Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0534

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

/* COM/2013/0534 final - 2013/0255 (APP) */

52013PC0534

Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew /* COM/2013/0534 final - 2013/0255 (APP) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-prosekuzzjoni tar-reati kontra l-baġit tal-UE fil-preżent taqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri u ma teżisti l-ebda awtorità tal-Unjoni f’dan il-qasam. Filwaqt li d-dannu potenzjali tagħhom huwa sinifikanti ħafna, dawn ir-reati mhux dejjem jiġu investigati u ssir prosekuzzjoni tagħhom mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti, billi r-riżorsi għall-infurzar tal-liġi huma limitati. Minħabba f’hekk, l-isforzi nazzjonali għall-infurzar tal-liġi ħafna drabi jibqgħu frammentati f’dan il-qasam u d-dimensjoni transfruntiera ta’ dawn ir-reati ġeneralment taħrab l-attenzjoni tal-awtoritajiet.

Filwaqt li l-indirizzar tal-każijiet ta’ frodi transfruntiera jeħtieġ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ikkoordinati mill-qrib u effettivi fuq livell Ewropew, il-livelli ta’ skambju ta’ informazzjoni u koordinazzjoni preżenti mhumiex suffiċjenti sabiex jintlaħaq dan, minkejja l-isforzi intensifikati ta’ korpi tal-Unjoni, bħall-Eurojust, l-Europol u l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF). Il-koordinazzjoni, il-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni jiffaċċaw diversi problemi u limitazzjonijiet dovuti għal qsim tar-responsabbiltajiet bejn awtoritajiet li jappartjenu għal ġurisdizzjonijiet territorjali u funzjonali differenti. Il-lakuni fl-azzjoni ġudizzjarja għall-ġlieda kontra l-frodi jseħħu ta’ kuljum f’livelli differenti u bejn awtoritajiet differenti u huma xkiel ewlieni għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-Eurojust u l-Europol għandhom mandat ġenerali biex jiffaċilitaw l-iskambju tal-informazzjoni u jikkoordinaw l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali nazzjonali, iżda ma għandhomx is-setgħa biex iwettqu atti ta’ investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni huma nfushom. L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) għandu mandat sabiex jinvestiga frodi u attivitajiet illegali li jaffettwaw lill-UE, iżda s-setgħat tiegħu huma limitati għal investigazzjonijiet amministrattivi. L-azzjoni mill-awtoritajiet ġudizzjarji nazzjonali ħafna drabi għadha bil-mod, ir-rati ta’ prosekuzzjoni bħala medja għadhom baxxi u r-riżultati miksuba fl-Istati Membri differenti fuq l-Unjoni kollha kemm hi għadhom mhumiex ugwali. Abbażi ta’ dan ir-rekord, l-azzjoni ġudizzjarja meħuda mill-Istati Membri kontra l-frodi, attwalment ma tistax titqies bħala effettiva, ekwivalenti u deterrenti kif meħtieġa skont it-Trattat.

Billi l-awtoritajiet ta’ investigazzjoni kriminali u prosekuzzjoni tal-Istati Membri fil-preżent ma jistgħux jiksbu livell ekwivalenti ta’ protezzjoni u infurzar, l-Unjoni mhux biss għandha l-kompetenza iżda wkoll l-obbligu li taġixxi. L-Artikolu 325 tat-Trattat jitlob dan minn perspettiva legali, iżda meta wieħed jikkunsidra r-regoli speċifiċi tal-Unjoni li japplikaw f’dan il-qasam, l-Unjoni tinsab fl-aħjar pożizzjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji proprji tagħha, inkluż permezz tal-prosekuzzjoni ta’ reati kontra dawn l-interessi. L-Artikolu 86 tat-Trattat jipprovdi l-bażi legali neċessarja għal tali sistema ġdida ta’ prosekuzzjoni fil-livell tal-Unjoni, li l-għan tagħha huwa li tikkoreġi n-nuqqasijiet tas-sistema ta’ infurzar preżenti bbażata esklussivament fuq l-isforzi nazzjonali u li żżid il-konsistenza u l-koordinazzjoni għal dawn l-isforzi.

Din il-proposta tfittex li tistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u tiddefinixxi l-kompetenzi u l-proċeduri tiegħu. Hija tikkumplimenta proposta leġiżlattiva preċedenti[1] li tiddefinixxi r-reati kriminali kif ukoll is-sanzjonijiet applikabbli.

Din il-proposta hija parti minn pakkett leġiżlattiv billi hija se tkun akkumpanjata minn proposta li tirrigwarda r-riforma tal-Eurojust.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Biex tipprepara dan ir-Regolament, il-Kummissjoni kkonsultat b’mod estensiv mal-partijiet interessati, f’numru ta’ okkażjonijiet, filwaqt li bbażat ukoll fuq diskussjonijiet preċedenti relatati mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li ilhom għaddejjin għal aktar minn għaxar snin.[2] Il-konsultazzjonijiet preparatorji b’rabta mal-proposta preżenti ttrattaw il-kwistjonijiet prinċipali indirizzati f’dan ir-Regolament, inklużi diversi opzjonijiet fir-rigward tal-istruttura istituzzjonali, legali, organizzattiva u operattiva ta’ sistema Ewropea għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni tar-reati rilevanti.

Fil-bidu tal-2012, kienu ppubblikati u distribwiti online żewġ kwestjonarji, wieħed għall-professjonisti tal-ġustizzja u ieħor għall-pubbliku ġenerali, rispettivament. B’mod ġenerali, ir-risposti kienu favur li jittieħdu azzjonijiet ġodda sabiex jissaħħaħ il-qafas materjali u proċedurali sabiex jiġu miġġielda r-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE, u ħafna esprimew ukoll appoġġ għall-idea li jitwaqqaf Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Kienu espressi wkoll numru ta’ suġġerimenti, preokkupazzjonijiet u mistoqsijiet aktar dettaljati, b’mod partikolari dwar ir-relazzjoni bejn dan l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali tal-prosekuzzjoni, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex imexxi u jikkoordina l-investigazzjonijiet fuq livell nazzjonali, jew id-diffikultajiet li jista’ jkun hemm bi kwalunkwe regola ta’ proċedura armonizzata Ewropea fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. B’mod parallel, saret riċerka fuq il-post f’numru ta’ Stati Membri, bħala parti mill-istudju estern b’appoġġ għal dan ir-rapport. Barra minn hekk, matul l-2012 u fil-bidu tal-2013, saru numru ta’ diskussjonijiet jew laqgħat fuq livell Ewropew:

· In-netwerk ta’ Prosekuturi Pubbliċi jew istituzzjonijiet ekwivalenti fil-Qrati Ġudizzjarji Supremi tal-Istati Membri, Budapest, 25-26 ta’ Mejju 2012.

· Konferenza: Pjan ta’ Azzjoni għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew? Il-Lussemburgu, 13-15 ta’ Ġunju 2012. Il-konferenza laqqgħet flimkien esperti u rappreżentanti ta’ livell għoli mis-settur akkademiku, l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri.

· Il-laqgħa ta’ konsultazzjoni tal-Viċi President Reding mal-Prosekuturi Ġenerali u d-Diretturi tal-Prosekuzzjoni Pubblika mill-Istati Membri, Brussell, 26 ta’ Ġunju 2012. Din il-laqgħa ppermettiet diskussjoni miftuħa dwar kwistjonijiet speċifiċi li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

· Fit-18 ta’ Ottubru 2012, il-Kummissjoni organizzat laqgħa ta’ konsultazzjoni dwar kwistjonijiet relatati ma’ riforma possibbli tal-Eurojust, li fiha kienu diskussi wkoll mistoqsijiet relatati mat-twaqqif ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma’ rappreżentanti tal-Istati Membri. Il-laqgħa b’mod ġenerali appoġġjat l-istabbiliment ta’ rabta mill-qrib bejn il-Eurojust u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

· L-Għaxar Konferenza tal-Prosekuturi tal-Frodi tal-OLAF, Berlin, it-8 u d-9 ta’ Novembru 2012, kienet opportunità sabiex jiġu esplorati l-modi li bihom il-prosekuturi nazzjonali jinteraġixxu mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jekk dan jiġi stabbilit.

· Il-konsultazzjoni informali li saret fis-26 ta’ Novembru 2012 mal-avukati tad-difiża (CCBE u ECBA) ħarset lejn is-salvagwardji proċedurali għall-persuni suspettati u għamlet rakkomandazzjonijiet siewja f’dak ir-rigward.

· Is-Seminar tal-ERA "Lejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE)" ("Towards the European Public Prosecutor's Office (EPPO)"), is-17 u t-18 ta’ Jannar 2013.

· Laqgħa tal-Grupp ta’ Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Politika Kriminali Ewropea, Brussell, 23 ta’ Jannar 2013.

· Laqgħa ta’ aktar konsultazzjoni mal-ECBA u s-CCBE, Brussell, id-9 ta’ April 2013.

Barra minn hekk, saru diversi laqgħat ta’ konsultazzjoni bilaterali mal-awtoritajiet tal-Istati Membri matul it-tieni nofs tal-2012 u l-bidu tal-2013.

Il-Kummissjoni wettqet Valutazzjoni tal-Impatt tal-alternattivi ta’ politika li qieset fost l-oħrajn studju estern (Kuntratt speċifiku Nru JUST/2011/JPEN/FW/0030.A4) li kkunsidra diversi opzjonijiet li jinvolvu t-twaqqif ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Skont l-analiżi tal-Valutazzjoni tal-Impatt, it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala uffiċċju integrat deċentralizzat tal-Unjoni, li jistrieħ fuq is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali, joffri l-aktar benefiċċji u jiġġenera l-inqas spejjeż.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

3.1.        Il-bażi legali

Il-bażi legali tal-proposta hija l-Artikolu 86 tat-Trattat. Skont l-ewwel paragrafu ta’ dik id-dispożizzjoni, “Sabiex jiġġieled ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-Kunsill, li jaġixxi permezz ta’ regolamenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva speċjali, jista’ jistabbilixxi Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Eurojust. Il-Kunsill għandu jaġixxi b’mod unanimu wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew”. It-tieni paragrafu ta’ dik id-dispożizzjoni jiddefinixxi r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kif ġej: “L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun kompetenti għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq għall-ġustizzja, fejn xieraq f’kollaborazzjoni mal-Europol, tal-awturi u l-kompliċi ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif determinat mir-regolament previst fil-paragrafu 1. Huwa għandu jwettaq il-funzjoni ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward ta’ dawn ir-reati”. Fl-aħħar nett, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 86 tat-Trattat jiddefinixxi l-kamp ta’ applikazzjoni sostantiv tar-regolamenti li għandhom jiġu adottati skontu: “Ir-regolamenti previsti fil-paragrafu 1 għandhom jiddeterminaw ir-regoli ġenerali applikabbli għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-kundizzjonijiet li jirregolaw it-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, ir-regoli ta’ proċedura applikabbli għall-attivitajiet tiegħu, kif ukoll dawk li jirregolaw l-Ammissibilità tal-provi, u r-regoli applikabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-miżuri proċedurali meħuda minnu fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu”.

3.2.        Sussidjarjetà u proporzjonalità

Hija meħtieġa azzjoni tal-Unjoni minħabba li l-azzjoni prevista għandha dimensjoni intrinsika Ewropea. Dan jimplika tmexxija u koordinazzjoni fuq livell tal-Unjoni, tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tar-reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji proprji tagħha, li l-protezzjoni tagħhom hija meħtieġa kemm mill-Unjoni kif ukoll mill-Istati Membri bl-Artikoli 310 (6) u 325 TFUE. Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, dan l-objettiv jista’ jintlaħaq biss fuq livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tiegħu. Kif intqal aktar ’il fuq, is-sitwazzjoni preżenti, fejn il-prosekuzzjoni tar-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni hija għal kollox f’idejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, mhijiex sodisfaċenti u ma tilħaqx biżżejjed l-għan li jiġu miġġielda b’mod effettiv ir-reati li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni.

Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħaq dan l-objettiv. Matul it-test propost, l-opzjonijiet magħżula huma dawk li l-anqas jinterferixxu mal-ordnijiet legali u l-istrutturi istituzzjonali tal-Istati Membri. L-elementi prinċipali tal-proposta, bħall-għażla tal-liġi li tapplika għall-miżuri investigattivi, il-figura tal-Prosekuturi Delegati, il-karattru deċentralizzat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u s-sistema tar-reviżjoni ġudizzjarja, ġew imfassla sabiex ma jmorrux lil hinn minn dak li kien meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet prinċipali tal-proposta.

Il-kompetenza tal-Unjoni sabiex tiġġieled il-frodi u reati oħra li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tagħha hija stipulata b’mod ċar mill-Artikoli 86 u 325 tat-Trattat. Billi din il-kompetenza tal-Unjoni mhijiex subordinata għal dik tal-Istati Membri u l-eżerċizzju tagħha sar neċessarju sabiex tinkiseb protezzjoni aktar effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-pakkett propost jikkonforma mar-rekwiżit tas-sussidjarjetà.

3.3.        Spjegazzjoni tal-proposta skont il-kapitoli

L-għanijiet prinċipali tal-proposta huma:

· Li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ spazju ta’ ġustizzja, u li tkabbar il-fiduċja tan-negozji u taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta d-drittijiet fundamentali kollha minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

· Li tistabbilixxi sistema koerenti Ewropea għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

· Li tassigura investigazzjoni u prosekuzzjoni aktar effiċjenti u effettivi tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE.

· Li żżid in-numru ta’ prosekuzzjonijiet, li jwasslu għal aktar kundanni u l-irkupru ta’ fondi tal-Unjoni miksuba b’mod frodulenti.

· Li tassigura kooperazzjoni mill-qrib u skambju ta’ informazzjoni effettiv bejn l-awtoritajiet Ewropej u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali.

· Li żżid id-deterrenza għat-twettiq ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

3.3.1.     Kapitolu I: Suġġett u definizzjonijiet

Dan il-Kapitolu jistabbilixxi s-suġġett tar-Regolament, li huwa t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Barra minn hekk, huwa jiddefinixxi numru ta’ termini użati fit-test, bħall-“interessi finanzjarji tal-Unjoni”.

3.3.2.     Kapitolu II: Regoli ġenerali

Dan il-Kapitolu jirregola l-karatteristiċi fundamentali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-istatus u l-istruttura tiegħu bħala uffiċċju ġdid tal-Unjoni b’funzjonijiet investigattivi u ta’ prosekuzzjoni. B’dan il-mod, huwa jipprovdi regoli speċifiċi dwar il-ħatra u t-tneħħija tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u tad-Deputati tiegħu/tagħha u l-Prosekuturi Delegati Ewropej. Huwa jistabbilixxi wkoll il-prinċipji bażiċi tal-funzjonament tiegħu.

It-Taqsima 1 (Status, organizzazzjoni u struttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew) tispjega kif inhu organizzat l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u x’funzjonijiet se jiġu fdati lilu. It-test jipprovdi għall-istabbiliment ta’ korp ġdid tal-Unjoni b’personalità ġuridika u jistabbilixxi r-relazzjoni tiegħu mal-Eurojust. Fost il-kwalitajiet ewlenin tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, it-test jirreferi għall-indipendenza u r-responsabbiltà, li għandhom jiggarantixxu li huwa jkun jista’ jwettaq il-funzjonijiet tiegħu u juża s-setgħat tiegħu b’mod li jagħmlu immuni minn kwalunkwe influwenza mhux xierqa. It-test jiddeskrivi wkoll il-karatteristiċi prinċipali tal-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

It-Taqsima 2 (Ħatra u tneħħija tal-membri tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew) tipprovdi r-regoli applikabbli għall-proċedura tal-ħatra u t-tneħħija tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, id-Deputati tiegħu u l-persunal. Il-proċedura tal-ħatra għall-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija mfassla b’mod li jiggarantixxi l-indipendenza u r-responsabbiltà tiegħu lejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li l-proċedura għat-tneħħija tiegħu hija f’idejn il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Għall-Prosekuturi Delegati Ewropej, li se jiġu maħtura u mneħħija mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-proċedura tassigura l-integrazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-prosekuzzjoni nazzjonali.

It-Taqsima 3 (Prinċipji bażiċi) tiddeskrivi l-prinċipji legali ewlenin li għandhom jirregolaw l-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, fosthom il-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-proporzjonalità, il-liġi nazzjonali applikabbli għall-implimentazzjoni tar-Regolament, in-newtralità proċedurali, il-legalità u l-ħeffa tal-investigazzjonijiet, l-obbligu tal-Istati Membri li jassistu fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

It-Taqsima 4 (Kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew) tikkjarifika r-reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza materjali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dawn ir-reati għandhom jiġu definiti b’referenza għal-liġi nazzjonali li timplimenta l-liġi tal-Unjoni (id-Direttiva 2013/xx/UE). It-test jiddistingwi bejn żewġ kategoriji ta’ reati, li l-ewwel waħda minnhom taqa’ awtomatikament taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-Artikolu 12) u t-tieni kategorija (l-Artikolu 13) li teħtieġ li tiġi stabbilita l-kompetenza tiegħu meta jkun hemm ċerti rabtiet li jgħaqqdu ma’ reati tal-ewwel kategorija. It-Taqsima tiddeskrivi wkoll kif l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jeżerċita l-kompetenza tiegħu fuq dawn ir-reati.

3.3.3.     Kapitolu III: Regoli ta’ proċedura dwar l-investigazzjonijiet, il-prosekuzzjonijiet u l-proċedimenti bi proċess

Dan il-Kapitolu jkopri l-elementi essenzjali tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, inkluż dispożizzjonijiet dwar kif dawn għandhom jiġu kkontrollati mill-qrati nazzjonali, x’deċiżjonijiet jista’ jieħu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ladarba titlesta l-investigazzjoni, kif se jwettaq il-funzjonijiet tiegħu ta’ prosekuzzjoni u l-mod kif se jintużaw fil-qrati l-provi miġbura.

It-Taqsima 1 (Twettiq tal-investigazzjoni) tipprovdi r-regoli ġenerali li japplikaw għall-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, inklużi s-sorsi ta’ informazzjoni li jintużaw, kif jinbdew u jitwettqu l-investigazzjonijiet u kif l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jikseb aktar informazzjoni minn bażijiet tad-dejta jew dejta miġbura fuq talba tiegħu.

It-Taqsima 2 (Ipproċessar tal-informazzjoni) tispjega l-funzjonament tas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet.

It-Taqsima 3 (Miżuri ta’ investigazzjoni) tistabbilixxi t-tipi u l-kundizzjonijiet tal-miżuri ta’ investigazzjoni individwali li se jkun jista’ juża l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. It-test ma jirregolax fid-dettall kull waħda minn dawn il-miżuri iżda jitlob l-applikazzjoni tal-liġi nazzjonali.

It-Taqsima 4 (Tmiem tal-investigazzjoni u s-setgħat tal-prosekuzzjoni) tistipula t-tipi differenti ta’ deċiżjonijiet li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jieħu fit-tmiem tal-investigazzjoni, fosthom akkużi u twarrib ta’ każijiet.

It-Taqsima 5 (Ammissibilità tal-provi) tirregola l-ammissibilità tal-provi miġbura u ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fil-qrati tal-ġurijiet.

It-Taqsima 6 (Konfiska) tirregola d-disponiment tal-assi kkonfiskati mill-qrati nazzjonali b’riżultat tal-prosekuzzjoni mmexxija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.3.4.     Kapitolu IV: Salvagwardji proċedurali

Ir-regoli ta’ dan il-Kapitolu jipprovdu salvagwardji għall-persuni suspettati u persuni oħra involuti fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li jridu jikkonformaw mal-istandards rilevanti, b’mod partikolari l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-regoli jirreferu għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni (Direttivi dwar diversi drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali) fir-rigward ta’ ċerti drittijiet iżda jiddefinixxu wkoll b’mod awtonomu drittijiet oħra li għadhom ma ġewx irregolati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Fihom infushom, dawn ir-regoli jipprovdu saff addizzjonali ta’ protezzjoni meta mqabbla mal-liġi nazzjonali sabiex il-persuni suspettati u persuni oħra jkunu jistgħu jibbenefikaw direttament minn protezzjoni fil-livell tal-Unjoni.

3.3.5.     Kapitolu V: Stħarriġ ġudizzjarju

L-Artikolu 86(3) tat-Trattat jistabbilixxi li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu jiddetermina r-regoli applikabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-miżuri proċedurali meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Din il-possibbiltà tirrifletti n-natura speċifika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li hija differenti minn dik tal-korpi u l-aġenziji l-oħra kollha tal-Unjoni u teħtieġ regoli speċjali rigward l-istħarriġ ġudizzjarju.

L-Artikolu 86(2) tat-Trattat jitlob li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwettaq il-funzjonijiet tiegħu ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri. L-atti ta’ investigazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huma relatati mill-qrib ukoll ma’ prosekuzzjoni eventwali u se jistabbilixxu l-effetti tagħhom prinċipalment fl-ordnijiet legali tal-Istati Membri. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawn se jitwettqu wkoll mill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali li jaġixxu taħt l-istruzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u xi drabi wkoll wara li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni ta’ qorti nazzjonali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għalhekk huwa korp tal-Unjoni li l-azzjoni tiegħu se tkun rilevanti prinċipalment fl-ordnijiet legali nazzjonali. Għalhekk huwa xieraq li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti tiegħu ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni. Minħabba f’hekk, il-qrati nazzjonali għandhom ikunu fdati bl-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni kontestabbli kollha tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u l-qrati tal-Unjoni ma għandhomx ikunu direttament kompetenti fir-rigward ta’ dawk l-atti skont l-Artikoli 263, 265 u 268 tat-Trattat, billi tali atti ma għandhomx jitqiesu bħala atti ta’ uffiċċju tal-Unjoni għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju.

Skont l-Artikolu 267 tat-Trattat, il-qrati nazzjonali jistgħu jew, f’ċerti ċirkustanzi huma marbuta li jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja mistoqsijiet għal deċiżjonijiet preliminari dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni li jkunu rilevanti għall-istħarriġ ġudizzjarju ta’ atti ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dan jista ' jinkludi mistoqsijiet dwar l-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament. Billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jitqies bħala awtorità nazzjonali għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju, il-qrati nazzjonali se jkunu jistgħu jirreferu biss lill-Qorti tal-Ġustizzja, kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni li jirrigwardaw l-atti tiegħu. Il-proċedura għal deċiżjonijiet preliminari għalhekk se tassigura li dan ir-Regolament jiġi applikat b’mod uniformi madwar l-Unjoni kollha, filwaqt li l-validità tal-atti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tista’ tiġi kontestata quddiem il-qrati nazzjonali skont il-liġi nazzjonali.

3.3.6.     Kapitolu VI: Protezzjoni tad-dejta

Dan il-Kapitolu jipprovdi regoli li jirregolaw ir-reġim ta’ protezzjoni tad-dejta li fil-kuntest speċifiku tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jippartikularizzaw u jikkumplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni applikabbli għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-korpi tal-UE (b’mod partikolari r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta). Is-superviżjoni tal-ipproċessar kollu ta’ dejta personali fil-kuntest tal-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ġiet fdata f’idejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta (KEPD).

3.3.7.     Kapitolu VII: Dispożizzjonijiet finanzjarji u dwar il-persunal

Ir-regoli ta’ dan il-Kapitolu jirregolaw il-mod kif l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jimmaniġġa l-baġit u l-persunal tiegħu. Huma bbażati fuq il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni, jiġifieri għall-kwistjonijiet relatati mal-baġit, fuq ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, u għall-kwistjonijiet relatati mal-persunal, fuq ir-Regolament 31 (KEE), kif emendat.

3.3.8.     Kapitolu VIII: Dispożizzjonijiet dwar ir-relazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Dan il-Kapitolu jirregola r-relazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mal-istituzzjonijiet jew korpi oħra tal-Unjoni kif ukoll ma’ atturi oħra barra mill-Unjoni. Japplikaw regoli speċjali għar-relazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mal-Eurojust, minħabba r-rabtiet speċjali li jgħaqqduhom flimkien fil-qasam tal-attivitajiet operattivi, l-amministrazzjoni u l-ġestjoni.

3.3.9.     Kapitolu IX: Dispożizzjonijiet ġenerali

Dawn id-dispożizzjonijiet jindirizzaw kwistjonijiet istituzzjonali li jinħolqu mat-twaqqif ta’ kwalunkwe uffiċċju jew aġenzija tal-Unjoni. Huma ispirati prinċipalment mill-“Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati” iżda jqisu n-natura (ġudizzjarja) speċifika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Id-dispożizzjonijiet ikopru kwistjonijiet bħall-istatus legali u l-kundizzjonijiet operattivi, l-arranġamenti lingwistiċi, ir-rekwiżiti tat-trasparenza, ir-regoli dwar il-prevenzjoni tal-frodi, l-immaniġġjar tal-informazzjoni klassifikata, l-inkjesti amministrattivi u r-regoli dwar ir-responsabbiltà.

3.3.10.   Kapitolu X: Dispożizzjonijiet finali

Dawn id-dispożizzjonijiet jittrattaw l-implimentazzjoni tar-Regolament u jipprovdu għall-adozzjoni ta’ dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni, dispożizzjonijiet tranżitorji, regoli amministrattivi u d-dħul fis-seħħ.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Din il-proposta tfittex li tkun kosteffiċjenti għall-baġit tal-UE: parti mir-riżorsi attwali tal-OLAF se jintużaw għall-istabbiliment tal-kwartieri ġenerali ċentrali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li min-naħa tiegħu se jistrieħ fuq l-appoġġ amministrattiv tal-Eurojust.

Se jinħolqu spejjeż addizzjonali limitati b’rabta mal-pożizzjoni tal-Prosekuturi Delegati Ewropej li se jkunu qegħdin fl-Istati Membri u li se jkunu parti integrali mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Minħabba l-istatus doppju tagħhom bħala prosekuturi kemm tal-Unjoni kif ukoll nazzjonali, huma se jirċievu remunerazzjoni mill-baġit tal-UE u se jkunu koperti mir-Regolamenti tal-Persunal.

Billi l-fażi tat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew x’aktarx li se jieħu diversi snin, il-membri tal-persunal se jiġu trasferiti gradwalment mill-OLAF għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. In-numru ekwivalenti tal-persunal trasferit u l-krediti korrispondenti għall-finanzjament ta’ dan il-persunal se jitnaqqsu fit-tabella tal-persunal u l-baġit tal-OLAF. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibda jopera b’mod stabbli u komdu ladarba jintlaħqu l-livelli sħaħ tal-persunal. Il-livell sħiħ tal-persunal se jintlaħaq fl-2023 b’235 membru tal-persunal, li minnhom 180 kariga fit-tabella tal-persunal u 55 persunal estern. L-ispiża stmata għall-2023 b’dan il-livell ta’ persunal hija ta’ madwar EUR 35 miljun.

2013/0255 (APP)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-KUNSILL

dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 86 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,

Wara li kkonsulta lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta,

Filwaqt li jaġixxi skont proċedura leġiżlattiva speċjali,

Billi:

(1)       Kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jipproteġu l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kontra reati kriminali, li jiġġeneraw danni finanzjarji sinifikanti kull sena. Madankollu, dawn ir-reati fil-preżent mhumiex investigati u pproċessati b’mod suffiċjenti mill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti.

(2)       It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa previst mit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) fil-kuntest tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja.

(3)       It-Trattat jitlob b’mod espliċitu li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġi stabbilit mill-Eurojust, li jimplika li dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi rabtiet bejniethom.

(4)       It-Trattat jipprovdi li l-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa li jiġġieled reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

(5)       Skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà, il-ġlieda kontra r-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni tista’ tintlaħaq aħjar fil-livell tal-Unjoni minħabba l-iskala u l-effetti tagħha. Is-sitwazzjoni preżenti, fejn il-prosekuzzjoni tar-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni hija għal kollox f’idejn l-awtoritajiet tal-Istati Membri, ma tilħaqx dan l-objettiv b’mod suffiċjenti. Billi l-għanijiet ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ma jistgħux jintlaħqu mill-Istati Membri minħabba l-frammentazzjoni tal-prosekuzzjonijiet nazzjonali fil-qasam tar-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għalhekk, minħabba li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkollu l-kompetenza esklużiva għall-prosekuzzjoni ta’ dawn ir-reati, jistgħu jintlaħqu aħjar fuq livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.

(6)       Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jintlaħqu dawn l-għanijiet u jassigura li l-impatt tiegħu fuq l-ordnijiet legali u l-istrutturi istituzzjonali tal-Istati Membri jkun l-inqas intrużiv possibbli.

(7)       Il-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun li jinvestiga, iħarrek u jressaq għas-sentenza lill-awturi ta’ reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Dan jeħtieġ setgħat awtonomi ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni, fosthom l-abilità li jitwettqu investigazzjonijiet f’każijiet transfruntieri jew kumplessi.

(8)       L-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tippermetti wkoll teħid malajr u effiċjenti tad-deċiżjonijiet fit-twettiq tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kriminali, sew jekk jinvolvu Stat Membru wieħed jew diversi.

(9)       Bħala regola, l-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jitwettqu minn Prosekuturi Delegati Ewropej fl-Istati Membri. F’każijiet li jinvolvu diversi Stati Membri jew każijiet li jkunu ta’ kumplessità partikolari, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effiċjenti jistgħu jeħtieġu li l-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita wkoll is-setgħat tiegħu billi jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali.

(10)     Billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jingħata setgħat ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni, għandhom jiġu stabbiliti salvagwardji istituzzjonali sabiex jassiguraw l-indipendenza tiegħu kif ukoll ir-responsabbiltà tiegħu lejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni.

(11)     Ir-responsabbiltà stretta hija komplementari għall-indipendenza u s-setgħat mogħtija lilu b’dan ir-Regolament. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa kompletament responsabbli għat-twettiq tal-kompiti tiegħu bħala l-kap tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u bħala tali huwa jġorr responsabbiltà istituzzjonali ġenerali għall-attivitajiet tiegħu quddiem l-istituzzjonijiet tal-Unjoni. B’riżultat ta’ dan, kull waħda mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni tista’ tagħmel rikors għand il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb tat-tneħħija tiegħu/tagħha f'ċerti ċirkustanzi, inkluż f’każijiet ta’ mġiba ħażina serja. Din ir-responsabbiltà għandha tiġi kombinata ma’ reġim strett ta’ kontroll ġudizzjarju li bih l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ juża biss is-setgħat ġegħiela ta’ investigazzjoni soġġett għall-awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel u l-provi ppreżentati fil-qorti tal-ġurijiet għandhom ikunu soġġetti għal verifika minn dik il-qorti fir-rigward tal-konformità tagħhom mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(12)     Sabiex tkun assigurata l-konsistenza fl-azzjoni tiegħu u b’hekk protezzjoni ekwivalenti tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-istruttura organizzattiva tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tippermetti l-koordinazzjoni u t-tmexxija ċentrali tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet kollha li jaqgħu taħt il-kompetenza tiegħu. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għalhekk għandu jkollu struttura ċentrali fejn id-deċiżjonijiet jittieħdu mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(13)     Sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza u jiġu minimizzati l-ispejjeż, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jirrispetta l-prinċipju tad-deċentralizzazzjoni fejn fil-prinċipju għandu jdur fuq il-Prosekuturi Delegati Ewropej fl-Istati Membri sabiex iwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jibbaża fuq l-awtoritajiet nazzjonali, inklużi l-awtoritajiet tal-pulizija, b’mod partikolari għat-twettiq tal-miżuri ta’ forza. Skont il-prinċipju tal-kooperazzjoni leali, l-awtoritajiet nazzjonali kollha u l-korpi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Europol, il-Eurojust u l-OLAF, huma obbligati li jappoġġaw attivament l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kif ukoll li jikkooperaw miegħu bl-aktar mod sħiħ possibbli.

(14)     L-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jitwettqu taħt l-istruzzjoni u f’isem il-Prosekutur Pubbliku Ewropew mill-Prosekuturi Delegati Ewropej maħtura jew il-persunal nazzjonali tagħhom fl-Istati Membri. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u d-Deputati tiegħu għandhom ikollhom il-persunal neċessarju sabiex iwettqu l-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jitqies bħala indiviżibbli.

(15)     Il-proċedura għall-ħatra tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tassigura l-indipendenza tiegħu u l-leġittimità tiegħu għandha toħroġ mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni. Id-Deputati tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jinħatru bl-istess proċedura.

(16)     Il-proċedura għall-ħatra tal-Prosekuturi Delegati Ewropej għandha tassigura li dawn ikunu parti integrali mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u li huma jkunu integrati fuq livell kemm operattiv kif ukoll funzjonali fis-sistemi legali u l-istrutturi tal-prosekuzzjoni nazzjonali.

(17)     Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tikkostitwixxi l-bażi komuni għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-persuni suspettati fil-proċeduri kriminali matul il-fażijiet ta’ qabel il-proċess u tal-proċess. L-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom dejjem jitwettqu b’rispett sħiħ lejn dawk id-drittijiet.

(18)     L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom ikunu mmexxija mill-prinċipji tal-proporzjonalità, tal-imparzjalità u tal-ġustizzja lejn il-persuna suspettata. Dan jinkludi l-obbligu li tiġi mfittxa kull tip ta’ evidenza, kemm inkriminanti kif ukoll li tiskaġuna.

(19)     Huwa neċessarju li jiġu stabbiliti r-regoli ta’ proċedura applikabbli għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Billi jkun sproporzjonat li jiġu pprovduti dispożizzjonijiet dettaljati dwar it-twettiq tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tiegħu, dan ir-Regolament għandu jelenka biss il-miżuri ta’ investigazzjoni li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jkun jeħtieġ li juża u jħalli l-kwistjonijiet l-oħra, b’mod partikolari r-regoli relatati mat-twettiq tagħhom, għal-liġi nazzjonali.

(20)     Sabiex ikunu assigurati ċ-ċertezza legali u t-tolleranza żero lejn ir-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-attivitajiet ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom ikunu bbażati fuq il-prinċipju tal-prosekuzzjoni obbligatorja, fejn huwa għandu jibda investigazzjonijiet u, soġġett għal kundizzjonijiet oħra, itella’ l-qorti kull reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tiegħu.

(21)     Il-kamp ta’ applikazzjoni materjali tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun limitat għal reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Kwalunkwe estensjoni ta’ din il-kompetenza sabiex jiġu inklużi reati serji li jkollhom dimensjoni transfruntiera tkun teħtieġ deċiżjoni unanima tal-Kunsill Ewropew.

(22)     Ir-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ħafna drabi jkunu marbutin mill-qrib ma’ reati oħra. Fl-interess tal-effiċjenza proċedurali u sabiex jiġi evitat il-ksur possibbli tal-prinċipju ne bis in idem, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tkopri wkoll reati li skont il-liġi nazzjonali ma jkunux teknikament definiti bħala reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni meta l-fatti kostitwenti tagħhom ikunu identiċi u marbutin b’mod sħiħ ma’ dawk tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F’każijiet imħallta bħal dawn, fejn ir-reat li jaffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jkun preponderanti, il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tiġi eżerċitata wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat. Il-preponderanza għandha tiġi stabbilita fuq il-bażi ta’ kriterji bħall-impatt finanzjarju tar-reati għall-Unjoni, għall-baġits nazzjonali, in-numru ta’ vittmi jew ċirkustanzi oħra relatati mal-gravità tar-reati, jew il-pieni applikabbli.

(23)     Il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni għandha tieħu prijorità fuq il-pretensjonijiet nazzjonali ta’ ġurisdizzjoni sabiex hija tkun tista’ tassigura l-konsistenza u tipprovdi tmexxija tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet fil-livell tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ dawn ir-reati, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom jaġixxu biss fuq talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sakemm ma jkunux meħtieġa miżuri urġenti.

(24)     Billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jressaq il-prosekuzzjonijiet quddiem il-qrati nazzjonali, il-kompetenza tiegħu għandha tiġi definita b’referenza għal-liġi kriminali tal-Istati Membri, li tikkriminalizza atti jew ommissjonijiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tiddetermina l-pieni applikabbli billi timplimenta l-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, b’mod partikolari d-[Direttiva 2013/xx/UE[3]], fis-sistemi legali nazzjonali.

(25)     L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jeżerċita l-kompetenza tiegħu bl-aktar mod wiesa’ possibbli sabiex l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tiegħu jkunu jistgħu jestendu għal reati mwettqa barra mit-territorju tal-Istati Membri. L-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza għalhekk għandu jiġi allinjat mar-regoli skont id-[Direttiva 2013/xx/UE].

(26)     Billi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu kompetenza esklużiva sabiex jittratta r-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, l-investigazzjonijiet li jwettaq fit-territorju tal-Istati Membri għandhom jiġu faċilitati mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u l-korpi rilevanti tal-Unjoni, inklużi l-Eurojust, il-Europol u l-OLAF, mill-mument li reat issuspettat jiġi rrappurtat lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sakemm huwa jiddeċiedi jekk jiħux azzjoni legali jew inkella jwarrabx il-każ.

(27)     Sabiex jikkonformaw b’mod sħiħ mal-obbligu tagħhom li jinfurmaw lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew meta jiġi identifikat suspett ta’ reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tiegħu, l-awtoritajiet nazzjonali tal-Istati Membri kif ukoll l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom isegwu l-proċeduri eżistenti għar-rapportar u jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi għal evalwazzjoni preliminari tal-allegazzjonijiet irrappurtati lilhom. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni jistgħu jużaw l-OLAF għal dak il-għan.

(28)     Għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tar-reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni huwa essenzjali li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun jista’ jiġbor provi minn madwar l-Unjoni kollha billi juża sett komprensiv ta’ miżuri investigattivi, filwaqt li jżomm f’moħħu l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja għal ċerti miżuri investigattivi. Dawn il-miżuri għandhom ikunu disponibbli fir-rigward tar-reati li jaqgħu fi ħdan il-mandat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-finijiet tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tiegħu. Ladarba jiġu ordnati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti fuq talba tiegħu, huma għandhom jitwettqu skont il-liġi nazzjonali. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu aċċess għas-sorsi ta’ informazzjoni rilevanti kollha, inklużi reġistri pubbliċi u privati.

(29)     L-użu tal-miżuri investigattivi previsti minn dan ir-regolament għandu jikkonforma mal-kundizzjonijiet stipulati fih, fosthom il-ħtieġa li tinkiseb awtorizzazzjoni ġudizzjarja għal ċerti miżuri investigattivi ta’ forza. Miżuri investigattivi oħra jistgħu jkunu soġġetti għal awtorizzazzjoni ġudizzjarja jekk din tkun meħtieġa mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq il-miżura investigattiva. Ir-rekwiżiti ġenerali tal-proporzjonalità u l-ħtieġa għandhom japplikaw għall-ordinament tal-miżuri mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għall-awtorizzazzjoni tagħhom mill-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti skont dan ir-Regolament.

(30)     L-Artikolu 86 tat-Trattat jitlob li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwettaq il-funzjonijiet tal-prosekutur, li jinkludi t-teħid ta’ deċiżjonijiet dwar l-akkuża ta’ persuna suspettata u l-għażla tal-ġurisdizzjoni. Id-deċiżjoni dwar jekk il-persuna suspettata titpoġġiex taħt akkuża għandha tittieħed mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex ikun hemm politika komuni dwar il-prosekuzzjoni. Il-ġurisdizzjoni tal-proċess għandha tintgħażel mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew abbażi ta’ sett ta’ kriterji trasparenti.

(31)     Fid-dawl tal-prinċipju ta’ prosekuzzjoni obbligatorja, l-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew normalment għandhom iwasslu għal prosekuzzjoni fil-qrati nazzjonali kompetenti f’każijiet fejn ikun hemm provi solidi u l-ebda raġuni legali ma timpedixxi l-prosekuzzjoni. Fin-nuqqas ta’ dawn il-provi u meta ma jkun hemm l-ebda prospett qawwi li dawn il-provi jistgħu jiġu ppreżentati fil-proċess, il-każ jista’ jiġi mwarrab. Barra minn hekk, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jwarrab il-każ meta r-reat ikun wieħed minuri. Meta l-każ ma jiġix imwarrab għal dawn ir-raġunijiet iżda l-prosekuzzjoni ma tkunx iġġustifikata lanqas, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkollu l-possibbiltà li jipproponi tranżazzjoni lill-persuna suspettata, jekk dan ikun fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja. Ir-regoli applikabbli għat-tranżazzjonijiet, u dawk li japplikaw għall-kalkolu tal-multi li għandhom jiġu imposti, għandhom jiġu ċċarati fir-regoli amministrattivi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. L-għeluq ta’ każ permezz ta’ tranżazzjoni skont dan ir-Regolament ma għandux jaffettwa l-applikazzjoni ta’ miżuri amministrattivi mill-awtoritajiet kompetenti, sakemm dawk il-miżuri ma jkunux jirreferu għal pieni li jistgħu jiġu egwaljati ma’ pieni kriminali.

(32)     Il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-qorti tal-ġurijiet għandhom ikunu rikonoxxuti bħala provi ammissibbli, u għaldaqstant preżunti li jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit ta’ prova skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-qorti tal-ġurijiet, sakemm il-qorti tqishom li jirrispettaw il-ġustizzja tal-proċedura u d-drittijiet tad-difiża tal-persuna suspettata skont il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Il-qorti tal-ġurijiet ma tistax teskludi l-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala inammissibbli fuq il-bażi li l-kundizzjonijiet u r-regoli għall-ġbir ta’ dik it-tip ta’ evidenza jkunu differenti skont il-liġi nazzjonali applikabbli għaliha.

(33)     Dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa jitlob li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirrispetta, b’mod partikolari, id-dritt għal proċess ġust, id-drittijiet tad-difiża u l-preżunzjoni ta’ innoċenza, kif minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta. L-Artikolu 50 tal-Karta, li jipproteġi d-dritt li persuna ma tiġix ipproċessata jew ikkastigata darbtejn fi proċedimenti kriminali għall-istess reat (ne bis in idem), jassigura li ma jkun hemm l-ebda periklu doppju b’riżultat tal-prosekuzzjonijiet imressqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. L-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għalhekk għandhom jitwettqu f’konformità sħiħa ma’ dawn id-drittijiet u r-Regolament għandu jiġi applikat u interpretat kif meħtieġ f’dan ir-rigward.

(34)     L-Artikolu 82(2) tat-Trattat jippermetti lill-Unjoni li tistabbilixxi regoli minimi dwar id-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali, sabiex ikun assigurat li d-drittijiet tad-difiża u l-ġustizzja tal-proċedimenti jiġu rrispettati. Għalkemm l-Unjoni diġà stabbiliet acquis sinifikanti, xi wħud minn dawn id-drittijiet għadhom ma ġewx armonizzati skont il-liġi tal-Unjoni. Fir-rigward ta’ dawk id-drittijiet, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi regoli li jkunu japplikaw esklussivament għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament.

(35)     Id-drittijiet tad-difiża li diġà huma previsti fil-leġiżlazzjoni rilevanti tal-Unjoni, bħad-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali[4], id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali[5], u d-[Direttiva 2013/xx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxxx 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta’ komunikazzjoni mal-arrest], kif implimentati mil-liġi nazzjonali, għandhom japplikaw għall-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Kwalunkwe persuna suspettata li fir-rigward tagħha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibda investigazzjoni, għandha tibbenefika minnhom.

(36)     L-Artikolu 86(3) tat-Trattat jippermetti lil-leġiżlatur tal-Unjoni li jiddetermina r-regoli applikabbli għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-miżuri proċedurali meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu. Din il-kompetenza mogħtija lil-leġiżlatur tirrifletti n-natura speċifika tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li hija differenti minn dik tal-korpi u l-aġenziji l-oħra kollha tal-Unjoni u teħtieġ regoli speċjali rigward l-istħarriġ ġudizzjarju.

(37)     L-Artikolu 86(2) tat-Trattat jitlob li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwettaq il-funzjonijiet tiegħu ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri. L-atti mwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew matul l-investigazzjonijiet tiegħu huma relatati mill-qrib mal-prosekuzzjoni li tista’ tirriżulta minnhom u għandhom effetti fl-ordni legali tal-Istati Membri. Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet dawn se jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi li jaġixxu taħt l-istruzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, xi drabi wara li jkunu kisbu l-awtorizzazzjoni ta’ qorti nazzjonali. Għalhekk huwa xieraq li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni tiegħu. Għalhekk, il-qrati nazzjonali għandhom jiġu fdati bl-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti kollha ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jistgħu jiġu kkontestati, u l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandux ikollha kompetenza diretta fir-rigward ta’ dawk l-atti skont l-Artikoli 263, 265 u 268 tat-Trattat, billi tali atti ma għandhomx jitqiesu bħala atti ta’ korp tal-Unjoni għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju.

(38)     Skont l-Artikolu 267 tat-Trattat, il-qrati nazzjonali jistgħu jew, f’ċerti ċirkostanzi, huma marbuta li jirreferu lill-Qorti tal-Ġustizzja mistoqsijiet għal deċiżjonijiet preliminari dwar l-interpretazzjoni jew il-validità ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni, fosthom dan ir-Regolament, li jkunu rilevanti għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-atti ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-qrati nazzjonali ma għandhomx ikunu jistgħu jirreferu kwistjonijiet dwar il-validità tal-atti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-Qorti tal-Ġustizzja, billi dawk l-atti ma għandhomx jitqiesu bħala atti ta’ korp tal-Unjoni għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju.

(39)     Għandu jiġi kkjarifikat ukoll li kwistjonijiet li jirrigwardaw l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li saru applikabbli permezz ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu ttrattati mill-qrati nazzjonali waħedhom. Għalhekk, dawk il-qrati ma jistgħux jirreferu kwistjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja relatati mal-interpretazzjoni tal-liġi nazzjonali li jirreferi għaliha dan ir-Regolament.

(40)     Billi t-Trattat jistipula li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jiġi stabbilit mill-Eurojust, dawn għandhom jeżistu flimkien b’mod organiku, operattiv u amministrattiv, u jikkooperaw u jikkumplimentaw lil xulxin.

(41)     L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jaħdem mill-qrib ukoll ma’ istituzzjonijiet u aġenziji oħra tal-Unjoni sabiex jiffaċilita t-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu skont dan ir-Regolament u jistabbilixxi, fejn ikun meħtieġ, arranġamenti formali dwar regoli dettaljati relatati mal-iskambju tal-informazzjoni u l-kooperazzjoni. Il-kooperazzjoni mal-Europol u l-OLAF għandha tkun ta’ importanza partikolari sabiex tiġi evitata d-duplikazzjoni u biex l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun jista’ jikseb l-informazzjoni rilevanti li huma jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom kif ukoll biex juża l-analiżi tagħhom f’investigazzjonijiet speċifiċi.

(42)     Ir-Regolament (KE) 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dak id-dejta[6] japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali li jitwettaq mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dan jirrigwarda l-ipproċessar ta’ dejta personali fil-qafas tal-għanijiet u l-kompiti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, dejta personali relatata mal-membri tal-persunal kif ukoll dejta personali amministrattiva fil-pussess tiegħu. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jimmonitorja l-ipproċessar tad-dejta personali mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Meta jkun meħtieġ, il-prinċipji stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandhom jiġu partikolarizzati u kumplimentati fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali operattiva mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jittrasferixxi dejta personali operattiva lil awtorità ta’ pajjiż terz jew lil organizzazzjoni internazzjonali jew lill-Interpol bis-saħħa ta’ ftehim internazzjonali konkluż skont l-Artikolu 218 tat-Trattat, is-salvagwardji adegwati msemmija fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi għandhom jassiguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta jiġu rrispettati.

(43)     Id-[Direttiva 2013/xx/UE dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta] tapplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta’ pieni kriminali.

(44)     Is-sistema tal-ipproċessar tad-dejta tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tibni fuq is-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet tal-Eurojust, iżda l-fajls ta’ ħidma temporanji tiegħu għandhom jitqiesu bħala fajls ta’ każ mill-mument li tinbeda investigazzjoni.

(45)     Ir-reġim finanzjarju, baġitarju u tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jsegwi l-istandards rilevanti tal-Unjoni applikabbli għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[7], b’kont meħud, madankollu, tal-fatt li l-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex iwettaq investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fuq livell tal-Unjoni, hija unika. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun soġġett għal obbligu ta’ rapportar annwali.

(46)     Ir-regoli ġenerali tat-trasparenza applikabbli għall-aġenziji tal-Unjoni għandhom japplikaw ukoll għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iżda fir-rigward biss tal-kompiti amministrattivi tiegħu sabiex ma jiġi ppreġudikat bl-ebda mod ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità fil-ħidma operattiva tiegħu. Bl-istess mod, l-inkjesti amministrattivi mwettqa mill-Ombudsman Ewropew għandhom jirrispettaw ir-rekwiżit tal-kunfidenzjalità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

(47)     Skont l-Artikolu 3 tal-Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, dawk l-Istati Membri nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li [ma jipparteċipawx] fl-adozzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

(48)     Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qiegħda tipparteċipa fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta minnu jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(49)     Ir-Rappreżentanti tal-Istati Membri, li ltaqgħu f’livell ta’ Kap ta’ Stat jew tal-Gvern fi Brussell fit-13 ta’ Diċembru 2003 iddeterminaw is-sede tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU I SUĠĠETT U DEFINIZZJONIJIET

Artikolu 1 Suġġett

Dan ir-Regolament iwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (UPPE) u jistabbilixxi r-regoli dwar il-funzjonament tiegħu.

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

a)           "persuna" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika;

b)           "reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni" tfisser ir-reati previsti fid-Direttiva 2013/xx/UE, kif implimentati mil-liġi nazzjonali;

c)           "interessi finanzjarji tal-Unjoni" tfisser id-dħul, l-infiq u l-assi kollha koperti minn, akkwiżiti permezz, jew dovuti lill-baġit tal-Unjoni u lill-baġits tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji stabbiliti skont it-Trattati u l-baġits immaniġġjati u mmonitorjati minnhom;

d)           "dejta personali amministrattiva" tfisser id-dejta personali kollha pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għajr id-dejta personali operattiva;

e)           "dejta personali operattiva" tfisser id-dejta personali kollha pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 37.

KAPITOLU II REGOLI ĠENERALI

Taqsima 1 Status, organizzazzjoni u struttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Artikolu 3 Stabbiliment

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa stabbilit bħala korp tal-Unjoni bi struttura deċentralizzata.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jkollu personalità ġuridika.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkoopera mal-Eurojust u jistrieħ fuq l-appoġġ amministrattiv tagħha skont l-Artikolu 57.

Artikolu 4 Kompiti

1.           Il-kompitu tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun dak li jiġġieled reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun responsabbli għall-investigazzjoni, il-prosekuzzjoni u t-tressiq għall-ġustizzja tal-awturi ta’, u l-kompliċi fir-reati kriminali msemmija fil-paragrafu 1. F’dak ir-rigward, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jmexxi u jissorvelja l-investigazzjonijiet, u jwettaq atti ta’ investigazzjoni, fosthom it-twarrib tal-każ.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwettaq il-funzjonijiet ta’ prosekutur fil-qrati kompetenti tal-Istati Membri fir-rigward tar-reati msemmija fil-paragrafu 1, inkluża l-preżentazzjoni tal-akkuża u kwalunkwe appell sad-disponiment finali tal-każ.

Artikolu 5 Indipendenza u responsabbiltà

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun indipendenti.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, inkluż il-Prosekutur Pubbliku Ewropew, id-Deputati tiegħu u l-persunal, il-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal nazzjonali tagħhom, ma għandhom ifittxu jew jieħdu struzzjonijiet mingħand l-ebda persuna, Stat Membru jew istituzzjoni, korp, uffiċċju jew aġenzija fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom. L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni u l-Istati Membri jirrispettaw l-indipendenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u ma għandhomx ifittxu li jinfluwenzawh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.

3.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun responsabbli lejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni Ewropea għall-attivitajiet ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, b’mod partikolari billi jippreżenta rapport annwali skont l-Artikolu 70.

Artikolu 6 Struttura u organizzazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.           L-istruttura tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tinkludi Prosekutur Pubbliku Ewropew, id-Deputati tiegħu, il-persunal li jappoġġah fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont dan ir-Regolament, kif ukoll il-Prosekuturi Delegati Ewropej li jinsabu fl-Istati Membri.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun immexxi mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li jidderieġi l-attivitajiet tiegħu u jorganizza l-ħidma tiegħu. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun assistit minn erba’ Deputati.

3.           Id-Deputati jassistu lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew fil-kompiti tiegħu kollha u jservu bħala sostituti, f’konformità mar-regoli adottati skont l-Artikolu 72(d), meta huwa/hija j/tkun assenti jew ma j/tkunx j/tista’ j/tattendi għalihom. Wieħed mid-Deputati jkun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit.

4.           L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitwettqu mill-Prosekuturi Delegati Ewropej taħt id-direzzjoni u s-superviżjoni tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Meta jitqies neċessarju fl-interess tal-investigazzjoni jew tal-prosekuzzjoni, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jeżerċita wkoll l-awtorità tiegħu direttament skont l-Artikolu 18(5).

5.           Għandu jkun hemm mill-anqas Prosekutur Delegat Ewropew wieħed f’kull Stat Membru, li għandu jkun parti integrali mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-Prosekuturi Delegati Ewropej għandhom jaġixxu bl-awtorità esklużiva tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u jsegwu biss l-istruzzjonijiet, il-linji gwida u d-deċiżjonijiet tiegħu meta jwettqu l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet assenjati lilhom. Meta jaġixxu fi ħdan il-mandat tagħhom skont dan ir-Regolament, huma għandhom ikunu indipendenti għal kollox mill-korpi tal-prosekuzzjoni nazzjonali u ma jkollhom l-ebda obbligu fir-rigward tagħhom.

6.           Il-Prosekuturi Delegati Ewropej jistgħu wkoll iwettqu l-funzjoni tagħhom bħala prosekuturi nazzjonali. F’każ ta’ kompiti konfliġġenti, il-Prosekuturi Delegati Ewropej jinfurmaw lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew li, wara konsultazzjoni mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-prosekuzzjoni jista’, fl-interess tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jordnalhom biex jagħtu prijorità lill-funzjonijiet tagħhom li joħorġu minn dan ir-Regolament. F’każijiet bħal dawn, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jinforma immedjatament b’dan lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-prosekuzzjoni.

7.           L-atti mwettqa mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Prosekuturi Delegati Ewropej, kwalunkwe wieħed jew waħda mill-membri tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’ismu fit-twettiq tal-kompiti tagħhom, jiġu attribwiti lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirrappreżenta lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, l-Istati Membri u partijiet terzi.

8.           Meta jkun meħtieġ għall-finijiet ta’ investigazzjoni jew ta’ prosekuzzjoni, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jalloka temporanjament riżorsi u persunal lill-Prosekuturi Delegati Ewropej.

Artikolu 7 Regoli ta’ proċedura interni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.           Ir-regoli ta’ proċedura interni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu adottati b’deċiżjoni tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-erba’ Deputati tiegħu u ħames Prosekuturi Delegati Ewropej, li jintgħażlu mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew fuq il-bażi ta’ sistema ta’ rotazzjoni strettament indaqs, li tirrifletti l-firxa demografika u ġeografika tal-Istati Membri kollha. Id-deċiżjoni tittieħed b'maġġoranza sempliċi, mill-membri kollha li jkollhom vot wieħed. Meta l-voti jkunu maqsumin indaqs, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu vot deċiżiv.

2.           Ir-regoli ta’ proċedura interni jirregolaw l-organizzazzjoni tax-xogħol tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u jinkludu regoli ġenerali dwar l-allokazzjoni tal-każijiet.

Taqsima 2 Ħatra u tneħħija tal-membri tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Artikolu 8 Ħatra u tneħħija tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinħatar mill-Kunsill bil-kunsens tal-Parlament Ewropew għal terminu ta’ tmien snin, li ma għandux jiġġedded. Il-Kunsill jaġixxi b’maġġoranza sempliċi.

2.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jintgħażel minn fost persuni li ma jkun hemm l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra f’kariga ġudizzjarja għolja u l-esperjenza rilevanti fil-prosekuzzjoni.

3.           L-għażla tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, li warajha l-Kummissjoni tfassal u tippreżenta lista qasira lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Qabel ma tiġi ppreżentata l-lista qasira, il-Kummissjoni għandha tfittex l-opinjoni ta’ panel stabbilit minnha u kompost minn seba’ persuni magħżula minn fost membri preċedenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, membri tal-qrati supremi nazzjonali, servizzi tal-prosekuzzjoni pubblika nazzjonali u/jew avukati ta’ kompetenza rikonoxxuta, li wieħed minnhom ikun propost mill-Parlament Ewropew, kif ukoll il-President tal-Eurojust bħala osservatur.

4.           Jekk il-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jibqax jissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għat-twettiq tad-dmirijiet tiegħu/tagħha jew jekk ikun/tkun ħati/ħatja ta’ mġiba ħażina serja, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jista', wara rikors mill-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Kummissjoni, ikeċċih/ikeċċiha.

Artikolu 9 Ħatra u tneħħija tad-Deputati tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.           Id-Deputati tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinħatru skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(1).

2.           Id-Deputati tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jintgħażlu minn fost persuni fejn ma jkun l-ebda dubju dwar l-indipendenza tagħhom u li jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra f’kariga ġudizzjarja għolja u l-esperjenza rilevanti fil-prosekuzzjoni.

3.           L-għażla tkun ibbażata fuq sejħa miftuħa għall-kandidati, li għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali, li warajha l-Kummissjoni Ewropea tfassal u tippreżenta, bi qbil mal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lista qasira lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li tkun tirrifletti l-bilanċ demografiku u l-firxa ġeografika tal-Istati Membri.

4.           Id-Deputati jistgħu jitneħħew skont ir-regoli stabbiliti fl-Artikolu 8(4), b'inizjattiva tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Artikolu 10 Ħatra u tneħħija tal-Prosekuturi Delegati Ewropej

1.           Il-Prosekuturi Delegati Ewropej jinħatru mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew minn lista ta’ mill-anqas tliet kandidati, li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, ippreżentata mill-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i). Huma jinħatru għal terminu ta’ ħames snin, li jista’ jiġġedded.

2.           Il-Prosekuturi Delegati Ewropej għandu jkollhom il-kwalifiki meħtieġa għall-ħatra f’kariga ġudizzjarja għolja u jkollhom l-esperjenza rilevanti fil-prosekuzzjoni. Ma għandux ikun hemm dubji dwar l-indipendenza tagħhom. L-Istati Membri jaħtru l-Prosekutur Delegat Ewropew bħala prosekutur skont il-liġi nazzjonali, jekk fil-mument tal-ħatra tiegħu bħala Prosekutur Delegat Ewropew huwa ma jkollux diġà dan l-istatus.

3.           Il-Prosekuturi Delegati Ewropej jistgħu jitneħħew mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew jekk huma ma jibqgħux jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 2, jew il-kriterji applikabbli għat-twettiq tad-dmirijiet tagħhom, jew jekk ikunu nstabu ħatja ta’ mġiba ħażina serja. Il-Prosekuturi Delegati Ewropej ma għandhomx jitneħħew bħala prosekuturi nazzjonali mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti mingħajr il-kunsens tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew matul it-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom f’isem l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Taqsima 3 Prinċipji Bażiċi

Artikolu 11 Prinċipji bażiċi tal-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jassigura li l-attivitajiet tiegħu jirrispettaw id-drittijiet minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.           L-azzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu mmexxija mill-prinċipju tal-proporzjonalità msemmi fl-Artikolu 26(3).

3.           L-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu regolati minn dan ir-Regolament. Il-liġi nazzjonali tapplika sakemm kwistjoni ma tkunx irregolata minn dan ir-Regolament. Il-liġi nazzjonali applikabbli għandha tkun il-liġi tal-Istat Membru fejn titwettaq l-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni. Meta kwistjoni tkun irregolata mil-liġi nazzjonali u dan ir-Regolament, jirbaħ dan tal-aħħar.

4.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu kompetenza esklużiva għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali kontra l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

5.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jwettaq l-investigazzjonijiet tiegħu b’mod imparzjali u jfittex il-provi kollha rilevanti, kemm dawk inkriminanti kif ukoll dawk li jiskaġunaw.

6.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibda l-investigazzjonijiet mingħajr dewmien bla bżonn u jassigura li l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet jitwettqu malajr.

7.           L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jassistu u jappoġġaw attivament l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew meta jitlobhom u joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni, politika jew proċedura li tista’ tittardja jew ixxekkel il-progress tagħhom.

Taqsima 4 Kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Artikolu 12 Reati kriminali li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu l-kompetenza fir-rigward ta’ reati kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst mid-Direttiva 2013/xx/EU u implimentat mil-liġi nazzjonali.

Artikolu 13 Kompetenza anċillari

1.           Meta r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu marbutin b’mod sħiħ ma’ reati kriminali għajr dawk imsemmija fl-Artikolu 12 u l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni konġunti tagħhom ikunu fl-interess tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun kompetenti wkoll għal dawk ir-reati kriminali, bil-kundizzjoni li r-reati msemmija fl-Artikolu 12 ikunu preponderanti u r-reati kriminali l-oħra jkunu bbażati fuq fatti identiċi.

              Jekk dawk il-kundizzjonijiet ma jkunux issodisfati, l-Istat Membru li jkun kompetenti għar-reati l-oħra jkun kompetenti wkoll għar-reati msemmija fl-Artikolu 12.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali jikkonsultaw ma’ xulxin sabiex jiddeterminaw liema awtorità għandha l-kompetenza skont il-paragrafu 1. Fejn ikun xieraq sabiex tiġi determinata din il-kompetenza, jista’ jiġi assoċjat il-Eurojust skont l-Artikolu 57.

3.           F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali dwar il-kompetenza skont il-paragrafu 1, l-awtorità ġudizzjarja nazzjonali kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar l-attribuzzjoni tal-kompetenzi fir-rigward tal-prosekuzzjoni fil-livell nazzjonali, tiddeċiedi dwar il-kompetenza anċillari.

4.           L-istabbiliment tal-kompetenza skont dan l-Artikolu ma għandux ikun soġġett għal reviżjoni.

Artikolu 14 Eżerċizzju tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenza esklużiva tiegħu għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ kwalunkwe reat kriminali msemmi fl-Artikoli 12 u 13, meta tali reat ikun twettaq kompletament jew parzjalment

a)           fit-territorju ta’ Stat Membru wieħed jew diversi, jew

b)           minn wieħed miċ-ċittadini tagħhom, jew minn membri tal-persunal tal-Unjoni jew minn membri tal-Istituzzjonijiet.

KAPITOLU III REGOLI TA’ PROĊEDURA DWAR L-INVESTIGAZZJONIJIET, IL-PROSEKUZZJONIJIET U L-PROĊEDIMENTI B’ĠURI

Taqsima 1 Twettiq tal-investigazzjonijiet

Artikolu 15 Sorsi ta’ investigazzjoni

1.           L-awtoritajiet nazzjonali kollha tal-Istati Membri u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji kollha tal-Unjoni għandhom jinfurmaw immedjatament lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bi kwalunkwe mġiba li tista’ tikkostitwixxi reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tiegħu.

2.           Meta l-Prosekuturi Delegati Ewropej isiru jafu bi kwalunkwe mġiba li tista’ tikkostitwixxi reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, huma jinfurmaw immedjatament lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jiġbor jew jirċievi informazzjoni mingħand kwalunkwe persuna dwar imġiba li tista’ tikkostitwixxi reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tiegħu.

4.           Kull informazzjoni miġjuba għall-attenzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tiġi rreġistrata u vverifikata mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew il-Prosekuturi Delegati Ewropej. Meta dawn jiddeċiedu, wara verifika, li ma jibdewx investigazzjoni, huma jagħlqu l-każ u jinnotaw ir-raġunijiet fis-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet. Huma jinfurmaw b’dan lill-awtorità nazzjonali, lill-istituzzjoni, il-korp, l-uffiċċju jew l-aġenzija tal-Unjoni li tkun ipprovdiet l-informazzjoni, u fuq talba tagħhom, fejn ikun xieraq, lill-persuni li jkunu pprovdew l-informazzjoni.

Artikolu 16 Bidu tal-investigazzjonijiet

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew, f’ismu, il-Prosekuturi Delegati Ewropej, jibdew investigazzjoni permezz ta’ deċiżjoni bil-miktub meta jkun hemm bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li jkun qiegħed jitwettaq jew twettaq reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           Meta l-investigazzjoni tinbeda mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, dan jassenja l-każ lil Prosekutur Delegat Ewropew sakemm huwa ma jkunx jixtieq iwettaq l-investigazzjoni huwa stess skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(5). Meta l-investigazzjoni tinbeda minn Prosekutur Delegat Ewropew, dan għandu jinforma immedjatament lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Malli jirċievi tali notifika, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jivverifika li ma tkunx diġà nbdiet investigazzjoni minnu jew minn Prosekutur Delegat Ewropew ieħor. Fl-interess tal-effiċjenza tal-investigazzjoni, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jassenja l-każ lil Prosekutur Delegat Ewropew ieħor jew jiddeċiedi li jieħu l-każ huwa stess skont il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 18(5).

             

Artikolu 17 Miżuri u riferimenti urġenti

1.           Meta tkun meħtieġa azzjoni urġenti fir-rigward ta’ reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-awtoritajiet nazzjonali jieħdu kwalunkwe miżura urġenti sabiex jassiguraw investigazzjoni u prosekuzzjoni effettivi. L-awtoritajiet nazzjonali sussegwentement jirreferu l-każ mingħajr dewmien lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. F’dak il-każ, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkonferma, jekk ikun possibbli fi żmien 48 siegħa mill-bidu tal-investigazzjoni, il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali, anki jekk tali miżuri jkunu ttieħdu u twettqu skont regoli differenti minn dawk ta’ dan ir-Regolament.

2.           Fi kwalunkwe stadju tal-investigazzjoni, meta l-każ iqajjem dubji dwar il-kompetenza tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jikkonsulta lill-awtoritajiet tal-prosekuzzjoni nazzjonali sabiex jiddetermina liema awtorità jkollha l-kompetenza. Sakemm tittieħed deċiżjoni dwar il-kompetenza, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jieħu kwalunkwe miżura urġenti neċessarja biex jassigura l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tal-każ. Fejn tiġi stabbilita l-kompetenza tal-awtorità nazzjonali, l-awtorità nazzjonali tikkonferma fi żmien 48 siegħa mill-bidu tal-investigazzjoni nazzjonali l-miżuri urġenti meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.           Meta investigazzjoni mibdija mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tiżvela li l-imġiba soġġetta għall-investigazzjoni tikkostitwixxi reat kriminali, li ma jaqax taħt il-kompetenza tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirreferi l-każ mingħajr dewmien lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji.

4.           Meta investigazzjoni mibdija mill-awtoritajiet nazzjonali suċċessivament tiżvela li l-imġiba tikkostitwixxi reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-awtoritajiet nazzjonali jirreferu l-każ mingħajr dewmien lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. F’dak il-każ, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkonferma, jekk ikun possibbli fi żmien 48 siegħa mill-bidu tal-investigazzjoni tiegħu, il-miżuri meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali, anki jekk dawk il-miżuri jkunu ttieħdu u twettqu skont regoli differenti minn dawk ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 18 Twettiq tal-investigazzjoni

1.           Il-Prosekutur Delegat Ewropew magħżul imexxi l-investigazzjoni f’isem u taħt l-istruzzjonijiet tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Il-Prosekutur Delegat Ewropew magħżul jista’ jew iwettaq il-miżuri ta’ investigazzjoni waħdu jew jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi fl-Istat Membru fejn ikun jinstab. Dawn l-awtoritajiet jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tal-Prosekutur Delegat Ewropew u jwettqu l-miżuri investigattivi assenjati lilhom.

2.           F’każijiet transfruntieri, fejn il-miżuri investigattivi jkunu jridu jitwettqu fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn tkun inbdiet l-investigazzjoni, il-Prosekutur Delegat Ewropew li jkun bdieha, jew li lilu jkun ġie assenjat il-każ mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew jaġixxi f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Prosekutur Delegat Ewropew fejn tkun trid titwettaq il-miżura investigattiva. Dak il-Prosekutur Delegat Ewropew jew iwettaq il-miżuri investigattivi huwa stess jew jagħti struzzjonijiet lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti biex iwettquhom.

3.           F’każijiet transfruntieri, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jassoċja diversi Prosekuturi Delegati Ewropew mal-investigazzjoni u jistabbilixxi timijiet konġunti. Huwa jista’ jordna lil kwalunkwe Prosekutur Delegat Ewropew biex jiġbor l-informazzjoni rilevanti jew biex iwettaq miżuri investigattivi speċifiċi f’ismu.

4.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jimmonitorja l-investigazzjonijiet imwettqa mill-Prosekuturi Delegati Ewropej u jassigura l-koordinazzjoni tagħhom. Huwa jagħtihom struzzjonijiet fejn meħtieġ.

5.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jalloka mill-ġdid il-każ lil Prosekutur Delegat Ewropew ieħor jew imexxi l-investigazzjoni huwa stess jekk dan jinħass neċessarju fl-interess tal-effiċjenza tal-investigazzjoni jew tal-prosekuzzjoni fuq il-bażi ta’ wieħed jew aktar mill-kriterji li ġejjin:

a)      is-serjetà tar-reat;

b)      ċirkustanzi speċifiċi relatati mal-istatus tal-allegat trasgressur;

c)      ċirkustanzi speċifiċi relatati mad-dimensjoni transfruntiera tal-investigazzjoni;

d)      in-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ awtoritajiet nazzjonali ta’ investigazzjoni; jew

e)      talba tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru rilevanti.

6.           Meta l-investigazzjoni titwettaq mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew direttament, dan jinforma lill-Prosekutur Delegat Ewropew fl-Istat Membru fejn ikunu jridu jitwettqu l-miżuri ta’ investigazzjoni. Kwalunkwe miżura ta’ investigazzjoni mwettqa mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew titwettaq f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet tal-Istat Membru li t-territorju tiegħu jkun ikkonċernat. Il-miżuri ta’ forza jitwettqu mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.

7.           L-investigazzjonijiet imwettqa bl-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu protetti bir-regoli dwar is-segretezza professjonali skont il-leġiżlazzjoni applikabbli tal-Unjoni. L-awtoritajiet li jipparteċipaw fl-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huma marbutin ukoll li jirrispettaw is-segretezza professjonali kif previst skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 19 Tneħħija ta’ privileġġi jew immunitajiet

1.           Meta l-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinvolvu persuni protetti bi privileġġi jew immunitajiet skont il-liġi nazzjonali, u tali privileġġ jew immunità jippreżentaw ostakolu għall-investigazzjoni speċifika li tkun qiegħda titwettaq, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħmel talba motivata bil-miktub għat-tneħħija tagħhom skont il-proċeduri stabbiliti fil-liġi nazzjonali.

2.           Meta l-investigazzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinvolvu persuni protetti bi privileġġi jew immunitajiet skont il-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u tali privileġġ jew immunità jippreżentaw ostakolu għal investigazzjoni speċifika li tkun qiegħda titwettaq, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħmel talba motivata bil-miktub għat-tneħħija tagħhom skont il-proċeduri stabbiliti fil-liġi tal-Unjoni.

Taqsima 2 Ipproċessar tal-informazzjoni

Artikolu 20 Aċċess għall-informazzjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

Mill-mument li jirreġistra każ, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jkun kapaċi jikseb kwalunkwe informazzjoni rilevanti maħżuna fil-bażijiet tad-dejta nazzjonali tal-investigazzjoni kriminali u tal-infurzar tal-liġi, kif ukoll kwalunkwe reġistru rilevanti ieħor tal-awtoritajiet pubbliċi, jew ikollu aċċess għal tali informazzjoni permezz tal-Prosekuturi Delegati Ewropej.

Artikolu 21 Ġbir tal-informazzjoni

1.           Meta jkun meħtieġ għall-iskop tal-investigazzjonijiet tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikseb b'talba tiegħu, mingħand il-Eurojust u l-Europol, kwalunkwe informazzjoni rilevanti dwar reat li jaqa’ taħt il-kompetenza tiegħu, u jista’ jitlob ukoll lill-Europol sabiex tipprovdi appoġġ analitiku għal investigazzjoni speċifika mwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           L-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni u l-awtoritajiet tal-Istati Membri jipprovdu l-għajnuna u l-informazzjoni neċessarja lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew meta jitlobha.

Artikolu 22 Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet, indiċi u fajls ta’ ħidma temporanji

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistabbilixxi Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet komposta minn fajls ta’ ħidma temporanji u indiċi li jinkludi dejta personali kif imsemmija fl-Anness u dejta mhux personali.

2.           L-għan tas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet ikun li:

a)      issostni l-ġestjoni tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, b’mod partikolari permezz tal-kontroreferenzjar tal-informazzjoni;

b)      tiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni dwar investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin;

c)      tiffaċilita l-monitoraġġ tal-legalità u l-konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali.

3.           Is-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet tista’ tiġi mqabbda mal-konnessjoni ta’ telekomunikazzjoni sigura msemmija fl-Artikolu 9 tad-Deċiżjoni 2008/976/ĠAI[8].

4.           L-indiċi jinkludi referenzi għall-fajls ta’ ħidma temporanji pproċessati fil-qafas tax-xogħol tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u ma jista’ jinkludi l-ebda dejta personali għajr dik imsemmija fil-punti minn (a) sa (i), (k) u (m) tal-punt (1) u fil-punt 2 tal-Anness.

5.           Fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jipproċessa dejta dwar il-każijiet individwali li jkun qiegħed jaħdem fuqhom f’fajl ta’ ħidma temporanju. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jippermetti lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta previst fl-Artikolu 41 li jkollu aċċess għall-fajl ta’ ħidma temporanju. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta kull darba li jinfetaħ fajl ta’ ħidma temporanju ġdid li jkun fih dejta personali.

6.           Għall-ipproċessar ta’ dejta personali relatata ma’ każijiet, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jista’ jistabbilixxi l-ebda fajl ta’ dejta awtomatizzat għajr is-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet jew fajl ta’ ħidma temporanju.

Artikolu 23 Funzjonament tal-fajls ta’ ħidma temporanji u l-indiċi

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiftaħ fajl ta’ ħidma temporanju għal kull każ li fir-rigward tiegħu tkun ġiet trażmessa informazzjoni sakemm dik it-trażmissjoni tkun skont dan ir-Regolament jew strumenti legali oħra applikabbli. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun responsabbli għall-ġestjoni tal-fajls ta’ ħidma temporanji li jiftaħ.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiddeċiedi, fuq bażi ta’ każ b’każ, jekk iżommx il-fajl ta’ ħidma temporanju ristrett jew jekk jagħtix aċċess għalih jew għal partijiet minnu lil membri tal-persunal tiegħu, fejn meħtieġ sabiex dan il-persunal ikun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiddeċiedi liema informazzjoni relatata ma’ fajl ta’ ħidma temporanju tiddaħħal fl-indiċi. Sakemm ma jiġix deċiż mod ieħor mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, l-informazzjoni rreġistrata u soġġetta għal verifika skont l-Artikolu 15(4) ma għandhiex tiddaħħal fl-indiċi.

Artikolu 24 Aċċess għas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet

Il-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal tagħhom, safejn ikunu konnessi mas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet, jista’ jkollhom aċċess biss għal:

a)           l-indiċi, sakemm tali aċċess ma jkunx ġie miċħud b’mod espliċitu;

b)           fajls ta’ ħidma temporanji miftuħin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, relatati ma’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin fl-Istat Membru tagħhom;

c)           fajls ta’ ħidma temporanji miftuħin mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, relatati ma’ investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin fi Stat Membru ieħor, sakemm dawn jirrigwardaw investigazzjonijiet jew prosekuzzjonijiet li jkunu qegħdin jitwettqu fl-Istat Membru tagħhom.

Taqsima 3 Miżuri ta’ investigazzjoni

Artikolu 25 L-awtorità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew sabiex jinvestiga

1.           Għall-finijiet tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, it-territorju tal-Istati Membri tal-Unjoni jitqies bħala spazju ġuridiku uniku li fih l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu.

2.           Meta l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiddeċiedi li jeżerċita l-kompetenza tiegħu fuq reat li jkun twettaq parzjalment jew kompletament barra mit-territorju tal-Istati Membri minn wieħed miċ-ċittadini tagħhom, minn membri tal-persunal tal-Unjoni jew minn membri tal-Istituzzjonijiet, dan ifittex l-għajnuna biex jikseb il-kooperazzjoni tal-pajjiż terz ikkonċernat skont l-istrumenti u l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 59.

Artikolu 26 Miżuri ta’ investigazzjoni

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu s-setgħa li jitlob jew jordna l-miżuri investigattivi li ġejjin meta jeżerċita l-kompetenza tiegħu:

a)      ifittex kwalunkwe bini, art, mezzi tat-trasport, dar privata, ħwejjeġ u kwalunkwe proprjetà personali oħra jew sistema tal-kompjuter;

b)      jikseb il-preżentazzjoni ta’ kwalunkwe oġġett jew dokument rilevanti, jew ta’ dejta maħżuna f’kompjuter, inkluż dejta dwar it-traffiku u dejta dwar il-kontijiet bankarji, kriptata jew dekriptata, fil-forma oriġinali jew f’xi forma oħra speċifikata;

c)      jissiġilla bini u mezzi tat-trasport u l-iffriżar ta’ dejta, biex jippreserva l-integrità tagħhom, biex jevita t-telf jew il-kontaminazzjoni tal-provi u biex jassigura l-possibbiltà ta’ konfiska;

d)      jiffriża assi jew rikavat minn attività kriminali, inkluż l-iffriżar ta’ assi, jekk dawn ikunu mistennija li jkunu soġġetti għal konfiska mill-qorti tal-ġurijiet u jkun hemm raġuni biex wieħed jemmen li s-sid, il-pussessur jew il-kontrollur se jfittex li jiffrustra s-sentenza li tordna l-konfiska;

e)      jinterċetta telekomunikazzjonijiet, inkluża posta elettronika, lejn u mill-persuna suspettata, fuq kwalunkwe konnessjoni tat-telekomunikazzjoni li l-persuna suspettata tkun qiegħda tuża;

f)       iwettaq sorveljanza f’ħin reali tat-telekomunikazzjonijiet billi jordna t-trasmissjoni immedjata tad-dejta dwar it-traffiku tat-telekomunikazzjonijiet sabiex tiġi lokalizzata l-persuna suspettata u jiġu identifikati l-persuni li kienu f’kuntatt miegħu f’ħin speċifiku;

g)      jimmonitorja t-tranżazzjonijiet finanzjarji, billi jordna lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu sabiex tinforma lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, f’ħin reali, bi kwalunkwe tranżazzjoni finanzjarja mwettqa permezz ta’ xi kont speċifiku miżmum jew ikkontrollat mill-persuna suspettata jew xi kontijiet oħra li raġonevolment ikunu maħsuba li jintużaw b’rabta mar-reat;

h)      jiffriża tranżazzjonijiet finanzjarji futuri, billi jordna lil kwalunkwe istituzzjoni finanzjarja jew ta’ kreditu biex ma twettaq l-ebda tranżazzjoni finanzjarja li tinvolvi xi kont jew kontijiet speċifikati miżmuma jew ikkontrollati mill-persuna suspettata;

i)       iwettaq miżuri ta’ sorveljanza f’postijiet mhux pubbliċi, billi jordna s-sorveljanza vidjow u awdjo sigrieta ta’ postijiet li mhumiex pubbliċi, eskluża s-sorveljenza vidjow ta’ djar privati, u r-reġistrazzjoni tar-riżultati tagħha;

j)       iwettaq investigazzjonijiet sigrieti, billi jordna uffiċjal sabiex jaġixxi b’mod sigriet jew taħt identità falza;

k)      isejjaħ persuni suspettati u xhieda, meta jkun hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li dawn jistgħu jipprovdu informazzjoni utli għall-investigazzjoni;

l)       iwettaq miżuri ta’ identifikazzjoni, billi jordna t-teħid ta’ ritratti, ir-reġistrazzjoni viżwali ta’ persuni u r-reġistrazzjoni tal-karatteristiċi bijometriċi ta’ persuna;

m)     jikkonfiska oġġetti li jkunu meħtieġa bħala provi;

n)      jaċċessa bini u jieħu kampjuni ta’ prodotti;

o)      jispezzjona mezzi tat-trasport, meta tkun teżisti bażi raġonevoli biex wieħed jemmen li jkunu qed jiġu trasportati oġġetti relatati mal-investigazzjoni;

p)      iwettaq miżuri sabiex jillokalizza u jikkontrolla persuni, sabiex jiġi stabbilit fejn tkun qiegħda persuna;

q)      jillokalizza u jittraċċa kwalunkwe oġġett permezz ta’ mezzi tekniċi, inkluża l-konsenja kkontrollata ta’ oġġetti u tranżazzjonijiet finanzjarji kkontrollati;

r)       iwettaq sorveljanza mmirata f’postijiet pubbliċi tal-persuni suspettati u persuni terzi;

s)       jikseb aċċess għal reġistri pubbliċi nazzjonali jew Ewropej u reġistri miżmuma minn entitajiet privati f’interess pubbliku;

t)       jinterroga lill-persuna suspettata u xhieda;

u)      jaħtar esperti, ex officio jew fuq talba tal-persuna suspettata, meta jkun meħtieġ għarfien speċjalizzat.

2.           L-Istati Membri jassiguraw li l-miżuri msemmija fil-paragrafu 1 ikunu jistgħu jintużaw fl-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet imwettqa mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Tali miżuri jkunu soġġetti għall-kundizzjonijiet previsti f’dan l-Artikolu u dawk stipulati fil-liġi nazzjonali. Miżuri ta’ investigazzjoni għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu ordnati jew mitluba mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biss jekk ikunu disponibbli skont il-liġi tal-Istat Membru fejn tkun ser titwettaq il-miżura.

3.           Il-miżuri investigattivi individwali msemmija fil-paragrafu 1 ma għandhomx jiġu ordnati mingħajr raġunijiet raġonevoli u jekk mezzi inqas invadenti jistgħu jilħqu l-istess għan.

4.           L-Istati Membri jassiguraw li l-miżuri investigattivi msemmija fil-punti (a) - (j) tal-paragrafu 1 ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti tal-Istat Membru fejn ikunu jridu jitwettqu.

5.           Il-miżuri investigattivi msemmija fil-punti (k) – (u) tal-paragrafu 1 ikunu soġġetti għall-awtorizzazzjoni ġudizzjarja jekk din tkun meħtieġa mil-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun trid titwettaq il-miżura ta’ investigazzjoni.

6.           Jekk il-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu kif ukoll dawk applikabbli skont il-liġi nazzjonali għall-awtorizzazzjoni tal-miżura soġġetta għat-talba jkunu ssodisfati, l-awtorizzazzjoni tingħata fi żmien 48 siegħa fil-forma ta’ deċiżjoni bil-miktub u motivata mill-awtorità ġudizzjarja kompetenti.

7.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jitlob mingħand l-awtorità ġudizzjarja kompetenti l-arrest jew l-arrest preventiv tal-persuna suspettata skont il-liġi nazzjonali.

Taqsima 4 Tmiem tal-investigazzjoni u setgħat tal-prosekuzzjoni

Artikolu 27 Prosekuzzjoni quddiem il-qrati nazzjonali

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Prosekuturi Delegati Ewropej ikollhom l-istess setgħat bħall-prosekuturi pubbliċi nazzjonali fir-rigward tal-prosekuzzjoni u t-tressiq ta’ każ għall-ġustizzja, b’mod partikolari s-setgħa li jippreżentaw motivi għal proċess (trial pleas), jipparteċipaw fit-teħid tal-provi u jeżerċitaw ir-rimedji disponibbli.

2.           Meta l-Prosekutur Delegat Ewropew kompetenti jqis l-investigazzjoni bħala konkluża, huwa jissottometti sommarju tal-każ flimkien ma’ abbozz tal-akkuża u l-lista tal-provi lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reviżjoni. Meta huwa ma jagħtix struzzjonijiet għat-twarrib tal-każ skont l-Artikolu 28, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħti struzzjoni lill-Prosekutur Delegat Ewropew biex iressaq il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti flimkien ma’ akkuża, jew jirreferih lura għal aktar investigazzjoni. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jressaq ukoll il-każ quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti huwa stess.

3.           L-akkuża ppreżentata lill-qorti nazzjonali kompetenti telenka l-provi li se jiġu ppreżentati fil-proċess.

4.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħżel, f’konsultazzjoni mill-qrib mal-Prosekutur Delegat Ewropew li jissottometti l-każ u filwaqt li jżomm f’moħħu l-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, il-ġurisdizzjoni tal-proċess u jiddetermina l-qorti nazzjonali kompetenti billi jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

a)      il-post fejn twettaq ir-reat, jew fil-każ ta’ diversi reati, il-post fejn twettqu l-biċċa l-kbira tar-reati;

b)      il-post fejn il-persuna suspettata jkollha r-residenza abitwali tagħha;

c)      il-post fejn ikunu qegħdin il-provi;

d)      il-post fejn il-vittmi diretti jkollhom ir-residenza abitwali tagħhom.

5.           Meta jkun meħtieġ għall-finijiet tal-irkupru, is-segwitu amministrattiv jew il-monitoraġġ, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew javża lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, lill-persuni interessati u lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni, dwar l-akkuża.

Artikolu 28 Twarrib tal-każ

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew iwarrab il-każ meta l-prosekuzzjoni tkun saret impossibbli minħabba xi waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

a)      il-mewt tal-persuna suspettata;

b)      l-imġiba soġġetta għall-investigazzjoni ma tammontax għal reat kriminali;

c)      amnestija jew immunità mogħtija lill-persuna suspettata;

d)      l-iskadenza tal-limitu statutorju nazzjonali għall-prosekuzzjoni;

e)      il-persuna suspettata tkun diġà ġiet finalment meħlusa jew kundannata dwar l-istess fatt fl-Unjoni jew il-każ ikun ġie ttrattat skont l-Artikolu 29.

2.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jwarrab il-każ għal kwalunkwe waħda mir-raġunijiet li ġejjin:

a)      ir-reat ikun reat minuri skont il-liġi nazzjonali li timplimenta d-Direttiva 2013/XX/EU dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali;

b)      nuqqas ta’ provi rilevanti.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jirreferi l-każijiet imwarrba minnu lill-OLAF jew lill-awtoritajiet amministrattivi jew ġudizzjarji nazzjonali kompetenti għal irkupru, segwitu amministrattiv ieħor jew monitoraġġ.

4.           Meta l-investigazzjoni tkun inbdiet fuq il-bażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-parti danneġġata, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma b’dan lil dik il-parti.

Artikolu 29

Tranżazzjoni

1.           Meta l-każ ma jiġix imwarrab u dan iservi l-iskop tal-amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’, wara li jkun ġie kkumpensat id-dannu, jipproponi lill-persuna suspettata li tħallas multa ta’ somma f’daqqa li, ladarba titħallas, tkun tfisser it-twarrib finali tal-każ (tranżazzjoni). Jekk il-persuna suspettata taqbel, hija tħallas il-multa ta’ somma f’daqqa lill-Unjoni.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jissorvelja l-ġbir tal-pagament finanzjarju involut fit-tranżazzjoni.

3.           Meta t-tranżazzjoni tiġi aċċettata u mħallsa mill-persuna suspettata, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew finalment iwarrab il-każ u jinnotifika uffiċjalment lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tal-infurzar tal-liġi u ġudizzjarji u għandu jinforma b’dan lill-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji rilevanti tal-Unjoni.

4.           It-twarrib imsemmi fil-paragrafu 3 ma għandux ikun soġġett għal stħarriġ ġudizzjarju.

Taqsima 5 AMMISSIBILITÀ TAL-PROVI

Artikolu 30 Ammissibilità tal-provi

1.           Il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew lill-qorti tal-ġurijiet, meta l-qorti tikkunsidra li l-ammissibilità tagħhom ma taffettwax ħażin il-ġustizzja tal-proċedura jew id-drittijiet tad-difiża kif minquxa fl-Artikoli 47 u 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jiġu ammessi fil-proċess mingħajr l-ebda validazzjoni jew proċess legali simili anki jekk il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru fejn tkun tinsab il-qorti tipprovdi għal regoli differenti dwar il-ġbir jew il-preżentazzjoni ta’ tali provi.

2.           Ladarba l-provi jiġu ammessi, il-kompetenza tal-qrati nazzjonali sabiex jivvalutaw liberament il-provi ppreżentati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, ma għandhiex tiġi affettwata.

Taqsima 6 Konfiska

Artikolu 31 Disponiment tal-assi kkonfiskati

Meta wara talba tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-qorti nazzjonali kompetenti tiddeċiedi, permezz ta’ deċiżjoni finali, li tikkonfiska kwalunkwe proprjetà relatata ma’, jew rikavat minn reat li jaqa’ fil-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-valur monetarju ta’ tali proprjetà jew rikavat jiġi trasferit fil-baġit tal-Unjoni, sal-punt meħtieġ biex jikkumpensa għall-preġudizzju kkawżat lill-Unjoni.

KAPITOLU IV SALVAGWARDJI PROĊEDURALI

Artikolu 32 Kamp ta’ applikazzjoni tad-drittijiet tal-persuni suspettati u tal-persuni akkużati kif ukoll ta’ persuni oħra involuti

1.           L-attivitajiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitwettqu f’konformità sħiħa mad-drittijiet tal-persuni suspettati kif minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inkluż id-dritt ta’ proċess ġust u d-drittijiet tad-difiża.

2.           Kwalunkwe persuna suspettata u persuna akkużata involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bħala minimu, ikollha d-drittijiet proċedurali li ġejjin kif previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u l-liġi nazzjonali tal-Istat Membru:

(a) id-dritt għall-interpretazzjoni u t-traduzzjoni, kif previst fid-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

(b) id-dritt għall-informazzjoni u l-aċċess għall-materjali tal-każ, kif previsti fid-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill,

(c) id-dritt ta’ aċċess għal avukat u d-dritt ta’ komunikazzjoni ma’ persuni terzi u li dawn jiġu infurmati f’każ ta’ detenzjoni, kif previsti fid-[Direttiva 2013/xx/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx xxxx 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għal avukat fi proċedimenti kriminali u d-dritt ta’ komunikazzjoni mal-arrest],

(d) id-dritt li wieħed jibqa’ sieket u d-dritt li wieħed jiġi preżunt innoċenti,

(e) id-dritt għall-għajnuna legali,

(f) id-dritt li wieħed jippreżenta provi, jaħtar esperti u jisma’ xhieda.

3.           Il-persuni suspettati u l-persuni akkużati jkollhom id-drittijiet elenkati fil-paragrafu 2 mill-mument li huma jkunu ssuspettati li wettqu reat. Ladarba l-akkuża tiġi rikonoxxuta mill-qorti nazzjonali kompetenti, id-drittijiet proċedurali tal-persuna suspettata u l-persuna akkużata jkunu bbażati fuq ir-reġim nazzjonali applikabbli fil-każ rilevanti.

4.           Id-drittijiet elenkati fil-paragrafu 2 japplikaw ukoll għal kwalunkwe persuna għajr persuna suspettata jew akkuża li tinstema’ mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jekk, waqt il-mistoqsijiet, l-interrogazzjoni jew is-smigħ, hija tiġi ssuspettata li wettqet reat kriminali.

5.           Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet previsti f’dan il-Kapitolu, il-persuni suspettati u l-persuni akkużati kif ukoll kwalunkwe persuna oħra involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollhom id-drittijiet proċedurali kollha disponibbli għalihom skont il-liġi nazzjonali applikabbli.

Artikolu 33 Id-dritt li persuna tibqa’ siekta u li tiġi preżunta innoċenti

1.           Il-persuna suspettata u l-persuna akkużata involuta fil-proċedimenti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha, b'konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tibqa’ siekta meta tiġi interrogata, fir-rigward tar-reati li hija tkun issuspettata li wettqet, u għandha tiġi infurmata li mhijiex obbligata li tinkrimina ruħha.

2.           Il-persuna suspettata u akkużata għandha tiġi preżunta innoċenti sakemm tiġi ppruvata ħatja skont il-liġi nazzjonali.

Artikolu 34 Id-dritt għall-għajnuna legali

Kwalunkwe persuna suspettata jew akkużata b’reat li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollha, b'konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tingħata assistenza legali b’xejn jew parzjalment mingħajr ħlas mill-awtoritajiet nazzjonali jekk hija ma jkollhiex mezzi suffiċjenti biex tħallas għaliha.

Artikolu 35 Drittijiet fir-rigward tal-provi

1.            Il-persuna suspettata u akkużata jkollha, b'konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li tippreżenta provi għall-konsiderazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.            Il-persuna suspettata u akkużata jkollha, b'konformità mal-liġi nazzjonali, id-dritt li titlob lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biex tiġbor kwalunkwe prova rilevanti għall-investigazzjoni, fosthom li taħtar esperti u tisma’ xhieda.

KAPITOLU V STĦARRIĠ ĠUDIZZJARJU

Artikolu 36 Stħarriġ ġudizzjarju

1.           Meta jadotta miżuri proċedurali fit-twettiq tal-funzjonijiet tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jitqies bħala awtorità nazzjonali għall-finijiet tal-istħarriġ ġudizzjarju.

2.           Meta xi dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali jsiru applikabbli permezz ta’ dan ir-Regolament, tali dispożizzjonijiet ma għandhomx jitqiesu bħala dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni għall-finijiet tal-Artikolu 267 tat-Trattat.

KAPITOLU VI PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Artikolu 37 Ipproċessar ta’ dejta personali

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jipproċessa b’mezzi awtomatizzati jew f’fajls manwali strutturati skont dan ir-Regolament id-dejta personali biss li hemm elenkata fil-punt 1 tal-Anness, dwar persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati jkunu ssuspettati li wettqu jew ipparteċipaw f’reat li fir-rigward tiegħu l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu l-kompetenza, jew li jkunu ġew ikkundannati dwar tali reat, għall-iskopijiet li ġejjin:

– investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali mwettqa skont ir-Regolament preżenti;

– skambju ta’ informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u korpi oħra skont ir-Regolament preżenti;

– kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi skont ir-Regolament preżenti.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jipproċessa biss id-dejta personali elenkata fil-punt 2 tal-Anness, dwar persuni li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri kkonċernati, ikunu kkunsidrati bħala xhieda jew vittmi f’investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali fir-rigward ta’ tip wieħed jew aktar ta’ reati li għalihom l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu l-kompetenza, jew persuni ta’ taħt it-18-il sena. L-ipproċessar ta’ dejta personali bħal din jista’ jsir biss jekk ikun strettament neċessarju għall-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1.

3.           F’każijiet eċċezzjonali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ wkoll, għal perjodu ta’ żmien limitat li ma għandux jaqbeż iż-żmien meħtieġ għall-konklużjoni tal-każ li b’rabta miegħu tiġi pproċessata d-dejta, jipproċessa dejta personali għajr dik imsemmija fil-paragrafi 1 u 2, relatata maċ-ċirkustanzi ta’ reat meta din tkun immedjatament rilevanti għal u inkluża fl-investigazzjonijiet kurrenti li jkun qiegħed iwettaq l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u meta l-ipproċessar tagħha jkun strettament neċessarju għall-iskopijiet speċifikati fil-paragrafu 1, bil-kundizzjoni li l-ipproċessar ta’ dik id-dejta speċifika jsir skont dan ir-Regolament. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta msemmi fl-Artikolu 41 jiġi infurmat immedjatament dwar l-użu ta’ dan il-paragrafu.

4.           Dejta personali, ipproċessata b’mezzi awtomatizzati jew b’mezzi oħra, li tikxef l-oriġini razzjali jew etnika, l-opinjonijiet politiċi, it-twemmin reliġjuż jew filosofiku, is-sħubija fi trejdjunjins, u dejta li tirrigwarda s-saħħa jew il-ħajja sesswali tista’ tiġi pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew biss meta dik id-dejta tkun strettament neċessarja għall-investigazzjonijiet tiegħu u jekk din tissupplimenta dejta personali oħra li diġà tkun ġiet ipproċessata. L-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jiġi infurmat immedjatament dwar l-użu ta’ dan il-paragrafu. Dejta bħal din ma tistax tiġi pproċessata fl-Indiċi msemmi fl-Artikolu 22(4). Meta tali dejta oħra tirreferi għal xhieda jew vittmi fis-sens tal-paragrafu 2, id-deċiżjoni biex tiġi pproċessata tittieħed mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

5.           Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-ipproċessar ta’ dejta personali mill-UPPE fil-kuntest tal-attivitajiet tiegħu. Dan ir-Regolament jippartikolarizza u jikkumplimenta r-Regolament (KE) Nru 45/2001 fir-rigward tad-dejta personali operattiva.

Artikolu 38 Limiti taż-żmien għall-ħażna ta’ dejta personali

1.           Id-dejta personali pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma tistax tinħażen lil hinn mill-ewwel data applikabbli fost dawn li ġejjin:

a)      id-data li fiha l-prosekuzzjoni tiġi preskritta skont l-istatut tal-limitazzjonijiet tal-Istati Membri kollha kkonċernati mill-investigazzjoni u l-prosekuzzjonijiet;

b)      id-data li fiha l-persuna tkun ġiet illiberata mill-akkuża u d-deċiżjoni ġudizzjarja tkun saret finali;

c)      tliet snin wara d-data li fiha d-deċiżjoni ġudizzjarja tal-aħħar wieħed mill-Istati Membri kkonċernati mill-investigazzjoni jew il-prosekuzzjonijiet tkun saret finali;

d)      id-data li fiha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun stabbilixxa li ma għandux għalfejn ikompli aktar bl-investigazzjoni jew il-prosekuzzjoni.

2.           L-osservanza tad-dati ta’ skadenza għall-ħażna li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1 tiġi riveduta kostantement permezz ta’ pproċessar awtomatizzat xieraq. Madankollu, reviżjoni tal-ħtieġa ta’ ħażna tad-dejta titwettaq kull tliet snin wara li tiddaħħal. Jekk xi dejta personali msemmija fl-Anness tinħażen għal perjodu li jaqbeż il-ħames snin, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiġi infurmat b’dan.

3.           Meta xi waħda mid-dati ta’ skadenza għall-ħażna li saret referenza għalihom fil-paragrafu 1 tkun għaddiet, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirrevedi l-ħtieġa li d-dejta tinħażen għal aktar żmien sabiex huwa jkun jista’ jwettaq il-kompiti tiegħu u b’deroga jista’ jiddeċiedi li jaħżen dik id-dejta sar-reviżjoni li jmiss. Ir-raġunijiet għat-tkomplija tal-ħażna jiġu ġustifikati u rreġistrati. Jekk ma tittieħed l-ebda deċiżjoni dwar it-tkomplija tal-ħażna tad-dejta personali, dik id-dejta titħassar awtomatikament wara tliet snin.

4.           Meta, skont il-paragrafu 3, xi dejta tkun inħażnet lil hinn mid-dati msemmija fil-paragrafu 1, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jagħmel reviżjoni kull tliet snin tal-ħtieġa li tinħażen dik id-dejta.

5.           Fejn ikun jeżisti fajl li jkun fih dejta mhux awtomatizzata u mhux strutturata, ladarba d-data ta’ skadenza għall-ħażna tal-aħħar element ta’ dejta awtomatizzata mill-fajl tkun għaddiet, id-dokumenti kollha fil-fajl u kwalunkwe kopja jinqerdu.

Artikolu 39 Reġistrar u dokumentazzjoni

1.           Għall-finijiet tal-verifika tal-legalità tal-ipproċessar tad-dejta, l-awtomonitoraġġ u l-assigurazzjoni tal-integrità u s-sigurtà xierqa tad-dejta, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew iżomm rekords ta’ kwalunkwe ġbir, tibdil, aċċess, divulgazzjoni, kombinazzjoni jew tħassir ta’ dejta personali użata għal skopijiet operattivi. Tali rekords jew dokumentazzjoni jitħassru wara 18-il xahar, sakemm id-dejta ma tkunx aktar meħtieġa għal kontroll kontinwu.

2.           Ir-rekords jew id-dokumentazzjoni ppreparati skont il-paragrafu 1 jiġu kkomunikati lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta meta jitlobhom. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta juża din l-informazzjoni biss għall-iskop ta’ superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta, biex ikun assigurat ipproċessar xieraq tad-dejta, u l-integrità u s-sigurtà tad-dejta.

Artikolu 40 Aċċess awtorizzat għal dejta personali

Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-membri awtorizzati tal-persunal tagħhom biss jistgħu, biex jilħqu l-kompiti tagħhom u fil-limiti previsti f’dan ir-Regolament, ikollhom aċċess għad-dejta personali pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għall-kompiti operattivi tiegħu.

Artikolu 41 Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jaħtar Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta skont l-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

2.           Fl-osservanza tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta:

a)      jassigura li jinżamm rekord bil-miktub tat-trasferiment ta’ dejta personali;

b)      jikkoopera mal-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew responsabbli għall-proċeduri, it-taħriġ u l-parir dwar l-ipproċessar tad-dejta;

c)      iħejji rapport annwali u jikkomunika dak ir-rapport lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew u lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

3.           Fit-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jkollu aċċess għad-dejta kollha pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għall-bini kollu tal-Uffiċċju.

4.           Il-membri tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li jkunu qegħdin jassistu lill-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta fit-twettiq tal-kompiti tiegħu jkollhom aċċess għad-dejta personali pproċessata minnu u għall-bini tiegħu safejn meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħhom.

5.           Jekk l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jħoss li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 jew ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali ma ġewx irrispettati, huwa jinforma lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, fejn jitolbu jsolvi n-nuqqas ta’ konformità fi żmien speċifikat. Jekk il-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jsolvix in-nuqqas ta’ konformità tal-ipproċessar fiż-żmien speċifikat, l-Uffiċjal tal-Protezzjoni tad-Dejta jirreferi l-kwistjoni lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

6.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jadotta r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 42 Modalitajiet rigward l-eżerċizzju tad-dritt tal-aċċess

1.           Kwalunkwe suġġett tad-dejta jista’ jeżerċita d-dritt tal-aċċess għad-dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u b’mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu.

2.           Meta d-dritt tal-aċċess ikun ristrett skont l-Artikolu 20 il-paragrafu 1 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 20(3). L-informazzjoni dwar ir-raġunijiet ewlenin li fuqhom tkun ibbażata l-applikazzjoni tar-restrizzjoni tista’ titħalla barra meta l-għoti ta’ dik l-informazzjoni jneħħi l-effett ta’ dik ir-restrizzjoni. Is-suġġett tad-dejta għandu tal-anqas jiġi infurmat li jkunu saru l-verifiki kollha neċessarji mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiddokumenta r-raġunijiet għat-tħollija barra tal-komunikazzjoni tar-raġunijiet ewlenin li fuqhom tkun ibbażata r-restrizzjoni msemmija fil-paragrafu 2.

4.           Meta fl-applikazzjoni tal-Artikoli 46 u 47 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jivverifika l-legalità tal-ipproċessar imwettaq mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, huwa għandu tal-anqas jinforma lis-suġġett tad-dejta li jkunu saru l-verifiki kollha neċessarji mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta.

Artikolu 43 Dritt ta’ rettifika, tħassir u restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar

1.           Jekk id-dejta personali pproċessata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tkun trid tiġi rettifikata, imħassra jew l-ipproċessar tagħha jkun irid jiġi ristrett skont l-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirrettifika, iħassar jew jirrestrinġi l-ipproċessar ta’ dik id-dejta.

2.           Fil-każijiet imsemmija fl-Artikoli 14, 15 jew 16 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, id-destinatarji kollha ta’ dik id-dejta jiġu infurmati immedjatament skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001. Skont ir-regoli applikabbli għalihom, id-destinatarji jirrettifikaw, iħassru jew jirrestrinġu l-ipproċessar ta’ dik id-dejta fis-sistemi tagħhom.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta mingħajr dewmien u fi kwalunkwe każ fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba, li d-dejta dwaru tkun ġiet rettifikata, imħassra jew li l-ipproċessar tagħha jkun ġie ristrett.

4.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma bil-miktub lis-suġġett tad-dejta dwar kwalunkwe rifjut ta’ rettifika, tħassir jew restrizzjonijiet fuq l-ipproċessar, u dwar il-possibbiltà li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u li jitfittex rimedju ġudizzjarju.

Artikolu 44 Responsabbiltà fi kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jipproċessa d-data personali b’mod li jkun jista’ jiġi stabbilit liema awtorità tkun ipprovdiet id-dejta personali u minn fejn tkun instabet id-dejta personali.

2.           Ir-responsabbiltà għall-konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u ma’ dan ir-Regolament tkun tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Ir-responsabbiltà għal-legalità tat-trasferiment tad-dejta personali pprovduta lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tkun tal-fornitur tad-dejta personali, u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għad-dejta personali pprovduta lill-Istati Membri, korp tal-Unjoni u pajjiżi u organizzazzjonijiet terzi.

3.           Soġġett għal dispożizzjonijiet oħra f’dan ir-Regolament, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun responsabbli għad-dejta kollha pproċessata minnu.

Artikolu 45 Kooperazzjoni bejn il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta

1.           Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jaġixxi f’kooperazzjoni mill-qrib mal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta fir-rigward ta’ kwistjonijiet speċifiċi li jeħtieġu l-involviment nazzjonali, b’mod partikolari jekk il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jew xi awtorità nazzjonali kompetenti jsibu diskrepanzi maġġuri bejn il-prattiċi tal-Istati Membri jew trasferimenti potenzjalment mhux skont il-liġi li jużaw il-kanali ta’ komunikazzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jew fil-kuntest ta’ mistoqsijiet imqajma minn awtorità ta’ sorveljanza nazzjonali waħda jew aktar dwar l-implimentazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

2.           Fil-każijiet imsemmija taħt il-paragrafu 1, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta jistgħu, filwaqt li kull wieħed jaġixxi fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kompetenzi rispettivi tiegħu, jiskambjaw informazzjoni rilevanti, jassistu lil xulxin fit-twettiq ta’ awditjar u spezzjonijiet, jeżaminaw diffikultajiet fl-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, jistudjaw problemi relatati mal-eżerċizzju tas-superviżjoni indipendenti jew mal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, ifasslu proposti armonizzati għal soluzzjonijiet konġunti għal kwalunkwe problema u jippromwovu l-għarfien dwar id-drittijiet tal-protezzjoni tad-dejta, kif meħtieġ.

3.           L-Awtoritajiet ta’ Sorveljanza Nazzjonali u l-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jiltaqgħu għall-iskopijiet imfissra f’dan l-Artikolu, kif meħtieġ. L-ispejjeż u l-ħlas ta’ dawk il-laqgħat jintrefgħu mill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta. Ir-regoli ta’ proċedura għandhom jiġu adottati fl-ewwel laqgħa. Metodi ta’ ħidma oħra jiġu żviluppati b’mod konġunt kif meħtieġ.

Artikolu 46 Dritt li jitressaq ilment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta

1.           Meta lment ippreżentat minn suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 32(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 ikun jirrigwarda deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 43, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jikkonsulta lill-korpi ta’ sorveljanza nazzjonali jew lill-korp ġudizzjarju kompetenti fl-Istat Membru li kien is-sors tad-dejta jew l-Istat Membru direttament ikkonċernat. Id-deċiżjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, li tista’ testendi sa rifjut li tiġi kkomunikata kwalunkwe informazzjoni, tittieħed f’kooperazzjoni mill-qrib mal-korp ta’ sorveljanza nazzjonali jew korp ġudizzjarju kompetenti.

2.           Meta xi lment ikun jirrigwarda l-ipproċessar ta’ dejta pprovduta lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew minn korpi tal-Unjoni, pajjiżi jew organizzazzjonijiet terzi jew partijiet privati, il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jassigura li jkunu twettqu l-kontrolli neċessarji mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

Artikolu 47 Responsabbiltà għal ipproċessar mhux awtorizzat jew ħażin tad-dejta

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun responsabbli, skont l-Artikolu 340 tat-Trattat, għal kwalunkwe dannu kkawżat lil individwu li jirriżulta minn ipproċessar ħażin jew mhux awtorizzat li huwa jkun għamel.

2.           L-ilmenti kontra l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew skont ir-responsabbiltà msemmija fil-paragrafu 1 jinstemgħu mill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 268 tat-Trattat.

KAPITOLU VII DISPOŻIZZJONIJIET FINANZJARJI U DWAR IL-PERSUNAL

Taqsima 1 dispożizzjonijiet finanzjarji

Artikolu 48 Atturi finanzjarji

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun responsabbli għat-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet finanzjarji u baġitarji.

2.           Id-Deputat magħżul mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew skont l-Artikolu 6(3) ikun responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala uffiċjal awtorizzanti.

Artikolu 49 Baġit

1.           L-estimi tad-dħul u n-nefqa kollha tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu ppreparati għal kull sena finanzjarja, li tikkorrispondi għas-sena kalendarja, u jintwerew fil-baġit tiegħu.

2.           Il-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun ibbilanċjat f’termini tad-dħul u tan-nefqa.

3.           Mingħajr preġudizzju għal riżorsi oħra, id-dħul tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jinkludi:

a)      kontribuzzjoni mill-Unjoni mdaħħla fil-baġit ġenerali tal-Unjoni;

b)      imposti għall-pubblikazzjonijiet u għal kwalunkwe servizz ipprovdut mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

4.           In-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandha tinkludi r-remunerazzjoni tal-persunal, l-ispejjeż amministrattivi u infrastrutturali, u l-ispejjeż operattivi.

5.           Fejn il-Prosekuturi Delegati Ewropej jaġixxu fil-qafas tal-kompiti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, in-nefqa rilevanti relatata ma’ dawn l-attivitajiet titqies bħala nefqa operattiva.

Artikolu 50 Stabbiliment tal-baġit

1.           Kull sena, id-Deputat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 48, ifassal abbozz ta’ stima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja li jmiss. Fuq il-bażi ta’ dak l-abbozz, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jipproduċi abbozz ta’ stima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għas-sena finanzjarja li jmiss.

2.           L-abbozz ta’ stima provviżorja tad-dħul u n-nefqa tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jintbagħat lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Jannar ta’ kull sena. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibgħat abbozz ta’ stima finali, li għandu jinkludi abbozz ta’ tabella tal-persunal, lill-Kummissjoni, sal-31 ta’ Marzu.

3.           Il-Kummissjoni tibgħat id-dikjarazzjoni tal-estimi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (l-awtorità tal-baġit) flimkien mal-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni.

4.           Fuq il-bażi tad-dikjarazzjoni tal-estimi, il-Kummissjoni ddaħħal fl-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni l-estimi li hija tikkunsidra neċessarji għat-tabella tal-persunal u l-ammont tal-kontribuzzjoni li għandha tiġi mitluba mill-baġit ġenerali, li hija għandha tippreżenta lill-awtorità tal-baġit skont l-Artikoli 313 u 314 tat-Trattat.

5.           L-awtorità tal-baġit tawtorizza l-approprjazzjonijiet għall-kontribuzzjoni tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

6.           L-awtorità tal-baġit tadotta t-tabella tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

7.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jadotta l-baġit tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Dan isir finali wara l-adozzjoni finali tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. Fejn ikun meħtieġ, dan jiġi aġġustat kif meħtieġ.

8.           Għal kwalunkwe proġett ta’ kostruzzjoni li x’aktarx ikollu implikazzjonijiet sinifikanti għall-baġit, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kemm jista’ jkun malajr skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

9.           Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri msemmija fl-Artikolu 203 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, għandhom jiddeliberaw fuq il-proġett tal-kostruzzjoni fi żmien erba’ ġimgħat mir-riċeviment tiegħu miż-żewġ istituzzjonijiet. Il-proġett tal-kostruzzjoni jitqies li ġie approvat malli jgħaddi dan il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jeħdux deċiżjoni kontra l-proposta f’dak il-perjodu. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill iqajmu tħassib ġustifikat f’dak il-perjodu ta’ erba’ ġimgħat, dak il-perjodu jiġi estiż darba b’ġimagħtejn. Jekk il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jiddeċiedu kontra l-proġett tal-kostruzzjoni, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jirtira l-proposta tiegħu u jista’ jissottometti waħda ġdida.

10.         L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jiffinanzja proġett ta’ akkwiżizzjoni ta' binja permezz ta’ self soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-awtorità tal-baġit skont l-Artikolu 203(8) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

Artikolu 51 Implimentazzjoni tal-baġit

1.           Id-Deputat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 48, li jaġixxi bħala l-uffiċjal awtorizzanti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, jimplimenta l-baġit taħt ir-responsabbiltà tiegħu u fil-limiti awtorizzati fil-baġit.

2.           Kull sena, id-Deputat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew li saret referenza għalih fl-Artikolu 48, jibgħat lill-awtorità tal-baġit l-informazzjoni kollha rilevanti għas-sejbiet tal-proċeduri ta’ evalwazzjoni.

Artikolu 52 Preżentazzjoni tal-kontijiet u l-kwittanza

1.           L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Eurojust jaġixxi bħala l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fl-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu. Isiru l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiġi evitat kwalunkwe kunflitt tal-interessi.

2.           Sal-1 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jibgħat ir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Qorti tal-Awdituri, sal-31 ta’ Marzu tas-sena finanzjarja ta’ wara.

4.           Sal-31 ta’ Marzu wara kull sena finanzjarja, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Kummissjoni jibgħat il-kontijiet provviżorji tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew konsolidati mal-kontijiet tal-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Awdituri.

5.           Skont l-Artikolu 148(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, il-Qorti tal-Awdituri, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Ġunju tas-sena ta’ wara, tagħmel l-osservazzjonijiet tagħha dwar il-kontijiet provviżorji tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

6.           Malli jirċievi l-osservazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet provviżorji tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew skont l-Artikolu 148 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012, l-uffiċjal tal-kontabilità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jipprepara l-kontijiet finali tiegħu li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

7.           L-uffiċjal tal-kontabilità tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sal-1 ta’ Lulju wara kull sena finanzjarja, jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri.

8.           Il-kontijiet finali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea sal-15 ta’ Novembru tas-sena ta’ wara.

9            Id-deputat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 48 jibgħat lill-Qorti tal-Awdituri tweġiba għall-osservazzjonijiet tagħha sa mhux aktar tard mit-30 ta’ Settembru tas-sena ta’ wara. It-tweġibiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jintbagħtu lill-Kummissjoni fl-istess ħin.

10.         Id-Deputat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 48 għandu jissottometti lill-Parlament Ewropew, wara talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi tal-proċedura ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja inkwistjoni skont l-Artikolu 165(3) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012.

11.         B'rakkomandazzjoni tal-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata, il-Parlament Ewropew, qabel il-15 ta’ Mejju tas-sena N + 2, jagħti kwittanza lid-deputat tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew imsemmi fl-Artikolu 48 fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena N.

Artikolu 53 Regoli finanzjarji

Ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu adottati mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew skont ir-[Regolament 2343/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej] u wara konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Dawn ma għandhomx jiddevjaw mir-[Regolament 2343/2002] sakemm tali devjazzjoni ma tkunx speċifikament meħtieġa għall-operat tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Kummissjoni tkun tat il-kunsens tagħha minn qabel.

Taqsima 2 DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IL-PERSUNAL

Artikolu 54 Dispożizzjonijiet ġenerali

1.           Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea[9] u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea u r-regoli adottati bi ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dawk ir-Regolamenti tal-Persunal u dawk il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra japplikaw għall-Prosekutur Pubbliku Ewropew, id-Deputati u l-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sakemm ma jkunx stipulat mod ieħor f’din it-Taqsima.

2.           Is-setgħat mogħtija lill-awtorità tal-ħatra mir-Regolamenti tal-Persunal u mill-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra biex tikkonkludi Kuntratti ta’ Impjieg jiġu eżerċitati mill-Prosekutur Pubbliku Ewropew fir-rigward tal-persunal tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jadotta regoli ta’ implimentazzjoni xierqa għar-Regolamenti tal-Persunal u għall-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jadotta wkoll l-ipprogrammar tar-riżorsi tal-persunal bħala parti mid-dokument ta’ programmazzjoni.

4.           Il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea japplika għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u għall-persunal tiegħu.

5.           Il-Prosekuturi Delegati Ewropej jiġu ingaġġati bħala Konsulenti Speċjali skont l-Artikoli 5, 123 u 124 tal-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-Aġenti l-Oħra tal-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandhom jiffaċilitaw it-twettiq tal-funzjonijiet tal-Prosekuturi Delegati Ewropej skont dan ir-Regolament u joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni jew politika li tista’ taffettwa ħażin il-karriera u l-istatus tagħhom fis-sistema tal-prosekuzzjoni nazzjonali. B’mod partikolari, l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jipprovdu lill-Prosekuturi Delegati Ewropej ir-riżorsi u t-tagħmir neċessarji għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom skont dan ir-Regolament, u jassiguraw li huma jkunu integrati b’mod sħiħ fis-servizzi tal-prosekuzzjoni nazzjonali tagħhom.

Artikolu 55 Esperti nazzjonali sekondati u persunal ieħor

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ juża esperti nazzjonali sekondati jew persuni oħra mhux impjegati minnu. L-Esperti nazzjonali sekondati għandhom ikunu soġġetti għall-awtorità tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fit-twettiq tal-kompiti relatati mal-funzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jadotta deċiżjoni li tistabbilixxi regoli dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u dispożizzjonijiet ta’ implimentazzjoni oħra li jistgħu jkunu meħtieġa.

KAPITOLU VIII DISPOŻIZZJONIJIET DWAR IR-RELAZZJONIJIET TAL-UFFIĊĊJU TAL-PROSEKUTUR PUBBLIKU EWROPEW MAL-IMSIEĦBA TIEGĦU

Taqsima 1 DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 56 Dispożizzjonijiet komuni

1.           Safejn ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni ma’ korpi jew aġenziji tal-Unjoni skont l-għanijiet ta’ dawk il-korpi jew l-aġenziji, l-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali ta’ Pulizija Kriminali (Interpol).

2.           Safejn ikun rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’, skont l-Artikolu 61, jiskambja direttament l-informazzjoni kollha, bl-eċċezzjoni tad-dejta personali, mal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jirċievi, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u jipproċessa dejta personali li jirċievi mingħand l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1 safejn dan ikun meħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tiegħu u soġġett għad-dispożizzjonijiet tat-Taqsima 3.

4.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jittrasferixxi dejta personali lil pajjiżi terzi, organizzazzjonijiet internazzjonali u lill-Interpol biss jekk dan ikun meħtieġ għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra r-reati li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u skont dan ir-Regolament.

5.           It-trasferimenti ’l quddiem lil partijiet terzi, ta’ dejta personali riċevuta mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew mingħand Stati Membri, korpi jew aġenziji tal-Unjoni, pajjizi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol, ikunu pprojbiti sakemm l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ma jkunx ta l-kunsens espliċitu tiegħu wara li jkun qies iċ-ċirkustanzi tal-każ partikolari, għal għan speċifiku li ma jkunx inkompatibbli mal-iskop li għalih tkun ġiet trasmessa d-dejta.

TAQSIMA 2 RELAZZJONIJIET MAL-IMSIEĦBA

Artikolu 57 Relazzjonijiet mal-Eurojust

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistabbilixxi u jżomm relazzjoni speċjali mal-Eurojust, ibbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib u rabtiet operattivi, amministrattivi u ta’ ġestjoni bejniethom kif definit hawn taħt.

2.           Fi kwistjonijiet operattivi, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jassoċja lill-Eurojust fl-attivitajiet tiegħu li jirrigwardaw każijiet transfruntieri jew kumplessi billi:

a)      jaqsam informazzjoni, inkluża dejta personali, dwar l-investigazzjonijiet tiegħu, b’mod partikolari meta din tikxef elementi li jistgħu ma jkunux fil-kompetenza materjali jew territorjali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

b)      jitlob lill-Eurojust jew lill-membru(i) nazzjonali kompetenti tagħha biex jipparteċipaw fil-koordinament ta’ atti ta’ investigazzjoni speċifiċi li jirrigwardaw aspetti speċifiċi li jistgħu ma jkunux fil-kompetenza materjali jew territorjali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

c)      jitlob lil Eurojust biex jiffaċilita l-ftehim bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Istat(i) Membru(i) kkonċernat(i) dwar kompetenza anċillari skont l-Artikolu 13 mingħajr preġudizzju għal soluzzjoni possibbli mill-awtorità ġudizzjarja tal-Istat Membru kkonċernat u kompetenti biex tiddeċiedi dwar il-kwistjoni;

d)      jitlob lill-Eurojust jew lill-membru(i) nazzjonali kompetenti tagħha biex jużaw is-setgħat mogħtija lilhom mil-leġiżlazzjoni nazzjonali jew mil-liġi nazzjonali fir-rigward ta’ atti speċifiċi ta’ investigazzjoni li jistgħu ma jkunux fil-kompetenza materjali jew territorjali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

e)      jaqsam informazzjoni mal-Eurojust jew mal-membru(i) nazzjonali kompetenti tagħha dwar deċiżjonijiet ta’ prosekuzzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 29 qabel is-sottomissjoni tagħhom lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew meta jistgħu jkunu affettwati l-kompetenzi tal-Eurojust u dan ikun xieraq fid-dawl tal-involviment preċedenti tal-Eurojust fil-każ;

f)       jitlob lill-Eurojust jew lill-membru(i) nazzjonali kompetenti tagħha sabiex jipprovdu appoġġ fit-trasmissjoni tad-deċiżjonijiet jew it-talbiet tiegħu għall-assistenza legali lil, u t-twettiq fi, Stati Membri tal-Eurojust iżda li ma jkunux qed jipparteċipaw fl-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew pajjiżi terzi.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikollu aċċess għal mekkaniżmu ta’ kontroverifika awtomatika tad-dejta fis-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet tal-Eurojust. Kull meta jinstab tqabbil bejn dejta mdaħħla fis-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u dejta mdaħħla mill-Eurojust, il-fatt li jkun hemm tqabbil jiġi kkomunikat kemm lill-Eurojust kif ukoll lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, u anki lill-Istat Membru li jkun ipprovda d-dejta lill-Eurojust. F’każijiet fejn id-dejta tkun ġiet ipprovduta minn pajjiż terz, il-Eurojust tinforma lil dak il-pajjiż terz biss dwar it-tqabbil bil-kunsens tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

4.           Il-kooperazzjoni stabbilita skont il-paragrafu 1 tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża dejta personali. Kwalunkwe dejta skambjata b’dan il-mod għandha tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta. Kwalunkwe użu ieħor tad-dejta jkun permess biss sakemm dak l-użu jkun fil-mandat tal-korp li jirċievi d-dejta, u soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-korp li jkun ipprovda d-dejta.

5.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jagħżel il-membri tal-persunal awtorizzati sabiex ikollhom aċċess għar-riżultati tal-mekkaniżmu ta’ kontroverifika u jinforma bihom lill-Eurojust.

6.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistrieħ fuq l-appoġġ u r-riżorsi tal-amministrazzjoni tal-Eurojust. Id-dettalji ta’ dan l-arranġament ikunu regolati permezz ta’ Ftehim. Il-Eurojust tipprovdi s-servizzi li ġejjin lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew:

a)      appoġġ tekniku fil-preparazzjoni tal-baġit annwali, id-dokument ta’ programmazzjoni li jinkludi l-programmazzjoni annwali u pluriennali, u l-pjan ta’ ġestjoni;

b)      appoġġ tekniku fir-reklutaġġ u l-ġestjoni tal-karriera tal-persunal;

c)      servizzi tas-sigurtà;

d)      servizzi tat-Teknoloġija tal-Informatika;

e)      servizzi ta’ ġestjoni finanzjarja, kontabilità u awditjar;

f)       kwalunkwe servizz ieħor ta’ interess komuni.

Artikolu 58 Relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet, l-aġenziji u korpi oħra tal-Unjoni

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiżviluppa relazzjoni speċjali mal-Europol.

2            Il-kooperazzjoni stabbilita skont il-paragrafu 1 tinvolvi l-iskambju ta’ informazzjoni, inkluża dejta personali. Kwalunkwe dejta skambjata b’dan il-mod tintuża biss għall-iskopijiet li għalihom tkun ġiet ipprovduta. Kwalunkwe użu ieħor tad-dejta jkun permess biss sakemm dak l-użu jkun fil-mandat tal-korp li jirċievi d-dejta, u soġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-korp li jkun ipprovda d-dejta.

3.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jikkoopera mal-Kummissjoni, inkluż l-OLAF, għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-obbligi skont l-Artikolu 325(3) tat-Trattat. Għal dan il-għan, huma għandhom jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi l-modalitajiet tal-kooperazzjoni tagħhom.

4.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jistabbilixxi u jżomm relazzjonijiet ta’ kooperazzjoni ma’ istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji oħra tal-Unjoni.

Artikolu 59 Relazzjonijiet ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma mal-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 56(1). Tali arranġamenti ta’ ħidma jistgħu, b’mod partikolari, jirrigwardaw l-iskambju ta’ informazzjoni strateġika u l-issekondar ta’ uffiċjali ta’ kollegament għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jaħtar, bi ftehim mal-awtoritajiet kompetenti, punti ta’ kuntatt f’pajjizi terzi sabiex jiffaċilita l-kooperazzjoni.

3.           B'konformità mal-Artikolu 218 tat-Trattat, il-Kummissjoni Ewropew tista' tippreżenta lill-Kunsill proposti għan-negozjati dwar ftehimiet ma' pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-kooperazzjoni bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-awtoritajiet kompetenti ta' dawn il-pajjiżi terzi fir-rigward l-assistenza legali f'materji kriminali u l-estradizzjoni f'każijiet li huma fil-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

4.           Rigward ir-reati kriminali li huma fil-kompetenza materjali tiegħu, l-Istati Membri jew jirrikonoxxu lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew bħala awtorità kompetenti għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-ftehimiet internazzjonali tagħhom dwar l-assistenza legali fi kwistjonijiet kriminali u l-estradizzjoni, jew, meta meħtieġ, ibiddlu dawn il-ftehimiet internazzjonali biex jassiguraw li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun jista' jeżerċita l-funzjonijiet tiegħu fuq il-bażi ta' tali ftehimiet meta huwa jassumi d-dmirijiet skont l-Artikolu 75(2).

TAQSIMA 3 TRASFERIMENT TA’ DEJTA PERSONALI

Artikolu 60 Trasferiment ta’ dejta personali lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni

Soġġett għal kwalunkwe restrizzjoni skont dan ir-Regolament, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jittrasferixxi direttament dejta personali lil korpi jew aġenziji tal-Unjoni sakemm dan ikun neċessarju għat-twettiq tal-kompiti tiegħu jew dawk tal-korp jew l-aġenzija tal-Unjoni riċevituri.

Artikolu 61 Trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jittrasferixxi dejta personali lil xi awtorità ta’ pajjiż terz jew lil xi organizzazzjoni internazzjonali jew lill-Interpol, sakemm dan ikun neċessarju biex huwa jwettaq il-kompiti tiegħu, fuq il-bażi biss ta’:

a)      deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata skont l-[Artikoli 25 u 31 tad-Direttiva 95/46/KE] li dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali, jew settur tal-ipproċessar f'dak il-pajjiż jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali jassiguraw livell adegwat ta’ protezzjoni (deċiżjoni ta’ adegwatezza); jew

b)      ftehim internazzjonali konkluż bejn l-Unjoni u dak il-pajjiż terz jew dik l-organizzazzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 218 tat-Trattat li joffri salvagwardji adegwati fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi.

Trasferiment bħal dan ma jeħtieġx awtorizzazzjoni ulterjuri.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jikkonkludi arranġamenti ta’ ħidma biex jimplimenta tali ftehimiet jew deċiżjonijiet ta’ adegwatezza.

2.           B’deroga mill-paragrafu 1, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jawtorizza t-trasferiment ta’ dejta personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali jew lill-Interpol fuq bażi ta’ każ b’każ jekk:

a)      it-trasferiment tad-dejta jkun assolutament neċessarju biex jiġu salvagwardjati l-interessi essenzjali tal-Unjoni, inklużi l-interessi finanzjarji tagħha, fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-għanijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

b)      it-trasferiment tad-dejta jkun assolutament neċessarju fl-interess li jiġi prevenut periklu imminenti assoċjat ma’ reati kriminali jew terroristiċi;

c)      it-trasferiment ikun neċessarju jew legalment meħtieġ għal raġunijiet ta’ interess pubbliku importanti tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha, kif rikonoxxuti mil-liġi tal-Unjoni jew mil-liġi nazzjonali, jew għall-istabbiliment, l-eżerċizzju jew id-difiża ta’ pretensjonijiet legali; jew

d)      it-trasferiment ikun meħtieġ biex jiġu protetti l-interessi vitali tas-suġġett tad-dejta jew ta’ xi persuna oħra.

3.           Barra minn hekk il-Prosekutur Pubbliku Ewropew, bi qbil mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta, b’kont meħud tal-eżistenza ta’ salvagwardji fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi, jista’ jawtorizza sett ta’ trasferimenti f’konformità mal-punti minn a) sa d) hawn fuq, għal perjodu li ma jaqbiżx sena, li jista’ jiġġedded.

4.           Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jiġi infurmat bil-każijiet fejn ikun ġie applikat il-paragrafu 3.

5.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jittrasferixxi dejta personali amministrattiva skont l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

KAPITOLU IX DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 62 L-istatus ġuridiku u l-kundizzjonijiet operattivi

1.           F’kull wieħed mill-Istati Membri, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew igawdi l-aktar kapaċità ġuridika estensiva mogħtija lill-persuni ġuridiċi skont il-liġijiet tagħhom. B’mod partikolari, huwa jista’ jikseb u jiddisponi minn proprjetà mobbli u immobbli u jkun parti fi proċedimenti legali.

2.           L-arranġament meħtieġa rigward l-akkomodazzjoni stipulata għall-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-faċilitajiet li joffri l-Istat Membru ospitanti flimkin mar-regoli speċifiċi applikabbli f'dan l-Istat Membru għall-Prosekutur Pubbliku Ewropew, id-Deputati tiegħu/tagħha u l-persunal tagħhom, u l-membri tal-familji tagħhom, ikunu mniżżla fi Ftehim dwar il-Kwartieri li jkun konkluż bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Istat Membru ospitanti mhux aktar tard minn [sentejn wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

3.           L-Istat Membru ospitanti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jipprovdi l-aħjar kundizzjonijiet possibbli biex ikun żgurat il-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, fosthom it-tagħlim fl-iskejjel multilingwi u b'orjentazzjoni Ewropea u b'konnessjonijiet xierqa tat-trasport.

Artikolu 63 Arranġamenti lingwistiċi

1.           Ir-Regolament 1[10] japplika għall-atti previsti fl-Artikoli 7 u 72.

2.           Is-servizzi tat-traduzzjoni meħtieġa għall-funzjonament tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jiġu pprovduti miċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-korpi tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 64 Kunfidenzjalità

1.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew, id-Deputati u l-persunal, il-Prosekuturi Delegati Ewropej u l-persunal nazzjonali tagħhom ikunu marbuta bl-obbligu tal-kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jsiru jafu dwarha matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

2.           L-obbligu tal-kunfidenzjalità japplika għall-persuni kollha u għall-korpi kollha msejħa biex jaħdmu mal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.           L-obbligu tal-kunfidenzjalità japplika wkoll wara li l-persuna titlaq mill-kariga jew l-impjieg jew wara t-terminazzjoni tal-attivitajiet tal-persuni msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.           L-obbligu tal-kunfidenzjalità japplika għall-informazzjoni kollha li jirċievi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika jew tkun aċċessibbli għall-pubbliku.

5.           Il-membri u l-persunal tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta jkunu soġġetti għall-obbligu tal-kunfidenzjalità fir-rigward ta’ kwalunkwe informazzjoni li jsiru jafu dwarha matul it-twettiq tal-kompiti tagħhom.

Artikolu 65 Trasparenza

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 japplika għad-dokumenti li jirrigwardaw il-kompiti amministrattivi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           Fi żmien sitt xhur mid-data tal-istabbiliment tiegħu, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jadotta regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

3.           Id-deċiżjonijiet meħuda mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistgħu jkunu s-suġġett ta’ lment għand l-Ombudsman jew ta’ azzjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 228 u 263 tat-Trattat, rispettivament.

Artikolu 66 L-OLAF u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri

1.           Sabiex jiffaċilita l-ġlieda kontra l-frodi, il-korruzzjoni jew attivitajiet illegali oħra skont ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11], fi żmien sitt xhur mid-data li fiha jsir operattiv l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, huwa jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-OLAF u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

2.           Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri jkollha s-setgħa ta’ verifika, fuq il-bażi ta’ dokumenti u kontrolli fil-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.           L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fil-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96[12] sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm irregolaritajiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta man-nefqa ffinanzjata mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

4.           Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1, 2 u 3, l-arranġamenti ta’ ħidma ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali jew l-Interpol, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għoti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu b’mod espliċitu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dawn l-awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

Artikolu 67 Regoli tas-sigurtà dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew japplika l-prinċipji tas-sigurtà kontenuti fir-regoli tas-sigurtà tal-Kummissjoni għall-protezzjoni ta’ Informazzjoni Klassifikata tal-Unjoni Ewropea (EUCI) u informazzjoni sensittiva mhux klassifikata, kif stabbiliti fl-anness tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/844/KE, KEFA, Euratom[13]. Dan għandu jkopri, inter alia, dispożizzjonijiet għall-iskambju, l-ipproċessar u l-ħażna ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 68 Inkjesti amministrattivi

L-attivitajiet amministrattivi tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikunu soġġetti għall-inkjesti tal-Ombudsman Ewropew skont l-Artikolu 228 tat-Trattat.

Artikolu 69 Reġim ġenerali tar-responsabbiltà

1.           Ir-responsabbiltà kuntrattwali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tkun irregolata mil-liġi applikabbli għall-kuntratt inkwistjoni.

2.           Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha l-ġurisdizzjoni biex tagħti sentenza skont kwalunkwe klawżola ta’ arbitraġġ li jkun hemm f’kuntratt konkluż mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

3.           Fil-każ ta’ responsabbiltà mhux kuntrattwali, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, skont il-prinċipji ġenerali komuni għal-liġijiet tal-Istati Membri u b’mod indipendenti minn kwalunkwe responsabbiltà skont l-Artikolu 47, jagħmel tajjeb għal kwalunkwe dannu kkawżat mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew mill-persunal tiegħu fit-twettiq tad-dmirijiet tagħhom sakemm dan ikun jista’ jiġi imputat lilhom.

4.           Il-paragrafu 3 japplika wkoll għad-dannu kkawżat minħabba xi żball ta’ Prosekutur Delegat Ewropew fit-twettiq tad-dmirijiet tiegħu.

5.           Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jkollha l-ġurisdizzjoni f’tilwimiet dwar il-kumpens għad-danni msemmija fil-paragrafu 3.

6.           Il-qrati nazzjonali tal-Istati Membri, li għandhom il-kompetenza sabiex jittrattaw tilwimiet li jinvolvu r-responsabbiltà tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kif imsemmija f’dan l-Artikolu, jiġu determinati b’referenza għar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001[14]

7.           Ir-responsabbiltà personali tal-persunal lejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tkun irregolata mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal jew fil-Kundizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għalihom.

Artikolu 70 Rapportar

1.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew joħroġ Rapport Annwali dwar l-attivitajiet ġenerali tiegħu. Huwa jibgħat dan ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Parlamenti nazzjonali, kif ukoll lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

2.           Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jidher darba fis-sena quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill biex jagħti rendikont tal-attivitajiet ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, waqt li jitqies l-obbligu tad-diskrezzjoni u tal-kunfidenzjalità. Jekk jintalab, huwa jidher ukoll quddiem il-Kummissjoni.

3.           Il-Parlamenti nazzjonali jistgħu jistiednu lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew lill-Prosekuturi Delegati Ewropej biex jipparteċipaw fi skambju ta’ opinjonijiet relatati mal-attivitajiet ġenerali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

KAPITOLU X DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

Artikolu 71 Dispożizzjonijiet tranżitorji

1.           Qabel iwettaq il-kompiti tiegħu, il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jieħu kwalunkwe miżura neċessarja għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

2.           Bla preġudizzju għall-Artikolu 9, l-ewwel ħatra taż-żewġ Deputati għall-Prosekutur Pubbliku Ewropew, li għandhom jintagħżlu bil-lott, tkun għall-perjodu ta' sitt snin.

3.           L-Istati Membri jibqgħu kompetenti sad-data li fiha l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun ġie stabbilit u assuma l-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 75(2). L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jeżerċita l-kompetenza tiegħu fir-rigward ta’ kwalunkwe reat li jaqa’ fil-kompetenza tiegħu, li jitwettaq wara dik id-data. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jeżerċita l-kompetenza tiegħu wkoll fir-rigward ta’ kwalunkwe reat li jaqa’ fil-kompetenza tiegħu, li jkun twettaq qabel dik id-data, jekk l-ebda awtorità nazzjonali kompetenti ma tkunx diġà qiegħda tinvestigah jew tmexxi l-prosekuzzjoni tiegħu.

Artikolu 72 Regoli amministrattivi u dokumenti ta’ programmazzjoni

Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu:

a)           kull sena jadotta d-dokument ta’ programmazzjoni li jinkludi l-programmazzjoni annwali u pluriennali tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

b)           jadotta strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jiġu kkunsidrati l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li jridu jiġu implimentati;

c)           jadotta regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti tal-interess fir-rigward tal-Prosekuturi Delegati Ewropej;

d)           jadotta regoli dwar l-istatus, il-kriterji tal-prestazzjoni, id-drittijiet u l-obbligi tad-Deputati u tal-Prosekuturi Delegati Ewropej, kif ukoll ir-rotazzjoni tal-Prosekuturi Delegati Ewropej għall-finijiet tal-implimentazzjoni tal-Artikolu 7;

e)           jadotta regoli dwar il-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet magħmula skont l-Artikolu 29 u l-modalitajiet għall-kalkolu tal-ammonti tal-multa li trid titħallas;

f)            jadotta regoli dwar il-modalitajiet tal-għoti tal-feedback lill-persuni jew lill-entitajiet li jkunu pprovdew informazzjoni lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew;

g)           jadotta regoli dettaljati fir-rigward tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 fl-attivitajiet tiegħu;

h)           jadotta r-regoli ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 24(8) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 73 Notifiki

Kull Stat Membru jagħżel l-awtoritajiet li jkunu kompetenti għall-finijiet tal-Artikoli 6(6), 13(3), 17(2) u 26(4). L-informazzjoni dwar l-awtoritajiet magħżula, kif ukoll dwar kwalunkwe tibdil sussegwenti, tiġi nnotifikata fl-istess ħin lill-Prosekutur Pubbliku Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Artikolu 74 Klawżola ta’ reviżjoni

1.           Sa mhux aktar tard minn [ħames snin wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament], il-Kummissjoni tippreżenta r-rapport ta’ evalwazzjoni tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li jista’ jkun akkumpanjat bi kwalunkwe proposta leġiżlattiva. Ir-rapport għandu jinkludi s-sejbiet tagħha dwar il-fattibilità u r-rakkomandabilità tal-estensjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għal reati kriminali oħra skont l-Artikolu 86(4) tat-Trattat.

2.           Il-Kummissjoni tissottometti proposti leġiżlattivi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jekk hija tikkonkludi li jkunu meħtieġa regoli aktar dettaljati dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-funzjonijiet tiegħu jew il-proċedura applikabbli għall-attivitajiet tiegħu. Hija tista’ tirrakkomanda lill-Kunsill Ewropew l-estensjoni tal-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew skont l-Artikolu 86(4) tat-Trattat.

Artikolu 75 Dħul fis-seħħ

1.           Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.           L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jassumi l-kompiti investigattivi u ta’ prosekuzzjoni mogħtija lilu b’dan ir-Regolament f’data li għandha tiġi determinata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni fuq proposta tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ladarba jitwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

Anness

Kategoriji ta’ dejta personali

1.           a)       il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija jew kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

b)      id-data u l-post tat-twelid;

c)      in-nazzjonalità;

d)      is-sess;

e)      il-post tar-residenza, il-professjoni u fejn tkun qiegħda l-persuna kkonċernata;

f)       in-numri tas-sigurtà soċjali, il-liċenzji tas-sewqan, id-dokumenti ta’ identifikazzjoni, id-data ta’ fuq il-passaport, in-Numri tal-Identifikazzjoni tad-Dwana u tat-Taxxa;

g)      informazzjoni dwar persuni ġuridiċi jekk din tinkludi informazzjoni relatata ma’ individwi identifikati jew identifikabbli u li jkunu s-suġġett ta’ investigazzjoni ġudizzjarja jew ta’ prosekuzzjoni;

h)      kontijiet tal-bank u kontijiet ma’ istituzzjonijiet finanzjarji oħra;

i)       id-deskrizzjoni u n-natura tal-allegati reati, id-data ta’ meta twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati u l-progress tal-investigazzjonijiet;

j)       il-fatti li jissuġġerixxu estensjoni internazzjonali tal-każ;

k)      dettalji relatati mal-allegata sħubija f’organizzazzjoni kriminali;

l)       in-numri tat-telefown, l-indirizzi tal-posta elettronika, dejta dwar it-traffiku u dejta dwar il-pożizzjoni, kif ukoll id-dejta relatata neċessarja sabiex jiġi identifikat l-abbonat jew l-utent;

m)     dejta dwar ir-reġistrazzjoni ta’ vetturi;

n)      profili tad-DNA stabbiliti mill-parti mhux kodifikanti tad-DNA, ritratti u marki tas-swaba’.

2.           a)       il-kunjom, il-kunjom ta’ xebba, l-ismijiet mogħtija jew kwalunkwe psewdonimu jew isem assunt;

b)      id-data u l-post tat-twelid;

c)      in-nazzjonalità;

d)      is-sess;

e)      il-post tar-residenza, il-professjoni u fejn tkun qiegħda l-persuna kkonċernata;

f)       id-deskrizzjoni u n-natura tar-reati li jkunu involuti fihom, id-data ta’ meta twettqu, il-kategorija kriminali tar-reati u l-progress tal-investigazzjonijiet.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament tal-Kunsill dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew

1.2.        Qasam/oqsma ta’ politika konċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

Qasam ta’ politika: Ġustizzja

Attività: titolu 33

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

X Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

¨Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja

X Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda l-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva tirrigwarda azzjoni indirizzata mill-ġdid għal azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Li tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u għall-iżvilupp ulterjuri ta’ spazju ta’ ġustizzja, u li żżid il-fiduċja tan-negozji u taċ-ċittadini tal-UE fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni, filwaqt li tirrispetta d-drittijiet fundamentali kollha minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB konċernata/i

Għan Speċifiku Nru 2 Ittejjeb il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali u b’hekk tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ Spazju Ewropew ta’ Ġustizzja ġenwin

(parti mill-Għan ġenerali Nru 2: Issaħħaħ il-fiduċja fl-Ispazju Ġudizzjarju Ewropew)

Attività/attivitajiet ABM/ABB konċernata/i

33 03: Ġustizzja fi kwistjonijiet kriminali u ċivili

1.4.3.     Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira

It-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa mistenni li jżid il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni. It-twaqqif tiegħu huwa mistenni li jwassal għal żieda fin-numru ta’ prosekuzzjonijiet tal-awturi ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji, li twassal għal numru akbar ta’ kundanni, livell ogħla ta’ rkupru ta’ fondi miksuba b’mod illegali u żieda fid-deterrenza. Barra minn hekk, l-indipendenza tiegħu se tassigura li l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet jitmexxew ’il quddiem mingħajr l-influwenza diretta tal-awtoritajiet nazzjonali.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

Żieda fin-numru u l-perċentwal ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet kriminali mwettqa b’suċċess

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid jintlaħaq/li jridu jintlaħqu fuq perjodu qasir jew fit-tul

Filwaqt li kemm l-Unjoni kif ukoll l-Istati Membri għandhom obbligu li jipproteġu l-baġit tal-Unjoni, fir-realtà l-Unjoni ftit għandha kontroll fuq in-nefqa mill-Istati Membri u tista’ tgħid l-ebda setgħa biex tintervjeni f’każijiet ta’ użu ħażin kriminali mill-fondi tal-UE. Il-maġġoranza l-kbira tal-baġit tal-UE tiġi ġestita mill-awtoritajiet nazzjonali (pereżempju meta jagħtu għotjiet ta’ akkwist pubbliku ffinanzjati mill-baġit tal-UE) u kwalunkwe investigazzjoni jew prosekuzzjoni kriminali fir-rigward tar-reati li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni taqa’ taħt il-kompetenza tal-Istati Membri. L-investigazzjonijiet kriminali dwar frodi u reati oħra kontra l-baġit tal-UE sikwit huma mxekkla minn leġiżlazzjoni diverġenti u sforzi ta’ infurzar mhux indaqs fl-Istati Membri. L-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar tal-liġi, il-prosekuturi u l-imħallfin fl-Istati Membri jiddeċiedu skont il-prijoritajiet stabbiliti mill-politika kriminali nazzjonali u fuq il-bażi tal-kompetenzi u r-regoli proċedurali tal-liġi kriminali nazzjonali jekk jintervjenux u, jekk iva, kif jintervjenu biex jipproteġu l-baġit tal-Unjoni. Għalhekk, il-livell ta’ protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni jvarja b’mod sinifikanti minn Stat Membru għall-ieħor. Il-fatt li r-rata ta’ prosekuzzjonijiet b’suċċess fir-rigward ta’ reati kontra l-baġit tal-UE tvarja b’mod konsiderevoli madwar l-UE minn Stat Membru għall-ieħor (minn 19% sa 91%[15]) juri diskrepanza fil-mekkaniżmi ta’ protezzjoni eżistenti u jitlob għal miżuri korrettivi.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tat-twaqqif ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jinstab prinċipalment fiż-żieda fin-numru ta’ prosekuzzjonijiet ta’ reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Il-ħolqien ta’ Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jtejjeb l-użu tar-riżorsi u l-iskambju ta’ informazzjoni li huma meħtieġa għat-twettiq ta’ investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet b’suċċess tar-reati rilevanti. Min-naħa tiegħu, dan isaħħaħ ir-risposta tal-infurzar tal-liġi għal dawk ir-reati b’mod ġenerali, u jżid l-effett preventiv (deterrenza) għal kriminali potenzjali. L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ikun jista’ jiġbor flimkien ir-riżorsi investigattivi u ta’ prosekuzzjoni għall-ħtiġijiet ta’ sitwazzjoni partikolari, u b’hekk jagħmel l-infurzar tal-liġi fuq livell Ewropew u nazzjonali aktar effiċjenti.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jmexxi investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet fl-Istati Membri, jassigura l-koordinament effettiv tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, u jsolvi problemi relatati ma’ sistemi legali applikabbli differenti. Is-sistema preżenti, fejn l-Istati Membri biss huma responsabbli għal dawn l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, appoġġjati mill-Eurojust u l-Europol, mhijiex effiċjenti biżżejjed biex tindirizza l-livelli għoljin tar-reati rilevanti u d-danni assoċjati.

Li jiġi assigurat li r-riżorsi finanzjarji limitati tal-Unjoni jintużaw fl-aħjar interessi taċ-ċittadini tal-UE u jiġu protetti aħjar kontra l-frodi huwa indispensabbli wkoll għal-leġittimità tan-nefqa u biex tiġi assigurata l-fiduċja tal-pubbliku fl-Unjoni.

1.5.3.     Tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fil-passat

Fuq livell nazzjonali, ħafna drabi m’hemmx skambju ta’ informazzjoni suffiċjenti dwar reati suspettati li jinvolvu fondi tal-UE bejn l-awtoritajiet responsabbli għall-monitoraġġ u l-kontroll, dawk li jieħdu ħsieb l-investigazzjonijiet amministrattivi, u l-korpi tal-infurzar tal-liġi. Dan huwa parzjalment dovut għal nuqqasijiet fil-qafas proċedurali msemmi aktar ’il fuq, li jxekklu l-investigazzjonijiet multidixxiplinari effiċjenti li jinvolvu l-awtoritajiet ġudizzjarji kif ukoll l-awtoritajiet amministrattivi, doganali u tat-taxxa fl-Istati Membri. L-aġenziji li jimmaniġġaw u jikkontrollaw l-iżborżament ta’ fondi tal-UE xi drabi jiffukaw biss fuq il-ksib lura tal-flus tagħhom permezz ta’ proċeduri amministrattivi u tal-liġi ċivili anki jekk ikun hemm suspetti qawwija li jkun seħħ att kriminali. Dan jista’ jwassal biex jiġu traskurati l-prosekuzzjonijiet kriminali, kif ukoll id-deterrenza u l-prevenzjoni ġenerali.

L-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi tar-reati kontra l-interessi finanzjarji tal-UE huma mxekkla wkoll mill-fatt li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-prosekuturi mhux dejjem jittrasmettu l-informazzjoni dwar ir-reati kriminali lill-kollegi tagħhom fi Stati Membri oħra, jew lill-Eurojust jew l-Europol.

Barra minn hekk, il-modi klassiċi ta’ kooperazzjoni internazzjonali permezz ta’ talbiet għal assistenza legali reċiproka (MLA) jew permezz ta’ timijiet ta’ investigazzjoni konġunta (JITs) ħafna drabi mhumiex jiffunzjonaw tajjeb biżżejjed biex jippermettu l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni effettivi ta’ dawn ir-reati minkejja l-isforzi ta’ korpi Ewropej bħall-Eurojust u l-Europol. It-tweġibiet għat-talbiet ta’ MLA ħafna drabi huma bil-mod ħafna u l-awtoritajiet tal-pulizija u ġudizzjarji jsibu diffikultajiet prattiċi biex jikkuntattjaw u jikkooperaw ma’ kollegi f’pajjiżi oħra minħabba problemi tal-lingwa u d-differenzi fis-sistemi legali. F’xi Stati, il-kooperazzjoni internazzjonali bil-mod u ineffettiva sikwit wasslet għall-impossibbiltà li jiġi segwit il-każ għax il-perjodu tal-preskrizzjoni jkun għadda. Barra minn hekk, il-każijiet li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-UE huma partikolarment kumplessi.

Rigward il-kooperazzjoni fuq livell tal-Unjoni, kienu rrappurtati esperjenzi mħallta rigward il-kooperazzjoni mal-Eurojust u l-Europol, u bejn l-Istati Membri u l-OLAF. Il-Eurojust u l-Europol mhux dejjem jirċievu l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jappoġġaw lill-Istati Membri. L-OLAF jipprovdi appoġġ lill-Istati Membri permezz tal-abilità tiegħu li jagħti assistenza teknika u operattiva speċjalizzata kif mitlub mill-Artikolu 7 tat-tieni Protokoll għall-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni tal-Interessi Finanzjarji tal-Komunitajiet Ewropej. Fl-istess ħin, l-investigazzjonijiet tal-OLAF jitwettqu soġġetti għal kondizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari fir-rigward tat-trasmissjoni tal-informazzjoni lill-ġudikatura nazzjonali, inklużi r-regoli applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta. Minħabba f’hekk, il-kooperazzjoni mal-OLAF kienet ikkritikata wkoll minn żmien għall-ieħor, b’mod partikolari fir-rigward taż-żmien twil li xi kultant jieħu l-OLAF biex jaqsam l-informazzjoni mal-prosekuturi nazzjonali. Xi Stati Membri jillimitaw ukoll il-kooperazzjoni ma’ korpi mhux ġudizzjarji bħall-OLAF abbażi ta’ regoli dwar is-segretezza ġudizzjarja.

L-istatistika annwali tal-OLAF turi li l-każijiet li jiġu trasferiti lill-awtoritajiet investigattivi u ġudizzjarji nazzjonali ma jiġux ipproċessati b’mod effettiv u effiċjenti indaqs madwar l-UE. Fil-ħdax-il rapport operattiv tiegħu, l-OLAF analizza s-segwitu ġudizzjarju mogħti mill-Istati Membri għall-każijiet tiegħu fuq perjodu ta’ 12-il sena u sab "differenzi sostanzjali ħafna bejn il-pajjiżi fir-rigward tal-ħila tagħhom li jwasslu investigazzjonijiet u prosekuzzjonijiet ġudizzjarji relatati mal-baġit tal-UE għal kundanna fi żmien raġonevoli". Il-fatt li r-rata medja ta’ prosekuzzjoni hija taħt il-50% juri li hemm diffikultajiet serji sabiex tintlaħaq l-effikaċja globali tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni fl-Istati Membri.

1.5.4.     Kompatibbiltà u sinerġija possibbli ma’ strumenti oħra xierqa

Proposta għal Direttiva Kontra l-Frodi

L-azzjonijiet kurrenti tal-Unjoni biex tipproteġi l-interessi finanzjarji tagħha jinkludu investigazzjonijiet amministrattivi, kontrolli u awditjar, kif ukoll azzjoni leġiżlattiva, fosthom il-proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, iżda ma jindirizzawx in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali relatati mal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

Eurojust

Il-Eurojust tista’ biss tikkoordina u tinkoraġġixxi l-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet, u tassisti fl-iskambju tal-informazzjoni. Jekk Stat Membru jirrifjuta li jinvestiga jew imexxi l-investigazzjoni ta’ każ, il-Eurojust ma tistax iġġiegħlu jagħmel dan. Il-Membri Nazzjonali tal-Eurojust ħafna drabi ma għandhomx is-setgħat biex jassiguraw segwitu effettiv fl-Istati Membri, jew jekk ikollhom, dawn normalment joqogħdu lura milli jużaw is-setgħat li huma jidderivaw mil-liġijiet nazzjonali – il-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet dwar dawn it-tip ta’ kwistjonijiet jintlaħqu permezz ta’ kunsens.

Il-proposta dwar it-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew hija akkumpanjata minn proposta dwar ir-riforma tal-Eurojust li se tallinjaha mal-approċċ komuni dwar l-aġenziji Ewropej li ġie maqbul mill-Kunsill, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, u se tistabbilixxi rabta bejn il-Europol u l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew. Din ir-riforma tista’ twassal għal skambju ta’ informazzjoni aktar effiċjenti u kooperazzjoni aħjar bejn l-awtoritajiet nazzjonali.

Jeżistu, u dejjem se jeżistu każijiet fejn ikunu jridu jiġu involuti kemm l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew kif ukoll il-Eurojust, b’mod partikolari każijiet fejn il-persuni suspettati jkunu involuti kemm f’reati li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni kif ukoll f’forom oħra ta’ kriminalità. Dan jimplika li se tkun meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib kontinwa. Sabiex ikun assigurat li din isseħħ, iddaħħlu dispożizzjonijiet fiż-żewġ Regolamenti sabiex jistipulaw li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew jista’ jitlob li l-Eurojust, jew il-membri nazzjonali tagħha, jintervjenu, jikkoordinaw, jew inkella jużaw is-setgħat tagħhom f’każ partikolari.

Barra minn hekk huwa previst li l-Eurojust se tipprovdi servizzi ta’ appoġġ prattiku, mingħajr spejjeż, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew fi kwistjonijiet amministrattivi, bħall-persunal, il-finanzi u l-IT. Dan l-approċċ joffri sinerġiji konsiderevoli. Eżempju wieħed ta’ din is-sinerġija huwa li l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew se jkun jista’ juża l-infrastruttura tal-IT tal-Eurojust, inkluż l-użu tas-Sistema ta’ Ġestjoni ta’ Każijiet, il-fajls ta’ ħidma temporanji u l-indiċi tagħha għall-każijiet tiegħu. Id-dettalji ta’ dan l-arranġament se jiġu stabbiliti fi ftehim bejn l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew u l-Eurojust.

OLAF

Fil-preżent l-OLAF imexxi investigazzjonijiet amministrattivi għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE. L-OLAF għandu persunal speċjalizzat b’esperjenza konsiderevoli fil-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kriminali nazzjonali. Bosta membri tal-persunal tal-OLAF għandhom sfond rilevanti fl-amministrazzjonijiet nazzjonali tagħhom tal-infurzar u ġudizzjarji (funzjonijiet ta’ pulizija, dwana, u ta’ prosekuzzjoni).

Parti mir-riżorsi tal-OLAF għalhekk tintuża sabiex jitwaqqaf l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, b’kont meħud tal-esperjenza tagħhom fit-twettiq ta’ investigazzjonijiet amministrattivi u l-għan li tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-investigazzjonijiet amministrattivi u kriminali. Aspett importanti ieħor huwa dak li jintużaw in-netwerks preżenti li żviluppa l-OLAF matul is-snin fil-qasam tal-investigazzjonijiet kontra l-frodi.

Fl-aħħar nett, l-OLAF għandu jikkontribwixxi għat-twaqqif tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew b’appoġġ speċjalizzat sabiex jiffaċilita l-analiżi forensika u b’appoġġ tekniku u operattiv għall-investigazzjonijiet u għall-istabbiliment tal-provi f’każijiet kriminali li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Bħalissa qiegħda tiġi nnegozjata b’mod interistituzzjonali proposta sabiex jiġi emendat ir-Regolament 1073/1999 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-OLAF (riforma tal-OLAF). Filwaqt li din il-proposta ttejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-OLAF u l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-aġenziji u l-uffiċċji (IBOA) tal-UE, kif ukoll mal-Istati Membri u tipprovdi governanza aħjar għall-OLAF u sett ta’ garanziji proċedurali għall-persuni kkonċenati mill-investigazzjonijiet, hija ma tagħti lill-OLAF l-ebda mezz ta’ azzjoni addizzjonali, b’mod partikolari setgħat ta’ investigazzjoni kriminali.

Europol

Ir-rwol tal-Europol huwa limitat għall-forniment ta’ intelliġenza u sostenn għall-attivitajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali. Hija ma tistax tassigura segwitu għall-analiżijiet tagħha fl-Istati Membri, u lanqas ma tista’ tmexxi investigazzjonijiet nazzjonali. Is-setgħat tal-Europol huma limitati wkoll mit-TFUE. Skont l-Artikolu 88 TFUE, l-Europol ma tistax tinvestiga reati b’mod indipendenti, u kwalunkwe azzjoni operattiva mill-Europol għandha titwettaq flimkien u bil-qbil tal-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali. Filwaqt li l-funzjonijiet ta’ appoġġ tal-Europol huma bla dubju ta’ xejn importanti, dawn ma jistgħux ikunu sostitut għas-setgħat li tiġi investigata b’mod indipendenti mġiba kriminali.

F’Marzu 2013 kienet adottata mill-Kummissjoni proposta għal Regolament dwar l-Europol, li ffukat fuq l-allinjament tal-kompetenzi tal-Europol mat-TFUE u biex din issir ċentru għall-iskambju ta’ informazzjoni, filwaqt li tingħata responsabbiltajiet ġodda rigward it-taħriġ. Hija ma tinkludix l-investigazzjoni tal-pulizija u s-setgħat tal-infurzar tal-liġi fil-qasam tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul limitat

– ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

X Proposta/inizjattiva ta’ tul mhux limitat

– Implimentazzjoni b’perjodu tal-bidu mill-2017 sal-2023,

– segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

1.7.        Metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i)

Ġestjoni diretta mill-Kummissjoni

– mid-dipartimenti tagħha, inkluż mill-persunal tagħha fid-delegazzjonijiet tal-Unjoni;

–      mill-aġenziji eżekuttivi;

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

X Ġestjoni indiretta bid-delega ta’ kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨ pajjiżi terzi jew il-korpi li jkunu għażlu;

– ¨ organizzazzjonijiet internazzjonali u l-aġenziji tagħhom (li għandhom jiġu speċifikati);

– ¨il-BEI u l-Fond Ewropew tal-Investiment;

– X korpi msemmija fl-Artikoli 208 u 209 tar-Regolament Finanzjarju;

– ¨ korpi rregolati bil-liġi pubblika;

– ¨ korpi rregolati bil-liġi privata b’missjoni ta’ servizz pubbliku bil-kundizzjoni li dawn jipprovdu garanziji finanzarji adegwati;

– ¨ korpi rregolati bil-liġi privata ta’ Stat Membru li jkunu fdati bl-implimentazzjoni ta’ sħubija pubblika-privata u li jipprovdu garanziji finanzjarji adegwati;

– ¨ persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi fil-PESK skont it-Titolu V tat-TUE, u identifikati fl-att bażiku rilevanti.

– Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi dettalji fit-taqsima "Kummenti".

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rapportar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu joħroġ rapport annwali dwar l-attivitajiet tiegħu. Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jidher quddiem il-Parlament Ewropew u l-Kunsill darba fis-sena biex jagħti rendikont tar-riżultati u l-prijoritajiet tal-investigazzjonijiet u l-prosekuzzjonijiet tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, filwaqt li jqis l-obbligu tad-diskrezzjoni u l-kunfidenzjalità.

Il-Prosekutur Pubbliku Ewropew jew il-Prosekuturi Delegati Ewropej jistgħu jiġu mistiedna wkoll sabiex jipprovdu informazzjoni lill-Parlamenti nazzjonali.

Barra minn hekk, fi żmien ħames snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament li jistabbilixxi l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-Kummissjoni Ewropea għandha tivvaluta l-implimentazzjoni tiegħu, inklużi l-fattibilità u r-rakkomandabilità li l-kompetenza tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew tiġi estiża għal reati oħra skont l-Artikolu 86 (4) TFUE.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u ta’ kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Il-miżuri ta’ investigazzjoni u ta’ prosekuzzjoni, inklużi s-setgħat tal-infurzar, huma attivitajiet sensittivi li parzjalment jaffettwaw id-drittijiet tal-bniedem u għalhekk, jistgħu jwasslu għal talbiet għad-danni.

L-ipproċessar ta’ dejta personali f’każijiet pendenti jista’ jkun ukoll raġuni għal talbiet għad-danni f’każ ta’ pproċessar mhux skont il-liġi.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Skont il-proċedura standard ta’ kwittanza, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew huwa obbligat, fost l-oħrajn, li:

– jibgħat il-kontijiet provviżorji lill-Uffiċjal tal-Kontabilità tal-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri;

– jibgħat il-kontijiet finali lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri;

– jippreżenta lill-Parlament Ewropew, fuq talba ta’ dan tal-aħħar, kwalunkwe informazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mingħajr problemi, tal-proċedura ta’ kwittanza, għas-sena finanzjarja inkwistjoni.

Barra minn hekk, fir-rigward tal-ġlieda kontra l-frodi u l-awditjar mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, ladarba jkun operattiv:

– L-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandu jaderixxi mal-Ftehim Interistituzzjonali tal-25 ta’ Mejju 1999 dwar l-investigazzjonijiet interni mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa applikabbli għall-impjegati kollha tal-Uffiċċju billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness għal dak il-Ftehim.

– Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri għandu jkollha s-setgħa ta’ verifika, fuq il-bażi ta’ dokumenti u kontrolli fuq il-post, fuq il-benefiċjarji ta’ għotjiet, il-kuntratturi u s-sottokuntratturi kollha li jkunu rċevew fondi tal-Unjoni mill-Uffiċċju.

– L-OLAF jista’ jwettaq investigazzjonijiet, inkluż kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, skont id-dispożizzjonijiet u l-proċeduri stabbiliti fir-regoli applikabbli tal-UE sabiex jistabbilixxi jekk kienx hemm xi irregolarità li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni b’rabta ma’ għotja jew kuntratt iffinanzjati mill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew.

– L-arranġamenti ta’ ħidma ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, il-kuntratti, il-ftehimiet ta’ għotja u d-deċiżjonijiet ta’ għoti tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jagħtu b’mod espliċitu s-setgħa lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri u lill-OLAF sabiex iwettqu dawn l-awditi u investigazzjonijiet, skont il-kompetenzi rispettivi tagħhom.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew maħsuba

L-adozzjoni ta’ strateġija kontra l-frodi, li tkun proporzjonata mar-riskji ta’ frodi wara li jitqiesu l-ispejjeż u l-benefiċċji tal-miżuri li għandhom jiġu implimentati.

L-adozzjoni ta’ regoli għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti tal-interessi fir-rigward tal-membri tal-persunal tiegħu.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura………………………...……….] || AD/AMD ([16]) || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

|| || || || || ||

· Linji tal-baġit ġodda mitluba

Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Intestatura tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura……………………………………..] || AD/AMD || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

3 || 33.03.YY.YY UPPE || AD || LE || LE || LE || LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa (fi prezzijiet tal-2013)

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 3 || Sigurtà u Ċittadinanza

UPPE[17] || || || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Titolu 1[18] || Impenji || (1) || 1,393 || 4,144 || 6,895 || 11,039 || 23,471

Ħlasijiet || (2) || 1,393 || 4,144 || 6,895 || 11,039 || 23,471

Titolu 2[19] || Impenji || (1a) || 0,099 || 0,194 || 0,293 || 0,487 || 1,073

Ħlasijiet || (2a) || 0,099 || 0,194 || 0,293 || 0,487 || 1,073

Titolu 3[20] || Impenji || (3a) || 1,052 || 2,455 || 3,507 || 4,558 || 11,572

|| Ħlasijiet || (3b) || 1,052 || 2,455 || 3,507 || 4,558 || 11,572

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għall-UPPE || Impenji || =1+1a +3a || 2,544 || 6,793 || 10,695 || 16,084 || 36,116

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ‘Nefqa amministrattiva’

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

DĠ: JUST ||

Ÿ Riżorsi Umani || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,170 || 0,680

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,050 || 0,050 || 0,050 || 0,050 || 0,200

TOTAL DĠ JUST || Approprjazzjonijiet || 0,220 || 0,220 || 0,220 || 0,220 || 0,880

Ÿ Riżorsi Umani || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,131 || 0,524

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,050 || 0,050 || 0,050 || 0,050 || 0,200

TOTAL tal-OLAF || Approprjazzjonijiet || 0,181 || 0,181 || 0,181 || 0,181 || 0,724

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || 0,401 || 0,401 || 0,401 || 0,401 || 1,604

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 2,945 || 7,194 || 11,096 || 16,485 || 37,720

Ħlasijiet || 2,945 || 7,194 || 11,096 || 16,485 || 37,720

Tnaqqis sabiex jinkisbu kosteffiċjenzi fl-Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || ‘Nefqa amministrattiva’

Tnaqqis fl-Intestatura 5 (OLAF) || || || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

Titolu 1[21] || Impenji || (1) || -1,393 || -4,144 || -6,895 || -11,039 || -23,471

Pagamenti || (2) || -1,393 || -4,144 || -6,895 || -11,039 || -23,471

Titolu 2[22] || Impenji || (1a) || -0,099 || -0,194 || -0,293 || -0,487 || -1,073

Pagamenti || (2a) || -0,099 || -0,194 || -0,293 || -0,487 || -1,073

Titolu 3[23] || Impenji || (3a) || -0,350 || -1,051 || -1,401 || -1,750 || -4,552

|| Pagamenti || (3b) || -0,350 || -1,051 || -1,401 || -1,750 || -4,552

TOTAL tat-tnaqqis fl-Intestatura 5 || Impenji || =1+1a +3a || -1,842 || -5,389 || -8,589 || -13,276 || -29,096

Matul il-fażi ta’ introduzzjoni gradwali, kwalunkwe żieda ta’ riżorsi fl-approprjazzjonijiet jew FTE fl-UPPE tiġi kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-istess ammont fl-approprjazzjonijiet jew FTE fir-riżorsi tal-OLAF.

Differenza, jiġifieri l-ispejjeż relatati mal-kuntratti ta’ servizz tal-EDPs (it-Titolu 3)

|| || || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL

|| Impenji || (1) || 0,702 || 1,404 || 2,106 || 2,880 || 7,020

Pagamenti || (2) || 0,702 || 1,404 || 2,106 || 2,880 || 7,020

Dawn huma l-ispejjeż ta’ 9, 18, 27 u 36 EDPs f’FTE kkalkulati.

Dawn l-ispejjeż iridu jiġu koperti bil-marġinu tat-Titolu 3 jew bi tnaqqis f’aġenziji oħra.

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet [tal-korp]

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif deskritt hawn taħt:

– Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’EUR miljun (sa tliet punti deċimali) fi prezzijiet tal-2013

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || TOTAL ||

REALIZZAZZJONIJIET (riżultati) ||

Tip || Spiża medja || Numru [24] || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Total || Spiża totali ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1 Investigazzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji || || || || || || || || || || ||

- Realizzazzjoni || każijiet eerer of cases || 0,0083 || 184 || 1,526 || 491 || 4,076 || 773 || 6,417 || 1163 || 9,650 || || 21,669 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 1,526 || || 4,076 || || 6,417 || || 9,650 || || 21,669 ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2 Prosekuzzjonijiet għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji || || || || || || || || || || ||

- Realizzazzjoni || każijiet || 0,0083 || 92 || 0,763 || 246 || 2,038 || 387 || 3,208 || 581 || 4,825 || || 10,834 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || 0,763 || || 2,038 || || 3,208 || || 4,825 || || 10,834 ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 3 Kooperazzjoni ma’ oħrajn || || || || || || || || || || ||

- Realizzazzjoni || || 0,0083 || 31 || 0,254 || 82 || 0,679 || 129 || 1,069 || 194 || 1,608 || || 3,610 ||

Subtotal għall-għan speċifiku Nru 3 || || 0,254 || || 0,679 || || 1,069 || || 1,608 || || 3,610 ||

SPEJJEŻ TOTALI || || 2,543 || || 6,793 || || 10,694 || || 16,083 || || 36,113[25] ||

3.2.3.     Impatt stmat fuq ir-riżorsi umani tal-UPPE

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨         Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– X          Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif deskritt hawn taħt:

Riżorsi umani || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Karigi fit-tabella tal-persunal (f’għadd ta’ persuni) || 18 || 36 || 54 || 90

- Li minnhom AD || 12 || 24 || 36 || 60

- Li minnhom AST || 6 || 12 || 18 || 30

Persunal estern (FTE) || 6 || 11 || 17 || 28

- Li minnhom aġenti kuntrattwali || 5 || 9 || 14 || 23

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Ssekondati (SNE) || 1 || 2 || 3 || 5

Total ta’ persunal || 24 || 47 || 71 || 118

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Nefqa fuq il-persunal || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Karigi fit-tabella tal-persunal || 1,179 || 3,537 || 5,895 || 9,432 || 20,043

- Li minnhom AD || 0,786 || 2,358 || 3,930 || 6,288 || 13,362

- Li minnhom AST || 0,393 || 1,179 || 1,965 || 3,144 || 6,681

Persunal estern || 0,214 || 0,607 || 1,000 || 1,607 || 3,428

- Li minnhom aġenti kuntrattwali || 0,175 || 0,490 || 0,805 || 1,295 || 2,765

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Ssekondati (SNE) || 0,039 || 0,117 || 0,195 || 0,312 || 663

Total tan-nefqa fuq il-persunal || 1,393 || 4,144 || 6,895 || 11,039 || 23,471

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta’ riżorsi umani għad-DĠ ewlieni

– ¨         Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani.

– X Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif deskritt hawn taħt:

L-istima għandha tkun espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar l-aktar sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 ||

Ÿ Karigi fit-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji) ||

|| 33 01 01 01 Persunal JUST || 1,3 || 1,3 || 1,3 || 1,3 ||

|| 24 01 07 00 01 01 Persunal OLAF || 1 || 1 || 1 || 1 ||

|| XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || ||

|| XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || ||

|| 10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || ||

|| || || || || ||

|| Ÿ Persunal estern (f’Ekwivalenti għal Full Time: FTE)

|| XX 01 02 01 (CA, SNE, INT mill-‘pakkett globali’) || || || || ||

|| XX 01 02 02 (CA, LA, SNE, INT u JED fid-delegazzjonijiet) || || || || ||

|| XX 01 04 yy || - fil-Kwartieri ġenerali || || || || ||

|| - fid-delegazzjonijiet || || || || ||

|| XX 01 05 02 (CA, SNE, INT – Riċerka indiretta) || || || || ||

|| 10 01 05 02 (CA, SNE, INT- Riċerka diretta) || || || || ||

|| Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || ||

|| TOTAL || 2,3 || 2,3 || 2,3 || 2,3 ||

XX huwa l-qasam ta’ politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ġie riallokat fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta’ ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet tal-baġit.

Uffiċjali u persunal temporanju || Segwitu tal-politika u parir lill-UPPE, parir baġitarju u finanzjarju lill-UPPE u ħlasijiet attwali tas-sussidju, kwittanza, proċeduri tal-abbozz ta’ baġit

Persunal estern || Mhux applikabbli

Id-deskrizzjoni tal-kalkolu tal-ispiża għall-ekwivalenti ta’ FTE għandha tiġi inkluża fl-Anness, it-Taqsima 3.

 Matul il-fażi ta’ introduzzjoni gradwali, kwalunkwe żieda ta’ riżorsi fl-approprjazzjonijiet jew FTE fl-UPPE tiġi kkumpensata bi tnaqqis korrispondenti tal-istess ammont fl-approprjazzjonijiet jew FTE fir-riżorsi tal-OLAF.

Tnaqqis ta’ riżorsi umani fl-OLAF || 2017 || 2018 || 2019 || 2020

Karigi fit-tabella tal-persunal (f’għadd ta’ persuni) || -18 || -36 || -54 || -90

- Li minnhom AD || -12 || -24 || -36 || -60

- Li minnhom AST || -6 || -12 || -18 || -30

Persunal estern (FTE) || -6 || -11 || -17 || -28

- Li minnhom aġenti kuntrattwali || -5 || -9 || -14 || - 23

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Ssekondati (SNE) || -1 || -2 || -3 || -5

Total ta’ persunal || -24 || -47 || -71 || -118

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) fi prezzijiet tal-2013

Tnaqqis fin-nefqa tal-persunal relatat mal-OLAF || 2017 || 2018 || 2019 || 2020 || Total

Karigi fit-tabella tal-persunal || -1,179 || -3,537 || -5,895 || -9,432 || -20,043

- Li minnhom AD || -0,786 || -2,358 || -3,930 || -6,288 || -13,362

- Li minnhom AST || -0,393 || -1,179 || -1,965 || -3,144 || -6,681

Persunal estern || -0,214 || -0,607 || -1,000 || -1,607 || -3,428

- Li minnhom aġenti kuntrattwali || -0,175 || -0,490 || -0,805 || -1,295 || -2,765

- Li minnhom Esperti Nazzjonali Ssekondati (SNE) || -0,039 || -0,117 || -0,195 || -0,312 || -663

Total tan-nefqa fuq il-persunal 24.0107 || -1,393 || -4,144 || -6,895 || -11,039 || -23,471

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– X          Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali.

– ¨         Il-proposta/inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

– ¨         Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibilità jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali.

L-Intestatura 5 għandha titnaqqas sabiex tirrifletti t-tnaqqis fit-tabella tal-persunal tal-OLAF.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– X Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi.

– ¨ Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2017 || Sena 2018 || Sena 2019 || Sena 2020 || Total

Speċifika l-korp ta’ kofinanzjament || || || || ||

TOTAL ta’ approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || ||

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– ¨         Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– X          Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨            fuq ir-riżorsi proprji

– X            fuq id-dħul mixxellanju

EUR miljun (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja attwali || Impatt tal-proposta/inizjattiva ||

2017 || 2018 || 2019 || 2020

Artikolu XX || || pm || pm || pm || pm

Għad-dħul mixxellanju ‘assenjat’, speċifika l-linja tan-nefqa tal-baġit affettwata/i

[…]

Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Id-dħul se jkun kompost minn hekk imsejħa “drittijiet ta’ tranżazzjoni” li għandhom jitħallsu direttament lill-baġit tal-UE. Attwalment mhuwiex possibbli li jiġu speċifikati ammonti b’mod affidabbli.

[1]               Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, 11 ta’ Lulju 2012 COM(2012) 363 final

[2]               Ara l-Green Paper dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità permezz tal-liġi kriminali u l-istabbiliment ta’ Prosekutur Pubbliku Ewropew, il-11 ta’ Diċembru 2001 COM(2001) 715 final u r-rapport ta’ segwitu tagħha, id-19 ta’ Marzu 2003 COM(2003) 128 final

[3]               Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-frodi li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali, il-11 ta’ Lulju 2012 COM(2012) 363 final.

[4]               ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1.

[5]               ĠU L 142, 1.6.2012, p. 1.

[6]               ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

[7]               Ir-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002, ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[8]               ĠU L 348, 24.12.2008, p. 130.

[9]               Ir-Regolament tal-Kunsill Nru 31 (KEE), 11 (KEEA) tat-18 ta’ Diċembru 1961 li jistabbilixxi r-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Ħaddiema Oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, ĠU P 045, 14.6.1962, p. 1385, kif emendat, b’mod partikolari, bir-Regolament tal-Kunsill 259/68, tad-29 ta’ Frar 1968 (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1), kif huwa nnifsu suċċessivament emendat.

[10]             ĠU L 17, 6.10.1958, p. 385

[11]             ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[12]             ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[13]             ĠU L 317, 3.12.2011, p. 1.

[14]             ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1. Ir-Regolament (KE) 44/2001 huwa sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1215/2012 mill-10.01.2015.

[15]             Rapport annwali tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea – Il-ġlieda kontra l-frodi; COM(2012) 408

[16]             AD = Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

[17]             Huma kkalkulati biss il-persunal ta’ investigazzjoni u prosekuzzjoni u l-ispejjeż korrispondenti. L-istrutturi ta’ appoġġ amministrattiv se jiġu pprovduti mill-EUROJUST mingħajr l-ispejjeż.

[18]             Ġie previst reklutaġġ progressiv (10 % 20 % - 30 % - 40 %- 50 % - 75 %- 100 %).

[19]             Huwa mistenni li l-Istat Membru joffri bini u jassigura l-ewwel forniment tal-bini bit-tagħmir kollu tal-uffiċċju, IT u s-sigurtà. Hawnhekk ġew inklużi l- ispejjeż purament tal-utilitajiet u l- ispejjeż tal-ICT għal kull metru kwadru. Sakemm l-Istat Membru ospitant ma joffrix din it-tranżazzjoni, dan it-titolu jkun irid jiġi rivedut.

[20]             Dan it-titolu huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-esperjenza tal-OLAF f’xogħol investigattiv. Barra minn hekk ġew inklużi l- ispejjeż għall-kuntratti ta’ servizz b’sa 36 Prosekutur Delegat Ewropew FTE f’livell stmat ta’ 80 % tas-salarju ta’ AD 10. Ir-rata tal-progressjoni għal dawn hija 50 % - 75 % - 100 %.

[21]             Ġie previst reklutaġġ progressiv (10 % 20 % - 30 % - 40 %- 50 % - 75 %- 100 %).

[22]             Huwa mistenni li l-Istat Membru joffri bini u jassigura l-ewwel forniment tal-bini bit-tagħmir kollu tal-uffiċċju, IT u s-sigurtà. Hawnhekk ġew inklużi l- ispejjeż purament tal-utilitajiet u l- ispejjeż tal-ICT għal kull metru kwadru. Sakemm l-Istat Membru ospitant ma joffrix din it-tranżazzjoni, dan it-titolu jkun irid jiġi rivedut.

[23]             Dan it-titolu huwa kkalkulat fuq il-bażi tal-esperjenza tal-OLAF f’xogħol investigattiv. Barra minn hekk ġew inklużi l- ispejjeż għall-kuntratti ta’ servizz sa 36 Prosekutur delegat Ewropew FTE f’livell stmat ta’ 80 % tas-salarju ta’ AD 10. Ir-rata tal-progressjoni għal dawn hija 50 % - 75 % - 100 %. Billi l-EDPs se jiġu ssuġġeriti mill-Istati Membri, huwa probabbli li din ir-rata ta’ progressjoni tista’ ma tintlaħaqx.

– [24]             In-numru tal-każijiet huwa bbażat fuq is-suppożizzjonijiet analizzati fil-Valutazzjoni tal-Impatt li takkumpanja l-abbozz ta’ proposta.

[25]             Id-differenza fl-ispejjeż globali ta’ EUR 36,116 miljun imsemmija taħt fit-Taqsima 3.2.1 tirriżulta mir-regoli dwar l-għoti taċ-ċifri għad-dritt.

Top