EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0598

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

/* COM/2013/0598 final - 2013/0286 (NLE) */

52013PC0598

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku /* COM/2013/0598 final - 2013/0286 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

· Ir-raġunijiet għall-proposta u l-għanijiet tagħha

Skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd, għandhom jittieħdu miżuri biex jiżguraw li r-riżorsi akkwatiċi ħajjin huma sfruttati taħt kundizzjonijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali sostenibbli. Għodda importanti waħda f’dan ir-rigward hija l-istabbiliment annwali tal-opportunitajiet tas-sajd fl-għamla ta’ qabdiet totali permissibbli (TACs), ta' kwoti u ta' limiti tal-isforzi tas-sajd.

L-għan ta’ din il-proposta huwa li jiġu ffissati għall-2014 l-opportunitajiet tas-sajd għall-Istati Membri fir-rigward tal-iktar stokkijiet kummerċjalment importanti fil-Baħar Baltiku. Bil-għan li jiġu ssimplifikati u ċċarati d-deċiżjonijiet annwali dwar it-TAC u l-kwoti, l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku ilhom li ġew stabbiliti mill-2006 permezz ta' Regolament separat.

· Il-kuntest ġenerali

Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd għall-2014 (COM(2013)319 finali), tiddeskrivi l-isfond tal-proposta.

Il-parir xjentifiku dwar l-istokkijiet fil-Baħar Baltiku għall-2014 ingħata mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) f’Mejju 2013 u mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) f’Ġunju 2013.

Il-proposta fiha żewġ taqsimiet li huma importanti għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baltiku fl-2014 permezz tal-opportunitajiet tas-sajd: taqsima minnhom tiffissa t-TACs u l-kwoti u t-taqsima l-oħra tillimita l-isforz tas-sajd, billi timponi limiti fuq l-attività tal-bastimenti tas-sajd (l-għadd ta' jiem fuq il-baħar).

· Id-dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta

L-opportunitajiet tas-sajd u l-mod li bih huma allokati lill-Istati Membri jiġu rregolati kull sena. L-aktar strument riċenti huwa r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1088/2012 tal-20 ta' Novembru 2012 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2013 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1434/98 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 88/98, huwa wkoll ta’ rilevanza għall-ġestjoni tas-sajd fil-Baħar Baltiku.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 779/97, jiddeskrivi l-miżuri ta’ kontroll u ta' monitoraġġ meħtieġa għall-bini mill-ġdid tal-istokkijiet tal-bakkaljaw inkwistjoni. Jistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-istabbiliment tat-TACs għall-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Lvant u tal-Punent u l-limiti tal-isforz tas-sajd assoċjati magħhom.

· Il-konsistenza ma' politiki u għanijiet oħrajn tal-UE

Il-miżuri proposti huma konformi mal-għanijiet u r-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u huma konsistenti mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp sostenibbli.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

· Il-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

L-organizzazzjonijiet/l-esperti ewlenin li ġew ikkonsultati;

L-organizzazzjonijiet xjentifiċi kkonsultati kienu l-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) u l-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku dwar is-Sajd (STECF).

Kull sena, l-Unjoni titlob lill-ICES u lill-STECF parir xjentifiku dwar il-qagħda tal-istokkijiet importanti tal-ħut . Il-parir li tirċievi jkopri l-istokkijiet kollha tal-Baltiku li għalihom huma proposti t-TACs.

· Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

Il-Kunsill Reġjonali Konsultattiv tal-Baħar Baltiku (BSRAC) ġie kkonsultat fil-laqgħa tal-Grupp Konġunt ta’ Ħidma dwar is-Sajd għall-Ħut Demersali/Pelaġiku f’Ġunju 2013 abbażi tal-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni fir-rigward ta’ Konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd. L-ICES u l-STECF ipprovdew il-bażi xjentifika għall-proposta. F'dik il-laqgħa ġew ippreżentati r-regoli għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti għall-2014 abbażi tal-Komunikazzjoni. Tqiesu l-opinjonijiet preliminari espressi dwar l-istokkijiet tal-ħut kollha kkonċernati u ġew ikkunsidrati kemm jista' jkun fil-proposta mingħajr ma nħolqu kontradizzjonijiet mal-politiki eżistenti jew deterjorament fl-istat tar-riżorzi vulnerabbli.

F'ċerti każijiet, il-BSRAC jappoġġa t-tentattivi tal-Kummissjoni li tistabbilixxi TACs li huma iktar konsistenti mal-parir xjentifiku, kif ukoll l-applikazzjoni tal-pjan pluriennali għall-bakkaljaw fir-rigward tal-istabbiliment tat-TACs. Madankollu, huwa kontra t-tnaqqis tal-għadd ta’ jiem fuq il-baħar imqatta’ fis-sajd għall-bakkaljaw.

· Il-valutazzjoni tal-impatt

It-TACs għall-bakkaljaw tal-Punent naqsu bi 15 % u għall-bakkaljaw tal-Afrika żdiedu b’7 %. Taħt il-proposta, tlieta mill-ħames TACs tal-ħut pelaġiku se jiżdiedu u ż-żewġ TACs li jibqa' se jonqsu. B’mod ġenerali, il-miżuri proposti se jwasslu għal żieda kumplessiva ta' 10 % sa 644 elf tunnellata fl-opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tal-Unjoni fil-Baħar Baltiku għall-ispeċijiet kollha minbarra l-istokkijiet tas-salamun. L-opportunitajiet tas-sajd għall-istokkijiet tas-salamun se jonqsu b’madwar 7 % u jammontaw għal 116 elf biċċa tas-salamun.

Abbażi tal-medja tal-prezzijiet tal-ħut żbarkat osservati fl-2011 fost tmien pajjiżi tal-Baħar Baltiku, il-valur tal-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 se jiżdied minn EUR 12-il miljun għal valur totali ta’ EUR 412 miljun.

Il-proposta ma tirriflettix biss tħassib għal żmien qasir imma hija wkoll parti minn approċċ iktar fit-tul fejn il-livell tas-sajd jitnaqqas gradwalment għal livelli ta’ sostenibbiltà fit-tul. Għalhekk, fi żmien medju sa twil, l-approċċ meħud f’konformità mal-proposta se jirriżulta fi sforz tas-sajd stabbli u kwoti ogħla. L-effetti fit-tul tal-approċċ huma mistennija li jkunu attivitajiet tas-sajd aktar sostenibbli u ammont ikbar ta’ ħut żbarkat.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Is-sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tfittex li tistabbilixxi l-limiti tal-qbid u tal-isforz applikabbli għas-sajd tal-UE sabiex jintlaħaq l-għan tal-Politika Komuni tas-Sajd li jiġi żgurat sajd f’livelli li huwa bijoloġikament, ekonomikament u soċjalment sostenibbli.

· Il-bażi legali

L-Artikolu 43(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE).

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-proposta hija fil-kompetenza esklussiva tal-Unjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3(1)(d) tat-TFUE. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma japplikax.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin.

Il-Politika Komuni tas-Sajd hija politika komuni. Skont l-Artikolu 43(3) tat-TFUE hija r-responsabbiltà tal-Kunsill li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd.

Ir-Regolament tal-Kunsill inkwistjoni jalloka l-opportunitajiet tas-sajd lill-Istati Membri. Waqt li jqisu l-Artikolu 20(3) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002, l-Istati Membri huma ħielsa li jallokaw opportunitajiet fost reġjuni jew operaturi skont kif jidhrilhom xieraq. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom spazju kemm iridu biex jimmanuvraw dwar deċiżjonijiet relatati mal-mudell soċjali/ekonomiku tal-għażla tagħhom biex jisfruttaw l-opportunitajiet tas-sajd allokati lilhom.

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja ġdida għall-Istati Membri. Dan ir-Regolament partikolari jiġi adottat mill-Kunsill kull sena, u l-mezzi pubbliċi u privati għall-implimentazzjoni tiegħu diġà jinsabu fis-seħħ.

· L-għażla ta’ strument

L-istrument li qed jiġi propost: Regolament.

Din hija proposta għall-ġestjoni tas-sajd abbażi tal-Artikolu 43(3) tat-TFUE u skont l-Artikolu 20 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002.

4.           IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni fuq il-baġit tal-UE.

5.           INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

· Is-simplifikazzjoni

Il-proposta tkompli tipprovdi għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi għall-awtoritajiet pubbliċi (tal-UE jew nazzjonali), minħabba li fiha dispożizzjonijiet simili għal dawk tar-Regolament tal-2013 dwar l-opportunitajiet tas-sajd fil-Baħar Baltiku.

· Il-klawżola ta' analiżi/reviżjoni/sunset

Il-proposta tirrigwarda Regolament annwali għas-sena 2014 u għalhekk ma tinkludix klawżola ta’ reviżjoni.

· Spjegazzjoni dettaljata

Il-proposta tistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet jew gruppi ta’ stokkijiet għas-sajd tal-Istati Membri fil-Baħar Baltiku.

Iċ-ċifri proposti jirriflettu l-parir xjentifiku attwali, il-konsultazzjoni mal-BSRAC u l-qafas għall-istabbiliment tat-TACs u l-kwoti deskritti fil-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar konsultazzjoni dwar l-Opportunitajiet tas-Sajd. Fejn rilevanti, sabiex jiġu ffissati l-kwoti tal-UE għal stokkijiet maqsuma mal-Federazzjoni Russa, il-kwantitajiet rispettivi ta’ dawn l-istokkijiet tnaqqsu mit-TACs skont il-parir mgħoti mill-ICES.

Peress li l-intenzjoni tal-Kummissjoni hija li tiżgura l-użu sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd f’konformità mal-politika tal-Unjoni u l-impenji internazzjonali filwaqt li l-opportunitajiet tas-sajd jinżammu stabbli, il-varjazzjonijiet annwali fit-TACs huma limitati sa fejn huwa prattiku filwaqt li jiġi kkunsidrat l-istatus ta’ stokk partikolari.

It-TACs u l-kwoti allokati lill-Istati Membri jidhru fl-Anness I u l-limiti tal-isforz tas-sajd huma stabbiliti fl-Anness II tar-Regolament.

Għall-istokkijiet tal-bakkaljaw, it-TACs u l-limiti tal-isforz proposti huma konformi mar-rekwiżiti tal-pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet. L-element ċentrali tal-pjan huwa tnaqqis gradwali tal-mortalità mis-sajd għal livelli sostenibbli fit-tul sabiex jiġi żgurat l-irkupru tal-istokkijiet u jiġu pprovduti rendimenti għoljin u stabbli. Wara r-reviżjoni tad-dejta u l-metodi użati għall-valutazzjoni tal-istokkijiet tal-bakkaljaw, il-mortalitajiet mis-sajd attwali u tal-MSY ġew riveduti u mibdula skont dawn. B'qies ta' din l-informazzjoni l-ġdida, hemm ħtieġa li jitnaqqas l-isforz tas-sajd magħmul fuq iż-żewġ stokkijiet tal-bakkaljaw b'10 % għall-istokk tal-Punent u bi 8.5 % għall-istokk tal-Lvant.

L-istokkijiet tal-ħut pelaġiku kollha fil-Baħar Baltiku, ħlief għall-aringa tal-Punent, jistgħu jinqabdu fil-livell tal-MSY fl-2014 u għalhekk it-TACs proposti jikkorrispondu mal-mortalità mis-sajd tal-MSY.

2013/0286 (NLE)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta’ ħut u gruppi ta’ stokkijiet ta’ ħut applikabbli fil-Baħar Baltiku

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(3) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002[1] jirrikjedi li l-miżuri li jirregolaw l-aċċess għall-ilmijiet u r-riżorsi u t-twettiq sostenibbli tal-attivitajiet tas-sajd ikunu stabbiliti b’kont meħud tal-parir xjentifiku, tekniku u ekonomiku disponibbli u, b’mod partikolari, tar-rapport magħmul mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF), u wkoll fid-dawl ta’ kull parir li jasal mingħand il-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali.

(2)       Il-Kunsill għandu l-obbligu li jadotta l-miżuri dwar l-iffissar u l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd skont is-sajd jew il-grupp ta’ sajd, inklużi ċerti kundizzjonijiet li huma funzjonalment marbuta magħhom, kif xieraq. L-opportunitajiet tas-sajd għandhom jitqassmu fost l-Istati Membri b'tali mod li f'kull Stat Membru tiġi żgurata stabbiltà relattiva tal-attivitajiet tas-sajd għal kull stokk jew għal kull tip ta’ sajd u filwaqt li jitqiesu kif xieraq l-għanijiet tal-Politika Komuni tas-Sajd stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 2371/2002.

(3)       Il-qabdiet totali permessibbli (TACs) għandhom jiġu stabbiliti abbażi tal-parir xjentifiku disponibbli, filwaqt li jitqiesu l-aspetti bijoloġiċi u soċjoekonomiċi u filwaqt li jiġi żgurat trattament ġust bejn is-setturi tas-sajd, kif ukoll fid-dawl tal-opinjonijiet espressi matul il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati, b’mod partikolari fil-laqgħat tal-Kunsilli Konsultattivi Reġjonali kkonċernati.

(4)       Għall-istokkijiet suġġetti għal pjanijiet pluriennali speċifiċi, l-opportunitajiet tas-sajd għandhom ikunu stabbiliti f'konformità mar-regoli stipulati f'dawk il-pjanijiet. Konsegwentement, il-limiti tal-qbid u l-limiti tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku għandhom jiġu stabbiliti skont ir-regoli stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (il-Pjan għall-Bakkaljaw tal-Baħar Baltiku") għall-istokkijiet tal-bakkaljaw fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet[2].

(5)       Fid-dawl tal-parir xjentifiku l-aktar reċenti, il-flessibbiltà fil-ġestjoni tal-isforz tas-sajd għall-istokkijiet tal-bakkaljaw tal-Baħar Baltiku tista’ tiġi introdotta mingħajr ma tfixkel l-għanijiet tal-Pjan għall-Bakkaljaw tal-Baħar Baltiku u mingħajr ma tikkawża żieda fil-mortalità mis-sajd. Tali flessibbiltà tkun tista’ tippermetti ġestjoni effiċjenti tal-isforz tas-sajd fejn il-kwoti mhumiex allokati ugwalment fost il-flotta ta’ Stat Membru u tiffaċilità reazzjonijiet rapidi għal skambji ta’ kwoti. Għalhekk għandu jkun permissibbli għal Stat Membru biex jalloka, lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu, jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu.

(6)       L-użu tal-opportunitajiet tas-sajd kif stabbiliti f’dan ir-Regolament għandu jkun suġġett għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009[3], u b’mod partikolari għall-Artikoli 33 u 34 ta’ dak ir-Regolament, fir-rigward tar-reġistrazzjoni tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd u n-notifika tad-dejta dwar l-eżawriment tal-opportunitajiet tas-sajd. Għalhekk, jeħtieġ li jkunu speċifikati l-kodiċijiet relatati mal-iżbarkar tal-istokkijiet suġġetti għal dan ir-Regolament li għandhom jintużaw mill-Istati Membri meta tintbagħat dejta lill-Kummissjoni.

(7)       Skont l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96[4], huwa meħtieġ li jiġu identifikati l-istokkijiet li huma suġġetti għall-miżuri varji msemmija fih.

(8)       Sabiex tkun evitata l-interruzzjoni tal-attivitajiet tas-sajd u sabiex jiġi żgurat l-għajxien tas-sajjieda tal-Unjoni, huwa importanti li jinfetħu t-tipi ta’ sajd koperti minn dan ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2014. Għal raġunijiet ta’ urġenza, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ immedjatament wara l-pubblikazzjoni tiegħu,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Kapitolu I Dispożizzjonijiet Ġenerali

Artikolu 1 Is-suġġett

Dan ir-Regolament jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd għall-2014 għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 2 Il-kamp ta' applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu japplika għall-bastimenti tal-Unjoni li joperaw fil-Baħar Baltiku.

Artikolu 3 Id-definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a) iż-żoni tal-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) huma ż-żoni ġeografiċi speċifikati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005[5];

(b) “Baħar Baltiku” tfisser is-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-32;

(c) “Bastiment tal-Unjoni” tfisser bastiment tas-sajd li jtajjar bandiera ta’ Stat Membru u li jkun irreġistrat fl-Unjoni;

(d) “qabda totali permissibli” (TAC) tfisser il-kwantità li tista’ tittieħed minn kull stokk kull sena;

(e) “kwota” tfisser proporzjon mit-TAC allokat lill-Unjoni, lil Stat Membru jew lil pajjiż terz;

(f) “jum nieqes mill-port” tfisser kwalunkwe perjodu kontinwu ta' 24 siegħa jew parti minnu li fih bastiment ikun nieqes mill-port.

Kapitolu II Opportunitajiet tas-Sajd

Artikolu 4 It-TACs u l-allokazzjonijiet

It-TACs, il-kwoti u l-kundizzjonijiet funzjonalment marbuta magħhom, fejn xieraq, huma stabbiliti fl-Anness I.

Artikolu 5 Id-dispożizzjonijiet speċjali dwar l-allokazzjonijiet

1.           L-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri kif stipulat f’dan ir-Regolament għandha tkun bla preġudizzju għal:

(a) skambji magħmula skont l-Artikolu 20(5) tar-Regolament (KE) Nru 2371/2002;

(b) riallokazzjonjiet magħmula skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009;

(c) żbarkar addizzjonali permess skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(d) kwantitajiet miżmuma skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96;

(e) tnaqqis magħmul skont l-Artikoli 37, 105, 106 u 107 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009.

2.           Għajr fejn speċifikat mod ieħor fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għal stokkijiet soġġetti għal TAC ta’ prekawzjoni, u l-Artikolu 3(2) u (3) u l-Artikolu 4 ta’ dak ir-Regolament għandhom japplikaw għal stokkijiet soġġetti għal TAC analitiku.

Artikolu 6 Il-kundizzjonijiet għall-iżbarkar tal-qabdiet u tal-qabdiet inċidentali

Ħut minn stokkijiet li għalihom hemm stabbiliti limiti ta’ qbid għandu jinżamm abbord jew jiġi żbarkat biss jekk il-qabdiet u l-qabdiet inċidentali jkunu saru minn bastimenti tas-sajd ta’ Stat Membru li għandu kwota u dik il-kwota ma tkunx eżawrita.

Artikolu 7 Il-limiti tal-isforz tas-sajd

1.           Il-limiti tal-isforz tas-sajd huma stipulati fl-Anness II.

2.           Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom japplikaw għas-Suddiviżjonijiet tal-ICES 27 u 28.2 sakemm il-Kummissjoni tkun għadha ma ħaditx deċiżjoni skont l-Artikolu 29(2) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 biex teskludi dawk is-Suddiviżjonijiet mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) u l-Artikolu 13 ta’ dak ir-Regolament.

3.           Il-limiti msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx japplikaw għas-Suddiviżjoni tal-ICES 28.1 sakemm il-Kummissjoni ma tkunx ħadet deċiżjoni skont l-Artikolu 29(4) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 li r-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 8(1)(b), (3), (4) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007 għandhom japplikaw għal dik is-Suddiviżjoni.

Kapitolu III Dispożizzjonijiet Finali

Artikolu 8 It-trażmissjoni tad-dejta

Meta, skont l-Artikoli 33 u 34 tar-Regolament (KE) Nru 1224/2009, l-Istati Membri jibagħtu dejta lill-Kummissjoni relatata mal-iżbark tal-kwantitajiet ta' stokkijiet maqbuda, huma għandhom jużaw il-kodiċijiet tal-istokkijiet stabbiliti fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 9 Id-dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS I TACs APPLIKABBLI SKONT L-ISPEĊI U Ż-ŻONA GĦALL-BASTIMENTI TAL-UNJONI F’ŻONI FEJN JEŻISTU T-TACs

It-tabelli li ġejjin jistabbilixxu t-TACs u l-kwoti (f’tunnellati ta’ piż ħaj, ħlief fejn huwa speċifikat mod ieħor) skont l-istokk, u l-kundizzjonijiet marbuta magħhom b’mod funzjonali, fejn xieraq.

Ir-referenzi għaż-żoni tas-sajd huma referenzi għaż-żoni tal-ICES, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor.

Ir-referenza għall-istokkijiet tal-ħut issir skont l-ordni alfabetika tal-ismijiet bil-Latin tal-ispeċi.

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, qed tiġi pprovduta t-tabella komparattiva li ġejja tal-ismijiet bil-Latin u l-ismijiet komuni:

Isem xjentifiku || Kodiċi alfa-3 || Isem komuni

Clupea harengus || HER || Aringa

Gadus morhua || COD || Bakkaljaw

Pleuronectes platessa || PLE || Barbun tat-tbajja’

Salmo salar || SAL || Salamun tal-Atlantiku

Sprattus sprattus || SPR || Laċċa kaħla

Speċi: || Aringa || || Żona: || is-Suddiviżjonijiet 30-31 || ||

|| Clupea harengus || || HER/3D30.; HER/3D31.

Il-Finlandja || 116 963 || ||

L-Isvezja || 25 699 || ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 142 662 || ||

|| || ||

It-TAC || 142 662 || || TAC analitika

Speċi: || Aringa || || Żona: || is-Suddiviżjonijiet 22*24

|| Clupea harengus || || HER/3B23.; HER/3C22.; HER/3D24. ||

Id-Danimarka || 2 769 || ||

Il-Ġermanja || 10 900 ||

Il-Finlandja || 1 || ||

Il-Polonja || 2 570 ||

L-Isvezja || 3 514 || ||

|| ||

L-Unjoni Ewropea || 19 754 || ||

|| ||

It-TAC || 19 754 || || TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

|| ||

|| || ||

Speċi: || Aringa || || Żona: || l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-27, 28.2, 29 u 32

|| Clupea harengus || || HER/3D25.; HER/3D26.; HER/3D27.; HER/3D28.2; HER/3D29.; HER/3D32.

Id-Danimarka || 3 157 || ||

Il-Ġermanja || 837 || ||

L-Estonja || 16 122 || ||

Il-Finlandja || 31 469 || ||

Il-Latvja || 3 979 || ||

Il-Litwanja || 4 189 || ||

Il-Polonja || 35 752 || ||

L-Isvezja || 47 995 || ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 143 500 || ||

|| || ||

It-TAC || Mhux rilevanti || TAC analitika

Speċi: || Aringa || || Żona: || is-Suddiviżjoni 28.1

|| Clupea harengus || || HER/03D.RG || || ||

L-Estonja || 14 186 || ||

Il-Latvja || 16 534 || ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 30 720 || ||

|| || ||

It-TAC || 30 720 || || TAC analitika

|| || ||

Speċi || Bakkaljaw || Żona: || l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 25-32

|| Gadus morhua || || COD/3D25.; COD/3D26.; COD/3D27.; COD/3D28.; COD/3D29.; COD/3D30.; COD/3D31.; COD/3D32.

Id-Danimarka || 15 147 || ||

Il-Ġermanja || 6 025 || ||

L-Estonja || 1 476 || ||

Il-Finlandja || 1 159 || ||

Il-Latvja || 5 632 || ||

Il-Litwanja || 3 710 || ||

Il-Polonja || 17 440 || ||

L-Isvezja || 15 345 ||   ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 65 934 || ||

|| || ||

It-TAC || Mhux rilevanti || TAC analitika

|| || ||

Speċi: || Bakkaljaw || || Żona: || is-Suddiviżjonijiet 22*24 ||

|| Gadus morhua || || COD/3B23.; COD/3C22.; COD/3D24.

Id-Danimarka || 7 436 || ||

Il-Ġermanja || 3 636 || ||

L-Estonja || 165 || ||

Il-Finlandja || 146 || ||

Il-Latvja || 615 || ||

Il-Litwanja || 399 || ||

Il-Polonja || 1 990 || ||

L-Isvezja || 2 650 || ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 17 037 || ||

|| || ||

It-TAC || 17 037 || || TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

|| || ||

Speċi: || Barbun tat-tbajja’ || || Żona: || l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32 ||

|| Pleuronectes platessa || || PLE/3B23.; PLE/3C22.; PLE/3D24.; PLE/3D25.; PLE/3D26.; PLE/3D27.; PLE/3D28.; PLE/3D29.; PLE/3D30.; PLE/3D31.; PLE/3D32.

Id-Danimarka || 2 151 || ||

Il-Ġermanja || 239 || ||

Il-Polonja || 450 || ||

L-Isvezja || 162 || ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 3 002 || ||

|| || ||

It-TAC || 3 002 || || TAC ta’ Prekawzjoni

Speċi: || Salamun tal-Atlantiku || Żona: || l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22*31

|| Salmo salar || || SAL/3B23.; SAL/3C22.; SAL/3D24.; SAL/3D25.; SAL/3D26.; SAL/3D27.; SAL/3D28.; SAL/3D29.; SAL/3D30.; SAL/3D31.

Id-Danimarka || 22 467 || (1) ||

Il-Ġermanja || 2 500 || (1) ||

L-Estonja || 2 283 || (1) ||

Il-Finlandja || 28 015 || (1) ||

Il-Latvja || 14 290 || (1) ||

Il-Litwanja || 1 680 || (1) ||

Il-Polonja || 6 816 || (1) ||

L-Isvezja || 30 370 || (1) ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 108 421 || (1) ||

|| || ||

It-TAC || Mhux rilevanti || TAC analitika L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax. L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

__________ || || ||

(1)           Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

Speċi: || Salamun tal-Atlantiku || Żona: || l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjoni 32

|| Salmo salar || || SAL/3D32. || || ||

L-Estonja || 744 || (1) ||

Il-Finlandja || 6 512 || (1) ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 7 256 || (1) ||

|| || ||

It-TAC || Mhux rilevanti || TAC ta’ Prekawzjoni

__________ || || ||

(1)           Espress fl-għadd ta’ ħut individwali.

Speċi: || Laċċa kaħla || || Żona: || l-ilmijiet tal-Unjoni tas-Suddiviżjonijiet 22-32 ||

|| Sprattus sprattus || || SPR/3B23.; SPR/3C22.; SPR/3D24.; SPR/3D25.; SPR/3D26.; SPR/3D27.; SPR/3D28.; SPR/3D29.; SPR/3D30.; SPR/3D31.; SPR/3D32.

Id-Danimarka || 21 909 || (1) ||

Il-Ġermanja || 13 880 || (1) ||

L-Estonja || 25 441 || (1) ||

Il-Finlandja || 11 469 || (1) ||

Il-Latvja || 30 727 || (1) ||

Il-Litwanja || 11 115 || (1) ||

Il-Polonja || 65 207 || (1) ||

L-Isvezja || 42 354 || (1) ||

|| || ||

L-Unjoni Ewropea || 222 102 || ||

|| || ||

It-TAC || Mhux rilevanti || || TAC analitika

__________ (1)           Tal-inqas 92 % tal-ħut żbarkat li jingħadd mal-kwota jrid ikun ta’ laċċa kaħla. Il-qabdiet inċidentali ta’ aringi għandhom jingħaddu mat-8 % li jibqa’ tal-kwota (HER/*3BCDC).

ANNESS II LIMITI TAL-ISFORZ TAS-SAJD

1.           L-Istati Membri għandhom jallokaw id-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tagħhom u li jistadu bi xbieki tat-tkarkir, bit-tartaruni Daniżi jew irkaptu simili b’malji ta’ 90 mm jew ikbar, bl-għeżula, bi xbieki tat-tħabbil jew bil-pariti li għandhom malji ta’ 90 mm jew akbar, b’konzijiet tal-qiegħ, b’konzijiet ħlief il-konzijiet mitluqa, ix-xolfa tal-idejn u l-irkaptu tat-trejjix, li jkunu sa:

(a) 147 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 22-24, bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 sat-30 ta’ April meta japplika l-Artikolu 8(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007; kif ukoll

(b) 146 jum neqsin mill-port fis-Suddiviżjonijiet tal-ICES 25-28, bl-eċċezzjoni tal-perjodu mill-1 ta’ Lulju sal-31 ta’ Awwissu meta japplika l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1098/2007.

2.           L-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port kull sena li fihom bastiment jista' jkun preżenti fiż-żewġ żoni msemmija fil-punt 1(a) u (b) u jistad bl-irkaptu speċifikat fil-punt 1 ma jistax ikun ogħla mill-għadd massimu ta’ jiem nieqes mill-port allokat għal waħda minn dawn iż-żewġ żoni.

3.           B'deroga mill-punti 1 u 2, u fejn il-ġestjoni effiċjenti tal-opportunitajiet tas-sajd teħtieġ hekk, Stat Membru jista' jalloka d-dritt lill-bastimenti li jtajru l-bandiera tiegħu ta’ sajd għal għadd ta’ jiem addizzjonali neqsin mill-port fejn ammont ugwali ta’ jiem neqsin mill-port jitneħħa minn bastimenti oħrajn li jtajru l-bandiera tiegħu li jkunu soġġetti għal restrizzjoni tal-isforz fl-istess żona u fejn il-kapaċità, f'termini ta’ kW, ta’ kull bastiment donatur tkun daqs jew akbar minn dik tal-bastimenti riċevituri. L-għadd ta’ bastimenti riċevituri ma jistax jeċċedi l-10 % tal-għadd totali ta’ bastimenti tal-Istat Membru kkonċernat, kif indikat fil-punt 1.

[1]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni tas-Sajd (ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59).

[2]               Ir-Regolament (KE) Nru 1098/2007 tal-Kunsill tal-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali (ĠU L 248, 22.9.2007, p. 1)

[3]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, (ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1).

[4]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 tas-6 ta' Mejju 1996 li jintroduċi kondizzjonijiet addizzjonali għal tmexxija minn sena għal sena tat-TAC u l-kwoti (ĠU L 115, 9.5.1996, p. 3.)

[5]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 tal-21 ta’ Diċembru 2005 għall-konservazzjoni ta' riżorsi tas-sajd fl-ilmijiet tal-Baħar Baltiku, il-Belts u s-Sound (ĠU L 349, 31.12.2005, p. 1.)

Top