This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0895
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL adjusting with the effect from 1 July 2011 the remuneration and pension of the officials and other servants of the European Union and the correction coefficients applied thereto
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom
/* COM/2013/0895 final - 2013/0438 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom /* COM/2013/0895 final - 2013/0438 (COD) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI Il-kuntest tal-proposta 110 || Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha Wara s-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tad-19 ta’ Novembru 2013 fil-Kawża C-63/12, il-Kummissjoni trid tissottometti proposta ġdida fuq il-bażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tissottometti proposti xierqa li fuqhom il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiddeċiedu skont l-Artikolu 336 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fit-13 ta’ Lulju 2011, il-Kummissjoni ssottomettiet rapport lill-Kunsill dwar il-klawżola tal-eċċezzjoni (l-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal) (COM (2011) 440) u fl-24 ta’ Novembru 2011, hija ssottomettiet Komunikazzjoni lill-Kunsill li tipprovdi informazzjoni supplimentari għar-Rapport tal-Kummissjoni (COM (2011) 829). Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li meta l-valutazzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni u mill-Kunsill jirriżultaw f’konklużjonijiet opposti, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposti xierqa fuq il-bażi ta’ dak l-Artikolu, sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew u biex tippermetti lil-leġiżlaturi jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa li jittieħdu fir-rigward tas-sitwazzjoni soċjali u ekonomiċi eżistenti fl-Unjoni (il-paragrafu 76). Skont is-sentenza, il-Kummissjoni għandha marġni ta’ apprezzament fir-rigward tal-karattru xierqa tal-proposti, minħabba d-dejta ekonomika u soċjali, kif ukoll, fejn meħtieġ, fatturi oħra li għandhom ikunu kkunsidrati, bħal dawk li huma rilevanti għall-immaniġġjar tar-riżorsi umani u, b’mod partikolari, il-ħtiġijiet ta’ reklutaġġ (il-paragrafu 74). Ir-rapporti tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq jirreferu sistematikament għal staġnar u kriżi li għadha għaddejja kif ukoll għal livell għoli ta’ rata tal-qgħad u livell għoli ta’ defiċit u dejn pubbliku fl-Unjoni Ewropea, għalkemm ma tikkonkludix li l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal huma sodisfatti. Kif il-Qorti ddeċidiet li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda marġni biex tiddeċiedi jekk għandhiex tiġi attivata jew le l-klawżola ta’ eċċezzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kriterji, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal tikkostitwixxi l-uniku mod kif jista’ jittieħed kont ta’ kriżi ekonomika fl-aġġustament tar-rimunerazzjoni u għalhekk li titneħħa l-applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(2) ta’ dak l-Anness. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra din id-dejta ekonomika u soċjali sabiex tipproponi miżuri xierqa biex jidderogaw mill-applikazzjoni stretta tal-metodu. Fl-istess ħin, sa mill-2011, kien hemm għadd ta’ żviluppi rilevanti. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw riforma tar-Regolamenti tal-Persunal li tinkludi sospensjoni ta’ aġġustamenti tas-salarji, allowances u pensjonijiet fl-2013 u 2014 li twassal għal iffriżar għal sentejn u ħafna bidliet sinifikanti tal-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-UE bħal miżuri fir-rigward tal-ħin tax-xogħol ta’ kull ġimgħa, il-karriera, il-pensjonijiet u l-jiem ta' liv li jwasslu għal iffrankar sinifikanti. Billi jitqies ir-riżultat ta’ metodu ta’ applikazzjoni normali fl-2011, is-sitwazzjoni soċjali u ekonomika, ir-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll is-sitwazzjoni fir-rigward tar-reklutaġġ u l-immaniġġjar tar-riżorsi umani osservati matul l-aħħar snin, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proposta preżenti kif ukoll il-proposta għall-aġġustament tal-2012 probabbli huma miżuri xierqa li għandhom jittieħdu mil-leġiżlatur abbażi tal-Artikolu 10 tal-Anness XI tar-Regolamenti tal-Persunal. Skont l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għandhom jiġu aġġornati qabel tmiem kull sena. F’dan ir-rigward, l-implimentazzjoni urġenti tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, maħruġa fid-19 ta’ Novembru 2013, tikkostitwixxi raġuni dovuta għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament malajr. L-elementi tal-metodu l-ġdid li jiddeterminaw il-kontenut tal-Proposta Ir-rapport tal-Eurostat ġie sottomess lill-Kunsill fl-24 ta’ Novembru 2011 (SEC(2011) 1436). Skont dan ir-rapport, il-bidla medja fil-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjoni tal-impjegati taċ-ċivil nazzjonali għall-perjodu ta’ referenza mkejla mill-indikatur speċifiku hi ekwivalenti għal -1,8 %. Il-bidla fl-għoli tal-ħajja fi Brussell għall-perjodu ta’ referenza hi ekwivalenti għal 3,6 %. L-ammont tal-aġġustament jinkiseb bil-multiplikazzjoni tal-indikatur speċifiku u tal-Indiċi Internazzjonali ta’ Brussell ikkalkulat mill-Eurostat. L-aġġustament propost għar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu huwa għalhekk ta’ 1,7 %. L-ammont tal-aġġustament għandu jiġi korrett sabiex iqis l-elementi msemmija hawn fuq. Il-Kummissjoni għalhekk tikkunsidra bħala xieraq li jitnaqqas l-aġġustament propost fir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu għal 0,9 % minflok 1,7 % fir-rigward tal-applikazzjoni stretta tal-metodu. || Il-paritajiet ekonomiċi għar-rimunerazzjoni li jistabbilixxu l-ekwivalenza bejn il-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjonijiet mogħtija fi Brussell, bħala l-belt ta’ referenza, u ta' dawk mogħtija fil-postijiet l-oħra ta' impjieg. L-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika. Il-paritajiet ekonomiċi għall-pensjonijiet jistabbilixxu l-ekwivalenza bejn il-kapaċità tal-akkwist tal-pensjonijiet mogħtija fil-Belġju, bħala l-pajjiż ta’ referenza, u ta' dawk mogħtija fil-pajjiżi l-oħra ta’ residenza. L-Eurostat ikkalkula dawn il-paritajiet bi qbil mal-korpi nazzjonali tal-istatistika. Fir-rigward tal-proposta parallela għal 2012, l-istess approċċ għandu jirriżulta f’aġġustament ta’ 0,9 % minflok ta' 1,7 %. Il-proposti l-ġodda għall-2011 u l-2012 għalhekk fil-fatt inaqqsu r-riżultat tal-metodu tal-applikazzjoni normali fis-seħħ fl-2011 u fl-2012 b’47 %. 130 || Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 65, l-Artikolu 10 tal-Anness XI u l-Artikolu 19 tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal modifikati. Konsultazzjoni mal-partijiet interessati u valutazzjoni tal-impatt || Konsultazzjoni mal-partijiet interessati 211 || Il-metodi ta’ konsultazzjoni użati, is-setturi prinċipali koperti u l-profil ġenerali ta’ dawk li wieġbu L-elementi tal-proposta ġew diskussi mar-rappreżentanti tal-persunal skont il-proċeduri xierqa. 212 || Sommarju tat-tweġibiet riċevuti u l-mod ta' kif ġew ikkunsidrati Il-proposta tikkunsidra l-opinjonijiet tal-partijiet ikkonsultati. L-Implikazzjonijiet baġitarji 401 || L-impatt tal-adattament tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet fuq in-nefqa amministrattiva u d-dħul huwa ttrattat fid-dettall fir-rapport finanzjarju mehmuż miegħu. 2013/0438 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2011,
ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra
tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw
għalihom IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw ir-Regolamenti tal-Persunal
tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 10
tal-Anness XI tiegħu u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati
Oħra tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Waqt li jaġixxu skont il-proċedura
ordinarja leġiżlattiva, Billi: (1) Sabiex ikunu konformi
mas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-63/12, meta
l-Kunsill jistabbilixxi li f’dan l-istadju tal-proċedura hemm
deterjorament serju u f’daqqa fis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali
fl-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tissottometti Proposta skont
l-Artikolu 336 sabiex tinvolvi lill-Parlament Ewropew fil-proċess
leġiżlattiv. Ugwalment il-Kunsill u l-Parlament Ewropew għandhom
jiddeċiedu dwar il-proposta tal-Kummissjoni wara li jkunu kkunsidraw
il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal li
jiġu rrispettati r-regoli stabbiliti fl-Anness XI
bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 3(2) tiegħu. (2) Il-Qorti kkonfermat li
l-Kummissjoni għandha marġni ta’ evalwazzjoni li għandha tkun
ibbażata fuq l-Artikolu 65 tar-Regolamenti tal-Persunal, rigward
il-kontenut ta’ proposti xierqa. Ir-rieżami ta’ rimunerazzjoni jista',
fejn xieraq, jikkunsidra fatturi oħrajn, bħall-immaniġġjar
tar-riżorsi umani u b’mod partikolari l-ħtiġijiet
tar-reklutaġġ. F'dan il-marġni ta’ diskrezzjoni, il-Kummissjoni
tista’ tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq dejta ekonomika u
soċjali bħalma huma l-istaġnar tal-2011 u l-kriżi attwali
kif ukoll il-livell għoli tar-rata tal-qgħad u l-livell għoli
ta’ defiċit u dejn pubbliku fl-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni qieset ukoll
l-iżviluppi li saru mill-2011 bħar-riforma tar-Regolamenti
tal-Persunal u speċjalment l-iffriżar għal sentejn għall-uffiċjali
tal-UE u ż-żieda ta’ xogħol kull ġimgħa għal
40 siegħa. (3) Skont id-dejta pprovduta
mill-Eurostat bi qbil mal-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika
tal-Istati Membri, l-impjegati taċ-ċivil nazzjonali tilfu 1,8 %
tal-kapaċità tal-akkwist tagħhom, l-istess telf fil-kapaċità tal-akkwist
għandu jkun applikat għall-uffiċjali tal-UE u impjegati
oħra għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2011
sat-30 ta’ Ġunju 2012 jekk il-Kummissjoni kellha ssegwi
l-applikazzjoni normali tal-metodu. Il-Kummissjoni madankollu kkunsidrat
bħala xieraq li jitnaqqas l-aġġustament propost
fir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet fil-Belġju u l-Lussemburgu għal
0,9 % minflok 1,7 % fir-rigward tal-kriżi ekonomika u l-isforzi
digà maqbula minn uffiċjali tal-UE. (4) L-istess approċċ
għandu jwassal għal aġġustament ta’ 0,9 % minflok 1,7 %
fl-2012. L-aġġustament totali għas-sentejn li huma se jkun
47 % inqas milli skont l-applikazzjoni normali tal-metodu
fis-seħħ fl-2011 u fl-2012. (5) Il-Kummissjoni pproponiet
il-miżuri ta’ hawn fuq sabiex tinvolvi l-Parlament Ewropew
fil-proċedura leġiżlattiva u biex tippermetti
lill-koleġiżlaturi jiddeċiedu dwar il-miżuri xierqa skont
l-Artikolu 336 tat-TFUE. (6) Skont l-Artikolu 65
tar-Regolamenti tal-Persunal, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għandhom
jiġu aġġornati qabel tmiem kull sena. F’dan ir-rigward,
l-implimentazzjoni urġenti tas-Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
fil-Kawża C-63/12, maħruġa
fid-19 ta’ Novembru 2013, tikkostitwixxi raġuni dovuta
għall-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien. ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 B’effett mill-1 ta' Lulju 2011,
id-data “l-1 ta' Lulju 2010” li tidher fit-tieni paragrafu
tal-Artikolu 63 tar-Regolamenti tal-Persunal tiġi sostitwita bid-data
“l-1 ta' Lulju 2011”. Artikolu 2 B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
it-tabella tal-pagi bażiċi ta' kull xahar fl-Artikolu 66
tar-Regolamenti tal-Persunal, applikabbli għall-finijiet tal-kalkolu
tar-rimunerazzjoni u tal-pensjonijiet tiġi sostitwita b'li ġej: Artikolu 3 B'effett mill-1 ta' Lulju Sena 2011,
il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 64
tar-Regolamenti tal-Persunal għar-rimunerazzjoni tal-uffiċjali u
l-impjegati l-oħra huma stabbiliti kif imniżżla
fil-kolonna 2 tat-tabella li ġejja. B'effett mill-1 ta' Jannar Sena 2012,
il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 17(3)
tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal għat-trasferimenti li
jsiru minn uffiċjali u impjegati oħra huma stabbiliti kif
imniżżla fil-kolonna 3 tat-tabella li ġejja. B'effett mill-1 ta' Lulju Sena 2011,
il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1)
tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma
stabbiliti kif imniżżla fil-kolonna 4 tat-tabella li ġejja. B'effett mis-16 ta' Mejju Sena 2011,
il-koeffiċjenti korrettivi applikabbli skont l-Artikolu 20(1)
tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għall-pensjonijet huma
stabbiliti kif imniżżla fil-kolonna 5 tat-tabella li ġejja.
Id-data effettiva għall-aġġustament annwali għal dawk
l-Istati Membri se tkun is-16 ta’ Mejju 2011. B’effett mis-16 ta’ Mejju 2011, il-koeffiċjenti
korrettivi applikabbli għall-pensjonijet skont l-Artikolu 20(1)
tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal għandhom ikunu kif
indikati fil-kolonna 6 tat-tabella li ġejja. Id-data effettiva
għall-aġġustament annwali għal dawk il-postijiet ta’ impjieg
għandha tkun is-16 ta’ Mejju 2011. Artikolu 4 B’effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont tal-allowance għal-liv tal-ġenituri msemmija fit-tieni u
fit-tielet paragrafi tal-Artikolu 42(a) tar-Regolamenti tal-Persunal ikun
ta’ EUR 919,94 u se jkun ta' EUR 1226,57 għall-ġenituri
waħedhom. Artikolu 5 B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont bażiku għall-allowance għall-unità domestika msemmija
fl-Artikolu 1(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal
għandu jkun ta' EUR 172,05. B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont għall-allowance għat-tfal dipendenti msemmi
fl-Artikolu 2(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal
għandu jkun ta' EUR 375,96. B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel
fl-Artikolu 3(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff huwa stabbilit
għal EUR 255,09. B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont għall-allowance għall-edukazzjoni kif imniżżel
fl-Artikolu 3(2) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Istaff huwa
stabbilit għal EUR 91,84. B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont minimu tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija
fl-Artikolu 69 tar-Regolamenti tal-Persunal u fit-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 4(1) tal-Anness VII tiegħu għandu jkun ta'
EUR 509,94. B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammont tal-allowance għall-espatrijazzjoni msemmija fl-Artikolu 134
tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Impjegati l-Oħra
jkun ta' EUR 366,58. Artikolu 6 B’effett mill-1 ta’ Jannar 2012,
l-allowance għall-kilometraġġ imniżżel
fl-Artikolu 8(2) tal-Anness VII għar-Regolamenti tal-Persunal
għandha tkun aġġustata kif ġej: EUR 0 għal kull kilometru bejn 0
u 200 km EUR 0,3824 għal kull kilometru bejn 201
u 1 000 km EUR 0,6373 għal kull kilometru bejn 1 001
u 2 000 km EUR 0,3824 għal kull kilometru bejn 2 001
u 3 000 km EUR 0,1273 għal kull kilometru bejn 3 001
u 4 000 km EUR 0,0614 għal kull kilometru bejn 4 001
u 10 000 km EUR 0 għal kull kilometru 'l fuq
minn 10 000 km. Ma' din l-allowance kilometrika jiżdied
suppliment b'rata fissa, li jammonta għal: –
EUR 191,19 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn
il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun bejn 725 km u
1 450 km; –
EUR 382,34 jekk id-distanza bil-ferrovija bejn
il-post tal-impjieg u l-post tal-oriġini tkun akbar minn 1 450 km. Artikolu 7 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011,
l-ammont għall-allowance tas-sussistenza ta’ kuljum imsemmi
fl-Artikolu 10(1) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal ikun
ta’: –
EUR 39,52 għal uffiċjal li
għandu dritt għall-allowance tal-unità domestika; –
EUR 31,86 għal uffiċjal li ma
jkollux dritt għall-allowance tal-unità domestika. Artikolu 8 B’effett mill-1 ta' Lulju 2011,
il-limitu minimu għall-allowance tal-installazzjoni msemmi
fl-Artikolu 24(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Impjegati Oħra
jkun ta': –
EUR 1125,02 għal impjegat li huwa
intitolat għall-allowance tal-unità domestika; –
EUR 668,94 għal impjegat li mhuwiex
intitolat għall-allowance tal-unità domestika; Artikolu 9 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011,
għall-allowance tal-qgħad imsemmija fit-tieni subparagrafu
tal-Artikolu 28a(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati
l-Oħra tal-Komunitajiet Ewropej, il-limitu minimu jkun ta’
EUR 1349,22, il-limitu massimu jkun ta’ EUR 2698,46 u l-allowance
standard tkun ta’ EUR 1226,57. Artikolu 10 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011,
it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 93
tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra għandha
tiġi sostitwita b’dan li ġej: Artikolu 11 B’effett mill-1 ta' Lulju 2011,
il-limitu minimu għall-allowance għall-installazzjoni msemmi
fl-Artikolu 94 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra
jkun ta' : –
EUR 846,21 għal impjegat li huwa
intitolat għall-allowance tal-unità domestika; –
EUR 501,69 għal impjegat li mhuwiex
intitolat għall-allowance tal-unità domestika; Artikolu 12 B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011,
il-limitu minimu għall-allowance tal-qgħad imsemmi fit-tieni
subparagrafu tal-Artikolu 96(3) tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg
tal-Impjegati l-Oħra, jkun ta’ EUR 1011,93, il-limitu massimu jkun
ta’ EUR 2023,83 u l-allowance standard tkun ta’ EUR 919,94. B’effett mill-1 ta’ Lulju 2011,
għall-allowance għall-qgħad imsemmija fl-Artikolu 136
tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra, il-limitu minimu
jkun ta’ EUR 890,27 u l-limitu massimu jkun ta’ EUR 2094,75. Artikolu 13 B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-allowances għal xogħol bix-xift kif stabbiliti
fl-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom)
Nru 300/76[1]
jkunu ta' EUR 385,61, EUR 582,03, EUR 636,37 u EUR 867,58. Artikolu 14 B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
l-ammonti li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 4 tar-Regolament
tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68[2]
għandhom ikunu soġġetti għal koeffiċjent ta’ 5,566417. Artikolu 15 B’effett mill-1 ta' Lulju 2011,
it-tabella fl-Artikolu 8(2) tal-Anness XIII għar-Regolamenti
tal-Persunal tiġi sostitwita b’dan li ġej: Artikolu 16 B'effett mill-1 ta' Lulju 2011,
għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 18(1)
tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal, l-ammont tal-allowance fissa
msemmija fl-Artikolu 4a preċedenti tal-Anness VII tar-Regolamenti
tal-Persunal fis-seħħ qabel l-1 ta' Mejju 2004 jkun
ta': - EUR 133,03 fix-xahar għal
uffiċjali fi Grad C4 jew C5, - EUR 203,96 fix-xahar għal
uffiċjali fi Grad C1, C2 jew C3. Artikolu 17 B’effett mill-1 ta' Lulju 2011,
it-tabella tas-salarji bażiċi ta’ kull xahar fl-Artikolu 133
tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg tal-Impjegati l-Oħra tiġi sostitwita
b’dan li ġej: Artikolu 18 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Ufficjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI 1. QAFAS
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 1.1. Titolu
tal-proposta/inizjattiva Proposta
għal Regolament tal-Kunsill li taġġusta, b’effett
mill-1 ta’ Lulju 2011, ir-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet
tal-uffiċjali u ta' impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll
il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom 1.2. Qasam/oqsma ta' politika
kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[3]
L-oqsma
u l-attivitajiet kollha huma potenzjalment ikkonċernati. 1.3. Raġunijiet
għall-proposta/inizjattiva: 1.3.1. Rekwiżit/i li jrid/u
jiġu ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien Li
jiġi żgurat li l-kapaċità tal-akkwist tar-rimunerazzjoni u
l-pensjonijiet tal-impjegati ċivili tal-UE jiżviluppaw b'mod parallel
mat-tibdil fil-kapaċità tal-akkwist ta' impjegati ċivili fl-Istati
Membri. 1.4. It-tul u l-impatt finanzjarju
ý Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien illimitat –
Implimentazzjoni b'perjodu inizjali minn
Diċembru 2013, –
segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa. 1.5. Metodu/i ta’
immaniġġjar previst(i)[4] ý Immaniġġjar dirett ċentralizzat mill-Kummissjoni: PMO 2. STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU
TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA 2.1. Intestatura/i tal-qafas
finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i · Il-proposta għandha impatt finanzjarju fuq il-linji baġitarji
kollha relatati man-nefqa fuq persunal fl-Istituzzjonijiet u l-Aġenziji
kollha, jiġifieri tikkonċerna n-nefqa fuq salarji ta' persunal
fil-kwartieri ġenerali u f'delegazzjonijiet, impjegati b'kuntratt,
persunal fl-uffiċċji amministrattivi, Membri, assistenti parlamentari,
persunal ta' riċerka, persunal iffinanzjat minn linji BA, persunal
imħallas skont dispożizzjonijiet ta' terminizzazzjoni bikrija
tas-servizz, pensjonijiet. Skont l-ordni
tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji. Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja baġitarja || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni Numru [Deskrizzjoni………………………...……….] || AD/AMD ([5]) || minn pajjiżi tal-EFTA[6] || minn pajjiżi kandidati[7] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju || XX.01.01.01 u l-Kapitolu 11, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari || AMD || LE || LE || LE || LE 2.2. Impatt stmat fuq in-nefqa 2.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt
fuq in-nefqa EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || XX.01.01.01 u l-Kapitolu 11, il-Kapitolu 42 Nefqa Relatata mal-Assistenti Parlamentari Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva" EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) || || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Snin sussegwenti || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 129,0 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || Mhux disponibbli EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) || || || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Snin sussegwenti || TOTAL TOTAL tal-approprjazzjonijiet skont l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 129,0 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || Mhux disponibbli Pagamenti || 129,0 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || 51,6 || Mhux disponibbli 2.2.2. Impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet operazzjonali –
ý Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’
approprjazzjonijiet operazzjonali 2.2.3. L-impatt stmat fuq
l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva 2.2.3.1. Sommarju –
ý Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
approprjazzjonijiet amministrattivi 2.2.3.2. Stima tar-riżorsi umani
meħtieġa –
ý Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’
riżorsi umani 2.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas
finanzjarju pluriennali attwali –
ý Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju
pluriennali attwali. 2.2.5. Kontribuzzjonijiet minn
partijiet terzi –
Il-proposta/inizjattiva ma tipprevedix
kofinanzjament minn partijiet terzi. 2.3. Impatt stmat fuq id-dħul
–
¨ Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq
id-dħul. –
ý Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li
ġej: –
¨ fuq ir-riżorsi proprji –
ý fuq id-dħul mixxellanju EUR miljuni (sa 3 punti deċimali) Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju baġitarju attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena 2016 || Snin sussegwenti Kontribuzzjoni tal-Pensjoni skont l-Artikolu 410 || 437,7 || 9,8 || 3,9 || 3,9 || 3,9 || 3,9 || 3,9 || 3,9 Taxxa skont l-Artikolu 400 || 591,7 || 13,4 || 5,3 || 5,3 || 5,3 || 5,3 || 5,3 || 5,3 Imposta Speċjali skont l-Artikolu 410 || 60,1 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6 || 0,6 Speċifika l-metodu
tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul. L-impatt
fuq id-dħul jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-pagament
tar-rimunerazzjoni u l-pensjonijiet għax-xahar ta' Lulju u bl-applikazjoni
tal-effett tal-aġġustament. [1] Ir-Regolament
tal-Kunsill (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76
tad-9 ta’ Frar 1976 li jistabbilixxi l-kategoriji ta'
uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift,
u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom (ĠU L 38, 13.2.1976,
p. 1). Ir-Regolament kif
supplimentat bir-Regolament (Euratom, KEFA, KEE) Nru 1307/87 (ĠU
L 124, tat-13.5.1987, p. 6). Edizzjoni Speċjali bil-Malti:
Kapitolu 01 Volum 01 P. 167 - 167. [2] Ir-Regolament
(KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tal-Kunsill
tad-29 ta’ Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u
l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa
għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej,
ĠU L 56, tal-4.3.1968, p. 8. Edizzjoni Speċjali
bil-Malti: Kapitolu 01 Volum 01 P. 33 - 35. [3] ABM:
Immaniġġjar Ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar
Ibbażat fuq l-Attività. [4] Id-dettalji
tal-metodi ta' mmaniġġjar u r-referenzi tar-Regolament Finanzjarju
huma disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html [5] AD=
Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux
differenzjati [6] L-EFTA:
Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles. [7] Pajjiżi
kandidati u fejn applikabbli, kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.