Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0560

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew

/* COM/2013/0560 final - 2013/0271 (COD) */

52013PC0560

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew /* COM/2013/0560 final - 2013/0271 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-kuntest tan-negozjati tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali l-ġdid għall-2014-2020, ċerti kwistjonijiet li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati għandhom jiġu indirizzati.

Għalhekk il-Kummissjoni Ewropea qed tipproponi li tipprovdi lil Franza, lill-Italja u lil Spanja EUR 100 miljun, EUR 30 miljun u EUR 20 miljun rispettivament bħala impenji addizzjonali għall-allokazzjonijiet tagħhom tal-FSE għall-2013. Madankollu, billi l-ammonti fir-Regolament huma espressi fi prezzijiet tal-2004, l-ammonti korrispondenti kkwotati fir-Regolament jammontaw għal EUR 126 miljun kif ġej: EUR 84 miljun għal Franza, EUR 17-il miljun għal Spanja u EUR 25 miljun għall-Italja.

Il-kumpens se jiġi pprovdut mill-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2013 u l-ammonti saru disponibbli permezz tal-istrument ta’ flessibbiltà.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Ma kienx hemm konsultazzjoni mal-partijiet interessati esterni

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Huwa propost li jiġi emendat l-Artikolu 18 dwar ir-riżorsi globali, l-Artikolu 19 dwar ir-riżorsi disponibbli għall-objettiv ta' Konverġenza, l-Artikolu 20 dwar ir-riżorsi disponibbli għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi u l-Artikolu 75 dwar l-impenji baġitarji. Huwa wkoll propost li jiġi emendat l-Anness I dwar l-analiżi annwali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u l-Anness II dwar il-kriterji u l-metodoloġija għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

B’kollox EUR 150 miljun se jkunu miżjuda mal-impenji tal-2013 għal Franza, l-Italja u Spanja biex jiġu allokati lill-FSE. 2013/0271 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Fil-kuntest tan-negozjati tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin mill-2014-2020, għandhom jiġu indirizzati ċerti kwistjonijiet li jirriżultaw mill-eżitu finali tan-negozjati.

(2)       Fil-Kunsill Ewropew tas-27 u t-28 ta' Ġunju 2013 tqies li għandha tinstab soluzzjoni baġitarja biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet għal dawk l-Istati Membri li ġew affettwati l-aktar, jiġifieri Franza, l-Italja u Spanja.

(3)       Meta titqies il-kriżi ekonomika attwali, sabiex tissaħħaħ il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali tal-Unjoni, u bħala kontribut għall-isforz speċjali meħtieġ għall-indirizzar tas-sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u tal-faqar u l-esklużjoni soċjali f’dawn l-Istati Membri, l-allokazzjonijiet tal-Fond Soċjali Ewropew għal dawk it-tliet Stati Membri għas-sena 2013 għandhom jiżdiedu.

(4)       Sabiex jiġu stabbiliti l-ammonti allokati lill-Istati Membri kkonċernati fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006[3], id-dispożizzjonijiet li jistabbilixxu r-riżorsi kumplessivi tal-Fondi għat-tliet objettivi li għalihom huma jikkontribwixxu u l-Anness II ta' dak ir-Regolament li jistabbilixxi l-kriterji u l-metodoloġija li jintużaw għall-analiżi annwali indikattiv tal-approprjazzjonijiet ta’ impenn mill-Istati Membri, għandhom jiġu aġġustati.

(5)       Biex tiġi żgurata l-effettività taż-żieda fl-appropjazzjonijiet ta' impenn għas-sena 2013 u biex tiġi ffaċilitata l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi, għandha titqies il-kapaċità ta’ assorbiment tal-Istati Membri kkonċernati għall-objettivi ta' Konverġenza u ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi tal-Fondi.

(6)       Sabiex jiġi pprovdut żmien biżżejjed biex il-programmi operattivi jibbenefikaw minn dawk l-allokazzjonijiet addizzjonali, huwa wkoll meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza għall-impenji baġitarji fir-rigward tal-programmi operattivi li għandhom jibbenefikaw mill-ammonti l-ġodda previsti fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006.

(7)       Minħabba li dawn l-approprjazzjonijiet ta’ impenn jirreferu għas-sena 2013, dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni ta’ urġenza.

(8)       Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 huwa emendat kif ġej:

(1) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a) fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu huwa sostiwit b’dan li ġej:

"Ir-riżorsi disponibbli għall-impenji mill-Fondi għall-perjodu bejn l-2007 u l-2013 għandhom ikunu EUR 308 542 551 107 bil-prezzijiet tal-2004, skont l-analiżi annwali li tidher fl-Anness I."

(b) il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej:

‘3. L-ammonti msemmija fil-paragrafi 12 sa 30 u 32 fl-Anness II jiġu inklużi fl-ammonti msemmija fl-Artikoli 19, 20 u 21 u jiġu identifikati b'mod ċar fid-dokumenti ta' programmazzjoni."

(2) L-Artikoli 19 u 20 huma sostitwiti b’dan li ġej:

“Artikolu 19

Riżorsi għall-objettiv ta' Konverġenza

Ir-riżorsi globali għall-objettiv ta' Konverġenza jammontaw għal 81,53 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 251 543 760 146) u jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

(a) 70,50 % (jiġifieri total ta' EUR 177 338 880 991) għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 5(1), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta' qgħad bħala l-kriterji għall-kalkolu tal-analiżi indikattiva skont l-Istat Membru;

(b) 4,98 % (jiġifieri total ta' EUR 12 521 289 405) għas-sostenn transizzjonali u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(1), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta' qgħad bħala l-kriterji għall-kalkolu tal-analiżi indikattiva skont l-Istat Membru;

(c) 23,23 % (jiġifieri total ta' EUR 58 433 589 750) għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 5(2), bl-użu tal-popolazzjoni, il-prosperità nazzjonali, u l-erja tas-superfiċje bħala l-kriterji għall-kalkolu tal-analiżi indikattiva skont l-Istat Membru;

(d) 1,29 % (jiġifieri total ta' EUR 3 250 000 000) għas-sostenn tranżizzjonali u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(3).

Artikolu 20

Riżorsi għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi

Ir-riżorsi globali għall-objettiv ta' Kompetittività Reġjonali u l-Impjiegi jammontaw għal 15,96 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri total ta' EUR 49 239 337 841) u għandhom jitqassmu bejn il-komponenti differenti kif ġej:

(a) 78,91 % (jiġifieri total ta' EUR 38 854 031 211) għall-finanzjament imsemmi fl-Artikolu 6, bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, ir-rata ta' qgħad, ir-rata ta' impjiegi u d-densità tal-popolazzjoni bħala l-kriterji għall-kalkolu tal-analiżi indikattiva skont l-Istat Membru; u

(b) 21,09 % (jiġifieri total ta' EUR 10 385 306 630) għas-sostenn transizzjonali u speċifiku msemmi fl-Artikolu 8(2), bl-użu tal-popolazzjoni eliġibbli, il-prosperità reġjonali, il-prosperità nazzjonali u r-rata ta' qgħad bħala l-kriterji għall-kalkolu tal-analiżi indikattiva skont l-Istat Membru."

(3) Fl-Artikolu 21(1), is-sentenza tal-bidu hija sostitwita b'dan li ġej:

"Ir-riżorsi globali għall-objettiv ta' Koperazzjoni Territorjali Ewropea jammontaw għal 2,51 % tar-riżorsi msemmija fl-Artikolu 18(1) (jiġifieri totali ta' EUR 7 759 453 120) u, eskluż l-ammont imsemmi fil-paragrafu 22 tal-Anness II, jiġu distribwiti bejn il-komponenti differenti kif ġej:"

(4) Fl-Artikolu 75, jiddaħħal il-paragrafu 1b li ġej:

"1b. B’deroga mill-paragrafu 1, impenji baġitarji għall-ammonti msemmija fil-paragrafu 32 tal-Anness II isiru sat-30 ta' Ġunju 2014.”

(5) L-Anness I huwa sostitwit b'dan li ġej:

“ANNESS I

 Analiżi annwali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-2007 sal-2013

(imsemmija fl-Artikolu 18)

(EUR, prezzijiet tal-2004)

2007 || 2008 || 2009 || 2010 || 2011 || 2012 || 2013

42 863 000 000 || 43 318 000 000 || 43 862 000 000 || 43 860 000 000 || 44 073 000 000 || 44 723 000 000 || 45 843 551 107

(6) Fl-Anness II, jiżdied il-paragrafu li ġej:

“32. Għas-sena 2013, pakkett addizzjonali ta’ EUR 125 513 290 taħt l-FSE se jiġi allokat kif ġej: EUR 83 675 527 se jkunu allokati lil Franza, EUR 25 102 658 se jkunu allokati lill-Italja u EUR 16 735 105 se jkunu allokati lil Spanja.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.         QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

            1.1.      Titolu tal-proposta/inizjattiva

            1.2.      Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB

            1.3.      Natura tal-proposta/inizjattiva

            1.4.      Għan(ijiet)

            1.5.      Bażi għall-proposta/inizjattiva

            1.6.      Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

            1.7.      Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.         MIŻURI TA’ ĠESTJONI

            2.1.      Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

            2.2.      Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

            2.3.      Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.         IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

            3.1.      Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

            3.2.      Impatt stmat fuq in-nefqa

            3.2.1.   Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

            3.2.2.   Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

            3.2.3.   Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

            3.2.4.   Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa

            3.2.5.   Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

            3.3.      Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar l-allokazzjonijiet finanzjarji ta’ ċerti Stati Membri mill-Fond Soċjali Ewropew

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernata/i fl-istruttura ABM/ABB[4]

Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03

Impjiegi u Affarijiet Soċjali; Attività ABB 04.02

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[5]

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i 

Għan speċifiku Nru

Attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

1.4.4.     L-indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

1.5.        Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit/i li jrid/u jiġi/u ssodisfat/i fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Sitwazzjonijiet speċifiċi ta’ qgħad, b’mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u ta’ faqar u esklużjoni soċjali

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Il-proposta se ssaħħaħ l-approprjazzjonijiet eżistenti tal-FSE biex jiġu indirizzati r-rekwiżiti msemmija hawn fuq

1.5.3.     Lezzjonijiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat 

 M/A

1.5.4.     Kompatibilità u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħrajn

L-ammont addizzjonali se jsaħħaħ il-baġit attwali tal-FSE

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

xProposta/inizjattiva ta’ tul ta' żmien limitat

· x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tar-Regolament sad-data tal-adozzjoni tal-programmi

· x Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2017

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul taż-żmien mhux limitat

· Implimentazzjoni b'perjodu tal-bidu minn SSSS sa SSSS,

· segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Metodu(i) ta’ ġestjoni ppjanat(i)[6]

Għall-baġit tal-2013

¨ Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċentralizzata bid-delega tal-kompiti tal-implimentazzjoni lil:

· ¨  aġenziji eżekuttivi

· ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[7]

· ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

· ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

x Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma' organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

· Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

Mill-baġit tal-2014

¨ Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

· ¨ mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

· ¨  mill-aġenziji eżekuttivi;

x Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni indiretta permezz tad-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

· ¨ pajjiżi terzi jew lil korpi li jkunu nnominaw;

· ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (għandhom jiġu speċifikati);

· ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

· ¨ korpi msemmijin fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

· ¨ korpi tal-liġi pubblika;

· ¨ korpi rregolati b'liġi privata b'missjoni ta' servizz pubbliku sal-punt li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

· ¨ korpi rregolati mil-liġi privata ta' Stat Membru li huma inkarigati biex jimplimentaw sħubija pubblika privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji xierqa;

· ¨ persuni inkarigati biex jimplimentaw azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

· Jekk ikun indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima “Kummenti”.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

 Id-dispożizzjonijiet mir-Regolament 1083/2006 japplikaw

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i) Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

2.2.2.     Id-dispożizzjonijiet mir-Regolament 1083/2006 japplikaw Informazzjoni li tikkonċerna s-sistema ta' kontroll interna stabbilita: Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Id-dispożizzjonijiet mir-Regolament 1083/2006 japplikaw

2.2.3.     Stima tal-kostijiet u l-benefiċċji tal-kontrolli u l-valutazzjoni tal-livell mistenni tar-riskju ta' żball Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

Id-dispożizzjonijiet mir-Regolament 1083/2006 japplikaw

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Id-dispożizzjonijiet mir-Regolament 1083/2006 japplikaw

 

3.           IMPATT FINANZJARJU SMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i baġitarja/i tan-nefqa affettwata/i

· Linji baġitjarji eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitjarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

|| Diff./mhux diff. ([8]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[9] || mill-pajjiżi kandidati[10] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

1b ||  FSE – Konverġenza 04 02 17 || Diff. || LE || LE || LE || LE

1b || FSE - Kompetittività reġjonali 04 02 19 || Diff. || LE || LE || LE || LE

· Linji baġitarji ġodda mitluba: LE

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linji baġitjarji.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja baġitjarja || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru Intestatura || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 21(2)(b) tar-Regolament Finanzjarju

|| || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || || Intestatura 1b…………...……………………………………………………

DĠ: EMPL || || || Sena N[11] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operazzjonali (prezzijiet attwali) || || || || || || || ||

04 02 17 || Impenji || (1) || 16.7 || 0 || 0 || 0 || || || ||

Pagamenti || (2) || 0 || 0 || 8.35 || 8.35 || || || ||

04 02 19 || Impenji || (1a) || 133.3 || 0 || 0 || 0 || || || ||

Pagamenti || (2a) || 0 || 0 || 66.65 || 66.65 || || || ||

Approprjazzjonjiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[12] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || m.a || m.a || m.a || m.a || || || || m.a

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ EMPL || Impenji || =1+1a +3 || 150 || 0 || 0 || 0 || || || || 150

Pagamenti || =2+2a +3 || 0 || 0 || 0 || 150 || || || || 150

Minħabba r-regola ta’ pagamenti għall-Fondi Strutturali li tassenja l-applikazzjonijiet għall-pagamenti lill-ewwel impenji miftuħa, dawn l-impenji addizzjonali, li jżidu fuq il-finanzjament tal-aħħar ħlas parzjali tal-allokazzjoni 2007-2013, se jeħtieġu biss approprjazzjonijiet ta’ pagament addizzjonali fi stadju aktar tard.

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA … tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta / inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operazzjonali || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || 5 || "Nefqa amministrattiva"

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: EMPL ||

Ÿ Riżorsi umani || m.a || m.a || m.a || m.a || || || || m.a

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || m.a || m.a || m.a || m.a || || || || m.a

TOTAL DĠ || Approprjazzjonijiet || m.a || m.a || m.a || m.a || || || || m.a

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Pagamenti totali) || m.a || m.a || m.a || m.a || || || || m.a

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N[13] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || || || || || || || ||

Pagamenti || || || || || || || ||

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

· ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali

· x Il-proposta/inizjattiva tirrikjedi l-użu ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt: (ammonti addizzjonali mal-ammonti tar-Regolament 1083/2006)

Approprjazzonijiet ta’ impenn f’miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Indika għanijiet u riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip[14] || Kost medju || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Numru || Kost || Nru totali || Kost totali

L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[15] ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

L-GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 ... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

· x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

· ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N[16] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

Subtotal INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5[17] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || || || ||

Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || || ||

L-approprjazzjonijiet tar-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-approprjazzjonijiet tad-DĠ li diġà huma assenjati lill-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

· x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' riżorsi umani addizzjonali.

· ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

Stima li trid tiġi espressa f'unitajiet ekwivalenti għal full-time

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Ÿ Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u persunal temporanju) || ||

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || || || || || || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità Ekwivalenti għal Full Time: FTE)[18] ||

XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-“pakkett globali”) || || || || || || ||

XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

XX 01 04 yy[19] || - fil-Kwartieri Ġenerali || || || || || || ||

- Delegazzjonijiet || || || || || || ||

XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || || || ||

10 01 05 02 (CA, INT, SNE - Riċerka Diretta) || || || || || || ||

Linji baġitarji oħra (speċifika) || || || || || || ||

TOTAL || || || || || || ||

XX hija l-qasam ta’ politika jew titolu baġitjarju kkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u persunal temporanju ||

Persunal estern ||

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa

· ¨  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali ta' bħalissa.

· ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi l-ipprogrammar mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

Spjega l-ipprogrammar mill-ġdid meħtieġ, billi tispeċifika l-linji baġitarji kkonċernati u l-ammonti ekwivalenti.

· x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibiltà jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[20].

 Il-baġit tal-2013 jħalli marġini ta’ EUR 16,7 miljun taħt il-limitu tal-Intestatura 1b. Minħabba l-ispeċifiċità tal-ipprogrammar taħt l-intestatura 1b, id-differenza għandha tiġi mill-mobilizzazzjoni tal-istrument tal-flessibbiltà għal ammont ta’ EUR 133,3 miljun.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

· x Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdi l-ebda kofinanzjament minn partijiet terzi.

· Il-proposta/inizjattiva tipprovdi l-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

|| Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

· x Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul

· ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

¨         fuq ir-riżorsi proprji

¨         fuq id-dħul mixxellanju

miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja baġitarja tad-dħul: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja ta' bħalissa || L-impatt tal-proposta/inizjattiva[21]

Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || Daħħal kemm hemm bżonn snin biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

Artikolu …………. || || || || || || || ||

[1]               ĠU C , , p. .

[2]               ĠU C , , p. .

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

[4]               ABM: Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività – ABB: Ibbaġittjar Ibbażat fuq l-Attività.

[5]               Kif imsemmi fl-Artikolu 54(2)(a) jew (b) tar-Regoalment Finanzarju.

[6]               Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[7]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[8]               Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati / Mhux Diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[9]               EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[10]             Pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[11]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[12]             Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[13]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[14]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu fornuti (pereżempju: numru ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, numru ta' kilometri ta' toroq li nbnew, eċċ).

[15]             Kif deskritt fil-punt 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/ċi...”

[16]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[17]             Għajnuna u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[18]             CA= Persunal Kuntrattwali; LA = Persunal Lokali; SNE= Espert Nazzjonali Ssekondat; INT = persunal mill-aġenziji; JED= Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet).

[19]             Sublimitu għall-persunal estern kopert minn approprjazzjonijiet operazzjonali (ex-linji "BA").

[20]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali (għall-perjodu 2007-2013).

[21]             Fir-rigward ta’ riżorsi proprji tradizzjonali (dazji doganali, imposti fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati għandhom ikunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara tnaqqis ta’ 25% tal-ispejjeż tal-ġbir

Top