għall-objettiv tal-iskema u li b'hekk jikkontribwixxi wkoll għall-istrateġija ta' żvilupp taż-żona kkonċernata. Għal dan l-iskop, l-Istati Membri jistgħu jserrħu fuq l-informazzjoni pprovduta mill-applikant għall-għajnuna fil-formola annessa ma’ dawn il-linji gwida, billi fiha jridu jiġu deskritti l-effetti pożittivi tal-investiment fuq iż-żona kkonċernata (29). |
36. |
Sabiex jiġi żgurat li l-investiment jagħti kontribut veru u sostnut għall-iżvilupp taż-żona kkonċernata, l-investiment irid jinżamm fiż-żona kkonċernata minn tal-inqas għal ħames snin, jew għal tliet snin fil-każ tal-SMEs, wara li jitlesta (30). |
37. |
Jekk l-għajnuna tiġi kkalkolata fuq il-bażi tal-kost tal-pagi, il-karigi jridu jimtlew fi żmien tliet snin mit-tlestija tax-xogħlijiet. Kull impjieg maħluq permezz tal-investiment irid jinżamm fiż-żona kkonċernata għal perjodu ta' ħames snin mid-data li fiha mtliet għall-ewwel darba l-kariga. Għall-investimenti li twettqu mill-SMEs kollha, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-perjodu ta' ħames snin stabbilit għaż-żamma ta' investiment jew ta' impjiegi għal minimu ta' tliet snin. |
38. |
Sabiex jiġi żgurat li l-investiment huwa vijabbli, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-benefiċjarju jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja ta' mill-inqas 25 % (31) tal-kosti eliġibbli, mir-riżorsi tiegħu stess jew permezz ta' finanzjament estern, f'forma li tkun eżenti minn kwalunkwe appoġġ finanzjarju pubbliku (32). |
39. |
Sabiex jiġi evitat li l-miżuri tal-għajnuna mill-Istat iwasslu għal ħsara ambjentali, l-Istati Membri jridu jiżguraw ukoll li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-ambjent, inkluż b'mod partikolari l-ħtieġa li titwettaq valutazzjoni tal-impatt ambjentali meta l-liġi titlob li jsir dan u li jiġi żgurat li jkun hemm il-permessi kollha rilevanti. |
3.2.2. Għajnuna individwali għall-investiment innotifikata
40. |
Sabiex juru l-kontribut reġjonali tal-għajnuna individwali għall-investiment innotifikata lill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jużaw indikaturi varji, bħal dawk imsemmija hawn taħt, li jistgħu jkunu kemm diretti (pereżempju, il-ħolqien ta’ impjiegi diretti) kif ukoll indiretti (pereżempju, innovazzjoni lokali):
|
41. |
L-Istati Membri jistgħu jirreferu wkoll għall-pjan ta' direzzjoni tan-negozju tal-benefiċjarju tal-għajnuna li jista' jipprovdi informazzjoni dwar l-ammont ta' impjiegi li għandhom jinħolqu, is-salarji li jridu jitħallsu (żieda fil-ġid domestiku bħala effett konsegwenzjali), il-volum tal-akkwiżizzjoni mill-produtturi lokali, u l-fatturat iġġenerat mill-investiment u li minnu possibilment tibbenefika ż-żona permezz ta' dħul addizzjonali mit-taxxa. |
42. |
Għall-għajnuna ad hoc (33), l-Istat Membru jrid juru, flimkien mar-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi minn 35 sa 39, li l-proġett huwa koerenti mal-istrateġija tal-iżvilupp taż-żona kkonċernata u li jikkontribwixxi favoriha. |
3.2.3. Skemi ta' għajnuna operattiva
43. |
L-iskemi ta' għajnuna operattiva se jippromwovu l-iżvilupp ta’ żoni żvantaġġati biss jekk l-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom dawn iż-żoni jiġu identifikati b’mod ċar minn qabel. L-ostakli biex jattiraw jew iżommu l-attività ekonomika jistgħu tant ikunu gravi jew permanenti li l-għajnuna għall-investiment biss ma tkunx biżżejjed biex dawn iż-żoni jiżviluppaw. |
44. |
Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jikkonfrontaw l-SMEs f’żoni “a”, l-Istati Membri kkonċernati jridu juru l-eżistenza u l-importanza ta’ dawn id-diffikultajiet speċifiċi u jridu jindikaw li tenħtieġ skema ta’ għajnuna operattiva minħabba li dawn id-diffikultajiet speċifiċi ma jistgħux jingħelbu bl-għajnuna għall-investiment. |
45. |
Fir-rigward tal-għajnuna operattiva biex tikkumpensa għal ċerti kosti addizzjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, in-nuqqasijiet permanenti li jirrestrinġu bi kbir l-iżvilupp tar-reġjuni l-aktar imbiegħda huma stabbiliti fl-Artikolu 349 tat-Trattat u jinkludu d-distanza, l-insularità, iċ-ċokon, it-topografija u l-klima diffiċli u d-dipendenza ekonomika fuq ammont limitat ta’ prodotti. Madankollu, l-Istat Membru kkonċernat irid jidentifika l-kosti addizzjonali speċifiċi relatati ma’ dawn in-nuqqasijiet permanenti li għandha l-intenzjoni li tikkumpensa għalihom l-iskema ta' għajnuna operattiva. |
46. |
Fir-rigward tal-għajnuna operattiva maħsuba biex tipprevjeni jew tnaqqas id-depopolazzjoni f’żoni b’popolazzjoni skarsa ħafna, l-Istat Membru kkonċernat irid juri r-riskju tad-depopolazzjoni taż-żona rilevanti fin-nuqqas ta’ għajnuna operattiva. |
3.3. Il-ħtieġa għal intervent mill-Istat
47. |
Sabiex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna mill-Istat hijiex neċessarja biex jintlaħaq l-objettiv ta’ interess komuni, jeħtieġ li l-ewwel issir dijanjosi tal-problema li għandha tiġi indirizzata. L-għajnuna mill-Istat għandu jkollha fil-mira sitwazzjonijiet fejn l-għajnuna tista’ ġġib magħha titjib materjali li s-suq ma jkunx kapaċi jġib waħdu. Dan japplika speċjalment f’kuntest ta’ riżorsi pubbliċi skarsi. |
48. |
Tabilħaqq, il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat jistgħu, taħt ċerti kundizzjonijiet, jikkoreġu fallimenti tas-suq, biex b'hekk jikkontribwixxu għall-funzjonament effiċjenti tas-swieq u jsaħħu l-kompetittività. Barra minn hekk, meta s-swieq jipprovdu riżultati effiċjenti imma dawn jiġu kkunsidrati bħala mhux sodisfaċenti minn perspettiva ta' ekwità jew ta’ koeżjoni, l-għajnuna mill-Istat tista' tintuża biex jinkiseb riżultat tas-suq li jkun aktar mixtieq u ġust. |
49. |
Fir-rigward tal-għajnuna mogħtija għall-iżvilupp ta’ żoni inklużi fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali f'konformità mar-regoli żviluppati fit-Taqsima 5 ta’ dawn il-linji gwida, il-Kummissjoni tqis li, mingħajr l-intervent mill-Istat, is-suq mhux qed jilħaq l-objettivi ta' koeżjoni mistennija stabbiliti fit-Trattat. Għaldaqstant, l-għajnuna mogħtija f’dawn iż-żoni, għandha tiġi kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(a) u (c) tat-Trattat. |
3.4. L-adegwatezza tal-għajnuna reġjonali
50. |
Il-miżura ta’ għajnuna nnotifikata trid tkun strument ta’ politika adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv ta’ politika kkonċernat. Miżura ta' għajnuna ma titqiesx kompatibbli jekk strumenti ta' politika li joħolqu inqas distorsjoni jew tipi oħra ta' strumenti ta’ għajnuna li joħolqu inqas distorsjoni jippermettu li jinkiseb l-istess kontribut pożittiv għall-iżvilupp reġjonali. |
3.4.1. L-adegwatezza fost strumenti ta' politika alternattivi
3.4.1.1.
51. |
L-għajnuna għall-investiment reġjonali mhijiex l-uniku strument ta' politika disponibbli għall-Istati Membri sabiex jappoġġjaw l-investiment u l-ħolqien tal-impjiegi f'reġjuni żvantaġġati. L-Istati Membri jistgħu jinqdew b’miżuri oħrajn bħall-iżvilupp tal-infrastruttura, it-titjib tal-kwalità tal-edukazzjoni u t-taħriġ, jew it-titjib fl-ambjent tan-negozju. |
52. |
L-Istati Membri jridu jindikaw għaliex l-għajnuna reġjonali hija strument adegwat biex jiġi indirizzat l-objettiv komuni ta' ekwità jew koeżjoni meta jintroduċu skema li ma tkunx koperta minn programm operattiv iffinanzjat mill-fondi tal-politika ta’ koeżjoni. |
53. |
Jekk Stat Membru jiddeċiedi li jimplimenta skema ta' għajnuna settorjali mhux koperta minn programm operattiv iffinanzjat mill-fondi tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 32 hawn fuq, irid juri l-vantaġġi tat-tali strument meta mqabbel ma' skema multisettorjali jew ma’ alternattivi politiċi oħrajn. |
54. |
B'mod partikolari, il-Kummissjoni se tqis kwalunkwe valutazzjonijiet tal-impatt tal-iskema ta' għajnuna proposta li l-Istat Membru jista' jrendi disponibbli. Bl-istess mod, ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, kif deskritt fit-Taqsima 4, jistgħu jiġu kkunsidrati biex tivvaluta l-adegwatezza tal-iskema proposta. |
3.4.1.2.
55. |
Għall-għajnuna ad hoc, l-Istat Membru jrid juri kif l-iżvilupp taż-żona kkonċernata jiġi żgurat aħjar permezz tat-tali għajnuna minflok b’għajnuna minn skema oħra jew minn tipi oħrajn ta' miżuri. |
3.4.1.3.
56. |
L-Istat Membru jrid juri li l-għajnuna hija adegwata biex jinkiseb l-objettiv tal-iskema għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. Sabiex juri li l-għajnuna hija adegwata, l-Istat Membru jista' jikkalkula l-ammont tal-għajnuna ex ante bħala somma fissa li tkopri l-kosti addizzjonali mistennija matul perjodu partikolari, biex tinċentiva l-kumpaniji jikkontrollaw il-kosti u jiżviluppaw in-negozju tagħhom b’mod iktar effiċjenti, matul iż-żmien. (34) |
3.4.2. Adegwatezza fost strumenti differenti ta’ għajnuna
57. |
L-għajnuna reġjonali tista' tingħata f'għamliet varji. Madankollu l-Istat Membru għandu jiżgura li l-għajnuna tingħata fl-għamla li aktarx tiġġenera l-inqas distorsjonijiet fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni. F'dan ir-rigward, jekk l-għajnuna tingħata fl-għamliet li jipprovdu vantaġġ pekunarju dirett (pereżempju, għotjiet diretti, eżenzjonijiet jew tnaqqis fit-taxxi, fis-sigurtà soċjali jew f’imposti obbligatorji oħrajn, jew il-provvista ta’ art, prodotti jew servizzi bi prezzijiet favorevoli, eċċ.), l-Istat Membru jrid juri għaliex għamliet ta' għajnuna oħrajn li potenzjalment joħolqu inqas distorsjoni, bħall-ħlas bil-quddiem rimborsabbli jew bħal għamliet ta' għajnuna li huma bbażati fuq strumenti ta' dejn jew ta' ekwità (pereżempju, self b'imgħax baxx jew ribassi tal-imgħax, garanziji tal-Istat, ix-xiri ta' parteċipazzjoni azzjonarja jew forniment alternattiv ta' kapital b'termini favorevoli), mhumiex adegwati. |
58. |
Għall-skemi ta’ għajnuna li jimplimentaw l-objettivi u l-prijoritajiet tal-programmi operattivi, l-istrument ta' finanzjament magħżul f’dan il-programm jitqies bħala strument adegwat. |
59. |
Ir-riżultati tal-evalwazzjonijiet ex post, kif deskritt fit-Taqsima 4, jistgħu jiġu kkunsidrati għall-valutazzjoni tal-adegwatezza tal-istrument ta' għajnuna propost. |
3.5. Effett ta' inċentiv
60. |
L-għajnuna reġjonali tista' biss titqies kompatibbli mas-suq intern, jekk ikollha effett ta' inċentiv. Effett ta' inċentiv iseħħ meta l-għajnuna tibdel l-imġiba ta' kumpanija b'tali mod li din tinvolvi ruħha f'attività addizzjonali li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta' żona, li mingħajr l-għajnuna, ma kinitx tinvolvi ruħha fiha jew kienet tinvolvi ruħha fiha biss b'mod ristrett jew differenti jew f'post ieħor. L-għajnuna ma għandhiex tissussidja l-kosti ta' attività li ġġarrab kumpanija jkun x'ikun il-każ u ma tridx tikkumpensa għar-riskju normali tan-negozju ta' attività ekonomika. |
61. |
L-eżistenza ta' effett ta' inċentiv tista' tiġi ppruvata f'żewġ xenarji possibbli:
|
62. |
Jekk l-għajnuna ma tbiddilx l-imġiba tal-benefiċjarju billi tistimola investiment (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, jista' jitqies li l-istess investiment kien iseħħ fir-reġjun anke mingħajr l-għajnuna. Għajnuna bħal din ma għandhiex effett ta’ inċentiv biex jinkiseb l-objettiv reġjonali u ma tistax tiġi approvata bħala kompatibbli mas-suq intern. |
63. |
Madankollu, għall-għajnuna reġjonali mogħtija permezz ta' fondi ta' politika ta' koeżjoni fir-reġjuni “a” lill-investimenti meħtieġa biex jinkisbu l-istandards stabbiliti mil-liġi tal-Unjoni, l-għajnuna tista’ titqies li jkollha effett ta’ inċentiv, jekk fin-nuqqas tal-għajnuna, ma kienx ikun ta’ profitt biżżejjed għall-benefiċjarju li jagħmel l-investiment fiż-żona kkonċernata, u b’hekk dan ikun wassal għall-għeluq ta’ stabbiliment eżistenti f’dik iż-żona. |
3.5.1. Skemi ta' għajnuna għall-investiment
64. |
Ix-xogħlijiet fuq investiment individwali jistgħu jibdew biss wara li tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna. |
65. |
Jekk ix-xogħlijiet jibdew qabel ma tiġi sottomessa l-formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna, kwalunkwe għajnuna mogħtija fir-rigward ta’ dak l-investiment individwali ma tiġix ikkunsidrata kompatibbli mas-suq intern. |
66. |
L-Istati Membri jridu jintroduċu formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna, annessa ma’ dawn il-Linji Gwida (36). Fil-formola tal-applikazzjoni, l-SMEs u l-kumpaniji l-kbar iridu jispjegaw, b'xenarju kontrofattwali, x’kien jiġri kieku ma jkunux irċevew l-għajnuna billi jindikaw liema mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 61 japplika għalihom. |
67. |
Barra minn hekk, il-kumpaniji l-kbar iridu jissottomettu evidenza dokumentata li ssostni x-xenarju kontrofattwali deskritt fil-formola tal-applikazzjoni. L-SMEs mhumiex soġġetti għal tali obbligu. |
68. |
L-awtorità awtorizzanti trid twettaq verifika tal-kredibbiltà tax-xenarju kontrofattwali u tikkonferma li l-għajnuna reġjonali għandha l-effett ta' inċentiv meħtieġ li jikkorrispondi ma’ wieħed mix-xenarji deskritti fil-paragrafu 61. Xenarju kontrofattwali jitqies kredibbli jekk ikun ġenwin u jekk ikun jirrigwarda l-fatturi prevalenti għat-teħid tad-deċiżjonijiet fiż-żmien li fih il-benefiċjarju jieħu d-deċiżjoni dwar l-investiment. |
3.5.2. Għajnuna individwali għall-investiment innotifikata
69. |
Minbarra r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafi minn 64 sa 67, għall-għajnuna individwali nnotifikata (37), l-Istat Membru jrid jipprovdi evidenza ċara li l-għajnuna effettivament għandha impatt fuq l-għażla tal-investiment jew fuq l-għażla tal-post (38). Hu għandu jispeċifika liema xenarju minn dawk deskritti fil-paragrafu 61 japplika għalih. Sabiex tkun tista' ssir valutazzjoni komprensiva, l-Istat Membru ma jridx jipprovdi biss l-informazzjoni dwar il-proġett megħjun iżda anke deskrizzjoni komprensiva tax-xenarju kontrofattwali, li fih l-ebda awtorità pubblika fiż-ŻEE ma tagħti xi għajnuna lill-benefiċjarju. |
70. |
Fix-xenarju 1, l-Istat Membru jista' jagħti prova tal-eżistenza tal-effett ta' inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti tal-kumpanija li juru li l-investiment ma jkunx irendi biżżejjed profitt mingħajr l-għajnuna. |
71. |
Fix-xenarju 2, l-Istat Membru jista’ jagħti prova tal-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna billi jipprovdi dokumenti tal-kumpanija li juru li jkun sar paragun bejn il-kosti u l-benefiċċji ta' lokalizzazzjoni fiż-żona kkonċernata u dawk ta' lokalizzazzjoni f'żona/żoni alternattiva/alternattivi. Il-Kummissjoni tivverifika jekk dan il-paragun ikollux bażi realistika. |
72. |
L-Istati Membri huma, b’mod partikolari, mistiedna biex iserrħu fuq dokumenti uffiċjali tal-bord, valutazzjonijiet tar-riskju (inkluża l-valutazzjoni ta’ riskji speċifiċi għall-post), rapporti finanzjarji, pjanijiet interni ta' direzzjoni tan-negozju, opinjonijiet tal-esperti u studji oħra relatati mal-proġett ta’ investiment taħt valutazzjoni. Dokumenti li jkunu jinkludu tbassir dwar id-domanda u l-kosti u tbassir finanzjarju, dokumenti li jiġu ppreżentati lill-kumitat għall-investiment u li jelaboraw dwar diversi xenarji ta’ investiment, jew dokumenti pprovduti lill-istituzzjonijiet finanzjarji, jistgħu jgħinu lill-Istati Membri juru l-effett ta’ inċentiv. |
73. |
F’dan il-kuntest, u b’mod partikolari fix-xenarju 1, il-livell ta’ profittabbiltà jista’ jiġi evalwat b’referenza għall-metodoloġiji li l-użu tagħhom hija prassi standard fl-industrija partikolari kkonċernata, u li jistgħu jinkludu metodi biex jiġu evalwati l-valur preżenti nett tal-proġett (VPN) (39), ir-rata interna ta’ redditu (IRR) (40) jew ir-redditu medju fuq il-kapital utilizzat (ROCE). Il-profittabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mar-rati normali ta’ redditu applikati mill-kumpanija fi proġetti oħrajn ta’ investiment ta’ natura simili. Fejn dawn ir-rati ma jkunux disponibbli, il-profittabbiltà tal-proġett għandha tiġi mqabbla mal-kost tal-kapital tal-kumpanija b’mod sħiħ jew bir-rati ta’ redditu komuni osservati fl-industrija kkonċernata. |
74. |
Jekk l-għajnuna ma tibdilx l-imġiba tal-benefiċjarju billi tistimula investiment (addizzjonali) fiż-żona kkonċernata, ma hemm l-ebda effett pożittiv fuq ir-reġjun. Għalhekk, l-għajnuna mhux se titqies kompatibbli mas-suq intern f’każijiet fejn ikun jidher li l-istess investiment seta' jseħħ fir-reġjun anke jekk ma tkunx ingħatat l-għajnuna. |
3.5.3. Skemi ta' għajnuna operattiva
75. |
Għal skemi ta' għajnuna operattiva, l-effett ta’ inċentiv tal-għajnuna se jitqies bħala preżenti jekk ikun probabbli li, fin-nuqqas tal-għajnuna, il-livell ta’ attività ekonomika fiż-żona jew fir-reġjun ikkonċernat jonqos b’mod sinifikanti minħabba l-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. |
76. |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna twassal għal attività ekonomika addizzjonali fiż-żoni jew fir-reġjuni kkonċernati, jekk l-Istat Membru jkun wera l-eżistenza u n-natura sostanzjali ta' dawn il-problemi fiż-żona kkonċernata (ara mill-paragrafu 44 sal-paragrafu 46). |
3.6. Il-proporzjonalità tal-ammont tal-għajnuna (limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ)
77. |
Fil-prinċipju, l-ammont tal-għajnuna reġjonali jrid ikun limitat għall-minimu meħtieġ biex jinħolqu investimenti jew attivitajiet addizzjonali fiż-żona kkonċernata. |
78. |
Bħala regola ġenerali, l-għajnuna individwali nnotifikata se tiġi kkunsidrata bħala li hija limitata għall-minimu meħtieġ, jekk l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi mal-kosti żejda netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, b'paragun ma' dak li seta' jiġri mingħajr l-għajnuna f'xenarju kontrofattwali. Bl-istess mod, fil-każ ta’ għajnuna għall-investiment mogħtija lill-kumpaniji l-kbar fi skemi nnotifikati, l-Istati Membri jridu jiżguraw li l-ammont tal-għajnuna huwa limitat għall-minimu fuq il-bażi ta’ “approċċ tal-kosti żejda netti”. |
79. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet ta’ investiment) l-ammont tal-għajnuna għalhekk ma għandux jeċċedi l-minimu meħtieġ sabiex il-proġett jiġi jrendi biżżejjed profitt, pereżempju biex iżid l-IRR tiegħu lil hinn mir-rati normali ta’ redditu applikati mill-kumpanija kkonċernata fi proġetti oħra ta’ investiment ta’ tip simili jew, meta disponibbli, biex iżid l-IRR tiegħu lil hinn mill-kost tal-kapital tal-kumpanija b’mod sħiħ jew lil hinn mir-rati ta' redditu komunement osservati fl-industrija kkonċernata. |
80. |
F'sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (inċentivi għall-għażla tal-post), l-ammont tal-għajnuna m’għandux jeċċedi d-differenza bejn il-valur preżenti nett tal-investiment fiż-żona li tkun fil-mira u l-valur preżenti nett fil-post alternattiv. Il-kosti u l-benefiċċji kollha rilevanti jridu jiġu kkunsidrati, inkluż pereżempju, il-kosti amministrattivi, il-kosti għat-trasport, il-kosti għat-taħriġ li ma jkunux koperti minn għajnuna għat-taħriġ kif ukoll id-differenzi fil-pagi. Madankollu, f'każ li l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, is-sussidji mogħtija f’dak il-post l-ieħor ma għandhomx jiġu kkunsidrati. |
81. |
Sabiex tiżgura li jkun hemm predividibbiltà u kundizzjonijiet ekwi, il-Kummissjoni tapplika wkoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna (41) għall-għajnuna għall-investiment. Dawn l-intensitajiet massimi tal-għajnuna għandhom skop doppju. |
82. |
L-ewwel nett, għall-iskemi nnotifikati, dawn l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jservu ta' kenn għall-SMEs: sakemm l-intensità tal-għajnuna tibqa' taħt il-livell massimu permissibbli, il-kriterju tal-“limitazzjoni tal-għajnuna għall-minimu meħtieġ” jitqies li jkun ġie ssodisfat. |
83. |
It-tieni, għall-każijiet l-oħra kollha, l-intensitajiet massimi tal-għajnuna huma użati bħala limitu massimu għall-approċċ tal-kosti żejda netti deskritt fil-paragrafi 79 u 80. |
84. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna huma mmodulati abbażi ta' tliet kriterji:
|
85. |
Konsegwentement, anqas ma jkun żviluppat ir-reġjun fil-mira, u jekk il-benefiċjarju tal-għajnuna jkun SME, huma permessi intensitajiet ta' għajnuna ogħla (u potenzjalment, id-distorsjonijiet li jirriżultaw minnhom fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni jkunu ikbar). |
86. |
Fid-dawl tad-distorsjonijiet ikbar mistennija fil-kummerċ u fil-kompetizzjoni, l-intensità massima tal-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment għandha titnaqqas billi jintuża l-mekkaniżmu definit fil-paragrafu 20(c). |
3.6.1. Skemi ta' għajnuna għall-investiment
87. |
Fir-rigward tal-għajnuna lill-SMEs, jistgħu jintużaw l-intensitajiet massimi tal-għajnuna miżjuda, deskritti fit-Taqsima 5.4. Madankollu, l-SMEs jistgħu ma jibbenefikawx minn dawn l-intensitajiet miżjuda meta l-investiment ikun relatat ma' proġett kbir ta’ investiment. |
88. |
Fir-rigward tal-għajnuna lill-kumpaniji l-kbar, l-Istat Membru jrid jiżgura li l-ammont tal-għajnuna jikkorrispondi mal-kostijiet żejda netti marbuta mal-implimentazzjoni tal-investiment fiż-żona kkonċernata, b'paragun ma' dak li seta' jiġri mingħajr l-għajnuna f'xenarju kontrofattwali. Il-metodu spjegat fil-paragrafi 79 u 80 irid jintuża flimkien mal-intensitajiet massimi tal-għajnuna bħala limitu massimu. |
89. |
F'dak li jirrigwarda l-għajnuna għal proġetti kbar ta’ investiment, għandu jiġi żgurat li l-għajnuna ma teċċedix l-intensità mnaqqsa. F'każ li l-għajnuna tingħata lil xi benefiċjarju għal investiment li jitqies bħala parti minn proġett ta’ investiment wieħed, l-għajnuna trid titnaqqas għall-kostijiet eliġibbli li jeċċedu l-EUR 50 miljun (42). |
90. |
L-intensità massima tal-għajnuna u l-ammont tal-għajnuna għal kull proġett iridu jiġu kkalkulati mill-awtorità awtorizzanti meta tingħata l-għajnuna. L-intensità tal-għajnuna trid tiġi kkalkulata fuq il-bażi ta' ekwivalenti ta' għotja gross b’rabta mat-total tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli jew b'rabta mal-kostijiet tal-pagi eliġibbli ddikjarati mill-benefiċjarju tal-għajnuna meta japplika għaliha. |
91. |
Jekk l-għajnuna għall-investiment li tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kostijiet tal-investiment tiġi kkombinata mal-għajnuna għall-investiment reġjonali li tiġi kkalkulata fuq il-bażi tal-kostijiet tal-pagi, it-total tal-għajnuna ma jistax jeċċedi l-ogħla ammont ta’ għajnuna li jirriżulta minn waħda minn dawn il-kalkulazzjonijiet, sakemm ma jaqbiżx l-intensità massima tal-għajnuna permissibbli għaż-żona kkonċernata. |
92. |
L-għajnuna għall-investiment tista' tingħata fl-istess ħin fil-qafas ta' diversi skemi ta' għajnuna reġjonali jew b'mod kumulattiv ma' għajnuna ad hoc, bil-kundizzjoni li t-total tal-għajnuna mis-sorsi kollha ma jeċċedix l-intensità massima tal-għajnuna permissibbli għal kull proġett li trid tiġi kkalkulata minn qabel mill-ewwel awtorità awtorizzanti. |
93. |
F'dak li jirrigwarda l-investimenti inizjali marbuta ma' proġetti tal-Kooperazzjoni Territorjali Ewropea (KTE) li jissodisfaw il-kriterji tar-Regolament li jistipula d-dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea (43), l-intensità tal-għajnuna applikabbli għaż-żona fejn ikun seħħ l-investiment inizjali, se tapplika għall-benefiċjarji kollha li jipparteċipaw fil-proġett. Jekk l-investiment inizjali jkun jinsab f'żewġ żoni megħjuna jew aktar, l-intensità massima tal-għajnuna għall-investiment inizjali se tkun dik applikabbli fiż-żona megħjuna fejn ikunu ġġarrbu l-akbar parti tal-kostijiet eliġibbli. L-investimenti inizjali mwettqa minn kumpaniji kbar f’żoni “c” jistgħu jibbenefikaw biss mill-għajnuna reġjonali fil-kuntest ta’ proġetti tal-KTE, jekk dawn ikunu investimenti inizjali li jiffavorixxu attivitajiet ġodda jew prodotti ġodda. |
3.6.1.1.
94. |
L-assi akkwistati għandhom ikunu ġodda, minbarra għall-SMEs jew fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta' stabbiliment (44). |
95. |
Għall-SMEs, sa 50 % tal-kostijiet tal-istudji preparatorji u tal-kostijiet ta' servizzi ta' konsulenza marbuta mal-investiment jistgħu wkoll jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli. |
96. |
F'dak li jirrigwarda l-għajnuna mogħtija għal bidla fundamentali fil-proċess tal-produzzjoni, il-kostijiet eliġibbli jridu jeċċedu d-deprezzament tal-assi marbuta mal-attività li għandha tiġi mmodernizzata matul it-tliet snin fiskali ta' qabel. |
97. |
F'dak li jirrigwarda l-għajnuna mogħtija għal diversifikazzjoni ta’ stabbiliment eżistenti, il-kostijiet eliġibbli jridu jeċċedu b’mill-inqas 200 % il-valur fil-kotba tal-assi li jkunu qed jerġgħu jintużaw, kif irreġistrat fis-sena fiskali ta’ qabel il-bidu tax-xogħlijiet. |
98. |
Il-kostijiet marbuta mal-lokazzjoni tal-assi tanġibbli jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fiċ-ċirkostanzi li ġejjin:
|
99. |
Fil-każ ta' akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment, huma biss l-kostijiet tax-xiri tal-assi minn partijiet terzi mhux konnessi mal-bejjiegħ li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni. It-tranżazzjoni trid isseħħ skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Meta tkun diġà ngħatat l-għajnuna għall-akkwiżizzjoni ta’ assi qabel ma jinxtraw mill-partijiet terzi, il-kostijiet ta’ dawn l-assi għandhom jitnaqqsu mill-kostijiet eliġibbli relatati mal-akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment. Jekk l-akkwiżizzjoni ta’ stabbiliment tkun akkumpanjata minn investiment addizzjonali eliġibbli għall-għajnuna, il-kostijiet eliġibbli ta' dan l-aħħar investiment għandhom jiġu miżjuda mal-kostijiet tax-xiri tal-assi tal-istabbiliment. |
100. |
F'dak li jirrigwarda l-kumpaniji l-kbar, il-kostijiet tal-assi intanġibbli huma eliġibbli biss sa limitu ta' 50 % tat-total tal-kostijiet tal-investiment eliġibbli għall-proġett. Għall-SMEs, jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kostijiet sħaħ relatati mal-assi intanġibbli. |
101. |
L-assi intanġibbli li huma eliġibbli għall-kalkulazzjoni tal-kostijiet tal-investimenti jridu jibqgħu assoċjati maż-żona megħjuna kkonċernata u ma għandhomx jiġu ttrasferiti għal reġjuni oħra. Għal dan il-għan, l-assi intanġibbli jridu jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
102. |
L-assi intanġibbli jridu jiġu inklużi fl-assi tal-kumpanija li tkun qed tirċievi l-għajnuna u jridu jibqgħu assoċjati mal-proġett li għalih tkun ingħatat l-għajnuna għal tal-inqas ħames snin (tliet snin għall-SMEs). |
3.6.1.2.
103. |
L-għajnuna reġjonali tista' tiġi kkalkulata wkoll b'referenza għall-kostijiet tal-pagi previsti marbuta mal-impjiegi maħluqa permezz tal-investiment inizjali. L-għajnuna tista' tagħmel tajjeb biss għall-kostijiet tal-paga tal-persuna maħtura, ikkalkulati fuq perjodu ta' sentejn, u l-intensità li tirriżulta ma tistax teċċedi l-intensità tal-għajnuna applikabbli fiż-żona kkonċernata. |
3.6.2. Għajnuna individwali għall-investiment innotifikata
104. |
Għal sitwazzjonijiet tax-xenarju 1 (deċiżjoni ta' investiment) il-Kummissjoni se tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna jaqbiżx il-minimu meħtieġ biex il-proġett jiġi jrendi biżżejjed profitt, billi tuża l-metodu stabbilit fil-paragrafu 79. |
105. |
F'sitwazzjonijiet tax-xenarju 2 (deċiżjoni dwar l-għażla tal-post), għal inċentiv għall-għażla tal-post, il-Kummissjoni se tqabbel il-valur preżenti nett tal-investiment fiż-żona li tkun fil-mira mal-valur preżenti nett fil-post alternattiv, billi tuża l-metodu msemmi fil-paragrafu 80. |
106. |
Il-kalkoli użati għall-analiżi tal-effett ta' inċentiv jistgħu jintużaw ukoll biex jiġi vvalutat jekk l-għajnuna hijiex proporzjonata. L-Istat Membru jrid juri l-proporzjonalità abbażi ta’ dokumentazzjoni bħal dik imsemmija fil-paragrafu 72. |
107. |
L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż l-intensità tal-għajnuna aġġustata permissibbli. |
3.6.3. Skemi ta' għajnuna operattiva
108. |
L-Istat Membru jrid juri li l-livell tal-għajnuna huwa proporzjonat għall-problemi li l-għajnuna għandha l-għan li tindirizza. |
109. |
B'mod partikolari, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
110. |
Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tagħmel tajjeb għal ċerti kostijiet addizzjonali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda, il-kostijiet eliġibbli jridu jkunu attribwibbli bis-sħiħ għal nuqqas wieħed jew għal diversi nuqqasijiet imsemmija fl-Artikolu 349 tat-Trattat. Dawn il-kostijiet addizzjonali jridu jeskludu l-kostijiet tat-trasport u kwalunkwe kostijiet addizzjonali li jistgħu jkunu attribwibbli għal fatturi oħrajn u jridu jiġu kkwantifikati b'rabta mal-livell tal-kostijiet imġarrba minn kumpaniji simili stabbiliti f'reġjuni oħrajn tal-Istat Membru kkonċernat. |
111. |
Fir-rigward tal-għajnuna maħsuba biex tnaqqas ċerti diffikultajiet speċifiċi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs fiż-żoni “a”, il-livell tal-għajnuna jrid jitnaqqas progressivament tul id-durata tal-iskema (45). |
3.7. L-evitar ta’ effetti negattivi mhux mixtieqa fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ
112. |
Sabiex l-għajnuna tkun kompatibbli, l-effetti negattivi tal-miżura ta’ għajnuna f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u tal-impatt fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri jridu jkunu limitati u inferjuri għall-effetti pożittivi f'dak li jikkonċerna l-kontribut għall-għan ta’ interess komuni. Jistgħu jiġu identifikati sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi manifestament jirbħu fuq kwalunkwe effett pożittiv, u dan ifisser li l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern. |
3.7.1. Kunsiderazzjonijiet ġenerali
113. |
L-għajnuna reġjonali tista’ tkun il-kaġun ta' żewġ forom ewlenin ta' distorsjoni potenzjali fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ. Dawn huma distorsjonijiet tas-suq tal-prodotti u l-effetti marbutin mal-post. Iż-żewġ tipi jistgħu jwasslu għal ineffiċjenzi allokattivi (li jkunu ta' ħsara għall-prestazzjoni ekonomika tas-suq intern) u għal tħassib distribuzzjonali (distribuzzjoni tal-attività ekonomika bejn ir-reġjuni). |
114. |
Effett potenzjalment dannuż tal-għajnuna mill-Istat huwa li din twaqqaf il-mekkaniżmu tas-suq milli jagħti riżultati effiċjenti billi jippremja lill-aktar produtturi effiċjenti u billi jpoġġi pressjoni fuq dawk li huma l-inqas effiċjenti bil-għan li jitjiebu, jagħmlu ristrutturar jew joħorġu mis-suq. Espansjoni sostanzjali fil-kapaċità kkawżata mill-għajnuna mill-Istat f'suq ineffiċjenti, tista' toħloq distorsjoni bla bżonn fil-kompetizzjoni, peress li l-ħolqien jew iż-żamma ta’ kapaċità żejda jistgħu jwasslu għal kostrinġiment tal-marġnijiet tal-profitt, għal tnaqqis tal-investimenti tal-kompetituri jew saħansitra għall-ħruġ tal-kompetituri mis-suq. Dan jista' jwassal għal sitwazzjoni fejn il-kompetituri li kienu jkunu kapaċi jibqgħu fis-suq, jiġu mġiegħla joħorġu minnu. Id-disponibbiltà tal-għajnuna tista' twaqqaf ukoll lill-kumpaniji milli jidħlu jew milli jespandu fis-suq u tista' ddgħajjef l-inċentivi għall-kompetituri biex ikunu innovattivi. Dan kollu jwassal għal strutturi tas-suq ineffiċjenti li, fuq tul ta' żmien, ikunu wkoll ta’ ħsara għall-konsumaturi. Barra minn hekk, id-disponibbiltà tal-għajnuna tista’ tikkawża mġiba ottimista jew eċċessivament riskjuża min-naħa tal-benefiċjarji potenzjali. L-effett fit-tul fuq il-prestazzjoni ġenerali tas-settur probabbilment ikun negattiv. |
115. |
L-għajnuna jista’ jkollha wkoll effetti ta’ distorsjoni billi żżid jew iżżomm setgħa sostanzjali fis-suq għall-benefiċjarju. Anke meta l-għajnuna ma ssaħħaħx setgħa sostanzjali fis-suq b'mod dirett, hija tista’ tagħmel dan b'mod indirett, billi tiskoraġġixxi l-espansjoni tal-kompetituri eżistenti jew billi twassal għal ħruġ tagħhom mis-suq jew billi tiskoraġġixxi d-dħul ta’ kompetituri ġodda. |
116. |
Minbarra li toħloq distorsjonijiet fis-swieq tal-prodotti, l-għajnuna reġjonali, min-natura tagħha, taffettwa wkoll il-post tal-attività ekonomika. Meta żona partikolari tattira investiment permezz tal-għajnuna, żona oħra tkun qed titlef dik l-opportunità. Dawn l-effetti negattivi fiż-żoni milquta b’mod negattiv mill-għajnuna jistgħu jinħassu permezz ta' telf ta' attività ekonomika u telf ta’ impjiegi, anke fil-livell ta' sottokuntratturi. Dawn jistgħu jinħassu wkoll f'telf ta’ esternalitajiet pożittivi (pereżempju, effett ta' raggruppament, tixrid tal-għarfien, edukazzjoni u taħriġ, eċċ.). |
117. |
L-ispeċifiċità ġeografika tal-għajnuna reġjonali tiddistingwiha minn għamliet oħrajn ta' għajnuna orizzontali. Karatteristika partikolari tal-għajnuna reġjonali hija li hi maħsuba biex tinfluwenza l-għażla li ssir mill-investituri dwar fejn jagħmlu l-proġetti tal-investiment. Meta l-għajnuna reġjonali tegħleb il-kostijiet addizzjonali li joriġinaw min-nuqqasijiet reġjonali u ssostni l-investiment addizzjonali f'żoni megħjuna mingħajr ma tbiegħdu minn żoni megħjuna oħra, ma tkunx qed tikkontribwixxi biss għall-iżvilupp tar-reġjun iżda anki għall-koeżjoni, u finalment tkun qed isservi ta' ġid għall-Unjoni kollha kemm hi. Fir-rigward tal-effetti negattivi potenzjali tal-għajnuna reġjonali fuq l-għażla tal-post, dawn sa ċertu punt diġà huma limitati minn mapep dwar l-għajnuna reġjonali, li jiddefinixxu b'mod eżawrjenti ż-żoni li jistgħu jingħataw l-għajnuna reġjonali, filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-objettivi ta' ekwità u tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna permissibbli. Madankollu, huwa importanti li wieħed jifhem x’kien iseħħ fin-nuqqas tal-għajnuna biex jiġi vvalutat l-impatt reali tal-għajnuna fuq l-objettiv ta’ koeżjoni. |
3.7.2. Effetti manifestament negattivi
118. |
Il-Kummissjoni tidentifika għadd ta' sitwazzjonijiet fejn l-effetti negattivi tal-għajnuna manifestament jirbħu fuq kwalunkwe effett pożittiv, u b'hekk l-għajnuna ma tistax titqies kumpatibbli mas-suq intern. |
119. |
Il-Kummissjoni tistabbilixxi l-intensitajiet massimi tal-għajnuna. Dawn jikkostitwixxu rekwiżit bażiku għall-kompatibbiltà, li l-għan tiegħu huwa li jevita li l-għajnuna mill-Istat tintuża għal proġetti fejn il-proporzjon bejn l-ammont tal-għajnuna u l-kostijiet eliġibbli jitqies għoli ħafna u partikolarment suxxettibbli li joħloq distorsjonijiet fis-suq. B’mod ġenerali, aktar ma l-proġett megħjun iġib miegħu effetti pożittivi potenzjali u aktar ma tkun kbira l-ħtieġa potenzjali għall-għajnuna, aktar se jkun għoli l-limitu massimu fuq l-intensità tal-għajnuna. |
120. |
Għal każijiet tax-xenarju 1 (deċiżjonijiet ta' investiment), meta l-ħolqien ta' kapaċità mill-proġett iseħħ f'suq li strutturalment ikun sejjer lura b'mod assolut, il-Kummissjoni dan tqisu bħala effett negattiv li aktarx ma jiġix ikkumpensat b'xi effett pożittiv. |
121. |
Każijiet tax-xenarju 2 (deċiżjonijiet dwar l-għażla tal-post), fejn mingħajr l-għajnuna, l-investiment kien isir f'reġjun b'intensità tal-għajnuna reġjonali ogħla jew identika għal dik tar-reġjun fil-mira, ikunu jikkostitwixxu effett negattiv li aktarx ma jiġix ikkumpensat b'xi effett pożittiv għaliex imur kontra l-loġika nnifisha tal-għajnuna reġjonali (46). |
122. |
Meta l-benefiċjarju jagħlaq attività identika jew simili f'żona oħra fiż-ŻEE u jieħu din l-attività xi mkien ieħor fiż-żona fil-mira, jekk ikun hemm rabta kawżali bejn l-għajnuna u din ir-rilokazzjoni, l-għajnuna inkwistjoni tkun tikkostitwixxi effett negattiv li aktarx ma jiġix ikkumpensat minn xi elementi pożittivi. |
123. |
Meta tivvaluta l-miżuri nnotifikati, il-Kummissjoni se titlob li tingħatalha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tikkunsidra jekk l-għajnuna mill-Istat tirriżultax f'telf sostanzjali ta' impjiegi f'postijiet eżistenti fiż-ŻEE. |
3.7.3. Skemi ta' għajnuna għall-investiment
124. |
L-iskemi ta' għajnuna għall-investiment ma għandhomx iwasslu għal distorsjoni sinifikanti tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ. B'mod partikolari, anke jekk id-distorsjonijiet jistgħu jitqiesu limitati fuq livell individwali (sakemm ikunu ġew issodisfati l-kundizzjonijiet kollha tal-għajnuna għall-investiment), fuq bażi kumulattiva l-iskemi xorta waħda jistgħu jwasslu għal livelli għoljin ta' distorsjoni. Tali distorsjonijiet jistgħu jolqtu s-swieq tal-produzzjoni billi joħolqu jew jiggravaw sitwazzjoni ta' kapaċità żejda, jew billi joħolqu, iżidu jew iżommu s-setgħa sostanzjali fis-suq ta' wħud mir-riċevituri b'tali mod li jaffettwa b'mod negattiv l-inċentivi dinamiċi. L-għajnuna disponibbli fil-qafas ta' skemi tista' twassal ukoll għal telf sinifikanti ta' attività ekonomika f'żoni oħrajn taż-ŻEE. F'każ ta' skema li tiffoka fuq ċerti setturi, ir-riskju ta' distorsjoni bħal din jinħass iktar. |
125. |
Għaldaqstant, l-Istat Membru jrid juri li dawn l-effetti negattivi se jkunu limitati għall-minimu filwaqt li jieħu inkunsiderazzjoni, pereżempju, id-daqs tal-proġetti kkonċernati, l-ammonti tal-għajnuna individwali u kumulattivi, il-benefiċjarji mistennija kif ukoll il-karatteristiċi tas-setturi fil-mira. Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tivvaluta l-effetti negattivi potenzjali, l-Istat Membru jista' jippreżenta kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt li tkun għad-dispożizzjoni tiegħu, kif ukoll evalwazzjonijiet ex post li jkunu twettqu għal skemi simili preċedenti. |
126. |
Meta talloka għajnuna fil-qafas ta' skema għal proġetti individwali, l-awtorità awtorizzanti trid tivverifika u tikkonferma li l-għajnuna mhux se twassal għall-effetti manifestament negattivi deskritti fil-paragrafu 121. Din il-verifika tista’ tkun ibbażata fuq l-informazzjoni li tasal mingħand il-benefiċjarju meta jkun qed japplika għall-għajnuna u fuq id-dikjarazzjoni magħmula fil-formola tal-applikazzjoni standard għall-għajnuna fejn għandu jiġi indikat il-post alternattiv fin-nuqqas tal-għajnuna. |
3.7.4. Għajnuna individwali għall-investiment innotifikata
127. |
Fil-valutazzjoni tal-effetti negattivi tal-għajnuna nnotifikata, il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn iż-żewġ xenarji kontrofattwali deskritti fil-paragrafi 104 u 105 iktar 'il fuq. |
3.7.4.1.
128. |
Fil-każijiet tax-xenarju 1, il-Kummissjoni partikolarment tenfasizza l-effetti negattivi marbuta mal-bini tal-kapaċità żejda f'industriji li jkunu sejrin lura, mal-prevenzjoni tal-ħruġ, u mal-kunċett tas-setgħa sostanzjali fis-suq. Dawn l-effetti negattivi huma deskritti hawn taħt fil-paragrafi minn 129 sa 138 u jridu joħolqu bilanċ mal-effetti pożittivi tal-għajnuna. Madankollu, jekk jiġi stabbilit li l-għajnuna tkun tirriżulta fl-effetti manifestament negattivi, deskritti fil-paragrafu 120, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern għaliex aktarx ma tiġix ikkumpensata minn xi elementi pożittivi. |
129. |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tidentifika u tivvaluta d-distorsjonijiet potenzjali tal-kompetizzjoni u tal-kummerċ, l-Istati Membri għandhom jipprovdu evidenza li tippermettilha tidentifika s-swieq tal-prodotti kkonċernati (jiġifieri, prodotti affettwati mill-bidla fl-imġiba tal-benefiċjarju tal-għajnuna) u l-kompetituri u l-klijenti/konsumaturi affettwati. |
130. |
Il-Kummissjoni se tuża varji kriterji biex tivvaluta dawn id-distorsjonijiet potenzjali, bħall-istruttura tas-suq tal-prodott ikkonċernat, il-prestazzjoni tas-suq (suq li sejjer lura jew li qed jikber), il-proċess tal-għażla tal-benefiċjarju tal-għajnuna, l-ostakli għad-dħul fis-suq u għall-ħruġ minnu, u d-divrenzjar tal-prodotti. |
131. |
Meta kumpanija tiddependi b'mod sistematiku fuq l-għajnuna mill-Istat, dan jista' jfisser li l-kumpanija waħedha ma tiflaħx għall-kompetizzjoni jew li qed tgawdi minn vantaġġi mhux mistħoqqa meta mqabbla mal-kompetituri tagħha. |
132. |
Il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn żewġ sorsi ewlenin ta' effetti negattivi potenzjali fuq is-swieq tal-prodotti:
|
133. |
Sabiex tevalwa jekk l-għajnuna tistax tgħin biex jinħolqu jew jinżammu strutturi tas-suq ineffiċjenti, il-Kummissjoni se tikkunsidra l-kapaċità addizzjonali fil-produzzjoni maħluqa mill-proġett u jekk is-suq ikunx inqas effiċjenti milli mistenni. |
134. |
Meta s-suq inkwistjoni jkun qed jikber, normalment ikun hemm inqas raġuni għal tħassib li l-għajnuna se tolqot b'mod negattiv l-inċentivi dinamiċi jew li se xxekkel bla bżonn id-dħul fis-suq jew il-ħruġ minnu. |
135. |
Min-naħa l-oħra, huwa ġġustifikat li wieħed jitħasseb iktar meta s-swieq ikunu sejrin lura. F'dan ir-rigward, il-Kummissjoni tagħmel distinzjoni bejn il-każijiet li fihom, minn perspettiva fit-tul, is-suq rilevanti jkun strutturalment sejjer lura (jiġifieri juri rata ta' tkabbir negattiva), u l-każijiet li fihom is-suq rilevanti jkun sejjer lura b'mod relattiv (jiġifieri juri rata ta' tkabbir pożittiva, iżda ma jaqbiżx ir-rata ta' tkabbir normattiva). |
136. |
Normalment, l-insuffiċjenza fil-prestazzjoni tas-suq titkejjel abbażi ta' paragun mal-PDG taż-ŻEE matul it-tliet snin qabel il-bidu tal-proġett (ir-rata normattiva); din tista' tiġi stabbilita wkoll fuq il-bażi tar-rati ta’ tkabbir ippjanati għat-tliet snin sal-ħames snin li ġejjin. L-indikaturi jistgħu jinkludu t-tkabbir futur prevedibbli tas-suq ikkonċernat u r-rati tal-użu tal-kapaċità mistennija li jirriżultaw, kif ukoll l-impatt potenzjali taż-żieda fil-kapaċità fuq il-kompetituri permezz tal-effetti li tħalli fuq il-prezzijiet u l-marġnijiet tal-profitt. |
137. |
F’ċerti każijiet, il-valutazzjoni tat-tkabbir tas-suq tal-prodotti fiż-ŻEE tista’ ma tkunx kompletament adegwata biex jitqiesu l-effetti tal-għajnuna, partikolarment jekk is-suq ġeografiku jkun mifrux mad-dinja kollha. F'dawn il-każijiet, il-Kummissjoni tieħu inkunsiderazzjoni l-effett tal-għajnuna fuq l-istrutturi tas-suq ikkonċernati, b'mod partikolari, il-potenzjal tagħha li tisforza produtturi fiż-ŻEE sabiex joħorġu mis-suq. |
138. |
Sabiex tiġi evalwata l-eżistenza tas-setgħa sostanzjali fis-suq, il-Kummissjoni se tieħu inkunsiderazzjoni l-pożizzjoni tal-benefiċjarju f’perjodu ta’ żmien qabel ma jkun irċieva l-għajnuna u l-pożizzjoni mistennija fis-suq wara l-finalizzazzjoni tal-investiment. Il-Kummissjoni se tikkunsidra l-ishma fis-suq tal-benefiċjarju, kif ukoll l-ishma fis-suq tal-kompetituri tiegħu u fatturi rilevanti oħrajn, inkluża pereżempju l-istruttura tas-suq, billi jiġu eżaminati l-konċentrazzjoni fis-suq, l-ostakli possibbli għad-dħul fis-suq (47), is-saħħa tax-xerrej (48) u l-ostakli għall-espansjoni jew għall-ħruġ mis-suq. |
3.7.4.2.
139. |
Jekk l-analiżi kontrofattwali tindika li mingħajr l-għajnuna l-investiment kien iseħħ f'post ieħor (xenarju 2) li jappartjeni għall-istess suq ġeografiku meta jiġi kkunsidrat il-prodott ikkonċernat, u jekk l-għajnuna tkun proporzjonata, fil-prinċipju, ir-riżultati possibbli f'termini ta' kapaċità żejda jew ta’ setgħa sostanzjali fis-suq ikunu l-istess, kemm jekk tingħata l-għajnuna u kemm jekk ma tingħatax. F’dawn il-każijiet, l-effetti pożittivi tal-għajnuna huma probabbilment jirbħu fuq l-effetti negattivi limitati fuq il-kompetizzjoni. Madankollu, meta l-post alternattiv ikun jinsab fiż-ŻEE, il-Kummissjoni titħasseb b'mod partikolari dwar l-effetti negattivi marbuta mal-post alternattiv u għalhekk jekk l-għajnuna tirriżulta fl-effetti manifestament negattivi deskritti fil-paragrafi 121 u 122, l-għajnuna ma tistax titqies kompatibbli mas-suq intern għaliex aktarx ma tiġix ikkumpensata minn xi elementi pożittivi. |
3.7.5. Skemi ta' għajnuna operattiva
140. |
Jekk l-għajnuna hija meħtieġa u proporzjonata biex jintlaħaq l-objettiv komuni deskritt fis-Sottotaqsima 3.2.3, l-effetti negattivi tal-għajnuna aktarx li jiġu kkumpensati mill-effetti pożittivi. Madankollu, f'xi każijiet, l-għajnuna tista' tirriżulta f'bidliet fl-istruttura tas-suq jew fil-karatteristiċi ta' settur jew ta' industrija, li jistgħu joħolqu distorsjoni sinifikanti fil-kompetizzjoni permezz ta' ostakli għad-dħul fis-suq jew għall-ħruġ minnu, għall-effetti ta' sostituzzjoni, jew għall-ispostament tal-flussi kummerċjali. F'dawn il-każijiet, l-effetti negattivi identifikati aktarx ma jiġux ikkumpensati minn xi elementi pożittivi. |
3.8. It-trasparenza
141. |
L-Istati Membri jridu jippubblikaw fuq websajt ċentrali, jew fuq websajt waħda li tikseb l-informazzjoni minn diversi websajts (pereżempju, websajts reġjonali), tal-inqas l-informazzjoni segwenti dwar il-miżuri ta’ għajnuna mill-Istat innotifikati: It-test tal-iskema tal-għajnuna nnotifikata u d-dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni tagħha, l-awtorità awtorizzanti, il-benefiċjarji individwali, l-ammont ta’ għajnuna għal kull benefiċjarju, u l-intensità tal-għajnuna. Dawn ir-rekwiżiti japplikaw għall-għajnuna individwali mogħtija fil-qafas ta' skemi nnotifikati u kif ukoll għall-għajnuna ad hoc. Din l-informazzjoni trid tiġi ppubblikata wara li tkun ittieħdet id-deċiżjoni dwar l-għoti tal-għajnuna, trid tinżamm għal mill-inqas 10 snin u trid tkun disponibbli għall-pubbliku ġenerali mingħajr restrizzjonijiet (49). |
4. L-EVALWAZZJONI
142. |
Sabiex tiżgura aktar li d-distorsjonijiet fil-kompetizzjoni u fil-kummerċ huma limitati, il-Kummissjoni tista’ titlob li ċerti skemi jiġu sottomessi għal limitu ta' żmien (normalment ta’ 4 snin jew inqas) u għall-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 27. |
143. |
L-evalwazzjonijiet se jitwettqu għal skemi fejn il-potenzjal tad-distorsjonijiet huwa partikolarment għoli, jiġifieri, dawk li jistgħu jirrestrinġu l-kompetizzjoni b’mod sinifikanti jekk l-implimentazzjoni tagħhom ma tiġix eżaminata mill-ġdid fi żmien xieraq. |
144. |
Minħabba l-objettivi tal-evalwazzjoni u sabiex ma jiġix impost piż sproporzjonat fuq l-Istati Membri fir-rigward ta' għajnuna ta' ammonti iżgħar, dan l-obbligu jista' jiġi impost biss għall-iskemi ta' għajnuna b'baġits għall-għajnuna kbar, li jkun fihom karatteristiċi ġodda jew li jkunu jipprevedu bidliet sinifikanti fis-suq, fit-teknoloġija jew fir-regolamentazzjoni. L-evalwazzjoni trid titwettaq minn espert li jkun indipendenti mill-awtorità li tawtorizza l-għajnuna mill-Istat fuq il-bażi ta’ metodoloġija komuni (50) u trid issir pubblika. L-evalwazzjoni trid tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni fiż-żmien opportun, biex tkun tista’ ssir il-valutazzjoni tal-estensjoni possibbli tal-iskema tal-għajnuna u fi kwalunkwe każ, qabel l-iskadenza tal-iskema. Il-firxa preċiża tal-evalwazzjoni u l-metodoloġija li għandha tintuża għat-twettiq tagħha se jiġu definiti fid-deċiżjoni li tapprova l-iskema tal-għajnuna. Kwalunkwe miżura ta’ għajnuna sussegwenti b’objettiv simili trid tieħu inkunsiderazzjoni r-riżultati tal-evalwazzjoni. |
5. IL-MAPEP DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI
145. |
F'din it-Taqsima, il-Kummissjoni tistabbilixxi l-kriterji għall-identifikazzjoni taż-żoni li jissodisfaw il-kundizzjonijiet tal-Artikoli 107(3)(a) u (c) tat-Trattat. Iż-żoni li jissodisfaw dawn il-kundizzjonijiet u li Stat Membru jkun jixtieq jinnomina bħala żoni “a” jew “c” iridu jkunu identifikati f’mappa dwar l-għajnuna reġjonali, li trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u li trid tiġi approvata minnha qabel ma tkun tista' tingħata l-għajnuna reġjonali lill-kumpaniji li jkunu jinsabu fiż-żoni nnominati. Il-mapep iridu jispeċifikaw ukoll l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli f'dawn iż-żoni. |
5.1. Il-kopertura tal-popolazzjoni eliġibbli għall-għajnuna reġjunali
146. |
Peress li l-għoti ta' għajnuna reġjonali mill-Istat tidderoga mill-projbizzjoni ġenerali tal-għajnuna mill-Istat stabbilita fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat, il-Kummissjoni tqis li l-popolazzjoni kkombinata taż-żoni “a” u “c” fl-Unjoni trid tkun inqas minn dik taż-żoni mhux innominati. Għaldaqstant, il-kopertura totali ta' dawn iż-żoni nnominati għandha tkun inqas minn 50 % tal-popolazzjoni tal-Unjoni. |
147. |
Fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna reġjonali nazzjonali għall-2007-2013 (51) il-kopertura ġenerali taż-żoni “a” u “c” ġiet stabbilita għal 42 % tal-popolazzjoni tal-UE-25 (45,5 % tal-popolazzjoni tal-UE-27). Il-Kummissjoni tqis li dan il-livell inizjali tal-kopertura ġenerali tal-popolazzjoni għandu jiġi adattat biex jirrifletti s-sitwazzjoni ekonomikament diffiċli li bħalissa għaddejjin minnha ħafna mill-Istati Membri. |
148. |
Konsegwentement, il-limitu massimu globali ta' kopertura taż-żoni “a” u “c” għandu jiġi stabbilit għal 46,53 % tal-popolazzjoni tal-UE-27 għall-perjodu 2014-2020 (52). |
5.2. Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(a)
149. |
L-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat jistipula li l-“għajnuna maħsuba sabiex tippromwovi l-iżvilupp ekonomiku ta' reġjun fejn il-livell tal-għajxien huwa baxx b’mod anormali jew fejn ikun hemm stat serju ta' nuqqas ta' impjieg, kif ukoll tar-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349, b'kont meħud tas-sitwazzjoni strutturali, ekonomika u soċjali tagħhom” tista' titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “l-użu tal-kliem ‘b'mod anormali’ u ‘serju’ fl-Artikolu [107](3)(a) juri li l-eżenzjoni tolqot biss żoni fejn is-sitwazzjoni ekonomika tkun ferm żvantaġġata meta mqabbla mal-[Unjoni] inġenerali” (53). |
150. |
Il-Kummissjoni tqis li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat huma ssodisfati f'reġjuni NUTS 2 (54) li għandhom prodott domestiku gross (PDG) per capita taħt jew daqs il-75 % tal-medja tal-Unjoni (55). |
151. |
Konsegwentement, Stat Membru jista' jinnomina ż-żoni segwenti bħala żoni “a”:
|
152. |
Iż-żoni “a” eliġibbli huma indikati skont l-Istat Membru, fl-Anness I. |
5.3. Id-deroga fl-Artikolu 107(3)(c)
153. |
L-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat jistipula li l-“għajnuna maħsuba sabiex tiffaċilita l-iżvilupp ta' ċerti attivitajiet jew ta' ċerti reġjuni ekonomiċi, basta dik l-għajnuna ma tfixkilx il-kondizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni” tista' titqies kompatibbli mas-suq intern. Skont il-Qorti tal-Ġustizzja, “[l]-eżenzjoni fl-Artikolu [107](3)(c) […] tippermetti l-iżvilupp ta’ ċerti żoni mingħajr ma tkun limitata mill-kundizzjonijiet ekonomiċi stabbiliti fl-Artikolu [107](3)(a), sakemm tali għajnuna ‘ma tfixkilx il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa grad li jkun kuntrarju għall-interess komuni’. Din id-dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li tawtorizza l-għajnuna maħsuba biex tkattar l-iżvilupp ekonomiku ta’ żoni ta’ Stat Membru li huma żvantaġġati, meta mqabbla mal-medja nazzjonali” (58). [traduzzjoni mhux uffiċjali] |
154. |
Il-limitu massimu totali ta' kopertura għaż-żoni “c” fl-Unjoni (“il-kopertura ‘c’ ”) jinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni eliġibbli “a” fl-Unjoni mil-limitu massimu globali ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 148. |
155. |
Hemm żewġ kategoriji ta' żoni “c”:
|
5.3.1. Żoni “c” predefiniti
5.3.1.1.
156. |
Il-Kummissjoni tqis li kull Stat Membru kkonċernat irid ikollu biżżejjed kopertura “c” biex ikun jista' jinnomina bħala żoni “c” dawk ir-reġjuni li kienu żoni “a” fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali matul il-perjodu 2011-2013 (59). |
157. |
Il-Kummissjoni tqis ukoll li kull Stat Membru kkonċernat irid ikollu biżżejjed kopertura “c” biex ikun jista' jinnomina bħala żoni “c” dawk ir-reġjuni li għandhom densità ta' popolazzjoni baxxa. |
158. |
Konsegwentement, iż-żoni segwenti se jitqiesu bħala żoni “c” predefiniti:
|
159. |
L-allokazzjoni speċifika ta’ kopertura “c” predefinita hija stabbilita mill-Istat Membru fl-Anness I. Din l-allokazzjoni speċifika għall-popolazzjoni tista’ tintuża biss biex jiġu nnominati ż-żoni “c” predefiniti |
5.3.1.2.
160. |
Stat Membru jista' jinnomina bħala żoni “c” iż-żoni “c” predefiniti msemmija fil-paragrafu 158. |
161. |
Fil-prinċipju, għal żoni b’popolazzjoni skarsa, Stat Membru għandu jinnomina r-reġjuni NUTS 2 b'inqas minn tmien abitant għal kull km2 jew ir-reġjuni NUTS 3 b’inqas minn 12,5 abitant għal kull km2. Madankollu, Stat Membru jista' jinnomina partijiet mir-reġjuni NUTS 3 li jkollhom inqas minn 12,5 abitant għal kull km2 jew żoni kontigwi oħrajn maġenb dawn ir-reġjuni NUTS 3, sakemm iż-żoni nnominati jkollhom inqas minn 12,5 abitant għal kull km2 u n-nomina tagħhom ma tkunx taqbeż l-allokazzjoni speċifika ta' kopertura “c” imsemmija fil-paragrafu 160. |
5.3.2. Żoni “c” mhux predefiniti
5.3.2.1.
162. |
Il-limitu massimu totali ta' kopertura għaż-żoni “c” mhux predefiniti fl-Unjoni jinkiseb billi titnaqqas il-popolazzjoni taż-żoni “a” eliġibbli u taż-żoni “c” predefiniti mil-limitu massimu globali ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 148. Il-kopertura “c” mhux predefinita tiġi allokata fost l-Istati Membri billi jiġi applikat il-metodu msemmi fl-Anness II. |
5.3.2.2.
163. |
Sabiex tindirizza d-diffikultajiet tal-Istati Membri li ġew milquta l-aktar mill-kriżi ekonomika, il-Kummissjoni tqis li l-kopertura totali ta’ kull Stat Membru li qed jibbenefika minn għajnuna finanzjarja fil-qafas tal-faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq terminu medju għal Stati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, kif stabbilit permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 (61), il-Faċilità Ewropea ta’ Stabbiltà Finanzjarja (EFSF) (62), il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (EFSM) (63) jew il-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) (64), ma għandhiex titnaqqas meta mqabbla mal-perjodu 2007-2013. |
164. |
Sabiex tiżgura kontinwità fil-mapep dwar l-għajnuna reġjonali u firxa tal-azzjoni minima għall-Istati Membri kollha, il-Kummissjoni tqis li kull Stat Membru ma għandux jitlef iktar min-nofs il-kopertura totali tiegħu meta mqabbla mal-perjodu 2007-2013 u li kull Stat Membru għandu jkollu kopertura tal-popolazzjoni minima. |
165. |
Konsegwentement, b’deroga mil-limitu massimu globali ta' kopertura stabbilit fil-paragrafu 148, il-kopertura “c” għal kull Stat Membru kkonċernat se tiżdied kif meħtieġ sabiex:
|
166. |
Il-kopertura “c” mhux predefinita, inkluża x-xibka tas-sigurtà u l-kopertura tal-popolazzjoni minima, hija stabbilita, skont l-Istat Membru, fl-Anness I. |
5.3.2.3.
167. |
Il-Kummissjoni tqis li l-kriterji użati mill-Istati Membri biex jinnominaw żoni “c” għandhom jirriflettu d-diversità tas-sitwazzjonijiet li fihom l-għoti tal-għajnuna reġjonali jista' jiġi ġġustifikat. Għaldaqstant, il-kriterji għandhom jindirizzaw ċerti problemi soċjoekonomiċi, ġeografiċi jew strutturali suxxettibbli li jinbtu fiż-żoni “c” u għandhom jipprovdu biżżejjed salvagwardji bil-għan li l-għoti tal-għajnuna reġjonali mill-Istat ma taffettwax ħażin il-kundizzjonijiet kummerċjali b’mod li jmur kontra l-interess komuni. |
168. |
Konsegwentement, Stat Membru jista' jinnomina bħala żoni “c” iż-żoni “c” mhux predefiniti, fuq il-bażi tal-kriterji segwenti:
|
169. |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterji msemmija fil-paragrafu 168, il-kunċett ta' żoni kontigwi jirreferi għaż-żoni sħaħ tal-unità amministrattiva lokali 2 (LAU 2) (73) jew għal grupp ta' żoni sħaħ tal-LAU 2 (74). Grupp ta' żoni tal-LAU 2 se jkun meqjus li jifforma żona kontigwa jekk kull waħda miż-żoni fil-grupp tkun taqsam il-fruntiera amministrattiva ma' żona oħra fil-grupp (75). |
170. |
Il-konformità mal-kopertura tal-popolazzjoni permessa għal kull Stat Membru se tiġi ddeterminata fuq il-bażi tal-aktar dejta riċenti dwar il-popolazzjoni residenti totali taż-żoni kkonċernati, kif ippubblikati mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika. |
5.4. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali
171. |
Il-Kummissjoni tqis li l-intensitajiet massimi tal-għajnuna applikabbli għall-għajnuna għall-investiment reġjonali jridu jieħdu inkunsiderazzjoni n-natura u l-firxa tad-disparitajiet bejn il-livelli ta' żvilupp tar-reġjuni differenti fl-Unjoni. Għaldaqstant, l-intensitajiet tal-għajnuna għandhom ikunu ogħla fiż-żoni “a” milli fiż-żoni “c”. |
5.4.1. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “a”
172. |
L-intensità tal-għajnuna fiż-żoni “a” ma tistax taqbeż:
|
173. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fil-paragrafu 172 jistgħu jiġu miżjuda b'massimu ta' 20 punt perċentwali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda li għandhom PDG per capita inqas jew daqs il-75 % tal-medja tal-UE-27 jew b'massimu ta' 10 punti perċentwali fir-reġjuni l-aktar imbiegħda l-oħrajn. |
5.4.2. L-intensitajiet massimi tal-għajnuna fiż-żoni “c”
174. |
L-intensità tal-għajnuna ma tridx taqbeż:
|
175. |
Fl-eks żoni “a”, l-intensità tal-għajnuna ta’ 10 % tal-GGE tista' tiżdied b'massimu ta' 5 punti perċentwali mill-1 ta’ Lulju 2014 sal-31 ta’ Diċembru 2017. |
176. |
Jekk żona “c” tkun tinsab maġenb żona “a”, l-intensità massima tal-għajnuna fir-reġjuni NUTS 3 jew f'partijiet tar-reġjuni NUTS 3 f'din iż-żona “c” li jkunu jinsabu maġenb iż-żona “a”, tista' tiġi miżjuda kemm hemm bżonn sabiex id-differenza fl-intensità tal-għajnuna bejn iż-żewġ żoni ma taqbiżx il-15-il punt perċentwali. |
5.4.3. L-intensitajiet tal-għajnuna miżjudin għall-SMEs
177. |
L-intensitajiet massimi tal-għajnuna msemmija fis-Sottotaqsimiet 5.4.1 u 5.4.2 jistgħu jiġu miżjuda b'massimu ta' 20 punt perċentwali għall-impriżi ż-żgħar jew b'massimu ta' 10 punti perċentwali għall-impriżi ta' daqs medju (76). |
5.5. In-notifika u d-dikjarazzjoni ta' kompatibbilità
178. |
Wara l-pubblikazzjoni ta' dawn il-linji gwida f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, kull Stat Membru għandu jinnotifika lill-Kummissjoni b'mappa waħda dwar l-għajnuna reġjonali applikabbli mill-1 ta' Lulju 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. Kull notifika għandha tinkludi l-informazzjoni speċifikata fil-formola li tinsab fl-Anness III. |
179. |
Il-Kummissjoni se teżamina kull mappa dwar l-għajnuna reġjonali nnotifikata fuq il-bażi ta’ dawn il-linji gwida u se tadotta deċiżjoni li tapprova l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali għall-Istat Membru kkonċernat. Kull mappa dwar l-għajnuna reġjonali se tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u se tikkostitwixxi parti integrali minn dawn il-linji gwida. |
5.6. Emendi
5.6.1. Ir-riżerva tal-popolazzjoni
180. |
Fuq inizjattiva tiegħu stess, Stat Membru jista' jiddeċiedi li jistabbilixxi riżerva ta' kopertura tal-popolazzjoni nazzjonali li tkun tikkonsisti fid-differenza bejn il-livell massimu ta' kopertura tal-popolazzjoni għal dak l-Istat Membru, kif allokat mill-Kummissjoni (77), u l-kopertura użata għaż-żoni “a” u “c” innominati fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali tiegħu. |
181. |
Jekk Stat Membru jkun iddeċieda li jistabbilixxi riżerva bħal din, fi kwalunkwe ħin, jista' juża r-riżerva biex iżid żoni “c” ġodda fil-mappa tiegħu sakemm jintlaħaq il-livell massimu ta' kopertura nazzjonali tiegħu. Għal dan il-għan, l-Istat Membru jista' jirreferi għall-aktar dejta soċjoekonomika riċenti pprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn. Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-dejta dwar il-popolazzjoni użata biex tiġi stabbilita l-mappa inizjali. |
182. |
L-Istat Membru jrid jinnotifika lill-Kummissjoni kull darba li jkun beħsiebu juża r-riżerva tal-popolazzjoni tiegħu bil-għan li jżid żoni “c” ġodda, qabel ma jimplimenta tali emendi. |
5.6.2. Rieżami ta’ nofs is-sena
183. |
F’Ġunju 2016 (78), il-Kummissjoni se tistabbilixxi jekk xi reġjuni NUTS 2 (79), li mhumiex elenkati fl-Anness I ta’ dawn il-linji gwida bħala żoni “a”, għandhomx PDG per capita taħt il-75 % tal-medja tal-UE-28, u se tippubblika komunikazzjoni dwar ir-riżultati ta’ din l-analiżi. Il-Kummissjoni se tistabbilixxi f’dak il-mument jekk dawn iż-żoni identifikati jistgħux isiru eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat u l-livell tal-intensità tal-għajnuna li jikkorrispondi mal-PDG per capita tagħhom. Jekk dawn iż-żoni identifikati huma nnominati jew bħala żoni “c” predefiniti jew inkella bħala żoni “c” mhux predefiniti fil-mappa nazzjonali dwar l-għajnuna reġjonali approvata mill-Kummissjoni f'konformità ma' dawn il-linji gwida, il-perċentwali tal-allokazzjoni speċifika għall-popolazzjoni għaż-żoni “c” indikat fl-Anness I se jiġi aġġustat kif xieraq. Il-Kummissjoni se tippubblika l-emendi għall-Anness I. Stat Membru jista’, fil-limitu tal-allokazzjoni speċifika aġġustata tiegħu għaż-żoni “c” (80), jemenda l-lista ta’ żoni “c” li jinsabu fil-mappa dwar l-għajnuna reġjonali tiegħu għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-31 ta’ Diċembru 2020. Dawn l-emendi ma jistgħux jeċċedux il-50 % tal-kopertura “c” aġġustata ta' kull Stat Membru. |
184. |
Għall-finijiet tal-emendar tal-lista taż-żoni “c”, l-Istat Membru jista' jirreferi għad-dejta dwar il-PDG per capita u r-rata ta' qgħad ipprovduta mill-Eurostat jew mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn, billi juża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom kienet disponibbli din id-dejta (fil-mument tan-notifika tal-mappa emendata). Il-popolazzjoni taż-żoni “c” ikkonċernati għandha tiġi kkalkulata abbażi tad-dejta dwar il-popolazzjoni użata biex tiġi stabbilita l-mappa inizjali. |
185. |
L-Istat Membru jrid jinnotifika lill-Kummissjoni bl-emendi għall-mappa tiegħu, li jirriżultaw mill-inklużjoni ta’ żoni “a” addizzjonali u mill-iskambju ta’ żoni “c”, qabel ma jimplimentahom u sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2016. |
6. L-APPLIKABBILTÀ TAR-REGOLI DWAR L-GĦAJNUNA REĠJONALI
186. |
Il-Kummissjoni testendi l-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013 (81) u l-Komunikazzjoni rigward il-kriterji għal valutazzjoni fil-fond tal-għajnuna reġjonali għal proġetti kbar ta’ investiment (82) sat-30 ta’ Ġunju 2014. |
187. |
Il-mapep dwar l-għajnuna reġjonali approvati abbażi tal-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013 jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2013. Għalhekk il-perjodu ta’ tranżizzjoni ta’ sitt xhur, stabbilit fl-Artikolu 44(3) tar-regolament għal eżenzjoni ġenerali sħiħa (“general block exemption regulation” - GBER) (83) ma japplikax għal skemi ta’ għajnuna reġjonali implimentati fil-qafas tal-GBER. Sabiex ikunu jistgħu jagħtu għajnuna reġjonali wara l-31 ta’ Diċembru 2013 abbażi ta’ skemi eżistenti koperti minn eżenzjoni sħiħa, l-Istati Membri huma mistiedna li jinnotifikaw l-estensjoni tal-mapep dwar l-għajnuna reġjonali fi żmien xieraq sabiex jippermettu lill-Kummissjoni tapprova l-estensjoni ta’ dawn il-mapep qabel il-31 ta’ Diċembru 2013. B’mod ġenerali, l-iskemi approvati abbażi tal-linji gwida dwar l-għajnuna reġjonali għall-2007-2013 jiskadu fl-aħħar tal-2013 kif iddikjarat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni korrispondenti. Kwalunkwe estensjoni ta’ skemi bħal dawn trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni fi żmien xieraq. |
188. |
Il-Kummissjoni se tapplika l-prinċipji stabbiliti f'dawn il-linji gwida għall-valutazzjoni tal-kompatibbiltà tal-għajnuna reġjonali kollha maħsuba li tingħata wara t-30 ta' Ġunju 2014. L-għajnuna reġjonali mogħtija illegalment jew l-għajnuna reġjonali maħsuba biex tingħata wara l-31 ta’ Diċembru 2013 u qabel l-1 ta’ Lulju 2014 se tiġi vvalutata f'konformità mal-linji gwida dwar l-għajnuna nazzjonali reġjonali għall-2007-2013. |
189. |
Peress li jridu jkunu konsistenti mal-mappa dwar l-għajnuna reġjonali, in-notifiki ta' skemi ta' għajnuna reġjonali jew ta' miżuri ta' għajnuna maħsuba li jingħataw wara t-30 ta' Ġunju 2014, ma jistgħux jitqiesu kompluti qabel ma l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tapprova l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali għall-Istat Membru kkonċernat, f'konformità mal-arranġamenti deskritti fis-Sottotaqsima 5.5. Konsegwentement, fil-prinċipju, il-Kummissjoni mhijiex se teżamina n-notifiki ta' skemi ta' għajnuna reġjonali li huma maħsuba li jibdew japplikaw wara t-30 ta' Ġunju 2014, jew in-notifiki ta' għajnuna individwali maħsuba li tingħata wara din id-data, qabel ma tkun adottat deċiżjoni li tapprova l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali għall-Istat Membru kkonċernat. |
190. |
Il-Kummissjoni tqis li l-implimentazzjoni ta' dawn il-linji gwida se twassal għal bidliet sostanzjali fir-regoli applikabbli għall-għajnuna reġjonali fl-Unjoni. Barra minn hekk, fid-dawl tal-bidla fil-kundizzjonijiet ekonomiċi u soċjali fl-Unjoni, jidher li hemm bżonn li jiġi eżaminat mill-ġdid jekk l-iskemi kollha ta' għajnuna reġjonali għadhomx iġġustifikati u effikaċi, inkluż kemm l-iskemi ta' għajnuna għall-investiment kif ukoll l-iskemi ta' għajnuna operattiva. |
191. |
Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tipproponi l-miżuri xierqa segwenti lill-Istati Membri skont l-Artikolu 108(1) tat-Trattat:
|
7. IR-RAPPURTAR U L-MONITORAĠĠ
192. |
F'konformità mar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta’ Marzu 1999 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 li jimplementa r-Regolament (KE) Nru 659/1999, l-Istati Membri jridu jippreżentaw ir-rapporti annwali lill-Kummissjoni. |
193. |
L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-informazzjoni dwar kull għajnuna individwali ta' aktar minn EUR 3 miljun li tingħata fil-qafas ta' skema, bil-format indikat fl-Anness VI, fi żmien 20 jum ta’ xogħol mill-jum li fih tingħata l-għajnuna. |
194. |
L-Istati Membri jridu jżommu rekords iddettaljati tal-miżuri kollha ta’ għajnuna mogħtija. Dawn ir-rekords iridu jinkludu l-informazzjoni kollha meħtieġa biex jiġi stabbilit jekk il-kundizzjonijiet li jirrigwardaw il-kostijiet eliġibbli u l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jkunux ġew issodisfati. Dawn ir-rekords iridu jinżammu għal 10 snin mid-data tal-għoti tal-għajnuna u jridu jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni meta din tagħmel talba għalihom. |
8. IR-RIEŻAMI
195. |
Il-Kummissjoni tista' tiddeċiedi li temenda dawn il-linji gwida fi kwalunkwe ħin jekk dan ikun meħtieġ, għal raġunijiet marbutin mal-politika dwar il-kompetizzjoni jew biex tieħu inkunsiderazzjoni politiki tal-Unjoni u impenji internazzjonali oħrajn jew għal kwalunkwe raġuni oħra ġustifikata. |
(1) Iż-żoni eliġibbli għall-għajnuna reġjonali skont l-Artikolu 107(3)(a) tat-Trattat, li normalment jissejħu żoni “a”, għandhom it-tendenza li jkunu aktar żvantaġġati fl-Unjoni f’dak li jirrigwarda l-iżvilupp ekonomiku. Iż-żoni eliġibbli skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat, li jissejħu żoni “c”, ukoll għandhom it-tendenza li jkunu żvantaġġati iżda inqas mill-oħrajn.
(2) Għalhekk, is-supplimenti reġjonali għall-għajnuna mogħtija għal skopijiet bħal dawn mhumiex ikkunsidrati bħala għajnuna reġjonali.
(3) Kull Stat Membru jista' jidentifika dawn iż-żoni f'mappa dwar l-għajnuna reġjonali abbażi tal-kundizzjonijiet stabbiliti fit-Taqsima 5.
(4) F’dan ir-rigward, ara l-Kawża 730/79, Philip Morris [1980], Ġabra 2671, il-paragrafu 17 u l-Kawża C-169/95, Spanja vs. il-Kummissjoni [1997], Ġabra I-148, il-paragrafu 20.
(5) F’dan ir-rigward, ara l-Kawża T-380/94 AIUFFASS u AKT vs. il-Kummissjoni [1996] Ġabra II-2169, il-paragrafu 54.
(6) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, Il-Modernizzazzjoni tal-Għajnuna mill-Istat tal-UE (SAM), COM(2012) 0209 final.
(7) Kif definit fl-Anness IV.
(8) Kif definit fl-Anness IV.
(9) B'segwitu għall-iskadenza, fil-31 ta’ Diċembru 2013, tal-Qafas dwar l-għajnuna mill-Istat għall-bini ta’ bastimenti (ĠU C 364, 14.12.2011, p. 9.), l-għajnuna reġjonali għall-bini ta' bastimenti hija wkoll koperta minndawn il-linji gwida.
(10) Kif koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 104/2000 tas-17 ta' Diċembru 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fil-prodotti tas-sajd u l-akkwakultura (ĠU L 17, 21.1.2000, p. 22).
(11) L-għajnuna mill-Istat għall-produzzjoni primarja, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti agrikoli li jirriżultaw fil-prodotti agrikoli elenkati fl-Anness I ta' mat-Trattat u għall-forestrija hija soġġetta għal regoli stabbiliti fil-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat fis-settur agrikolu.
(12) “Trasport” tfisser trasport ta’ passiġġieri permezz ta' inġenji tal-ajru, bit-trasport marittimu, bit-triq, bil-ferrovija u permezz ta’ passaġġi tal-ilma interni jew servizzi ta’ trasport ta’ merkanzija f'isem ħaddieħor.
(13) Il-linji gwida Komunitarji dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 92 u 93 tat-Trattat tal-KE u tal-Artikolu 61 tal-Ftehim ŻEE għall-għajnuna mill-Istat fis-settur tal-avjazzjoni (ĠU C 350, 10.12.1994, p. 5), il-linji gwida Komunitarji dwar il-finanzjament tal-ajruporti u l-għajnuna tal-bidu lil-linji tal-ajru li jitilqu minn ajruporti reġjonali (ĠU C 312, 9.12.2005, p. 1) kif emendati jew sostitwiti.
(14) Il-Kummissjoni se tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna mill-Istat għas-settur tal-enerġija fuq il-bażi tal-linji gwida futuri dwar l-enerġija u l-għajnuna ambjentali, li jemendaw il-linji gwida attwali dwar l-għajnuna mill-Istat għall-protezzjoni ambjentali, li se jieħdu inkunsiderazzjoni n-nuqqasijiet speċifiċi taż-żoni megħjuna.
(15) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, il-Linji Gwida tal-UE għall-applikazzjoni ta' regoli dwar l-għajnuna mill-Istat b'rabta mat-tnedija rapida tan-netwerks tal-broadband (ĠU C 25, 26.1.2013, p. 1).
(16) Kif definit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta' Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta' Riċerka (ERIC), (ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1)
(17) Ara l-paragrafu 20(i).
(18) Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).
(19) ĠU C 244, 1.10.2004, p. 2, kif estiżi bil-ĠU C 156, 9.7.2009, p. 3 u bil-ĠU C 296, 2.10.2012, p. 3. Kif spjegat fil-paragrafu 20 ta’ dawn il-Linji Gwida, minħabba li saħansitra l-eżistenza tagħha stess tkun fil-periklu, ditta f’diffikultà ma tistax titqies bħala mezz xieraq għall-promozzjoni ta’ objettivi oħra marbuta mal-politika pubblika sakemm il-vijabbiltà tagħha ma tiġix żgurata.
(20) F’dan ir-rigward, ara l-Kawżi magħquda T-244/93 u T-486/93, TWD Textilwerke Deggendorf GmbH vs. il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej, [1995], Ġabra II-02265.
(21) Bħalissa: il-Guadeloupe, il-Gujana Franċiża, il-Martinique, ir-Réunion, Saint-Martin, l-Azores, Madeira u l-Gżejjer Canary. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (2010/718/UE) tad-29 ta' Ottubru 2010 li timmodifika l-istatus tal-gżira ta’ Saint-Barthélemy fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 325, 9.12.2010, p. 4), mill-1 ta' Jannar 2012, Saint-Barthélemy ma baqgħetx reġjun imbiegħed u saret pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew imsemmi fir-Raba' Parti tat-Trattat. F'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew (2012/419/UE) tal-11 ta' Lulju 2012 li temenda l-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 204, 31.7.2012, p. 131), mill-1 ta' Jannar 2014, il-Majott ma tibqax pajjiż jew territorju ekstra-Ewropew u ssir reġjun imbiegħed.
(22) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(23) Il-Kummissjoni beħsiebha teżenta mill-obbligu ta' notifika, l-għajnuna ad hoc għall-infrastruttura li tissodisfa l-kriterji ta' kompatibbiltà ta' Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa, minkejja li ma tingħatax bħala parti minn skema.
(24) ĠU L 142, 14.5.1998, p. 1.
(25) Ara l-paragrafu 20(n).
(26) Ara pereżempju l-Kawża C156/98 il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni [2000] Ġabra I6857, il-paragrafu 78 u l-Kawża C333/07 Régie Networks vs. Rhone Alpes Bourgogne [2008] Ġabra I10807, il-paragrafi 94-116.
(27) Ara l-Kawża C-225/91 Matra vs. il-Kummissjoni, [1993] Ġabra I-3203, paragrafu 42.
(28) F'dak li jirrigwarda l-infrastruttura tan-netwerk tal-broadband, il-benefiċjarju tal-għajnuna jrid jintgħażel fuq il-bażi ta' proċess ta' għażla kompetittiva f'konformità mal-paragrafu 78(c) u (d) tal-Linji Gwida dwar il-Broadband, ara n-nota ta' qiegħ il-paġna Nru 15.
(29) Ara l-Anness V ta’ dawn il-linji gwida.
(30) L-obbligu li l-investiment jinżamm fiż-żona kkonċernata minn tal-inqas għal 5 snin (3 snin għall-SMEs) ma għandux jipprevjeni s-sostituzzjoni ta’ impjanti jew ta' tagħmir li matul dan il-perjodu jkunu ħarġu mill-użu jew inkisru, bil-kundizzjoni li l-attività ekonomika tinżamm fiż-żona kkonċernata għall-perjodu minimu stabbilit. Madankollu, l-għajnuna reġjonali ma tistax tingħata biex jiġu sostitwiti dawn l-impjanti jew dan it-tagħmir.
(31) Ir-rekwiżit ta' kontribuzzjoni proprja ta' 25 % previst fil-paragrafu 38 ma japplikax għall-għajnuna ta' investiment mogħtija għall-investimenti fir-reġjuni l-aktar imbiegħda fejn l-intensitajiet massimi tal-għajnuna jistgħu jeċċedu l-75 % GGE u jistgħu jitilgħu sa 90 % għall-SMEs, f'konformità mal-paragrafu 173 ta' dawn il-linji gwida.
(32) Dan ma japplikax, pereżempju, għal każijiet ta’ self sussidjat, ta' self pubbliku ta' kapital ta' ekwità jew ta' parteċipazzjonijiet pubbliċi li ma jissodisfawx il-prinċipju ta' investitur tas-suq, il-garanziji mill-Istat li jinkludu elementi ta' għajnuna, jew l-appoġġ pubbliku mogħti fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regola de minimis.
(33) L-għajnuna ad hoc hija soġġetta għall-istess rekwiżiti bħall-għajnuna individwali mogħtija fuq il-bażi ta’ skema, sakemm ma jkunx imsemmi mod ieħor.
(34) Madankollu, meta jkun hemm inċertezza kbira fir-rigward tal-kosti u tal-iżviluppi tad-dħul fil-futur, u meta jkun hemm assimetrija qawwija ta’ informazzjoni, jista' jkun li l-awtorità pubblika tkun tixtieq tadotta wkoll mudelli ta’ kumpens li ma jkunux kompletament ex ante, iżda pjuttost ikunu taħlita ta’ ex ante u ex post (pereżempju billi tuża rkupru ta' fondi li jippermetti l-kondiviżjoni tal-qligħ mhux antiċipat).
(35) Investimenti bħal dawn jistgħu joħolqu kundizzjonijiet li jippermettu li jsiru investimenti ulterjuri li jkunu vijabbli mingħajr għajnuna addizzjonali.
(36) Ara l-Anness V.
(37) L-għajnuna ad hoc trid tirrispetta wkoll ir-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi minn 64 sa 67 ta’ dawn il-linji gwida, flimkien mar-rekwiżiti tat-Taqsima 3.5.2.
(38) Ix-xenarji kontrofattwali huma deskritti fil-paragrafu 61.
(39) Il-valur preżenti nett ta’ proġett huwa d-differenza bejn il-flussi ta’ flus pożittivi u negattivi matul il-ħajja tal-investiment, imnaqqsa għall-valur attwali tagħhom (normalment billi jintuża l-kost tal-kapital).
(40) Ir-rata interna ta’ redditu mhijiex ibbażata fuq il-kontabilizzar tal-qligħ f’sena partikolari, imma tqis in-nixxiegħa ta' flussi ta' flus futuri li l-investitur jistenna li jirċievi tul il-perjodu kollu ta’ ħajja tal-investiment. Hija definita bħala r-rata ta’ skont li għaliha l-VPN ta’ nixxiegħa ta’ flussi ta’ flus huwa ugwali għal żero.
(41) Ara s-Sottotaqsima 5.4 fuq il-mapep dwar l-għajnuna reġjonali.
(42) L-intensitajiet tal-għajnuna mnaqqsa huma r-riżultat tal-mekkaniżmu definit fil-paragrafu 20(c).
(43) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta’ kooperazzjoni territorjali Ewropea Il-proposta tal-Kummissjoni COM(2011) 611 FEŻR/Regolament tal-KTE.
(44) Definiti fil-paragrafu 20(h) u (i).
(45) Inkluż meta l-iskemi tal-għajnuna operattiva jiġu nnotifikati biex jestendu miżuri ta' għajnuna eżistenti.
(46) Għall-fini ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni se tuża l-limitu massimu tal-għajnuna standard applikabbli fiż-żoni “c” li jmissu maż-żoni “a”, indipendentement mill-intensitajiet tal-għajnuna miżjudin, f’konformità mal-paragrafu 176.
(47) Dawn l-ostakli għad-dħul jinkludu ostakli legali (b’mod partikolari d-drittijiet tal-proprjetà intellettwali), l-ekonomiji ta’ skala u l-ekonomiji ta' firxa, l-ostakli għall-aċċess għan-netwerks u l-infrastruttura. Meta l-għajnuna tikkonċerna suq fejn il-beneficjarju tal-għajnuna jkun diġà stabbilit, l-ostakli possibbli għad-dħul jistgħu jintensifikaw is-setgħa sostanzjali fis-suq ta' dan il-benefiċjarju bir-riżultat li jiġu intensifikati wkoll l-effetti negattivi possibbli ta’ dik is-setgħa fis-suq.
(48) Meta jkun hemm xerrejja b’saħħithom fis-suq, huwa anqas probabbli li benefiċjarju tal-għajnuna jista’ jżid il-prezzijiet vis-à-vis dawn ix-xerrejja b’saħħithom.
(49) Din l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata regolarment (pereżempju kull sitt xhur) u għandha tkun disponibbli f’formati nonproprjetarji.
(50) Il-Kummissjoni tista' tipprovdi tali metodoloġija komuni.
(51) ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.
(52) Dan il-limitu massimu ġie stabbilit permezz tad-dejta dwar il-popolazzjoni tal-Eurostat għall-2010. Hu se jikkorrispondi ma' 47,00 % tal-popolazzjoni tal-UE-28 wara l-adeżjoni tal-Kroazja mal-Unjoni.
(53) Is-sentenza tal-14 ta' Ottubru 1987 fil-Kawża Nru 248/84, il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni (Ġabra 1987, p. 4036, il-paragrafu 19); is-sentenza tal-14 ta' Jannar 1997 fil-Kawża Nru C-169/95, Spanja vs. il-Kummissjoni (Ġabra 1997, p. I-148, il-paragrafu 15); u s-sentenza tas-7 ta' Marzu 2002 fil-Kawża Nru C-310/99, l-Italja vs. il-Kummissjoni (Ġabra 2002, p. I-2289, il-paragrafu 77).
(54) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 31/2011 tas-17 ta’ Jannar 2011 li jemenda l-annessi tar-Regolament (KE) Nru 1059/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ klassifikazzjoni komuni ta’ unitajiet territorjali għall-istatistika (NUTS) (ĠU L 13, 18.1.2011, p. 3). Id-dejta użata f'dawn il-linji gwida hija bbażata fuq in-nomenklatura NUTS tal-2010.
(55) Ir-referenza għar-reġjuni b'PDG per capita taħt il-75 % tal-medja [tal-Komunità] ġiet introdotta permezz tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-metodu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 92(3)(a) u (c) għall-għajnuna reġjonali (ĠU C 212, 12.8.1988, p. 2).
(56) Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita, il-PDG jitkejjel f'PPS.
(57) Id-dejta tkopri l-perjodu 2008-2010. Fir-referenzi sussegwenti kollha għall-PDG per capita fir-rigward tal-medja tal-UE-27, id-dejta hija bbażata fuq il-medja tad-dejta reġjonali tal-Eurostat għall-2008-2010.
(58) Is-sentenza tal-14 ta' Ottubru 1987 fil-Kawża Nru 248/84, il-Ġermanja vs. il-Kummissjoni (Ġabra 1987, p. 4036, il-paragrafu 19).
(59) Il-lista ta' żoni “a” ġiet emendata fl-2011 (ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-istatus tal-għajnuna mill-Istat u l-limiti tal-għajnuna tar-reġjuni ta' effet statistiku għall-perjodu ta' bejn 1.1.2011-31.12.2013 (ĠU C 222, 17.8.2010, p. 2)).
(60) Meta wieħed iqis li l-eks żoni “a” kienu nnominati abbażi tar-reġjuni NUTS 2 elenkati fin-nomenklatura NUTS 2003, dawk ir-reġjuni li kienu żoni “a” matul il-perjodu 2011-2013 biss jistgħu jiġu nnominati bħala żoni “c” predefiniti, independentement mill-bidliet li ġabet magħha n-nomenklatura NUTS 2006 jew in-nomenklatura NUTS 2010 għal dawk ir-reġjuni.
(61) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta' Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, p. 1).
(62) Ara http://www.efsf.europa.eu/about/legal-documents/index.htm
(63) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 407/2010 tal-11 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbilizzazzjoni Finanzjarja (ĠU L 118, 12.5.2010, p 1).
(64) It-Trattat li jistabbilixxi l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà.
(65) Dan l-element tax-xibka tas-sigurtà japplika għal Ċipru u għal-Lussemburgu.
(66) Din il-kopertura tal-popolazzjoni minima tapplika għall-Pajjiżi l-Baxxi.
(67) Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 50 000 abitant għall-Istati Membri li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta' inqas minn miljun abitant, jew għal 10 000 abitant għall-Istati Membri li l-popolazzjoni nazzjonali tagħhom hija inqas minn miljun abitant.
(68) Għall-qgħad, il-kalkoli għandhom ikunu bbażati fuq dejta reġjonali ppubblikata mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika, billi tintuża l-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hija disponibbli din id-dejta (fil-mument tan-notifika tal-mappa dwar l-għajnuna reġjonali). Għajr jekk ikun indikat mod ieħor f’dawn il-linji gwida, ir-rata ta' qgħad fir-rigward tal-medja nazzjonali hija kkalkulata fuq din il-bażi.
(69) Sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn il-gżejjer u żoni kontigwi għandhomx PDG per capita taħt jew daqs il-medja tal-UE-27, l-Istat Membru jista' jirreferi għad-dejta pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(70) Sabiex jiddetermina jekk dawn il-gżejjer jew żoni kontigwi għandhomx rata ta' qgħad ogħla jew daqs 115 % tal-medja nazzjonali, l-Istat Membru jista' jirreferi għad-dejta pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(71) Dan il-livell limitu tal-popolazzjoni se jitnaqqas għal 25 000 abitant għall-Istati Membri li għandhom kopertura “c” mhux predefinita ta' inqas minn miljun abitant, għal 10 000 abitant għall-Istati Membri li l-popolazzjoni totali tagħhom hija inqas minn miljun abitant, jew għal 5 000 abitant għall-gżejjer jew għaż-żoni kontigwi li huma kkaratterizzati minn iżolament ġeografiku simili.
(72) Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-kriterju Nru 5, l-Istat Membru jrid juri li l-kundizzjonijiet applikabbli jkunu ssodisfati billi jqabblu ż-żoni kkonċernati mas-sitwazzjoni ta’ żoni oħra fl-istess Stat Membru jew fi Stati Membri oħra, fuq il-bażi ta’ indikaturi soċjoekonomiċi li jikkonċernaw l-istatistika strutturali dwar in-negozji, is-swieq tax-xogħol, il-kontijiet tal-unitajiet domestiċi, l-edukazzjoni, jew indikaturi oħra simili. Għal dan il-għan, l-Istat Membru jista' jirreferi għad-dejta pprovduta mill-uffiċċju nazzjonali tal-istatistika tiegħu jew minn sorsi rikonoxxuti oħrajn.
(73) L-Istat Membru jista’ jirreferi għaż-żoni tal-LAU 1 minflok għal żoni tal-LAU 2 jekk dawn iż-żoni tal-LAU 1 ikollhom popolazzjoni iżgħar minn taż-żona tal-LAU 2 li jkunu jiffurmaw parti minnha.
(74) Madankollu, l-Istat Membru jista’ jinnomina partijiet taż-żona tal-LAU 2 (jew taż-żona tal-LAU 1), sakemm il-popolazzjoni taż-żona tal-LAU kkonċernata tkun teċċedi l-popolazzjoni minima meħtieġa għaż-żoni kontigwi skont il-kriterji Nru 1 jew Nru 5 (inklużi l-livelli limiti tal-popolazzjoni mnaqqsa għal dawn il-kriterji) u sakemm il-popolazzjoni tal-partijiet ta’ dik iż-żona tal-LAU tkun minn tal-inqas 50 % tal-popolazzjoni minima meħtieġa skont il-kriterju applikabbli.
(75) Fil-każ tal-gżejjer, il-fruntieri amministrattivi jinkludu l-fruntieri marittimi ma’ unitajiet amministrattivi oħrajn tal-Istat Membru kkonċernat.
(76) L-intensitajiet tal-għajnuna miżjudin għall-SMEs mhux se japplikaw għall-għajnuna mogħtija għal proġetti kbar ta’ investiment.
(77) Ara l-Anness I.
(78) Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni se tuża l-aktar dejta riċenti dwar il-PDG per capita ppubblikata mill-Eurostat fil-livell tan-NUTS 2 abbażi ta’ medja ta’ tliet snin.
(79) Definiti abbażi tan-nomenklatura NUTS li tkun fis-seħħ fiż-żmien tar-rieżami.
(80) Il-livell massimu tal-popolazzjoni aġġustat se jiġi kkalkulat abbażi tad-dejta dwar il-popolazzjoni użata biex tiġi stabbilita l-mappa inizjali tiegħu.
(81) ĠU C 54, 4.3.2006, p. 13.
(82) ĠU C 223, 16.9.2009, p. 3.
(83) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008 tas-6 ta’ Awwissu 2008 li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) (ĠU L 214, 9.8.2008, p. 3).
ANNESS I
Kopertura tal-għajnuna reġjonali mill-Istati Membri għall-2014-2020
Il-Belġju |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita (1) |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali (2) |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
BE32 Prov. Hainaut |
77,33 |
12,06 % |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
17,89 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
29,95 % |
Il-Bulgarija |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
BG31 Северозападен/Severozapaden |
27,00 |
11,88 % |
BG32 Северен централен/Severen tsentralen |
29,33 |
12,06 % |
|
BG33 Североизточен/Severoiztochen |
36,33 |
13,08 % |
|
BG34 Югоизточен/Yugoiztochen |
36,00 |
14,75 % |
|
BG41 Югозападен/Yugozapaden |
74,33 |
28,05 % |
|
BG42 Южен централен/Yuzhen tsentralen |
30,00 |
20,19 % |
|
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Ir-Repubblika Ċeka |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
CZ02 Střední Čechy |
73,00 |
11,95 % |
CZ03 Jihozápad |
69,33 |
11,50 % |
|
CZ04 Severozápad |
64,33 |
10,87 % |
|
CZ05 Severovýchod |
65,67 |
14,36 % |
|
CZ06 Jihovýchod |
73,33 |
15,86 % |
|
CZ07 Střední Morava |
64,67 |
11,72 % |
|
CZ08 Moravskoslezsko |
68,00 |
11,83 % |
|
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
88,10 % |
Id-Danimarka |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
7,97 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
7,97 % |
Il-Ġermanja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
DE40 Brandenburg (3) |
81,67 |
1,37 % |
DE80 Mecklenburg-Vorpommern |
80,00 |
2,01 % |
|
DED2 Dresden |
86,00 |
1,99 % |
|
DED4 Chemnitz |
81,33 |
1,88 % |
|
DEE0 Sachsen-Anhalt (3) |
81,67 |
1,89 % |
|
DEG0 Thüringen |
78,67 |
2,74 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
13,95 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
25,85 % |
L-Estonja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
EE00 Eesti |
65,00 |
100,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
L-Irlanda |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
51,28 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
51,28 % |
Il-Greċja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
EL11 Aνατολική Μακεδονία, Θράκη/Anatoliki Makedonia, Thraki |
68,00 |
5,36 % |
EL12 Κεντρική Μακεδονία/Kentriki Makedonia |
72,33 |
17,29 % |
|
EL14 Θεσσαλία/Thessalia |
69,33 |
6,51 % |
|
EL21 Ήπειρος/Ipeiros |
63,33 |
3,17 % |
|
EL23 Δυτική Ελλάδα/Dytiki Ellada |
65,00 |
6,59 % |
|
EL25 Πελοπόννησος/Peloponnisos |
74,00 |
5,22 % |
|
EL41 Βόρειο Αιγαίο/Voreio Aigaio |
75,00 |
1,77 % |
|
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
EL13 Δυτική Μακεδονία/Dytiki Makedonia |
83,67 |
2,59 % |
EL22 Ιόνια Νησιά/Ionia Nisia |
82,67 |
2,07 % |
|
EL43 Κρήτη/Kriti |
83,33 |
5,42 % |
|
Żoni “c” predefiniti (żoni b’popolazzjoni skarsa) |
EL243 Ευρυτανία/Evrytania |
|
0,17 % |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
43,84 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
|
|
100,00 % |
Spanja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
ES43 Extremadura |
70,67 |
2,35 % |
ES70 Canarias |
87,33 |
4,55 % |
|
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
ES11 Galicia |
91,33 |
5,94 % |
ES42 Castilla-La Mancha |
82,33 |
4,43 % |
|
ES61 Andalucía |
78,00 |
17,88 % |
|
Żoni “c” predefiniti (żoni b’popolazzjoni skarsa) |
ES242 Teruel |
— |
0,31 % |
ES417 Soria |
— |
0,20 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
33,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
68,66 % |
Franza |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
FR91 Guadeloupe |
60,67 |
0,69 % |
FR92 Martinique |
73,67 |
0,61 % |
|
FR93 Guyane |
52,33 |
0,36 % |
|
FR94 Réunion |
68,00 |
1,27 % |
|
Saint-Martin (4) |
: |
: |
|
Majott (4) |
: |
: |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
21,24 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
24,17 % |
L-Italja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
ITF3 Campania |
65,67 |
9,64 % |
ITF4 Puglia |
67,67 |
6,76 % |
|
ITF5 Basilicata |
72,67 |
0,97 % |
|
ITF6 Calabria |
66,67 |
3,32 % |
|
ITG1 Sicilia |
67,33 |
8,34 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
5,03 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
34,07 % |
Ċipru |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
50,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
50,00 % |
Il-Latvja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
LV00 Latvija |
55,33 |
100,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Il-Litwanja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
LT00 Lietuva |
61,33 |
100,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Il-Lussemburgu |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
8,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
8,00 % |
L-Ungerija |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
HU21 Közép-Dunántúl |
56,33 |
10,96 % |
HU22 Nyugat-Dunántúl |
62,67 |
9,96 % |
|
HU23 Dél-Dunántúl |
44,33 |
9,44 % |
|
HU31 Észak-Magyarország |
40,00 |
12,02 % |
|
HU32 Észak-Alföld |
41,00 |
14,87 % |
|
HU33 Dél-Alföld |
42,67 |
13,13 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
6,33 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
76,71 % |
Malta |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
MT00 Malta |
83,67 |
100,00 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
7,5 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
7,5 % |
L-Awstrija |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
25,87 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
25,87 % |
Il-Polonja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
PL11 Łódzkie |
55,00 |
6,65 % |
PL21 Małopolskie |
51,33 |
8,65 % |
|
PL22 Śląskie |
64,33 |
12,15 % |
|
PL31 Lubelskie |
40,67 |
5,64 % |
|
PL32 Podkarpackie |
40,67 |
5,51 % |
|
PL33 Świętokrzyskie |
46,33 |
3,32 % |
|
PL34 Podlaskie |
43,67 |
3,11 % |
|
PL41 Wielkopolskie |
62,67 |
8,94 % |
|
PL42 Zachodniopomorskie |
52,67 |
4,43 % |
|
PL43 Lubuskie |
51,00 |
2,65 % |
|
PL51 Dolnośląskie |
65,33 |
7,53 % |
|
PL52 Opolskie |
49,00 |
2,70 % |
|
PL61 Kujawsko-Pomorskie |
50,67 |
5,42 % |
|
PL62 Warmińsko-Mazurskie |
44,33 |
3,74 % |
|
PL63 Pomorskie |
57,33 |
5,85 % |
|
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
PL12 Mazowieckie |
96,00 |
13,70 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Il-Portugall |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
PT11 Norte |
63,67 |
35,19 % |
PT16 Centro (PT) |
66,00 |
22,36 % |
|
PT18 Alentejo |
72,33 |
7,06 % |
|
PT20 Região Autónoma dos Açores |
74,33 |
2,31 % |
|
PT30 Região Autónoma da Madeira |
104,00 |
2,33 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
15,77 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
85,02 % |
Ir-Rumanija |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
RO11 Nord-Vest |
42,33 |
12,68 % |
RO12 Centru |
45,00 |
11,77 % |
|
RO21 Nord-Est |
29,33 |
17,30 % |
|
RO22 Sud-Est |
37,67 |
13,09 % |
|
RO31 Sud – Muntenia |
39,33 |
15,21 % |
|
RO41 Sud-Vest Oltenia |
35,67 |
10,45 % |
|
RO42 Vest |
52,00 |
8,94 % |
|
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
RO32 București – Ilfov |
113,00 |
10,56 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Is-Slovenja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
Vzhodna Slovenija |
71,67 |
52,92 % |
Żoni “c” predefiniti (eks żoni “a”) |
SI02 Zahodna Slovenija |
104,00 |
47,08 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
100,00 % |
Is-Slovakkja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
SK02 Západné Slovensko |
68,33 |
34,37 % |
SK03 Stredné Slovensko |
58,67 |
24,87 % |
|
SK04 Východné Slovensko |
49,67 |
29,24 % |
|
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
88,48 % |
Il-Finlandja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (żoni b’popolazzjoni skarsa) |
FI1D1 Etelä-Savo |
— |
2,89 % |
FI1D2 Pohjois-Savo |
— |
4,63 % |
|
FI1D3 Pohjois-Karjala |
— |
3,09 % |
|
FI1D4 Kainuu |
— |
1,54 % |
|
FI1D5 Keski-Pohjanmaa |
— |
1,27 % |
|
FI1D6 Pohjois-Pohjanmaa |
— |
7,34 % |
|
FI1D7 Lappi |
— |
3,42 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
1,85 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
26,03 % |
L-Isvezja |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “c” predefiniti (żoni b’popolazzjoni skarsa) |
SE312 Dalarnas län |
— |
2,94 % |
SE321 Västernorrlands län |
— |
2,58 % |
|
SE322 Jämtlands län |
— |
1,35 % |
|
SE331 Västerbottens län |
— |
2,75 % |
|
SE332 Norrbottens län |
— |
2,64 % |
|
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
12,26 % |
Ir-Renju Unit |
Reġjuni NUTS |
Il-PDG per capita |
Perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali |
Żoni “a” |
UKK3 Cornwalland the Isles of Scilly |
72,67 |
0,86 % |
UKL1 West Wales and The Valleys |
69,67 |
3,05 % |
|
Żoni “c” predefiniti (żoni b’popolazzjoni skarsa) |
UKM61 Caithness & Sutherland u Ross & Cromarty |
— |
0,15 % |
UKM63 Lochaber, Skye &Lochalsh, Arran &Cumbrae u Argyll & Bute |
— |
0,16 % |
|
UKM64 Eilean Siar (Western Isles) |
— |
0,04 % |
|
Żoni “c” mhux predefiniti |
— |
— |
22,79 % |
Kopertura totali tal-popolazzjoni 2014-2020 |
— |
— |
27,05 % |
(1) Imkejjel skont l-istandards tal-poter tal-akkwist (PPS), medja ta’ tliet snin għall-2008-2010 (UE-27 = 100).
(2) Abbażi tad-dejta tal-Eurostat dwar il-popolazzjoni għall-2010.
(3) Parti minn DE40 Brandenburg li tikkorrispondi mal-eks reġjun NUTS 2 DE41 Brandenburg – Nordost u parti minn DEE0 Sachsen-Anhalt li tikkorrispondi mal-eks reġjuni NUTS 3 DEE1 Dessau u DEE3 Magdeburg(kif stabbiliti fin-nomenklatura NUTS 2003) biss huma inklużi bħala żoni “c” predefiniti. Meta tinnotifika l-mappa dwar l-għajnuna reġjonali, u sabiex tiffaċilita r-rieżami ta’ nofs it-terminu previst fil-livell ta’ NUTS 2 fis-Sottotaqsima 5.6.2 ta’ dawn il-linji gwida, il-Ġermanja tista' tiddeċiedi li tinnomina bħala żoni “c” predefiniti r-reġjuni NUTS 2 kollha ta’ DE40 Brandenburg u ta' DEE0 Sachsen-Anhalt, sakemm il-perċentwali tal-popolazzjoni nazzjonali disponibbli għal żoni “c” mhux predefiniti jitnaqqas kif xieraq.
(4) Saint-Martin u l-Majott huma l-aktar reġjuni mbiegħda iżda mhumiex inklużi fin-nomenklatura NUTS tal-2010 billi l-istatus amministrattiv tagħhom inbidel skont il-liġi nazzjonali fl-2007 u fl-2011 rispettivament. Biex tiddetermina l-intensità massima tal-għajnuna applikabbli f’dawn iż-żewġ reġjuni mbiegħda, Franza tista’ tirreferi għal dejta pprovduta mill-uffiċċju tal-istatistika nazzjonali tagħha jew minnsorsi rikonoxxuti oħra.
ANNESS II
Il-metodu li għandu jintuża għall-allokazzjoni ta' kopertura “c” mhux predefinita fost l-Istati Membri
Il-Kummissjoni se tiddetermina l-kopertura “c” mhux predefinita għal kull Stat Membru kkonċernat billi tapplika l-metodu segwenti:
(1) |
Għal kull Stat Membru, il-Kummissjoni se tidentifika dawk ir-reġjuni NUTS 3 fl-Istat Membru kkonċernat li ma jinsabu fl-ebda waħda miż-żoni segwenti:
|
(2) |
Fost ir-reġjuni NUTS 3 innominati fl-Istadju 1, il-Kummissjoni se tidentifika dawk li:
|
(3) |
L-allokazzjoni tal-kopertura “c” mhux predefinita għall-Istat Membru i (A i ) hija determinata skont il-formula segwenti (espressa bħala perċentwali tal-popolazzjoni tal-UE-27): fejn: p i hija l-popolazzjoni (5) tar-reġjuni NUTS 3 fl-Istat Membru i identifikat fl-Istadju 2. P hija s-somma tal-popolazzjoni tar-reġjuni NUTS 3 fl-UE-27 identifikati fl-Istadju 2. |
(1) Il-PDG per capita kollu msemmi f’dan l-Anness huwa bbażat fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm għad-dispożizzjoni d-dejta tal-Eurostat, jiġifieri l-2008-2010.
(2) Il-livell limitu tad-disparità tal-PDG nazzjonali per capita għall-Istat Membru i (TG i ) huwa determinat skont il-formula li ġejja (espress bħala perċentwali tal-PDG nazzjonali per capita):
fejn: g i hija l-PDG per capita tal-Istat Membru i, espress bħala perċentwali tal-medja tal-UE-27.
(3) Id-dejta dwar il-qgħad imsemmija f'dan l-Anness hija bbażata fuq il-medja tal-aħħar tliet snin li għalihom hemm għad-dispożizzjoni d-dejta tal-Eurostat, jiġifieri l-2010-2012. Madankollu, din id-dejta ma jkunx fiha informazzjoni fuq il-livell NUTS 3 u għalhekk tintuża d-dejta dwar il-qgħad għar-reġjun NUTS 2 fejn ikunu jinsabu dawn ir-reġjuni NUTS 3.
(4) Il-livell limitu tad-disparità tal-qgħad nazzjonali għall-Istat Membru i (TU i ) huwa determinat skont il-formula segwenti (espress bħala perċentwali tar-rata tal-qgħad nazzjonali):
fejn: u i hija r-rata tal-qgħad nazzjonali tal-Istat Membru i, espressa bħala perċentwali tal-medja tal-UE-27.
(5) Iċ-ċifri tal-popolazzjoni għar-reġjuni NUTS 3 huma stabbiliti fuq il-bażi tad-dejta dwar il-popolazzjoni użata mill-Eurostat biex jiġi kkalkulat il-PDG reġjonali per capita għall-2010.
ANNESS III
Formola għall-għoti ta’ informazzjoni rigward il-mapep dwar l-għajnuna reġjonali
(1) |
L-Istati Membri jridu jipprovdu, skont fejn applikabbli, informazzjoni għal kull waħda mill-kategoriji segwenti ta’ żoni proposti għan-nomina:
|
(2) |
F’kull kategorija, l-Istat Membru kkonċernat irid jipprovdi l-informazzjoni segwenti għal kull żona proposta:
|
(3) |
Għaż-żoni b’popolazzjoni skarsa u għaż-żoni mhux predefiniti, innominati abbażi tal-kriterji Nri 1-5, l-Istat Membru jrid jipprovdi evidenza adegwata li tipprova li kull waħda mill-kundizzjonijiet applikabbli stipulati fil-paragrafi 161 u 168-170 tkun ġiet issodisfata. |
ANNESS IV
Definizzjoni tas-settur tal-azzar
Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, “is-settur tal-azzar” tfisser l-attivitajiet kollha marbuta mal-produzzjoni ta’ prodott wieħed jew aktar mill-prodotti segwenti:
(a) |
ħadid fondut grezz u ligi tal-ħadid: ħadid fondut grezz għall-fabbrikazzjoni tal-azzar u għall-fonderija u ħadid fondut grezz ieħor, spiegeleisen u ferromanganiż b’livell għoli ta' karbonju, minbarra ligi tal-azzar oħrajn; |
(b) |
prodotti tal-ħadid greġġi u nofshom lesti, azzar ordinarju jew azzar speċjali: azzar likwidu fondut jew mhux fondut f’ingotti, inklużi ingotti għall-manifattura bil-forġa ta’ prodotti nofshom lesti: blumi, billetti u pjastri; vireg mill-folji u vireg mill-pjanċi stanjati; kojls kbar illaminati bis-sħana, bl-eċċezzjoni tal-produzzjoni tal-azzar likwidu għall-ikkastjar minn fonderiji żgħar u medji; |
(c) |
prodotti tal-ħadid li jitlestew bis-sħana, azzar ordinarju jew azzar speċjali: linji ferrovjarji, traversi, puntali, sottopuntali, travi, sezzjonijiet tqal tal-metall ta' 80 mm jew aktar, pili tal-folji, vireg u sezzjonijiet ta’ anqas minn 80 mm u pjanċi ta’ anqas minn 150 mm, vireg tal-fili, forom tondi u kwadri għat-tubi, aljetti u strixxi tal-ħadid illaminati bis-sħana (inklużi l-istrixxi għat-tubi), folji llaminati bis-sħana (miksija u mhux miksija), pjanċi u folji ta’ ħxuna ta’ 3 mm u aktar, pjanċi universali ta’ 150 mm u aktar, bl-eċċezzjoni tal-fili u l-prodotti tal-fili, vireg ileqqu u kkastjar tal-ħadid; |
(d) |
prodotti li jitlestew bil-kesħa: pjanċi stanjati, pjanċi biċ-ċomb, pjanċi suwed, folji ggalvanizzati, folji oħra miksija, folji llaminati bil-kesħa, folji manjetiċi u strixxi maħsuba għall-manifattura tal-pjanċi tal-landa, pjanċi llaminati bil-kesħa, f’kojls jew fi strixxi; |
(e) |
tubi: it-tubi tal-azzar kollha bla saldaturi, tubi tal-azzar iwweldjati b’dijametru ta’ aktar minn 406,4 mm. |
Definizzjoni tas-settur tal-fibri sintetiċi
Għall-finijiet ta’ dawn il-linji gwida, “settur tal-fibri sintetiċi” tfisser:
(a) |
l-estrużjoni/it-testurizzazzjoni tat-tipi ġeneriċi kollha ta' fibri u ħjut ibbażati fuq il-polijester, il-poliammid, l-akriliku jew il-polipropilen, irrispettivament mill-użi finali tagħhom; jew |
(b) |
il-polimerizzazzjoni (inkluża l-polikondensazzjoni) fejn hi integrata mal-estrużjoni skont il-makkinarju li jintuża, jew |
(c) |
kwalunkwe proċess anċillari marbut mal-istallazzjoni kontemporanja tal-kapaċità tal-estrużjoni/testurizzazzjoni mill-benefiċjarju prospettiv jew minn kumpanija oħra fil-grupp li jappartjeni fih u li, fl-attività speċifika ta’ negozju kkonċernata, normalment ikun integrat ma' din il-kapaċità f’termini tal-makkinarju użat. |
ANNESS V
Formola tal-applikazzjoni għall-għajnuna reġjonali għall-investiment
1. |
Informazzjoni dwar il-benefiċjarju tal-għajnuna:
|
2. |
Informazzjoni dwar il-proġett/l-attività li għandu/għandha jiġi/tiġi appoġġat(a):
|
3. |
Informazzjoni dwar il-finanzjament tal-proġett/attività:
|
4. |
Informazzjoni dwar il-ħtieġa għall-għajnuna u l-impatt mistenni tagħha:
|
ANNESS VI
Formola għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni lill-Kummissjoni skont il-punt 193