Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013XC0403(01)

    Notifika tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

    ĠU C 94, 3.4.2013, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    3.4.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 94/9


    Notifika tal-iskadenza imminenti ta' ċerti miżuri anti-dumping

    2013/C 94/08

    1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 (1) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma titnediex reviżjoni skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri anti-dumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

    2.   Proċedura

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub biex issir reviżjoni. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li jwasslu biex jitkomplew jew ifeġġu mill-ġdid id-dumping u d-dannu.

    Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tirrevedi l-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni mbagħad tingħatalhom l-opportunità li jisħqu, jiċħdu jew jikkummentaw dwar il-materji msemmija fit-talba għar-reviżjoni.

    3.   Limitu ta’ żmien

    Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba għal reviżjoni bil-miktub abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand The European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), N-105 8/20, 1049 Brussels, Belgium (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta' hawn taħt.

    4.   Din in-notifika hija ppubblikata skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.

    Prodott

    Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

    Miżuri

    Referenza

    Data ta' skadenza (3)

    Ċertu frott taċ-ċitru mħejji jew ippreservat

    (jiġifieri mandolin, eċċ,)

    Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina

    Dazju anti-dumping

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008 (ĠU L 350, 30.12.2008, p. 35) u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (EU) Nru 158/2013 (ĠU L 49, 22.2.2013, p. 29)

    31.12.2013


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

    (2)  Fax +32 22956505.

    (3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-ġurnata msemmija f’din il-kolonna


    Top