Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0302

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nru 13, 13H, 16, 29, 44, 53, 79, 94, 95, 96, 117 u 130, u dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal Regolament Globali Tekniku dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Globali Tekniċi Nru 2 u 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

    /* COM/2013/0302 final - 2013/0158 (NLE) */

    52013PC0302

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nru 13, 13H, 16, 29, 44, 53, 79, 94, 95, 96, 117 u 130, u dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal Regolament Globali Tekniku dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Globali Tekniċi Nru 2 u 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa /* COM/2013/0302 final - 2013/0158 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien ambjentali.

    Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa ("UNECE”) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet[1] (“il-Ftehim Rivedut tal-1958”) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti [2](“Ftehim Parallel”) l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim Parallel.

    Il-laqgħat tal-UNECE WP29, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, jittellgħu tliet darbiet fis-sena f’Marzu, Ġunju u Novembru ta’ kull sena kalendarja. F'kull sessjoni tal-laqgħa jiġu adottati emendi ġodda għal Regolamenti UNECE jew Regolamenti Globali Tekniċi eżistenti sabiex jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP29, dawn l-emendi ġew adottati minn xi wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li huma attivi fid-WP29.

    Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP29 jintefa’ l-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, dment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti f'żewġ Ftehimiet (tal-1958 u tal-1998) fid-WP29 u tivvota f'isem l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"mega Deċiżjoni" li tħaddan fiha l-lista ta’ emendi, supplimenti u rettifiki, tiġi ppreparata kull darba u tippermetti lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Istati Membri f'kull laqgħa tad-WP29.

    Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki sottomessi għall-vot fil-laqgħa tad-WP29 ta' Ġunju 2013 li se ssir bejn it-24 u l-28 ta' Ġunju 2013.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur ġie kkonsultat fis-8 ta’ Mejju 2013 u ġew ikkunsidrati l-osservazzjonijiet minn esperti tal-Istati Membri.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    · Sommarju tal-azzjoni proposta

    Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi għar-Regolamenti tal-UNECE Nru 13, 13H, 16, 29, 44, 53, 79, 94, 95, 96, 117 u 130, u dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal Regolament Globali Tekniku dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Globali Tekniċi Nru 2 u 12.

    · Bażi legali

    Sabiex jaddattaw għall-ispeċifiċitajiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-bażijiet legali użati qabel, imsemmija fil-premessi 1 u 2 inbidlu b’referenza diretta għall-Artikolu 218(9).

    · Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

    Il-vot favur strumenti internazzjonali, bħall-abbozz tar-Regolamenti tal-UNECE u r-Regolamenti Tekniċi Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur jista' jsir biss mill-Unjoni. Dan ma jipprevenix biss il-frammentazzjoni tas-Suq Intern, iżda jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u s-sigurtà madwar l-Unjoni. Dan joffri wkoll vantaġġi tal-ekonomiji ta’ skala: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq tal-Unjoni kollu u anki għas-suq internazzjonali, minflok jiġu manifatturati apposta biex jingħataw l-approvazzjoni tat-tip għal kull Stat Membru.

    Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

    · Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju tal-proporzjonalità għaliex ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex tilħaq l-għanijiet li tiżgura t-tħaddim tajjeb tas-Suq Intern filwaqt li fl-istess ħin ikun hemm livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien pubbliku.

    · Għażla tal-istrumenti

    L-istrument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill.

    L-użu ta' Deċiżjoni tal-Kunsill huwa kkunsidrat adegwat minħabba li hu f'konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 218(9) tat-TFUE.

    2013/0158 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni Ewropea fil-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nru 13, 13H, 16, 29, 44, 53, 79, 94, 95, 96, 117 u 130, u dwar l-adozzjoni ta’ proposta għal Regolament Globali Tekniku dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Globali Tekniċi Nru 2 u 12 tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 114, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE[3] tas-27 ta’ Novembru 1997 l-Unjoni laqgħet il-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNECE”) dwar l-adozzjoni ta’ preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, għat-tagħmir u l-partijiet li jistgħu jintramaw u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u għall-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dawn il-preskrizzjonijiet ("il-Ftehim tal-1958 Rivedut").

    (2)       Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE[4] tal-31 ta' Jannar 2000 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim Parallel).

    (3)       Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi[5] (Direttiva Kwadru) issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, li stabbilixxiet qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi l-ġodda kollha, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati. Dik id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tal-UNECE fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tal-UNECE, qegħdin jissostitwixxu dejjem aktar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi.

    (4)       Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti mir-Regolamenti tal-UNECE Nru 13, 13H, 16, 29, 44, 53, 79, 94, 95, 96, 117 u 130 u mir-Regolamenti Tekniċi Globali tal-UNECE Nru 2 u 12, jeħtieġ li jiġu adattati. Il-proposta għal Regolament Tekniku Globali dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil għandha tiġi adottata.

    (5)       Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel dwar l-emendi li jridu jsiru għal dawk l-atti tal-UNECE,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-pożizzjoni li trid tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim Parallel mill-24 sat-28 ta’ Ġunju 2013 għandha tkun dik li tivvota favur l-emendi proposti elenkati fl-Anness.

    Artikolu 2

    Din id-Deċizjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tan-notifika tagħha.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Kummissjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    ANNESS

    Il-Lista msemmija fl-Artikolu 1:

    Proposta għas-Suppliment 10 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament Nru 13 (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/56

    Proposta għar-Rettifika 4 tas-serje 11 ta’ emendi tar-Regolament Nru 13 (L-ibbrejkjar tal-vetturi tqal), il-verżjoni Russa biss || ECE/TRANS/WP.29/2013/61

    Proposta għas-Suppliment 15 għar-Regolament Nru 13-H (Brejkijiet ta' vetturi M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2013/57

    Proposta għar-Rettifika 3 tar-Reviżjoni 2 tar-Regolament Nru 13-H (Brejkijiet ta’ vetturi M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2013/62

    Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 06 ta' emendi għar-Regolament Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) || ECE/TRANS/WP.29/2013/43

    Proposta għar-Rettifika 1 għar-Reviżjoni 7 għar-Regolament Nru 16 (Ċinturini tas-sikurezza) (Il-verżjoni Franċiża biss) || ECE/TRANS/WP.29/2013/49

    Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 02 tal-emendi għar-Regolament Nru 29 (Kabini ta’ vetturi kummerċjali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/44

    Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 03 tal-emendi għar-Regolament Nru 29 (Kabini ta’ vetturi kummerċjali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/45

    Proposta għas-Suppliment 7 għas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament Nru 44 (Sistemi tat-trażżin tat-tfal) || ECE/TRANS/WP.29/2013/46

    Proposta għar-Rettifika 1 għas-Suppliment 13 tas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 53 (Stallazzjoni ta’ dawl fuq vetturi L3) || ECE/TRANS/WP.29/2013/18

    Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 79 (Tagħmir tat-tmun) || ECE/TRANS/WP.29/2013/58

    Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 94 (Ħabta frontali) || ECE/TRANS/WP.29/2013/47

    Proposta għas-Suppliment 3 għas-serje 03 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 95 (Ħabta mill-ġemb) || ECE/TRANS/WP.29/2013/48

    Proposta għas-serje 04 ta’ emendi għar-Regolament Nru 96 (Emissjoni tad-diesel (trakters agrikoli)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/51

    Proposta għas-Suppliment 4 għas-serje 02 tal-emendi tar-Regolament Nru 117 (Tajers - reżistenza għad-dawrien u l-ħsejjes fid-dawrien, l-irbit fiż-żliq) || ECE/TRANS/WP.29/2013/55 WP.29-160-08

    Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi fuq l-abbozz tar-Regolament [Nru. 130] dwar is-Sistemi Avvanzati għal Ibbrejkjar f’Emerġenza (SAIE) || ECE/TRANS/WP.29/2013/60

    Proposta għall-Emenda 5 tar-Riżoluzzjoni Konsolidata dwar il-Kostruzzjoni tal-Vetturi (R.E.3), u l-Anness tagħha 4 dwar il-kwalità tal-fjuwil tas-suq || ECE/TRANS/WP.29/2013/52

    Proposta għal regolament tekniku globali dwar il-vetturi tal-idroġenu u taċ-ċelloli tal-fjuwil || ECE/TRANS/WP.29/2013/41 ECE/TRANS/WP.29/2013/42 ECE/TRANS/WP.29/AC.3/17 ECE/TRANS/WP.29/2011/147

    Proposta għall-Emenda 3 għar-regolament tekniku globali Nru 2 (Iċ-Ġiklu tat-Test tal-emissjonijiet tal-Muturi mad-dinja kollha (WMTC)) || ECE/TRANS/WP.29/2013/53 ECE/TRANS/WP.29/2013/54 ECE/TRANS/WP.29/2012/AC.3/34

    Proposta għall-Emenda 1 għar-regolament tekniku globali Nru 12 (Kontrolli tas-sinjali ta’ avvertiment u indikaturi għal vetturi b’żewġ roti) || ECE/TRANS/WP.29/2013/34 ECE/TRANS/WP.29/2013/34/Emenda1 ECE/TRANS/WP.29/2013/34/Emenda1/Corr.1 ECE/TRANS/WP.29/2013/35 ECE/TRANS/WP.29/2012/AC.3/35

    [1]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

    [2]               OJ L 35, 10.2.2000, p. 12.

    [3]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

    [4]               OJ L 35, 10.2.2000, p. 12.

    [5]               OJ L 263, 9.10.2007, p. 1.

    Top