This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013PC0301
Proposal for a REGULATION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL amending Council Regulation (EC) No 1083/2006 as regards certain provisions relating to financial management for certain Member States experiencing or threatened with serious difficulties with respect to their financial stability and to the decommitment rules for certain Member States
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri
/* COM/2013/0301 final - 2013/0156 (COD) */
Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri /* COM/2013/0301 final - 2013/0156 (COD) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI 1. l-isfond
tal-proposta · Raġunijiet u għanijiet tal-proposta a) L-estensjoni taż-żieda
tal-kofinanzjament għall-Istati Membri hija mhedda b’diffikultajiet serji
fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom Il-kriżi finanzjarja u ekonomika fit-tul
poġġiet ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali taħt pressjoni
hekk kif l-Istati Membri qed iwettqu politiki meħtieġa ta’
konsolidazzjoni fiskali. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla intoppi ta'
programmi tal-politika ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari
għall-investiment fit-tkabbir u l-impjiegi. L-implimentazzjoni tal-programmi spiss hija
diffiċli, mhux l-anqas minħabba l-problemi ta’ likwidità li
jirriżultaw mill-konsolidazzjoni fiskali. Dan huwa b’mod partikolari
l-każ ta’ dawk l-Istati Membri li ġew l-aktar affettwati mill-krizi,
u li rċevew għajnuna finanzjarja taħt programm ta’
aġġustament. Sal-lum, seba’ pajjiżi rċevew għajnuna
finanzjarja u qablu dwar programm ta’ aġġustament makroekonomiku
mal-Kummissjoni. Dawn il-pajjiżi huma Ċipru, l-Ungerija, ir-Rumanija,
il-Latvja, il-Portugall, il-Greċja u l-Irlanda, minn hawn 'il quddiem
imsejħa "l-pajjiżi tal-programm". L-Ungerija, ir-Rumanija u
l-Latvja ma għadhomx taħt programm ta’ aġġustament. Sabiex jiġi żgurat li dawn l-Istati
Membri (u kull Stat Membru ieħor li jista' jibbenefika minn programmi ta'
għajnuna bħal dawn fil-futur) ikomplu jimplimentaw il-programmi
tal-politika ta' koeżjoni fil-prattika u jkomplu jqassmu fondi għal
proġetti, il-proposta attwali fiha dispożizzjonijiet li jippermettu
lill-Kummissjoni tagħmel ħlasijiet ogħla lil dawn
il-pajjiżi għall-perjodu li fih ikunu taħt il-mekkaniżmi
ta' appoġġ, mingħajr ma' tibdel l-allokazzjoni ġenerali
tagħhom taħt il-politika ta' koeżjoni għall-perjodu
2007-2013. Dan se jipprovdi aktar riżorsi finanzjarji lill-Istati Membri
li jinsabu f'mument kritiku u se jħaffef it-tkomplija tal-implimentazzjoni
tal-programmi. b) Segwitu tal-konklużjonijiet tal-Kunsill
Ewropew tat-8 ta' Frar 2013, il-paragrafu 87 Il-Kunsill Ewropew stieden lill-Kummissjoni biex
tesplora soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqas ir-riskju ta’
diżimpenn awtomatiku tal-fondi mill-pakketti
tal-2007-2013 għar-Rumanija u s-Slovakkja, inkluż permezz ta’
emenda tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006[1]
(minn hawn’ il quddiem ‘ir-Regolament Ġenerali’) (Konklużjonijiet
tat-8 ta’ Frar 2013, paragrafu 87).
Id-dispożizzjonijiet tal-ftehim tal-Kunsill Ewropew
tat-8 ta’ Frar dwar l-istabbiliment ta’ livell massimu
għall-allokazzjoni tal-2014-2020 għal 110% tal-allokazzjoni tal-2007-2013
f’termini reali se jaffettwaw kemm lis-Slovakkja kif ukoll lir-Rumanija
(il-paragrafu 46 tal-konklużjonijiet). Dan se jkun rifless
fil-paragrafu [13 tal-anness III bis tar-Regolament dwar
id-Dispożizzjonijiet Komuni (RDK) dwar il-qafas finanzjarju]. L-elementi ta’ hawn fuq huma dipendenti fuq
in-negozjati li jinsabu għaddejjin bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni Ewropea u l-proċess leġiżlattiv u l-approvazzjoni
tal-Qafas Finanzjarju Multiannwali (MFF) u tar-regolamenti tas-CPR. Wara li ġew esplorati soluzzjonijiet
prattiċi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku
għar-Rumanija u s-Slovakkja, huwa ċar li r-riskju ma jistax jitnaqqas
sostanzjalment mingħajr ma jiġi emendat ir-Regolament Ġenerali.
Għalhekk, sabiex jiġi implimentat il-Ftehim rifless
fil-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, u biex jiġi ffaċilitat
l-assorbiment tal-fondi tal-2007-2013 għar-Rumanija u s-Slovakkja, huwa
meħtieġ li tiġi estiża l-iskadenza tad-diżimpenn għal
dawn iż-żewġ Stati Membri. Filwaqt li jitqies il-paragrafu 8
tal-Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew, li jżomm bħala parti
integrali mill-ftehim tal-QFP l-applikazzjoni stretta tar-regoli
tad-diżimpenn fl-intestaturi kollha, b'mod partikolari r-regoli
għad-diżimpenji awtomatiċi - l-estensjoni proposta tkopri l-impenji
tal-2011 u l-2012. F’dan il-każ, id-diżimpenn awtomatiku tal-impenn
tal-2011 mhux se jseħħ fi tmiem l-2013 iżda fi tmiem l-2014 u
d-diżimpenn awtomatiku tal-2012 mhux se jseħħ fi tmiem l-2014
iżda fi tmiem l-2015. Id-data tat-tmiem għall-eliġibbiltà
tan-nefqa għall-perjodu ta’ programmazzjoni tibqa’ l-istess,
jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2015. Dawn l-iskadenzi
estiżi għandhom jgħinu lir-Rumanija u lis-Slovakkja biex
jegħlbu kull diffikultà fl-implimentazzjoni u jnaqqsu r-riskju ta’
diżimpenn fl-2013 u l-2014, filwaqt li jżommu d-dixxiplina u
l-inċentiva meħtieġa sabiex jitwettaq il-perjodu ta' pprogrammar
tal-2007-2013 f'waqtu. Dan se jippermetti konċentrazzjoni fuq
l-implimentazzjoni tal-programmi tal-2014-2020 mingħajr dewmien. ·
Kuntest ġenerali u dispożizzjonijiet
fis-seħħ fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 77 tar-Regolament Ġenerali
jipprevedi li l-ħlasijiet interim u l-bilanċ finali jiġu
kkalkulati bir-rata ta' kofinanzjament għal kull assi prijoritarju kif
stipulat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta l-programm
operazzjonali kkonċernat. Huwa jipprevedi wkoll l-applikazzjoni ta’ rata
miżjuda ta’ kofinanzjament għall-pajjiżi tal-programm.
Fil-preżent din id-dispożizzjoni tapplika sal-31 ta’ Diċembru 2013. L-Artikolu 93 tar-Regolament Ġenerali
jipprevedi li l-Kummissjoni awtomatikament tiddiżimpenja l-ammonti li
għalihom applikazzjoni għall-ħlas ma ġietx sottomessa qabel
it-tmiem tat-tieni sena (it-tielet sena għall-pajjiżi li l-PDG
tagħhom mill-2001-2003 kien inqas minn 85% tal-medja tal-UE għal
impenji li saru fil-programmi bejn l-2008 u l-2010) bi trattament speċjali
tal-impenn tal-2007. ·
Il-konsistenza ma’ politiki u għanijiet
oħra tal-Unjoni Il-proposta hija konsistenti ma' proposti u
inizjattivi oħra adottati mill-Kummissjoni Ewropea b'rispons
għall-kriżi finanzjarja. 2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET
INTERESSATI U ANALIŻI TAL-IMPATT ·
Konsultazzjoni mal-partijiet interessati Ma kienx hemm konsultazzjoni ma' partijiet
interessati esterni ·
Akkwist u użu ta’ għarfien espert L-użu ta’ għarfien espert estern ma
kienx meħtieġ. ·
Analiżi tal-impatt Il-proposta tippermetti lill-Kummissjoni biex
tagħmel rifornimenti tal-ħlasijiet lill-pajjiżi tal-programm sa
tmiem il-perjodu 2007-2013. Iż-żieda tkun ammont ikkalkulat
bl-applikazzjoni ta' riforniment ta' għaxar punti perċentwali
għar-rati tal-kofinanzjament applikabbli għall-assi prijoritarji
tal-programmi għall-infiq iċċertifikat mill-ġdid,
sottomessi tul il-perjodu kkonċernat sakemm jintlaħaq il-limitu
massimu għall-ħlasijiet. Fl-istess ħin, se tippermetti lir-Rumanija u
lis-Slovakkja biex jissottomettu pretensjonijiet għan-nefqa sa tmiem
l-2014, pjuttost milli sa tmiem l-2013, għall-impenn tal-2011 u
sal-għeluq, aktar milli sa tmiem l-2014, għall-impenn tal-2012. Dan
se jnaqqas ir-riskju tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenji tal-2011 u
l-2012. L-allokazzjoni finanzjarja totali
għall-perjodu mill-Fondi għall-pajjiżi u l-programmi
kkonċernati, mhix se tinbidel. 3. Elementi ġuridiċi
tal-proposta ·
Sommarju tal-miżuri proposti Huwa propost tibdil fl-Artikolu 77
tar-Regolament Ġenerali sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tkompli sa tmiem
il-perjodu 2007-2013, tirrimborsa l-infiq ġdid iddikjarat b'ammont
miżjud ikkalkulat billi jiġi applikat riforniment ta' 10 punti
perċentwali fuq ir-rati ta' kofinanzjament applikabbli għall-assi
prijoritarju. Meta jiġi applikat ir-riforniment, ir-rata
ta' kofinanzjament tal-programm ma tistax tissupera b'aktar minn 10 punti
perċentwali l-limiti massimi tal-Anness III tar-Regolament Ġenerali.
Minbarra dan, il-kontribuzzjoni mill-fondi għall-assi prijoritarju
kkonċernat, ma tistax taqbeż l-ammont imsemmi fid-deċiżjoni
tal-Kummissjoni li tapprova l-programm operazzjonali. Huwa wkoll propost li jiġi mmodifikat
l-Artikolu 93 tar-Regolament Ġenerali li jippermetti estensjoni ta’
sena tal-pjan tal-perjodu tad-diżimpenn awtomatiku għall-impenji
tal-2011 u l-2012 għar-Rumanija u s-Slovakkja. ·
Bażi legali Ir-Regolament Ġenerali jiddefinixxi r-regoli
komuni applikabbli għat-tliet Fondi. Ibbażat fuq il-prinċipju
tal-ġestjoni konġunta bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri,
dan ir-Regolament jinkludi dispożizzjonijiet għall-proċess ta’
programmar kif ukoll arranġamenti għall-ġestjoni tal-programmi
(inkluża dik finanzjarja), il-monitoraġġ, il-kontroll
finanzjarju u l-evalwazzjoni tal-proġetti. ·
Prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju
tas-sussidjarjetà sal-punt li tfittex li tipprovdi aktar għajnuna permezz
tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni lil ċerti Stati Membri li
qed jesperjenzaw diffikultajiet serji, b'mod specjali fir-rigward tat-tkabbir
ekonomiku u l-istabilità finanzjarja, u b'defiċit u qagħda ta' dejn
li qed imorru għall-agħar, b'riżultat ukoll tal-ambjent
ekonomiku u finanzjarju internazzjonali. F'dan il-kuntest, huwa neċessarju
li jiġi stabbilit fuq il-livell tal-Unjoni mekkaniżmu temporanju li
jippermetti lill-Kummissjoni biex iżżid ir-rimbors abbażi
tal-infiq iċċertifikat skont il-Fondi Strutturali u l-Fond ta'
Koeżjoni. Il-proposta tikkonforma wkoll mal-prinċipju
tas-sussidjarjetà billi tippermetti iktar żmien għal ċerti Stati
Membri sabiex jonfqu l-impenji tagħhom tal-2011 u tal-2012. Din ir-regola
diġà ġiet stabbilita fil-livell tal-Unjoni. ·
Prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta tikkonforma mal-prinċipju
tal-proporzjonalità: L-estensjoni tal-applikazzjoni tar-rati
miżjuda ta’ kofinanzjament hija proporzjonali fir-rigward tal-kriżi
ekonomika sostnuta u sforzi oħra meħuda biex jiġu megħjuna
dawn l-Istati Membri. L-estensjoni tal-iskadenza
għad-diżimpenn awtomatiku hija wkoll proporzjonali fis-sens li hija
ffukata fuq dawk l-Istati Membri li se jkollhom l-allokazzjonijiet finanzjarji
tagħhom matul il-perjodu 2014-2020 limitati mill-ftehim tal-Kunsill
Ewropew, sabiex jiġi limitat ir-riskju li jitilfu allokazzjonijiet
ulterjuri mill-perjodu ta’ bejn l-2007 u l-2013 minħabba diżimpenji
awtomatiċi. ·
Għażla tal-istrument L-istrument li qed jiġi propost: emenda
għar-regolament kurrenti. Il-Kummissjoni eżaminat il-marġini
kollha ta’ manuvra pprovduti mill-qafas legali u tikkunsidra neċessarju,
fid-dawl tal-esperjenza sa issa, li tipproponi emendi għar-Regolament
Ġenerali. 4. Impatt baġitarju Ma hemm ebda impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta'
impenn billi mhu qed issir ebda proposta ta' modifika għall-ammonti
massimi tal-iffinanzjar tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni kif
stipulat fil-programmi operazzjonali għall-perjodu ta'
programmazzjoni 2007-2013. Għall-approprjazzjonijiet ta' pagament,
il-proposta dwar ir-riforniment hija newtrali għall-baġit.
Madankollu, din tista’ tirriżulta f’rimbors ogħla lill-Istati Membri
kkonċernati fl-2014, iżda se tiġi bbilanċjata
fl-għeluq fl-2017. L-approprjazzjonijiet ta' pagament addizzjonali
għal din il-proposta se jimplikaw żieda fl-approprjazzjonijiet ta'
pagament (għall-2014 bejn wieħed ieħor EUR 484 miljun)
li se jkunu kkumpensati sal-aħħar tal-perjodu ta' programmazzjoni.
Għaldaqstant, it-total ta' approprjazzjonijiet ta' pagament
għall-perjodu kollu ta' pprogrammar mhux se jinbidel. L-impatt baġitarju tal-proposta biex
jiġi estiż id-diżimpenn awtomatiku b’sena għar-Rumanija u
s-Slovakkja ma jbiddilx l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet ta' impenn.
Madankollu, jista' jkollu impatt pożittiv nett fuq l-approprjazzjonijiet
ta' pagament totali fi snin futuri b'rabta mar-riskju mnaqqas
tad-diżimpenn. 2013/0156 (COD) Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U
TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006
dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta mal-ġestjoni finanzjarja,
għal ċerti Stati Membri li qed jesperjenzaw jew li huma mhedda b'diffikultajiet
serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u r-regoli
tad-diżimpenn għal ċerti Stati Membri IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 177
tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni Ewropea, Wara li bagħtu l-abbozz tal-att
leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali, Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
Ekonomiku u Soċjali Ewropew[2], Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat
tar-Reġjuni[3], Filwaqt li jaġixxu skont
il-proċedura leġiżlattiva ordinarja. Billi: (1) Il-kriżi globali
finanzjarja u r-reċessjoni ekonomika mingħajr preċedent
għamlu ħsara serja lit-tkabbir ekonomiku u lill-istabilità
finanzjarja, u ħolqu deterjorament qawwi fil-kundizzjonijiet finanzjarji u
ekonomiċi ta' diversi Stati Membri. B'mod partikolari, ċerti Stati
Membri qed jesperjenzaw diffikultajiet serji jew huma mhedda b'diffikultajiet
bħal dawn, notevolment bi problemi fit-tkabbir ekonomiku u l-istabilità
finanzjarja tagħhom, u b'deterjorament fil-pożizzjoni
tad-defiċit u d-dejn tagħhom, b'riżultat ukoll tal-ambjent
ekonomiku u finanzjarju internazzjonali. (2) Filwaqt li diġà
ttieħdu azzjonijiet biex jilqgħu kontra l-effetti negattivi
tal-kriżi, inklużi emendi fil-qafas leġiżlattiv, l-impatt
tal-kriżi finanzjarja fuq l-ekonomija reali, fuq is-suq tax-xogħol u
ċ-ċittadini qed jinħass ma' kullimkien. Il-pressjoni fuq
ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali qed tiżdied u għandhom
jittieħdu aktar miżuri biex tittaffa din il-pressjoni permezz
tal-aktar użu adegwat tal-Fondi Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni.
Minħabba d-diffikultajiet finanzjarji persistenti, huwa neċessarju li
tiġi estiża l-applikazzjoni tal-miżuri adottati billi jiġi
emendat ir-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill[4].
Dawn il-miżuri ġew adottati skont l-Artikoli 122(2), 136 u 143
tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). (3) Sabiex tiġi
ffaċilitata l-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni, biex tingħata
għajnuna għall-aċċellerazzjoni tal-investimenti fl-Istati
Membri u r-reġjuni u biex titjieb id-disponibbiltà tal-finanzjament
għall-ekonomija, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006
tal-11 ta’ Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999[5]
ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 1311/2011 tal-Parlament Ewropew u
tal-Kunsill biex jippermetti ż-żieda ta’ pagamenti interim mill-Fondi
Strutturali kif ukoll mill-Fond ta’ Koeżjoni b’ammont li jikkorrispondi
għal għaxar punti perċentwali aktar mir-rata ta’ kofinanzjament
reali għal kull assi ta' prijorità għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw
diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità finanzjarja tagħhom u
għamlu talba biex jibbenefikaw minn din il-miżura. (4) L-Artikolu 77(6)
tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 jippermetti l-applikazzjoni ta’ rata
miżjuda ta’ kofinanzjament sal-31 ta’ Diċembru 2013.
Madankollu, peress li l-Istati Membri għadhom qed iħabbtu
wiċċhom ma’ diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità
finanzjarja tagħhom, it-tul tal-applikazzjoni ta’ rata miżjuda ta’
kofinanzjament ma għandux ikun limitat sat-tmiem tal-31 ta’ Diċembru 2013.
(5) [ir-Regolament (UE) Nru …
(CPR) tal-Kunsill u l-Parlament Ewropew] [ir-Regolament
tad-Dispożizzjonijiet Komuni futur] għandu l-għan li
jikkontribwixxi biex tinkiseb konċentrazzjoni adegwata tal-fondi ta’
koeżjoni fir-reġjuni u l-Istati Membri l-inqas żviluppati. Sabiex
tikkontribwixxi għat-tnaqqis tad-disparitajiet fil-medja tal-intensitajiet
tal-għajnuna per capita, il-livell massimu tat-trasferiment (capping)
mill-Fondi għal kull Stat Membru individwali skont ir-Regolamenti futuri
huwa previst li jkun iffissat għal 2,35 % tal-PDG tal-Istat Membru.
Il-capping se jkun applikat fuq bażi annwali, u - jekk applikabbli -
jnaqqas proporzjonalment it-trasferimenti kollha (minbarra
għar-reġjuni l-aktar żviluppati u “l-Kooperazzjoni territorjali
Ewropea”) lill-Istat Membru kkonċernat sabiex jinkiseb il-livell massimu
ta’ trasferimenti. Għall-Istati Membri li daħlu fl-Unjoni qabel
l-2013 u li t-tkabbir reali medju tal-PDG tagħhom fl-2008-2010 kien aktar
baxx minn -1 %, il-livell massimu ta’ trasferiment ser ikun ta'
2,59 %. (6) Ir-Regolament (UE) Nru
…/…[ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni] jillimita
l-allokazzjonijiet għal kull Stat Membru għal 110 % tal-livell
tagħhom f’termini reali għall-perjodu 2007-2013. L-Istati Membri
affettwati minn dan il-limitu massimu jeħtieġ li jkomplu jiġu
protetti mir-riskju ta’ diżimpenn awtomatiku tal-allokazzjonijiet
fil-perjodu 2007-2013. (7) Fil-konklużjonijiet
tiegħu tat-8 ta’ Frar 2013, il-Kunsill Ewropew stieden
lill-Kummissjoni biex tesplora soluzzjonijiet prattiċi biex jitnaqqas ir-riskju
ta’ diżimpenn awtomatiku tal-Fondi mill-pakkett nazzjonali tal-2007-2013
għar-Rumanija u s-Slovakkja, inkluża l-emenda tar-Regolament (KE)
Nru 1083/2006. (8) Il-Kunsill Ewropew enfasizza
wkoll il-ħtieġa li jiġi żgurat livell u profil
maniġġabbli għall-ħlasijiet fl-intestaturi kollha sabiex
jiġu llimitati l-impenji baġitarji pendenti, partikolarment billi
jiġu applikati regoli għal diżimpenji awtomatiċi f’kull
intestatura. Għalhekk, dispożizzjonijiet li jirrilaxxaw ir-regoli ta’
diżimpenn għall-Istati Membri affettwati mil-limitu stabbilit
fir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament tad-Dispożizzjonijiet Komuni]
għandhom ikunu bbilanċjati fid-dawl tal-effetti tagħhom fuq
l-impenji baġitarji pendenti. (9) L-iskadenza
għall-kalkolu tad-diżimpenn awtomatiku tal-impenji tal-baġit
annwali għas-snin 2011 u 2012 għandha tiġi estiża b’sena,
iżda l-impenn tal-baġit tal-2012 li se jkun għadu miftuħ
sal-31 ta' Diċembru 2015 għandu jiġi ġġustifikat
sal-31 ta' Diċembru 2015. Dan għandu jgħin sabiex jitjieb
l-assorbiment tal-fondi impenjati għal programmi operattivi fl-Istati
Membri li huma affettwati minn limiti fuq l-allokazzjonijiet futuri
tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom għal 110% tal-livell
tagħhom f’termini reali għall-perjodu 2007-2013. Din il-flessibilità
hija meħtieġa sabiex jiġi indirizzat ritmu anqas
mgħaġġel milli kien mistenni tal-implimentazzjoni tal-programmi
li qed jaffettwa b’mod partikolari lil dawk l-Istati Membri. (10) Minħabba l-kriżi bla
preċedent, hija meħtieġa l-adozzjoni rapida ta’ miżuri ta’
appoġġ u għalhekk huwa xieraq li dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. (11) Għalhekk, ir-Regolament
(KE) Nru 1083/2006 għandu jiġi emendat skont dan, ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Ir-Regolament (UE) Nru 1083/2006 huwa
emendat kif ġej: (1) Fl-Artikolu 77, jitħassar
il-paragrafu 6. (2) L-Artikolu 93 huwa emendat kif
ġej: (a) Jiddaħħal il-paragrafu 2b
li ġej: “2b. B’deroga mill-ewwel subparagrafu
tal-paragrafu 1 u mill-paragrafu 2, għall-Istati Membri li
l-allokazzjonijiet tal-politika ta’ koeżjoni tagħhom fil-perjodu ta’
programmazzjoni 2014-2020 huma limitati għal 110% tal-livell tagħhom
f’termini reali għall-perjodu 2007-2013, l-iskadenza msemmija
fil-paragrafu 1 hija l-31 ta’ Diċembru tat-tielet sena wara
s-sena tal-impenn tal-baġit annwali mill-2007 sal-2012 skont il-programmi
operazzjonali tagħhom. ." (b) Fil-paragrafu 3, jiddaħħal
is-subparagrafu li ġej: "L-ewwel subparagrafu huwa bla
preġudizzju għall-applikazzjoni tal-iskadenza stabbilita fl-Artikolu
93(2)(b) tal-impenn tal-baġit tal-2012 għall-Istat Membru msemmi
f'dak il-paragrafu." Artikolu 2 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan
ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati
Membri kollha. Magħmul fi Strasburgu, Għall-Parlament Ewropew Għall-Kunsill Il-President Il-President DIKJARAZZJONI FINANZJARJA
LEĠIŻLATTIVA 1. ISEM IL-PROPOSTA: Proposta għal Regolament tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 1083/2006 dwar ċerti dispożizzjonijiet marbuta
mal-ġestjoni finanzjarja, għal ċerti Stati Membri li qed
jesperjenzaw jew huma mhedda b'diffikultajiet serji fejn tidħol l-istabilità
finanzjarja tagħhom mar-regoli tad-diżimpenn għal ċerti
Stati Membri. 2. QAFAS ABM / ABB Il-Qasam/l-Oqsma tal-Politika
kkonċernat/i u l-Attività/Attivitajiet assoċjati: Politika Reġjonali; Attività ABB 13.03 Impjiegi u Affarijiet Soċjali; Attività ABB
04.02 Il-Fond ta' Koeżjoni, ABB 13.04 3. LINJI BAĠITARJI 3.1. Il-linji baġitarji
(linji operazzjonali u linji relatati tal-għajnuna teknika u
amministrattiva (li qabel kienu l-linji B.A)): L-azzjoni l-ġdida proposta ser tkun
implimentata fuq il-linji baġitarji li ġejjin: · 13.031600 Konverġenza (FEŻR) · 13.031800 Kompetittività reġjonali u impjiegi (FEŻR) · 04.0217 Konverġenza (FSE) · 04.0219 Kompetittività reġjonali u impjiegi (FSE) · 13.04.02 Fond ta’ Koeżjoni 3.2. It-tul ta' żmien
tal-azzjoni u tal-impatt finanzjarju: L-ebda waħda
mill-bidliet proposti ma hi se jkollha impatt finanzjarju. Fil-fatt,
il-ħtieġa akbar fl-2014 biex tkopri talbiet għall-ħlasijiet
għal Stati Membri taħt l-għajnuna finanzjarja, se tiġi
kkumpensata fl-għeluq tal-programmi fis-sena 2017. Il-mekkaniżmu
jippermetti xi antiċipazzjoni ta’ ħlasijiet meta mqabbel ma’
sitwazzjoni mingħajr “riforniment”. Fir-rigward tal-estensjoni tar-regola
tad-diżimpenn awtomatiku, jista' jkollu impatt pożittiv nett fuq
l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali fis-snin futuri marbuta mar-riskju
mnaqqas tad-diżimpenn.
3.3. Karatteristiċi baġitarji: Linja baġitarja || Tip ta' nefqa || Ġdid || Kontribuzzjoni mill-EFTA || Kontribuzzjonijiet mill-pajjiżi applikanti || Intestatura fil-perspettiva finanzjarja 13,031600 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b 13,031800 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b 04,0217 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b 13,0402 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b 04,0219 || Mhux obbligatorja || Differenzjata || LE || LE || LE || Nru 1b 4. SOMMARJU TAR-RIŻORSI 4.1. Riżorsi finanzjarji 4.1.1 Is-sommarju
tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (AI) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament
(AP) It-tabelli li ġejjin juru stima
tal-impatt tal-miżuri proposti fl-2014 sal-2017. Ġaladarba ma huma
proposti l-ebda riżorsi finanzjari ġodda
għall-approprjazzjonijiet ta' impenn, l-ebda ċifra ma hija
mdaħħla fit-tabelli imma hija inkluża nota m.a. (mhux
applikabbli). Il-proposta hija għaldaqstant konformi mal-qafas finanzjarju
pluriennali għall-perjodu 2007-2013. Għall-pagamenti, il-proposta biex
jiġi estiż il-mekkaniżmu ta’ tiġdid tista’ tirriżulta
f’rimbors ogħla lill-Istati Membri konċernati, li se jiġi
kkumpensat fl-għeluq. Abbażi tal-aħħar tbassir disponibbli
tal-pagamenti mill-Istati Membri, pagamenti ta' rifornimenti mħallsa
lill-Istati Membri kkonċernati fl-2012, u l-approprjazzjonijiet ta'
pagament inklużi fil-Baġit tal-2013, il-bżonnijiet
baġitarji se jkunu bejn wieħed u ieħor EUR 484 miljun
għall-2014. Dan l-ammont se jitreġġa’ lura fl-għeluq
fl-2017. L-impatt baġitarju tal-proposta sabiex
jiġi estiż id-diżimpenn awtomatiku għall-impenji tal-2011 u
l-2012 b’sena għar-Rumanija u s-Slovakkja ma jbiddilx l-ammont totali
tal-approprjazzjonijiet ta' impenn. Madankollu, jista' jkollu impatt nett
pożittiv fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament totali fi snin futuri
marbuta ma' riskju mnaqqas ta' diżimpenn. Il-Kummissjoni eżaminat
il-ħtieġa ta’ krediti ta’ pagament addizzjonali u għalhekk
tipproponi hawnhekk l-azzjonijiet neċessarji lill-Awtorità tal-Baġit. miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Tip ta’ nfiq || Nru tat-Taqsima || || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara || Total Nefqa operattiva[6] || || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' Impenn (AI) || 8,1 || a || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Approprjazzjonijiet ta' Pagament (AP) || || b || m.a. || +0,484 || m.a. || m.a. || -0,484 || m.a.; || 0. Nefqa amministrattiva fl-ammont ta’ referenza[7] || || || || Għajnuna teknika u amministrattiva (AMD) || 8.2.4 || c || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. AMMONT TOTALI TA’ REFERENZA || || || || || || || Approprjazzjonijiet ta' Impenn || || a+c || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Approprjazzjonijiet ta' Pagament || || b+c || m.a. || +0,484 || m.a. || m.a. || -0,484 || m.a. || 0,000 Nefqa amministrattiva mhux inkluża fl-ammont ta’ referenza[8] || || Riżorsi umani u spejjeż relatati (AMD) || 8.2.5 || d || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Spejjeż amministrattivi, minbarra r-riżorsi umani u l-ispejjeż relatati, mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza (AMD) || 8.2.6 || e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. It-total indikattiv tal-ispiża
finanzjarja għall-intervent AI TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani || || a+c+d+e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. AP TOTALI inkluż il-kost tar-Riżorsi Umani || || b+c+d+e || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Dettalji tal-kofinanzjament miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Korp tal-kofinanzjament || || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara || Total …………………… || f || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. TOTAL tal-AI inkluż il-kofinanzjament || a+c+d+e+f || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. 4.1.2 Kompatibbiltà
mal-Ipprogrammar Finanzjarju x Il-proposta hija kompatibbli mal-ipprogrammar finanzjarju
eżistenti. ¨ Il-proposta ser tkun teħtieġ programmar mill-ġdid
tal-intestatura rilevanti fil-perspettiva finanzjarja. ¨ Jista' jkun li l-proposta tkun
tirrikjedi l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-Ftehim
Interistituzzjonali[9]
(jiġifieri l-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni
tal-perspettiva finanzjarja). 4.1.3 L-Impatt finanzjarju fuq
l-Introjtu x Il-proposta ma għandha l-ebda implikazzjoni finanzjarja fuq
l-introjtu. ¨ Il-proposta għandha impatt finanzjarju - l-effett fuq
l-introjtu huwa dan li ġej: Miljuni ta' EUR
(sa ċifra waħda wara l-punt deċimali) || || Qabel l-azzjoni [Sena n-1] || || Is-sitwazzjoni wara l-azzjoni Linja baġitarja || Introjtu || || [Sena n] || [n+1] || [n+2] || [n+3] || [n+4] || [n+5][10] || a) Introjtu f'termini assoluti || || || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. b) Bidla fl-introjtu || D || || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. (Jekk jogħġbok iddeskrivi kull
linja tal-baġit ta’ dħul ikkonċernata, billi żżid
l-għadd xieraq ta’ ringieli fit-tabella jekk hemm effett fuq aktar minn linja
baġitarja waħda.) 4.2. Ir-Riżorsi
Umani tal-FTE (inklużi l-uffiċjali, u l-persunal temporanju u estern)
– ara d-dettalji fil-punt 8.2.1. Rekwiżiti annwali || Sena n || n + 1 || n + 2 || n + 3 || n + 4 || n + 5 u wara Għadd totali ta' riżorsi umani || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. 5. KARATTERISTIĊI U
GĦANIJIET 5.1. Il-ħtieġa li trid
tintlaħaq fil-futur qasir jew twil Il-kriżi
finanzjarja u ekonomika sostnuta qed iżżid il-pressjoni fuq
ir-riżorsi finanzjarji nazzjonali hekk kif l-Istati Membri qed inaqqsu
l-bagits tagħhom. F'dan il-kuntest, l-implimentazzjoni bla tfixkil ta'
programmi tal-politika ta' koeżjoni hija ta' importanza partikolari
bħala għodda li tinjetta fondi fl-ekonomija. Sabiex jiġi
żgurat li dawn l-Istati Membri jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi
tal-Fond Strutturali u l-Fond ta' Koeżjoni li għaddejjin, u
jagħtu fondi għall-proġetti, il-proposta fiha
dispożizzjonijiet li jippermettu lill-Kummissjoni żżid
il-pagamenti lill-Istati Membri għall-perjodu li huma qegħdin
taħt il-mekkaniżmi ta' ġħajnuna. Dan se jippermetti wkoll
lil ċerti Stati Membri aktar żmien biex jagħmlu użu
sħiħ mill-impenji tal-2011 u tal-2012. 5.2. Valur miżjud
tal-involviment tal-Komunità u l-koerenza tal-proposta ma’ strumenti
finanzjarji oħra u s-sinerġija possibbli Il-proposta se
tippermetti li titkompla l-implimentazzjoni tal-programmi, li jiġu
injettati flus fl-ekonomija filwaqt li tgħin biex fl-istess ħin
jitnaqqas il-piż fuq l-infiq pubbliku. 5.3. L-għanijiet,
ir-riżultati mistennija u l-indikaturi relatati mal-proposta fil-kuntest
tal-qafas tal-ABM L-għan huwa li tingħata
għajnuna lil dawk l-Istati Membri l-aktar affettwati mill-kriżi
finanzjarja sabiex ikunu jistgħu jkomplu bl-implimentazzjoni tal-programmi
li għandhom għaddejjin u għaldaqstant jinjettaw fondi fl-ekonomija. 5.4. Metodu ta’ Implimentazzjoni
(indikattiv) Uri hawn taħt il-metodu(i)
magħżul(a) għall-implimentazzjoni tal-azzjoni. ·
Mal-Istati Membri 6. MONITORAĠĠ U
EVALWAZZJONI 6.1. Sistema ta'
monitoraġġ Mhux
neċessarja, għax taqa' taħt il-monitoraġġ stabbilit
tal-Fondi Strutturali. 6.2. Evalwazzjoni 6.2.1 L-evalwazzjoni ex ante Din il-proposta ġiet imħejjija fuq
it-talba tal-Kabinett tal-President tal-Kummissjoni wara l-konklużjonijiet
tal-Kunsill tat-8 ta' Frar 2013. 6.2.2 Il-miżuri meħudin
wara evalwazzjoni intermedjarja/ex post (tagħlimiet miksuba minn
esperjenzi simili fl-imgħoddi) M/A 6.2.3 Termini u frekwenza
tal-evalwazzjoni fil-ġejjieni M/A 7. MIŻURI KONTRA L-FRODI M.A. 8. DETTALJI TAR-RIŻORSI 8.1. L-għanijiet tal-proposta
f’termini tal-ispiża tagħhom Approprjazzjonijiet ta’ impenn f’miljuni ta’ EUR (sa
tliet (3) punti deċimali) (Għandhom jitniżżlu l-Intestaturi tal-Għanijiet, l-azzjonijiet u r-riżultati) || Tip ta’ riżultat || Spiża medja || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali || Nru riżultati || Spiża totali GĦAN OPERATTIV Nru 1 Tiġi sostnuta l-implimentazzjoni tal-programmi operattivi || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || 0,000 || || 0,000 || || || || || || || || || || 0,000 SPIŻA TOTALI || || || || 0,000 || || 0,000 || || || || || || || || || || 0,000 8.2. Nefqa Amministrattiva 8.2.1 L-għadd u t-tip ta'
riżorsi umani Tipi ta’ postijiet || || Persunal allokat għall-amministrazzjoni tal-azzjoni bl-użu tar-riżorsi eżistenti u/jew addizzjonali (għadd ta' postijiet/FTEs) || || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 Uffiċjali jew persunal temporanju (XX 01 01) || A*/AD || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. B*, C*/AST || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Persunal iffinanzjat bl-Art XX 01 02 || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Persunal ieħor iffinanzjat permezz tal-Art. XX 01 04/05 || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. AMMONT TOTALI || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. 8.2.2 Deskrizzjoni
tal-kompiti li ġejjin mill-azzjoni M/A 8.2.3 Is-sorsi tar-riżorsi
umani (statutorji) (Fejn ikun iddikjarat aktar minn sors
wieħed, indika l-għadd ta’ postijiet li joriġinaw minn kull
sors). ¨ Postijiet li bħalissa huma allokati għall-ġestjoni
tal-programm li jridu jinbidlu jew jittawlu ¨ Postijiet allokati minn qabel fl-eżerċizzju SPA/APB
għas-sena n ¨ Postijiet li jridu jintalbu fil-proċedura SPA/APB li jmiss ¨ Postijiet li jridu jerġgħu jiġu assenjati
bl-użu ta' riżorsi eżistenti fl-ambitu tas-servizz ta’
ġestjoni (riallokazzjoni interna) ¨ Postijiet meħtieġa għas-sena n, għalkemm mhux
previsti fl-eżerċizzju tal-SPA/APB tas-sena kkonċernata 8.2.4 Infiq Amministrattiv
ieħor inkluż fl-ammont ta’ referenza (XX 01 04/05 – Infiq fuq
il-ġestjoni amministrattiva) miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Linja baġitarja (numru u intestatura) || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI 1 Assistenza teknika u amministrattiva (inklużi l-ispejjeż relatati tal-persunal) || || || || || || || Aġenziji eżekuttivi || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Assistenza teknika u amministrattiva oħra || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. - intra muros || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. - extra muros || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Assistenza teknika u amministrattiva totali || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. 8.2.5 L-ispiża
finanzjarja tar-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati mhux
inklużi fl-ammont ta' referenza miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt
deċimali) Tip ta’ riżorsi umani || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara Uffiċjali u persunal temporanju (XX 01 01) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Persunal iffinanzjat bl-Artikolu XX 01 02 (awżiljarji, END, persunal bil-kuntratt, eċċ.) (speċifika l-linja ta’ baġit) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. L-ispiża totali tar-Riżorsi Umani u l-ispejjeż relatati (MHUX fl-ammont ta’ referenza) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Kalkolu – Uffiċjali
u Aġenti Temporanji Għandha
ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk applikabbli m.a. Kalkolu– Persunal
iffinanzjat skont l-Artikolu XX 01 02 Għandha
ssir referenza għall-Punt 8.2.1 jekk applikabbli m.a. 8.2.6 Spejjeż amministrattivi
oħrajn mhux inklużi fl-ammont ta’ referenza miljuni ta' EUR (sa tliet ċifri wara l-punt deċimali) || Sena n || Sena n+1 || Sena n+2 || Sena n+3 || Sena n+4 || Sena n+5 u wara || AMMONT TOTALI XX 01 02 11 01 – Missjonijiet || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. XX 01 02 11 02 – Laqgħat u Konferenzi || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. XX 01 02 11 03 – Kumitati || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. XX 01 02 11 04 – Studji u Konsultazzjonijiet || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. XX 01 02 11 05 – Sistemi ta' Informazzjoni || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. 2 Total ta' Nfiq Ieħor ta' Ġestjoni (XX 01 02 11) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. 3 Infiq ieħor ta’ natura amministrattiva (speċifika billi tindika l-linja tal-baġit) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Spiża totali għall-Amministrazzjoni, għajr ir-riżorsi umani u l-ispejjeż assoċjati (MHUX inkluża fl-ammont ta’ referenza) || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. || m.a. Kalkolu – Infiq
ieħor amministrattiv li mhux inkluż fl-ammont ta' referenza m.a. [1] Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006
tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet
ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali,
il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar
ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 [2] ĠU L , , p. . [3] ĠU L , , p. . [4] ĠU L 337, 20.12.2011, p. 5. [5] ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25. [6] Nefqa li ma taqax taħt il-Kapitolu xx 01
tat-Titolu xx ikkonċernat. [7] In-nefqa fl-Artikolu xx 01 04 tat-Titolu xx. [8] In-nefqa fl-Kapitolu xx 01 għajr
għall-Artikoli xx 01 04 jew xx 01 05. [9] Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali. [10] Kolonni addizzjonali għandhom jiġu miżjuda
jekk meħtieġ, jiġifieri, jekk it-tul tal-azzjoni
jeċċedi s-6 snin.