Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0428

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom

    /* COM/2013/0428 final - 2013/0200 (COD) */

    52013PC0428

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom /* COM/2013/0428 final - 2013/0200 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           Sfond tal-proposta

    · Ir-raġunijiet u l-għanijiet tal-proposta

    L-estensjoni taż-żieda tal-kofinanzjament għall-Istati Membri hija mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom

    Id-dewmien fl-irkupru mill-kriżi finanzjarja u ekonomika poġġiet ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali taħt pressjoni hekk kif l-Istati Membri qed ikomplu fil-ħidma tagħhom fil-politiki meħtieġa ta’ konsolidazzjoni fiskali. F’dan il-kuntest, l-iżgurar ta’ implimentazzjoni mingħajr xkiel tal-programmi tal-Fond Ewropew għas-Sajd huwa ta’ importanza partikolari għall-investiment fis-settur tas-sajd.

    L-implimentazzjoni tal-programmi spiss tkun tippreżenta sfida, mhux l-anqas minħabba l-problemi ta’ likwidità li jirriżultaw mill-konsolidazzjoni fiskali. Dan huwa b’mod partikolari l-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ġew l-aktar affettwati mill-kriżi, u li rċevew għajnuna finanzjarja taħt programm ta’ aġġustament. Sal-lum, seba’ pajjiżi rċevew għajnuna finanzjarja u qablu dwar programm ta’ aġġustament makroekonomiku mal-Kummissjoni. Dawn il-pajjiżi huma Ċipru, l-Ungerija, ir-Rumanija, il-Latvja, il-Portugall, il-Greċja u l-Irlanda, minn hawn 'l quddiem imsejħa "l-pajjiżi tal-programm". L-Ungerija, ir-Rumanija u l-Latvja m’għadhomx jaqgħu taħt programm ta’ aġġustament.

    Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri (u kull Stat Membru ieħor li jista' jibbenefika minn programmi t'għajnuna bħal dawn fil-futur) ikomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi tal-politika tas-sajd tagħhom u jkomplu jqassmu l-fondi għall-proġetti, il-proposta attwali fiha dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni twettaq pagamenti ogħla lil dawn il-pajjiżi għall-perjodu li qegħdin taħt il-mekkaniżmi ta' appoġġ, mingħajr ma' tibdel l-allokazzjoni ġenerali tagħhom taħt il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu 2007-2013. Dan se jipprovdi aktar riżorsi finanzjarji lill-Istati Membri li jinsabu f'mument kritiku u se jħaffef l-implimentazzjoni kontinwa tal-programmi tagħhom.

    · Il-kuntest ġenerali u d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-isfera politika tal-proposta

    L-Artikoli 76 u 77 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006, minn hawn 'il quddiem 'ir-Regolament', jipprovdu li l-pagamenti interim u l-bilanċ finali għandhom jiġu kkalkulati bir-rata ta' kofinanzjament għal kull assi prijoritarju kif stipulat mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm operazzjonali ikkonċernat. Huma jipprovdu wkoll għall-applikazzjoni ta’ rata miżjuda ta’ kofinanzjament għall-pajjiżi tal-programm. Attwalment din id-dispożizzjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013.

    · Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra tal-Unjoni

    Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni b'rispons għall-kriżi finanzjarja.

    2.           KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U ANALIŻI TAL-IMPATT

    · Il-konsultazzjoni mal-partijiet interessati

    Ma kienx hemm konsultazzjoni ma' partijiet interessati esterni

    · L-akkwist u l-użu ta’ għarfien espert

    L-użu ta’ għarfien espert estern ma kienx meħtieġ.

    · L-analiżi tal-impatt

    Il-proposta se tippermetti lill-Kummissjoni biex iżżid il-pagamenti lill-pajjiżi tal-programm sa tmiem il-perjodu 2007-2013. Iż-żieda tkun ammont ikkalkulat b'żieda ta' għaxar punti perċentwali fuq ir-rati ta' kofinanzjament, li tkun applikabbli għall-assi prijoritarju tal-programmi li l-infiq tagħhom huwa ċċertifikat bħala ġdid, sottomessi tul il-perjodu kkonċernat sakemm jintlaħaq il-limitu għall-pagamenti.

    L-allokazzjoni finanzjarja totali għall-perjodu mill-Fondi għall-pajjiżi u l-programmi kkonċernati mhux se jinbidlu.

    3.           Elementi ġuridiċi tal-proposta

    · Is-sommarju tal-miżuri proposti

    Qed ikun propost li jiġi mmodifikat l-Artikolu 77a tar-regolament biex jippermetti lill-Kummissjoni li tkompli, sa tmiem il-perjodu ta’ eliġibbiltà tal-programmi operazzjonali 2007-2013, tħallas lura l-infiq ġdid iddikjarat b’ammont miżjud ikkalkulat bl-applikazzjoni ta’ 10 punti perċentwali supplimentari tar-rati ta’ kofinanzjament applikabbli għall-assi prijoritarju.

    Il-kontribuzzjoni mill-fond għall-assi prijoritarju kkonċernat, m'għandhiex taqbeż l-ammont imsemmi fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali.

    · Il-bażi legali

    Ir-Regolament jiddefinixxi r-regoli applikabbli għall-Fond. Abbażi tal-prinċipju ta’ ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-proċess ta’ programmazzjoni kif ukoll arranġamenti għall-ġestjoni tal-programmi (inkluża dik finanzjarja), il-monitoraġġ, il-kontroll finanzjarju u l-evalwazzjoni ta' proġetti.

    · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tas-sussidjarjetà sal-punt li tfittex li tipprovdi aktar għajnuna permezz tal-Fond Ewropew għas-Sajd lil ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw diffikultajiet serji, b'mod specjali fir-rigward tat-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja u b'defiċit u qagħda ta' dejn li qed imorru għall-agħar, riżultat ukoll tal-ambjent ekonomiku u finanzjarju internazzjonali. F'dan il-kuntest, jeħtieġ li jiġi stabbilit mekkaniżmu temporanju fil-livell tal-Unjoni li jippermetti lill-Kummisjoni li żżid ir-rimborż abbażi tan-nefqa ċċertifikata skont il-Fond Ewropew għas-Sajd.

    · Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità:

    L-estensjoni tal-applikazzjoni tar-rati miżjuda ta’ kofinanzjament hija proporzjonali fir-rigward tal-kriżi ekonomika sostnuta u ta' sforzi oħra meħuda biex tingħata l-għajnuna lil dawn l-Istati Membri.

    · L-għażla tal-istrumenti

    L-istrument propost: emenda għar-Regolament attwali.

    Il-Kummissjoni eżaminat il-marġini kollha ta’ manuvra stipulati mill-qafas legali u tikkunsidra neċessarju, fid-dawl tal-esperjenza s'issa, li tipproponi emendi fir-Regolament Ġenerali.

    4.           L-impatt baġitarju

    Ma hemmx impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' impenn minħabba li ma hemm ebda emenda proposta għall-ammonti massimi tal-finanzjament tal-Fond previst fil-Programmi Operattivi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

    Għall-approprjazzjonijiet ta' pagament, il-proposta dwar iż-żieda hija newtrali għall-baġit. Madankollu, din tista’ tirriżulta f’rimborż ogħla lill-Istati Membri kkonċernati fl-2014, iżda se jiġi bbilanċjat mal-għeluq fl-2017. L-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali għal din il-proposta se jimplikaw żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament (bejn wieħed u ieħor EUR 10 miljun għall-2014) li se jkunu kumpensati sal-aħħar tal-perjodu ta' programmazzjoni. Għaldaqstant, it-total ta' approprjazzjonijiet ta' pagament għall-perjodu kollu ta' programmazzjoni mhux se jinbidel.

    2013/0200 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 fir-rigward ta’ ċerti dispożizzjonijiet relatati mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew jinsabu mhedda b'diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)       Il-kriżi globali finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kundizzjonijiet finanzjarji u ekonomiċi ta' diversi Stati Membri. B'mod partikolari, ċerti Stati Membri qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew huma mhedda b'diffikultajiet bħal dawn, speċjalment bi problemi fit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità finanzjarja tagħhom, u b'defiċit u qagħda ta' dejn li qed imorru għall-agħar.

    (2)       Ittieħdu azzjonijiet importanti biex jibbilanċjaw l-effetti negattivi tal-kriżi skont l-Artikoli 122(2), 136 u 143 tat-Trattat. Madankollu, il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u għandhom jittieħdu passi xierqa biex tittaffa dik il-pressjoni permezz tal-aqwa użu massimu tal-fondi mill-Fond Ewropew għas-Sajd.

    (3)       Sabiex tkun iffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni biex b'hekk jitħaffu l-investimenti fl-Istati Membri u r-reġjuni, u biex titjieb id-disponibilità tal-fondi għall-ekonomija, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 tal-Kunsill tas-27 ta Lulju 2006 dwar il-Fond Ewropew għas-Sajd[3] ġie emendat mir-Regolament (UE) Nru 387/2012 tal-Parlament Ewoprew u tal-Kunsill[4] biex tiġi permessa żieda fil-pagamenti interim u finali mill-Fond Ewropew għas-Sajd, b'ammont li jikkorrispondi għal għaxar punti perċentwali fuq ir-rata ta' kofinanzjament attwali għal assi prijoritarju għall-Istati Membri li għaddejjin minn diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom, u li talbu biex jibbenefikaw minn din il-miżura.

    (4)       Il-paragrafu 5 tal-Artikolu 77a tar-Regolament (KE) Nru 1198/2006 jippermetti l-applikazzjoni ta’ żieda fir-rata ta’ kofinanzjament sal-31 ta’ Diċembru 2013. Madankollu, peress li l-Istati Membri għadhom qed iħabbtu wiċċhom ma’ diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom, l-applikazzjoni ta' żieda fir-rata ta’ kofinanzjament m’għandhiex tkun limitata sa tmiem l-2013.

    (5)       Ir-Regolament (KE) Nru 1198/2006 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)       Minħabba l-kriżi bla preċedent hija meħtieġa adozzjoni rapida ta’ miżuri ta’ sostenn. Għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fir-Regolament (KE) Nru 1198/2006, il-paragrafu 5 tal-Artikolu 77a hu mħassar.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           ISEM IL-PROPOSTA:

    Il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1198/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew huma mhedda b’diffikultajiet serji fir-rigward tal-istabilità finanzjarja tagħhom.

    2.           QAFAS TA' ĦIDMA ABM / ABB

    Il-Qasam/l-Oqsma ta' Politika kkonċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati:

    L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd; Attività ABB 11.06

    3.           LINJI BAĠITARJI

    3.1.        Il-linji baġitarji (linji operazzjonali u linji relatati tal-assistenza teknika u amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)):

    L-azzjonijiet ġodda proposti se jkunu implimentati fuq il-linji baġitarji li ġejjin:

    · 11.061200 Ta' konverġenza (FES)

    · 11.0613 Mhux ta' konverġenza (FES)

    3.2.        It-tul ta' żmien tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju:

    Ebda waħda mill-bidliet proposti mhu se jkollhom impatt finanzjarju. Fil-fatt, il-ħtieġa akbar fl-2014 biex tkopri t-talbiet għall-pagamenti għall-Istati Membri taħt l-għajnuna finanzjarja, se tiġi kkumpensata mal-għeluq tal-programmi fis-sena 2017. Il-mekkaniżmu jippermetti xi antiċipazzjoni ta’ pagamenti meta mqabbel ma’ sitwazzjoni mingħajr "żieda" (“top-up”).

    3.3.      Karatteristiċi baġitarji:

    Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Ġdid || Kontribuzzjoni mill-EFTA || Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti || Intestatura fil-perspettiva finanzjarja

    11.061200 || Mhux obbligatorju || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 2

    11.061300 || Mhux obbligatorju || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 2

    4.           SOMMARJU TAR-RIŻORSI

    4.1.        Ir-Riżorsi Finanzjarji

    4.1.1      Is-sommarju tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament (AP)

    It-tabelli li ġejjin juru stima tal-impatt tal-miżuri proposti fl-2014 sal-2017. Ġaladarba ma huma proposti l-ebda riżorsi finanzjari ġodda għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, l-ebda ċifra ma hija mdaħħla fit-tabelli iżda hija indikata m.a. (mhux applikabbli). Il-proposta hija għaldaqstant konformi mal-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu 2007-2013.

    Għall-pagamenti, il-proposta biex jiġi estiż il-mekkaniżmu taż-żieda tista’ tirriżulta f’rimborż ogħla lill-Istati Membri konċernati, li se jitpatta fl-għeluq. Abbażi tal-aħħar tbassir tal-pagament disponibbli mill-Istati Membri, iż-żieda fuq il-pagamenti mħallsa lill-Istati Membri kkonċernati fl-2012, u l-approprjazzjonijiet ta' pagament inklużi fil-Baġit tal-2013, il-ħtiġijiet baġitarji se jkunu bejn wieħed u ieħor EUR 10 miljuni għall-2014.

    miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    It-tip ta’ nefqa || Nru tat-Taqsima || || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara || Total

    Nefqa operazzjonali[5] || || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) || 8.1 || a || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Approprjazzjonijiet ta' Pagament (AP) || || b || m.a. || +10 || m.a. ||  m.a. || *10 || m.a. || 0.

    Nefqa amministrattiva inkluża fl-ammont ta’ referenza[6] || || || ||

    Assistenza teknika u amministrattiva (AMD) || 8.2.4 || c || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' Impenn || || a+c || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Approprjazzjonijiet ta' Pagament || || b+c || m.a. || +10 || m.a. || m.a. || *10 || m.a. || 0,000

    Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[7] || ||

    Riżorsi umani u nefqa relatata (AMD) || 8.2.5 || d || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) || 8.2.6 || e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Total indikattiv tal-ispiża finanzjarja għall-intervent

    TOTAL TAL-AI inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani || || a+c+d+e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    TOTAL TAL-AP inkluża l-ispiża tar-Riżorsi Umani || || b+c+d+e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Dettalji tal-kofinanzjament

    miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Korp tal-kofinanzjament || || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara || Total

    …………………… || f || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament || a+c+d+e+f || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    4.1.2      Il-kompatibbiltà mal-Programmazzjoni Finanzjarja

    x     Il-proposta hija kompatibbli mal-programmazzjoni finanzjarja attwali.

    ¨      Il-proposta se tkun teħtieġ programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja.

    ¨      Il-proposta tista’ tkun teħtieġ l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim Interistituzzjonali[8] (jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-perspettiva finanzjarja).

    4.1.3      L-Impatt finanzjarju fuq id-Dħul

    x      Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq id-dħul.

    ¨      Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq id-dħul huwa dan li ġej:

    Miljuni ta' EUR (sa ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    || || Qabel l-azzjoni [Sena n-1] || || Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni

    Linja baġitarja || Dħul || || [Sena n] || [n+1] || [n+2] || [n+3] || [n+4] || [n+5][9]

    || a) Id-dħul f'termini assoluti || || || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    b) Il-bidla fid-dħul ||  D || || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    (Jekk jogħġbok speċifika kull linja baġitarja ta’ dħul involuta, billi żżid l-għadd xieraq ta’ ringieli fit-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja baġitarja waħda.)

    4.2.        Ir-Riżorsi Umani FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern) – ara d-dettalji fil-punt 8.2.1.

    Rekwiżiti annwali || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara

    Għadd totali ta' riżorsi umani || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    5.           KARATTERISTIĊI U GĦANIJIET

    5.1.        Il-ħtieġa li għandha tiġi ssodisfata fuq żmien qasir jew twil

    Il-kriżi finanzjarja u ekonomika sostnuta qed iżżid il-pressjoni fuq ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali hekk kif l-Istati Membri qed inaqqsu l-bagits tagħhom. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla tfixkil ta' programmi ta' politika tas-sajd hija ta' importanza partikolari bħala għodda li tinjetta fondi fl-ekonomija. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati Membri jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi Fond Ewropew għas-Sajd li għaddejjin, u jagħtu fondi għall-proġetti, il-proposta tħaddan dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni żżid il-pagamenti lill-Istati Membri għall-perjodu li huma qegħdin taħt il-mekkaniżmi ta' ġħajnuna.

    5.2.        Il-valur miżjud tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli

    Il-proposta se tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi, li jiġu injettati flus fl-ekonomija filwaqt li tgħin biex fl-istess ħin jitnaqqas il-piż fuq l-infiq pubbliku.

    5.3.        L-għanijiet, ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest tal-qafas tal-ABM

    L-għan huwa li tingħata għajnuna lil dawk l-Istati Membri l-aktar affetwati mill-kriżi finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi li għandhom għaddejjin u għaldaqstant jinjettaw fondi fl-ekonomija.

    5.4.        Il-metodu ta’ Implimentazzjoni (indikattiv)

    Uri hawn taħt il-metodu(i) magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni.

    · Mal-Istati Membri

    6.           MONITORAĠĠ U EVALWAZZJONI

    6.1.        Is-sistema ta' monitoraġġ

    Mhux meħtieġa, minħabba li din taqa' taħt il-monitoraġġ stabbilit tal-Fond Ewropew għas-Sajd.

    6.2.        L-evalwazzjoni

    6.2.1      L-evalwazzjoni ex ante

    Mhux applikabbli

    6.2.2      Il-miżuri meħudin wara evalwazzjoni intermedjarja/ex post (tagħlimiet miksuba minn esperjenzi simili fl-imgħoddi)

    Mhux applikabbli

    6.2.3      It-termini u l-frekwenza tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni

    Mhux applikabbli

    7.           MIŻURI KONTRA L-FRODI

    M.a.

    8.           DETTALJI TAR-RIŻORSI

    8.1.        L-għanijiet tal-proposta f’termini tal-kost finanzjarju tagħhom

    Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

    (Għandhom jitniżżlu l-Intestaturi tal-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) || Tip ta’ riżultat || Spiża medja || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI

    Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali

    GĦAN OPERAZZJONALI Nru 1 Tinżamm l-implimentazzjoni tal-programmi operazzjonali || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || 0,000 || || 0,000 || || || || || || || || || || 0,000

    SPIŻA TOTALI || || || || 0,000 || || 0,000 || || || || || || || || || || 0,000

    8.2.        Nefqa Amministrattiva

    8.2.1      L-għadd u t-tip ta' riżorsi umani

    Tipi ta’ karigi || || Persunal li se jiġi assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni bl-użu ta' riżorsi eżistenti u/jew riżorsi addizzjonali (għadd ta’ impjiegi/impjegati li jaħdmu full-time)

    || || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5

    Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01) || A*/AD || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    B*, C*/AST || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Il-persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02 || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Persunal ieħor iffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 04/05 || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    AMMONT TOTALI || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    8.2.2      Id-deskrizzjoni tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni

    Mhux applikabbli

    8.2.3      Is-sorsi tar-riżorsi umani (statutarji)

    (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors wieħed, jekk jogħġbok indika l-għadd ta’ karigi li joriġinaw minn kull sors).

    ¨      Karigi li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni tal-programm li għandhom jinbidlu jew jiġu estiżi

    ¨      Karigi allokati minn qabel fl-eżerċizzju SPA/APB għas-sena n

    ¨      Il-karigi li għandhom jintalbu fil-proċedura SPA/APB li jmiss

    ¨      Postijiet li jridu jerġgħu jiġu assenjati bl-użu ta' riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’ ġestjoni (riallokazzjoni interna)

    ¨      Karigi meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux previsti fl-eżerċizzju SPA/APB tas-sena kkonċernata

    8.2.4      Nefqa Amministrattiva oħra inkluża fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva)

    miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Linja baġitarja (numru u intestatura) || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI

    1      Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati tal-persunal) || || || || || || ||

    L-aġenziji eżekuttivi || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Assistenza teknika u amministrattiva oħra || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    - intra muros || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    - extra muros || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Assistenza teknika u amministrattiva totali || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    8.2.5      Il-kost finanzjarju tar-riżorsi umani u l-kosti assoċjati mhux inklużi fl-ammont ta' referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Tip ta’ riżorsi umani || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara

    Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Persunal iffinanzjat bl-Art. XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Spiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Kalkolu – Uffiċjali u Aġenti Temporanji

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

    m.a.

    Kalkolu– Persunal iffinanzjat skont l-Art. XX 01 02

    Għandha ssir referenza għall-Punt 8.2.1, jekk applikabbli

    m.a.

    8.2.6      Nefqa amministrattivi l-oħra mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza

    miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI

    XX 01 02 11 01 – Missjonijiet || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 03 – Kumitati || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 04 – Studji u konsultazzjonijiet || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' informazzjoni || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

     2     Total ta' Nefqa Oħra ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    3      Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja tal-baġit) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Nefqa Amministrattiva totali, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHIX inkluża fl-ammont ta’ referenza) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a.

    Kalkolu – Nefqa amministrattiva oħra mhux inkluża fl-ammont ta' referenza

    m.a.

    [1]               ĠU C , , p. .

    [2]               ĠU C, , p. ;

    [3]               ĠU L 223, 15.8.2006, p. 1.

    [4]               ĠU L 129, 16.5.2012, p. 7.

    [5]               Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01 tat-Titolu xx ikkonċernat.

    [6]               In-nefqa fi ħdan l-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx.

    [7]               In-nefqa fi ħdan il-Kapitolu xx 01 għajr għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05.

    [8]               Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [9]               Għandhom jiġu miżjuda kolonni addizzjonali jekk ikun meħtieġ, jiġifieri, jekk it-tul tal-azzjoni jaqbeż is-6 snin.

    Top