Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0728

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

    /* COM/2013/0728 final - 2013/0348 (NLE) */

    52013PC0728

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva /* COM/2013/0728 final - 2013/0348 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Il-projbizzjoni tar-rifużjoni tad-dazji doganali hija stipulata fl-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 3 li jinsab mehmuż mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn il-KE u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP), hekk kif ġie emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kunsill Konġunt UE-OLP tal-24 ta' Ġunju 2009[1]. Il-paragrafu 7 tiegħu jipprevedi perjodu tranżitorju marbut mal-applikazzjoni sħiħa tal-projbizzjoni tar-rifużjoni tad-dazji mix-xatt tal-Punent u l-istrixxa ta' Gaża u jagħti lil dan is-sieħeb il-possibbiltà li jagħti rifużjoni tad-dazji lill-esportaturi jew lill-operaturi ekonomiċi tiegħu matul dan il-perjodu.

    Dan il-perjodu tranżitorju skada fil-31 ta' Diċembru 2009. Għaldaqstant, l-Artikolu 15(7) jistipula l-possibbiltà li din id-dispożizzjoni tiġi eżaminata mill-ġdid bi ftehim komuni.

    Abbażi ta' talba min-naħa tal-OLP, fl-2010 il-Kummissjoni pproponiet li t-tul ta' żmien tal-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2012[2]. Madankollu, il-Kumitat Konġunt UE-OLP qatt ma adotta din id-deċiżjoni. L-OLP talbet, permezz tat-talba bil-miktub tas-6 ta' Diċembru 2012, estensjoni ġdida tat-tul ta' żmien tal-applikazzjoni ta' din id-dispożizzjoni għal perjodu ta' erba' snin.

    F'konformità mal-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 3, id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll imsemmi jistgħu jiġu emendati b'deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt.

    It-test tad-deċiżjoni jemenda d-dispożizzjoni li hemm fl-Artikolu 15(7).

    Il-partijiet qablu li jestendu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) b'sitt snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2010, sabiex jassiguraw iċ-ċarezza, il-previdibbiltà ekonomika għal terminu twil u s-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi kif ukoll biex jiżguraw il-koerenza mat-talbiet simili li jsiru minn pajjiżi Mediterranji oħra u sabiex jirregolarizzaw ukoll il-perjodu kopert mill-proposta tal-Kummissjoni b'segwitu għat-talba inizjali tal-OLP.

    Bil-għan li din id-deċiżjoni tiġi adottata formalment, intlaħaq qbil, fil-qafas tal-grupp ta' ħidma Pan-Ewro-Med, li l-kontenut ta' din id-deċiżjoni se jibda japplika mill-1 ta' Jannar 2010.

    2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati fil-qafas tal-grupp ta' ħidma Pan-Ewro-Med u tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali – taqsima dwar l-oriġini.

    Ma kienx meħtieġ li wieħed jirrikorri għal għarfien espert estern.

    Ma kienx meħtieġ li wieħed jirrikorri għall-valutazzjoni tal-impatt billi l-adattamenti proposti huma ta' natura teknika u ma jolqtux is-sustanza tal-protokoll fuq ir-regoli dwar l-oriġini li jinsabu fis-seħħ bħalissa.

    3.           L-ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

    Id-dispożizzjoni emendata dwar ir-refużjoni għandha tiġi applikata b'mod retroattiv mill-1 ta' Jannar 2010.

    Il-bażi ġuridika tal-emenda ta' din id-dispożizzjoni hija l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Din il-proposta taqa' fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

    Strument propost: deċiżjoni tal-Kunsill.

    2013/0348 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Kunsill Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim imsemmi rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Il-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra[3], minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", hekk kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kumitat Konġunt UE-OLP tal-24 ta' Ġunju 2009[4], jirrigwarda d-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva.

    (2)       L-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 3 fih projbizzjoni ġenerali tar-rifużjonijiet jew tal-eżenzjonijiet tad-dazji doganali għall-materjali mhux oriġinarji li jiġu applikati fil-manifattura ta' prodotti oriġinarji. Madankollu, dan l-Artikolu jipprevedi, fil-paragrafu 7 tiegħu, li sal-31 ta' Diċembru 2009 tista' tiġi applikata rifużjoni jew eżenzjoni parzjali taħt ċerti kundizzjonijiet.

    (3)       Abbażi ta' talba min-naħa tal-OLP, fl-2010 il-Kummissjoni pproponiet li t-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2012[5]. Madankollu, il-Kumitat Konġunt UE-OLP qatt ma adotta din id-deċiżjoni.

    (4)       Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċarezza u biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika għal terminu twil u s-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi u sabiex jiġi rregolat ukoll il-perjodu kopert mill-proposta tal-Kummissjoni, il-partijiet qablu li jtawlu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) b'sitt snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

    (5)       Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 3, il-Kumitat Konġunt imwaqqaf permezz tal-Ftehim għandu jiddeċiedi li jemenda l-Protokoll.

    (6)       Konsegwentement, fil-Kumitat Konġunt l-Unjoni Ewropea għandha tadotta l-pożizzjoni definita fl-abbozz ta' deċiżjoni hawn mehmuż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li se tadotta l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta' Assoċjazzjoni mwaqqaf permezz tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, f'dak li jirrigwarda l-emenda tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, bil-għan li tiġi estiża l-applikazzjoni tad-dispożizzjoni msemmija, hija definita fl-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt hawn mehmuż.

    Artikolu 2

    Id-deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt hija ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    ANNESS

    Abbozz ta' DEĊIŻJONI NRU […] TAL-KUMITAT KONĠUNT UE-OLP

    ta’ [...]

    li temenda l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva

    IL-KUMITAT KONĠUNT,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, u b'mod partikolari l-Artikolu 39 tal-Protokoll Nru 3 tiegħu,

    Billi:

    (1) L-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra[6], minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-Ftehim", hekk kif emendat bid-Deċiżjoni Nru 1/2009 tal-Kumitat Konġunt UE-OLP tal-24 ta' Ġunju 2009[7] jippermetti li, taħt ċerti kundizzjonijiet, ikun hemm ir-rifużjoni jew l-eżenzjoni parzjali tad-dazji doganali jew ta' taxxi b'effett ekwivalenti, sal-31 ta' Diċembru 2009.

    (2) Abbażi ta' talba min-naħa tal-OLP, fl-2010 il-Kummissjoni pproponiet li t-tul ta' żmien tal-applikazzjoni tal-Artikolu 15 tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim jiġi estiż sal-31 ta' Diċembru 2012[8]. Madankollu, il-Kumitat Konġunt UE-OLP qatt ma adotta din id-deċiżjoni.

    (3) Sabiex tiġi ggarantita ċ-ċarezza u biex jiġu żgurati l-prevedibbiltà ekonomika għal terminu twil u s-sigurtà ġuridika għall-operaturi ekonomiċi u sabiex jiġi rregolat ukoll il-perjodu kopert mill-proposta tal-Kummissjoni, il-partijiet għall-Ftehim qablu li jtawlu l-applikazzjoni tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim, b'sitt snin, b'effett mill-1 ta' Jannar 2010.

    (4) Għalhekk, il-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif meħtieġ.

    (5) Billi l-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal-Ftehim ma jibqax japplika mill-31 ta' Diċembru 2009, din id-Deċiżjoni għandha tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2010,

    Jiddeċiedi:

    Artikolu 1

    L-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 15(7) tal-Protokoll Nru 3 tal- Ftehim ta' Assoċjazzjoni Ewro-Mediterranju Interim dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea fuq naħa, u l-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (OLP) li taġixxi f'isem l-Awtorità Palestinjana tax-xatt tal-Punent u tal-istrixxa ta' Gaża, fuq in-naħa l-oħra, rigward id-definizzjoni tal-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva, huwa sostitwit bit-test segwenti:

    "Dan il-paragrafu jibqa' japplika sal-31 ta’ Diċembru 2015 u jista’ jiġi eżaminat mill-ġdid bi qbil komuni."

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

    Hija tibda tapplika mill-1 ta' Jannar 2010.

    Magħmul fi […]

                                                                           Għall-Kumitat Konġunt

                                                                           Il-President                                                                        […]

    [1]               ĠU L 298, 13.11.2009, p. 1.

    [2]               COM(2010)166, 21.4.2010.

    [3]               ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.

    [4]               ĠU L 298, 13.11.2009, p. 1.

    [5]               COM(2010)166, 21.4.2010.

    [6]               ĠU L 187, 16.7.1997, p. 3.

    [7]               ĠU L 298, 13.11.2009, p. 1.

    [8]               COM(2010)166, 21.4.2010.

    Top