Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0226

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HZ] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014

/* COM/2013/0226 final - 2013/0117 (COD) */

52013PC0226

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HZ] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014 /* COM/2013/0226 final - 2013/0117 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Il-Kummissjoni Ewropea qed taħdem b’mod intensiv sabiex jintlaħaq ftehim bejn l-istituzzjonijiet tal-UE dwar ir-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) li permezz tiegħu l-PAK riformata tkun tista’ tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Billi l-objettiv mixtieq huwa li jintlaħaq ftehim bejn l-Istituzzjonijiet dwar il-qafas finanzjarju pluriennali (QFP) u ftehim politiku dwar ir-riforma tal-PAK qabel is-sajf tal-2013, il-bażijiet legali għall-PAK riformata huma previsti li jidħlu fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

Madankollu, ir-regoli tranżitorji huma meħtieġa biex jiġu definiti l-arranġamenti tekniċi li se jippermettu adattament bla xkiel għall-kundizzjonijiet il-ġodda, u fl-istess waqt tiġi żgurata l-kontinwità tal-forom differenti ta’ appoġġ skont il-PAK.

Fir-rigward ta’ pagamenti diretti, għandu jitħalla żmien biżżejjed biex l-Istati Membri, u speċjalment l-aġenziji tal-pagamenti tagħhom, ikunu jistgħu jippreparaw ruħhom sewwa u jinformaw b’mod dettaljat lill-bdiewa, kmieni biżżejjed, dwar ir-regoli ġodda. Għaldaqstant, it-talbiet għall-2014 se jiġu trattati skont ir-regoli tranżitorji.

F’dak li għandu x’jaqsam mat-tieni pilastru, id-definizzjoni ta’ regoli tranżitorji bejn iż-żewġ perjodi ta’ programmar tirrappreżenta prattika standard. Ir-regoli tranżitorji huma ġeneralment meħtieġa biex ikunu kollegati ż-żewġ perjodi ta’ programmar konsekuttivi, kif diġà wriet l-esperjenza fil-bidu tal-perjodu ta’ programmar attwali. Madankollu, għall-iżvilupp rurali, din id-darba jinħtieġu wkoll xi arranġamenti tranżitorji speċifiċi, partikolarment biex jittrattaw l-implikazzjonijiet tad-dewmien tar-reġim il-ġdid għall-pagamenti diretti fuq ċerti miżuri għall-iżvilupp rurali speċjalment fir-rigward tax-xenarju bażi għall-miżuri agroambjentali u klimatiċi u l-applikazzjoni tar-regoli ta’ kundizzjonalità. L-arranġamenti tranżitorji huma meħtieġa wkoll biex jiżguraw li l-Istati Membri jkomplu jidħlu għal impenji ġodda fir-rigward ta' miżuri relatati maż-żoni u mal-annimali fl-2014 anki jekk ir-riżorsi għall-perjodu attwali ġew eżawriti. Dawn l-impenji ġodda, kif ukoll l-impenji korrispondenti li għaddejjin bħalissa, għandhom ikunu eliġibbli mill-pakketti finanzjarji l-ġodda ta' programmi tal-iżvilupp rurali tal-perjodu ta’ programmar li jmiss.

Fir-rigward tar-regolament orizzontali, il-ħtieġa għal miżuri ta’ tranżizzjoni hija limitata għas-Sistema Konsultattiva għall-Farms (FAS), is-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll (SIAK) u l-kundizzjonalità, minħabba r-rabta tagħhom mal-pagamenti diretti.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, jeħtieġ li jiġu adottati regoli tranżitorji speċifiċi mill-Kunsill u mill-Parlament Ewropew qabel tmiem is-sena, li jemendaw, fejn meħtieġ, l-atti bażiċi tal-PAK attwali.

2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Fir-rigward tar-regoli tranżitorji, ma kinitx meħtieġa konsultazzjoni mal-partijiet interessati jew valutazzjoni tal-impatt, billi dawn l-aġġustamenti jirriżultaw mill-istat tad-diskussjonijiet bejn l-istituzzjonijiet dwar il-QFP u r-riforma tal-PAK.

3.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

Għall-pagamenti diretti, il-miżuri ta’ tranżizzjoni l-ewwel jipprevedu l-estensjoni tal-elementi ewlenin tal-iskemi eżistenti — l-Iskema ta’ Pagament Uniku (SPU), l-Iskema ta' Pagament Uniku skont l-Erja (SPUE), ir-reġimi akkoppjati, kif ukoll dawk mogħtija bħala appoġġ speċifiku skont l-Artikolu 68 — għas-sena ta’ talba 2014. It-tieni, dawn jinkorporaw, soġġett għall-qbil tal-Parlament Ewropew, l-impatti finanzjarji tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar; inkluż il-bidu tal-proċess ta’ konverġenza esterna. L-introduzzjoni ta’ miżuri ta’ tranżizzjoni timplika li xi wħud mid-dati inklużi fil-proposta tal-Kummissjoni għal appoġġ dirett wara l-2013 se jkollhom jiġu adattati kif xieraq sabiex tiġi żgurata l-konsistenza ma’ dan l-abbozz tar-Regolament.

Għall-iżvilupp rurali, se jkollhom jiġu stabbiliti regoli tranżitorji biex jiddefinixxu kif il-miżuri attwali se jiġu trasferiti għall-perjodu ta’ programmar li jmiss, inkluż il-finanzjament tagħhom mill-pakkett finanzjarju l-ġdid. Barra minn hekk, dawn ir-regoli jiddefinixxu liema regoli bażi u ta' kundizzjonalità għandhom japplikaw fl-2014. Fl-aħħar nett, dawn ir-regoli jistabbilixxu d-dispożizzjonijiet tranżitorji għall-Kroazja.

Il-miżuri ta’ tranżizzjoni jinkludu wkoll dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-possibbiltà għall-Istati Membri li jittrasferixxu fondi bejn il-pilastri. Tali mekkaniżmu ta’ flessibbiltà huwa element tar-riforma tal-PAK li jrid jiġi deċiż permezz ta’ proċedura leġiżlattiva ordinarja. Kemm il-Parlament Ewropew fit-13 ta’ Marzu 2013 kif ukoll il-Kunsill tal-Agrikoltura fid-19 ta’ Marzu 2013 ħadu pożizzjoni dwar din il-kwistjoni. Filwaqt li l-Kunsill ħa f’idejh il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew dwar il-QFP, il-Parlament Ewropew żied il-perċentwali proposti mill-Kummissjoni għal 15 % għat-trasferiment lejn it-tieni pilastru u 10 % għat-trasferimenti lejn l-ewwel pilastru, b’dan tal-aħħar ikun awtorizzat biss fil-każ ta' dawk l-Istati Membri b’medja ta’ pagament taħt id-90 % tal-medja tal-UE. Sabiex jiġi indikat li l-proposta preżenti hija mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali li se tittieħed mil-leġiżlatur dwar dan l-element speċifiku, dawk il-partijiet tal-Artikolu li huma inklużi fil-miżuri ta’ tranżizzjoni u li huma differenti mill-Artikolu 14 tal-proposta tal-Kummissjoni għal appoġġ dirett wara l-2013, tpoġġew f’parentesi kwadri.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Dan l-abbozz ta’ Regolament jimplimenta biss il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP u r-riforma tal-PAK għas-sena finanzjarja 2015 filwaqt li jqis il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013. Dan jinkorpora l-konverġenza esterna tal-pagamenti diretti, il-flessibbiltà bejn il-pilastri tal-PAK u r-rata ta’ kofinanzjament għall-iżvilupp rurali. L-elementi l-ġodda li jirriżultaw mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jitpoġġew f’parentesi kwadri sakemm jintlaħaq ftehim finali dwar il-QFP.

Għall-pagamenti diretti, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013 jikkorrispondu, meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni, għal tnaqqis ta’ EUR 830 miljun (fi prezzijiet attwali) fis-sena finanzjarja 2015 (li tikkorrispondi għas-sena ta’ talba 2014 għall-pagamenti diretti). Id-distribuzzjoni tal-limiti massimi tal-pagamenti diretti fost l-Istati Membri tqis il-konverġenza esterna li għandha tibda mis-sena finanzjarja 2015. Meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew jimmodifikaw il-limitu ta’ żmien tal-konverġenza (sitt snin) u jżidu minimu ta’ EUR 196 għal kull ettaru li jrid jintlaħaq sas-sena finanzjarja 2020.

Meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni, il-flessibbiltà bejn il-pilastri tiżdied skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew. Din se tkun newtrali fejn jidħol il-baġit billi eżattament l-istess ammonti mnaqqsa minn Fond wieħed (il-FAEG jew il-FAEŻR) se jsiru disponibbli għall-Fond l-ieħor (il-FAEG jew il-FAEŻR).

Fir-rigward tal-iżvilupp rurali, dan l-abbozz ta’ Regolament jimmira li jiżgura l-kontinwità ta’ għadd ta’ miżuri li jinvolvu impenji pluriennali. Dawn id-dispożizzjonijiet ma għandhom l-ebda impatt finanzjarju billi l-allokazzjoni għall-iżvilupp rurali tibqa’ l-istess. Madankollu, id-distribuzzjoni tal-pagamenti matul iż-żmien tista’ tkun xi ftit differenti iżda f’dan l-istadju ma tistax tiġi kwantifikata.

Id-dettalji dwar l-impatt finanzjarju ta’ din il-proposta huma stabbiliti fid-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja l-proposti.

2013/0117 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HZ] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[1],

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[2],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Billi:

(1)       Ir-Regolament (UE) Nru [...] [RD] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[3], li għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014, jistabbilixxi regoli li jirregolaw l-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali u jħassar r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 tal-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)[4], mingħajr preġudizzju għall-issoktar tal-applikazzjoni tar-Regolamenti li jimplimentaw dak ir-Regolament sakemm dawn jitħassru mill-Kummissjoni. Sabiex tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni minn skemi ta’ appoġġ eżistenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għall-qafas legali ġdid li jkopri l-perjodu ta’ programmar li jibda fl-1 ta’ Jannar 2014 (“il-perjodu ta’ programmar ġdid”), għandhom jiġu adottati regoli tranżitorji biex jiġu evitati kwalunkwe diffikultà jew dewmien fl-implimentazzjoni tal-appoġġ għall-iżvilupp rurali, li jistgħu jirriżultaw minn mindu jiġu adottati l-programmi ta’ żvilupp rurali l-ġodda. Għal dik ir-raġuni għandu jkun previst li l-Istati Membri jistgħu jissoktaw bl-impenji legali fi ħdan il-programmi tal-iżvilupp rurali eżistenti tagħhom fl-2014 għal ċerti miżuri u li n-nefqa li tirriżulta għandha tkun eliġibbli għal appoġġ fil-perjodu ta’ programmar ġdid.

(2)       Minħabba l-bidla sostanzjali fil-metodu għad-delimitazzjoni taż-żoni soġġetti għal limitazzjonijiet naturali sinifikanti, li qed tiġi proposta għall-perjodu ta’ programmar li jmiss, għandu jkun previst li għall-impenji legali ġodda meħuda fl-2014, l-obbligu għall-bidwi li jissokta l-attività agrikola fiż-żona għal ħames snin ma japplikax.

(3)       Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali fit-tranżizzjoni għandu jiġi previst li n-nefqa mwettqa skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 skont il-miżuri relatati maż-żoni u mal-annimali għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu ta’ programmar ġdid meta jkun għad hemm pagamenti xi jsiru. Fl-interess tal-ġestjoni finanzjarja soda u l-implimentazzjoni effettiva tal-programmi, din in-nefqa għandha tkun identifikata b’mod ċar fil-programmi tal-iżvilupp rurali u fis-sistemi kollha ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri. Sabiex tiġi evitata kumplessità bla bżonn fil-ġestjoni finanzjarja tal-programmi tal-iżvilupp rurali fil-perjodu ta’ programmar ġdid, għandu jiġi previst li r-rati ta’ kofinanzjament tal-perjodu ta’ programmar ġdid għandhom japplikaw għan-nefqa tranżitorja.

(4)       Ir-Regolament (UE) Nru [...] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’... li jistabbilixxi regoli għall-pagamenti diretti lill-bdiewa skont skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni [DP][5] jistabbilixxi skemi ġodda ta’ appoġġ u għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Dik id-data ta’ applikazzjoni ma tippermettix li l-arranġamenti amministrattivi u prattiċi meħtieġa għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet għall-2014 jiġu stabbiliti fil-ħin. Għal dik ir-raġuni, l-applikazzjoni tar-reġim ġdid ta’ pagamenti diretti trid tiġi posposta b’sena. Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-19 ta’ Jannar 2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta' appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta' appoġġ għal bdiewa[6] għandu għalhekk ikompli jikkostitwixxi l-bażi li fuqha jingħata l-appoġġ għad-dħul tal-bdiewa f’sena kalendarja 2014, filwaqt li jieħu kont dovut ta’ [ir-Regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali][7].

(5)       Billi r-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jkompli japplika fl-2014 u sabiex tkun żgurata l-konsistenza fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-kundizzjonalità u r-rispett tal-istandards meħtieġa minn ċerti miżuri, għandu jiġi previst li d-dispożizzjonijiet rilevanti li japplikaw fil-perjodu ta’ programmar 2007-2013 ikomplu japplikaw sakemm isir applikabbli l-qafas leġiżlattiv il-ġdid. Għall-istess raġunijiet, għandu jiġi previst li d-dispożizzjonijiet marbuta mal-pagamenti diretti nazzjonali kumplimentari għall-Kroazja li japplikaw fl-2013 ikomplu japplikaw.

(6)       Skont l-Artikolu 76 tar-Regolament (UE) Nru [...] [HZ] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[8], l-Istati Membri se jkunu jistgħu jħallsu bil-quddiem għall-pagamenti diretti. Skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 din il-possibbiltà trid tiġi awtorizzata mill-Kummissjoni. L-esperjenza fl-implimentazzjoni ta’ skemi ta’ appoġġ dirett turi li huwa xieraq li l-bdiewa jkunu jistgħu jirċievu pagamenti bil-quddiem. Fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jsiru fl-2014, dawk il-pagamenti bil-quddiem għandhom ikunu limitati sa 50 % tal-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u sa 80 % tal-pagament taċ-ċanga u tal-vitella.

(7)       Sabiex jiġi rispettat [ir-Regolament li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali], u b’mod partikolari l-livellar tal-ammont disponibbli għall-għoti ta’ appoġġ dirett lill-bdiewa kif ukoll il-mekkaniżmu ta’ konverġenza esterna, jeħtieġ li jiġu modifikati l-limiti massimi nazzjonali ffissati fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għall-2014. Il-modifikazzjoni tal-limiti massimi nazzjonali, inevitabbilment, se jkollha impatt fuq l-ammonti li l-bdiewa individwali jistgħu jirċievu bħala pagamenti diretti fl-2014. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi stabbilit il-mod li bih din il-modifika se jkollha impatt fuq il-valur tad-drittijiet għall-pagament u l-livell ta’ pagamenti diretti oħra.

(8)       L-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni finanzjarja tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 wriet li kien meħtieġ li jiġu ċċarati ċerti dispożizzjonijiet, b’mod partikolari fir-rigward tal-elementi koperti miċ-ċifri stipulati fl-Anness VIII ta’ dak ir-Regolament u r-rabta mal-possibbiltà mogħtija lill-Istati Membri li jużaw il-fondi mhux minfuqa fl-iskema ta’ pagament uniku biex jiffinanzja l-appoġġ speċifiku. Billi l-Artikolu 40 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 irid jiġi modifikat biex jiġi ċċarat kif l-Istati Membri se jkollhom jikkunsidraw il-varjazzjonijiet fil-limiti massimi nazzjonali, huwa xieraq li din titqies bħala opportunità biex jiġi ċċarat it-test tad-dispożizzjonijiet rilevanti.

(9)       Skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009, l-Istati Membri kellhom il-possibbiltà li jiddeċiedu li jużaw ċertu perċentwal tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom għal appoġġ speċifiku għall-bdiewa tagħhom kif ukoll li jwettqu rieżami ta’ deċiżjoni preċedenti bid-deċiżjoni li jiġi modifikat, jew jintemm tali appoġġ. Huwa xieraq li jiġi previst rieżami addizzjonali ta' dawk id-deċiżjonijiet b'effett mis-sena kalendarja 2014. Fl-istess waqt, il-kundizzjonijiet speċjali li skonthom jitħallas l-appoġġ speċifiku f’xi Stati Membri skont l-Artikolu 69(5) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, li se jiskadu fl-2013, jeħtieġ li jiġu estiżi għal sena oħra, sabiex jiġi evitat tfixkil fil-livell ta’ appoġġ.

(10)     L-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 hija ta’ natura tranżitorja u kellha tintemm fil-31 ta’ Diċembru 2013. Billi l-iskema ġdida ta’ pagament bażiku se tieħu post l-iskema ta’ pagament uniku biss mill-1 ta’ Jannar 2015, jeħtieġ li tiġi estiża l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja għas-sena 2014 biex jiġi evitat li l-Istati Membri l-ġodda jkollhom japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku għal sena waħda biss.

(11)     Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-setturi agrikoli tagħhom jew biex isaħħu l-politika tal-iżvilupp rurali tagħhom b’mod aktar flessibbli, dawn għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi mil-limiti massimi tagħhom applikabbli għall-pagamenti diretti għall-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali u mill-appoġġ assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limiti massimi tagħhom applikabbli għall-pagamenti diretti. Fl-istess waqt, l-Istati Membri b'livell ta’ appoġġ dirett ta' anqas minn 90 % tal-livell medju ta' appoġġ tal-Unjoni għandhom jingħataw il-possibbiltà li jittrasferixxu fondi addizzjonali mill-appoġġ tagħhom assenjat għall-iżvilupp rurali għal-limiti massimi tagħhom applikabbli għall-pagamenti diretti. Dawn l-għażliet għandhom isiru f’ċerti limiti, darba u għall-perjodu kollu tas-snin finanzjarji bejn l-2015 u l-2020.

(12)     Skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma[9], id-Direttiva tal-Kunsill 80/68/KEE tas-17 ta’ Diċembru 1979 dwar il-ħarsien ta’ ilma ta’ taħt l-art kontra tniġġiż ikkawżat minn ċerti sustanzi perikolużi[10], se tiġi revokata mit-22 ta’ Diċembru 2013. Sabiex jinżammu r-regoli skont il-kundizzjonalità fir-rigward tal-ilma ta’ taħt l-art, huwa xieraq li jiġi aġġustat il-kamp ta’ applikazzjoni tal-kundizzjonalità u li jiġi definit standard ta’ kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba li jinkludi r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 u 5 tad-Direttiva 80/68/KEE.

(13)     Ir-Regolament (UE) Nru [...][OKS unika] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[11] jipprevedi l-integrazzjoni tal-appoġġ għat-trobbija tad-dud tal-ħarir fir-reġim ta’ appoġġ dirett u għalhekk qiegħda titneħħa mir-Regolament (UE) Nru [...] [OKS unika]. Minħabba d-dewmien fl-applikazzjoni tar-reġim ġdid ta’ appoġġ dirett, huwa xieraq li jiġi previst l-issoktar tal-għajnuniet fis-settur tad-dud tal-ħarir għal sena oħra.

(14)     Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet dwar is-sistema konsultattiva għall-farms, is-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll u l-kundizzjonalità stabbiliti fit-Titolu III, il-Kapitolu II tat-Titolu V u t-Titolu VI, rispettivament, tar-Regolament (UE) Nru [...][HZ] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni[12], għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015.

(15)     Wara li ddaħħal l-Artikolu 136a fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u wara s-sostituzzjoni tal-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru [DP], li japplika mill-1 ta’ Jannar 2015, jeħtieġ li r-referenzi għall-Artikolu 14 tar-Regolament (UE) Nru [DP] fir-Regolament (UE) Nru [...] [RD] jiġu emendati.

(16)     Ir-Regolamenti (KE) Nru 73/2009, (UE) Nru [...][DP], (UE) Nru [...][HZ], (UE) Nru [...][OKS unika] u (UE) Nru [...][RD] għandhom għalhekk jiġu emendati skont dan.

(17)     Dan ir-Regolament għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014. Sabiex tkun evitata kull sovrappożizzjoni bejn ir-regoli dwar il-flessibbiltà bejn il-pilastri stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u r-Regolament (UE) Nru [DP] kif emendat b’dan ir-Regolament, huwa xieraq li jiġi stipulat li dik l-emenda partikolari tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tapplika mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u li l-emendi tar-Regolament (UE) Nru [DP], inkluża l-applikazzjoni differita tiegħu mill-1 ta’ Jannar 2015, għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru [DP]. Barra minn hekk, l-emenda tal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandha tapplika mit-22 ta’ Diċembru 2013,

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

KAPITOLU 1

Dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali

Artikolu 1 Impenji legali skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fl-2014

1.           B’deroga mill-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD], għall-miżuri tal-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005, l-Istati Membri jistgħu jkomplu jwettqu impenji legali ġodda fil-konfront tal-benefiċjarji fl-2014 skont il-programmi tal-iżvilupp rurali adottati fuq il-bażi tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 anki wara li r-riżorsi finanzjarji kollha tal-perjodu ta’ programmar bejn l-2007 u l-2013 jkunu ntużaw kollha, sal-adozzjoni tal-programm rispettiv għall-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020. In-nefqa mġarrba fuq il-bażi ta’ dawn l-impenji għandha tkun eliġibbli skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament.

2.           Il-kundizzjoni tat-tieni inċiż tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1257/1999[13] ma għandhiex tapplika għall-impenji legali ġodda meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 36(a)(i) u (ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 fl-2014.

Artikolu 2 Issoktar tal-applikazzjoni tal-Artikoli 50a u 51 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005

B’deroga mill-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD], l-Artikoli 50a u 51 tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 għandhom jibqgħu japplikaw sal-31 ta’ Diċembru 2014 b’rabta mal-operazzjonijiet magħżula skont il-programmi tal-iżvilupp rurali tal-perjodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020 skont l-Artikolu 22(1)(a) u (b) tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD] rigward il-primjum annwali u l-Artikoli 29 sa 32 u 34 u 35 ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 3 Eliġibbiltà ta’ ċerti tipi ta’ nfiq

1.           B’deroga mill-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD], l-ispejjeż marbuta mal-impenji legali fil-konfront tal-benefiċjarji, imwettqa skont il-miżuri tal-Artikolu 36(a)(i) sa (v) u (b)(iv) u (v) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 u tal-Artikolu 36(b)(i) u (iii) ta’ dak ir-Regolament b’rabta mal-primjum annwali, għandhom ikunu eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020 fil-każijiet li ġejjin:

(a)     għal pagamenti li jridu isiru bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Diċembru 2015, jekk l-allokazzjoni finanzjarja għall-miżura kkonċernata tal-programm rispettiv adottat skont ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 tkun diġà ntużat kollha; kif ukoll

(b)     għal pagamenti li jridu jsiru wara l-31 ta’ Diċembru 2015.

2.           In-nefqa msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun eliġibbli għal kontribuzzjoni mill-FAEŻR fil-perjodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020, soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)     din in-nefqa għandha tkun prevista fil-programm rispettiv tal-iżvilupp rurali għall-perjodu ta’ programmar bejn l-2014 u l-2020;

(b)     għandha tapplika r-rata ta’ kontribuzzjoni tal-FAEŻR tal-miżura korrispondenti skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RD] kif stabbilita fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

(c)     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operazzjonijiet tranżitorji relevanti jiġu identifikati b’mod ċar permezz tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tagħhom.

Artikolu 4 Applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fl-2014

1.           Għall-2014, ir-referenza għall-Kapitolu I tat-Titolu VI tar-Regolament (UE) Nru [HZ] fl-Artikoli 29, 30, 31 u 34 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD] għandha tinqara bħala referenza għall-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Annessi II u III ta’ dan tal-aħħar.

2.           Għall-2014, ir-referenza fl-Artikolu 40a(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD] għall-Artikolu 17a tar-Regolament (UE) Nru [DP] għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 132 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009. Għall-istess sena, ir-referenza fl-Artikolu 40a(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD] għall-Artikolu 16a tar-Regolament (UE) Nru [DP] għandha tinqara bħala referenza għall-Artikolu 121 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009.

KAPITOLU 2 Emendi

Artikolu 5 Emendi tar-Regolament (KE) Nru 73/2009

1.           Ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 huwa emendat kif ġej:

(1)     Fl-Artikolu 29, qed jiżdied il-paragrafu li ġej:

"5.     B’deroga mill-paragrafu 2, l-Istati Membri jistgħu jħallsu, mis-16 ta’ Ottubru 2014, pagamenti bil-quddiem lill-bdiewa sa 50 % tal-pagamenti diretti skont l-iskemi ta’ appoġġ elenkati fl-Anness I fir-rigward tal-applikazzjonijiet li jsiru fl-2014.

Fir-rigward tal-pagamenti taċ-ċanga u l-vitella previsti fit-Taqsima 11 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu IV, l-Istati Membri jistgħu jżidu l-ammont imsemmi fl-ewwel subparagrafu sa 80 %.”

(2)     L-Artikolu 40 qed jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 40 Limiti massimi nazzjonali

1.       Għal kull Stat Membru u għal kull sena, il-valur totali tad-drittijiet kollha għall-pagament allokati, tar-riżerva nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 41 u tal-limiti massimi ffissati skont l-Artikoli 51(2) u 69(3) għandu jkun ugwali għal-limitu massimu nazzjonali rispettiv stabbilit fl-Anness VIII.

2.       Fejn meħtieġ, Stat Membru għandu jagħmel tnaqqis/żieda lineari fil-valur tad-drittijiet kollha għall-pagamenti u/jew l-ammont tar-riżerva nazzjonali kif imsemmija fl-Artikolu 41 sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-limitu massimu determinat fl-Anness VIII.

3.       Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru [HZ] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill*, l-ammonti ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw fi Stat Membru fir-rigward tas-sena kalendarja 2014 skont l-Artikoli 34, 52, 53 u 68 ta’ dan ir-Regolament u għall-għajnuna lil min irabbi d-dud tal-ħarir skont l-Artikolu 111 tar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 ma għandhomx ikunu ogħla mil-limiti massimi stipulati fl-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament għal dik is-sena. Fejn meħtieġ, u sabiex jikkonformaw mal-limiti massimi stabbiliti fl-Anness VIII, l-Istati Membri għandhom iwettqu tnaqqis lineari fl-ammonti ta’ pagamenti diretti fir-rigward tas-sena kalendarja 2014.

*           ĠU L …, …, p. "

(3)     Fl-Artikolu 51(2), qed jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Għall-2014, il-limiti massimi għall-pagamenti diretti msemmija fl-Artikoli 52 u 53 għandhom ikunu identiċi għal-limiti massimi stabbiliti għall-2013, immultiplikati b’koeffiċjent li jiġi kkalkulat għal kull Stat Membru kkonċernat billi l-limitu massimu nazzjonali għall-2014 stabbilit fl-Anness VIII jiġi diviż bil-limitu massimu nazzjonali għall-2013. Din il-multiplikazzjoni għandha tapplika biss għall-Istati Membri fejn il-limitu massimu nazzjonali stabbilit fl-Anness VIII għall-2014 ikun aktar baxx mil-limitu massimu nazzjonali għall-2013.”

(4)     Fl-Artikolu 68(8), il-frażi introduttorja qed tinbidel b’dan li ġej:

"8.     Sa ..[14] ., l-Istati Membri li ħadu d-deċiżjoni msemmija fl-Artikolu 69(1) jistgħu jeżaminawha u jiddeċiedu, b'effett mill-2014, li:”

(5)     L-Artikolu 69 jiġi emendat kif ġej:

(a)     Il-paragrafu 1 qed jinbidel b’dan li ġej:

"1.     L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, l-1 ta’ Awwissu 2010, l-1 ta’ Awwissu 2011, l-1 ta’ Settembru 2012 jew sa [...[15]], li jużaw, mis-sena ta’ wara deċiżjoni bħal din, jew fil-każ ta’ deċiżjoni meħuda sa [...], mis-sena 2014, sa 10 % tal-limitu massimu nazzjonali tagħhom imsemmi fl-Artikolu 40, jew, fil-każ ta’ Malta, l-ammont ta’ EUR 2 000 000 għall-appoġġ speċifiku previst fl-Artikolu 68(1).”;

(b)     Fil-paragrafu 3, it-tieni subparagrafu qed jinbidel b'dan li ġej:

“Għall-finijiet ewlenin li tiġi żgurata l-konformità mal-limiti massimi nazzjonali kif previst fl-Artikolu 40(2) u li jsir il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 41(1), l-ammonti użati għall-għoti tal-appoġġ imsemmi fil-punt (c) tal-Artikolu 68(1) għandhom jitnaqqsu mil-limitu massimu nazzjonali msemmi fl-Artikolu 40(1). Dawn għandhom jingħaddu bħala drittijiet għall-pagament allokati. "

(c)     Fl-ewwel sentenza tal-paragrafu 5, “2013” qed tinbidel b’“2014”;

(d)     Fil-paragrafu 6, it-tieni subparagrafu qed jinbidel b'dan li ġej:

Għall-finijiet ewlenin li tiġi żgurata l-konformità mal-limiti massimi nazzjonali previsti fl-Artikolu 40(2) u li jsir il-kalkolu msemmi fl-Artikolu 41(1), fejn Stat Membru juża l-għażla prevista fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu, l-ammont ikkonċernat ma għandux jingħadd bħala parti mil-limiti massimi stabbiliti skont il-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu.”

(6)     Fl-Artikolu 90, il-paragrafu 3 qed jinbidel b'dan li ġej:

"3.     L-ammont tal-għajnuna għal kull ettaru eliġibbli għandu jiġi stabbilit billi l-ammont ta' ħsad stabbilit fil-paragrafu 2 jiġi mmultiplikat bl-ammonti ta' referenza li ġejjin:

Il-Bulgarija: EUR [520,20]

Il-Greċja: EUR [234,18]

Spanja: EUR [362,15]

Il-Portugall: EUR [228,00]."

(7)     Fl-Artikolu 122, il-paragrafu 3 qed jinbidel b’dan li ġej:

"3.     L-iskema ta' pagament uniku skont l-erja għandha tkun disponibbli sal-31 ta' Diċembru 2014.”

(8)     Fl-Artikolu 131, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b'dan li ġej:

"1.     L-Istati Membri ġodda li japplikaw l-iskema ta’ pagament uniku skont l-erja jistgħu jiddeċiedu, sal-1 ta’ Awwissu 2009, l-1 ta’ Awwissu 2010, l-1 ta’ Awwissu 2011, l-1 ta’ Settembru 2012 jew sa [...[16]], li jużaw, mis-sena ta’ wara dik id-Deċiżjoni, jew fil-każ ta’ deċiżjoni meħuda sa [...[17]], mis-sena 2014, sa 10 % tal-limiti massimi nazzjonali tagħhom imsemmija fl-Artikolu 40 biex jipprovdu appoġġ lill-bdiewa kif stabbilit fl-Artikolu 68(1) u skont il-Kapitolu 5 tat-Titolu III, kif applikabbli għalihom.”

(9)     Fit-Titolu VI, qed jiddaħħal l-Artikolu 136a li ġej:

“Artikolu 136a Flessibbiltà bejn il-pilastri

"1.     Qabel ...[18], l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RD] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill *, sa [15] % tal-limiti nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji 2014 sal-2019 kif stabbilit fl-Anness VIII ta’dan ir-Regolament għas-sena 2014 u fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru [DP] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill**, għas-snin 2015-2019. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwal innotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.       [L-Istati Membri] li ma jużawx il-possibbiltà skont il-paragrafu 1, [jistgħu jiddeċiedu, qabel ..[19] ., li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont dan ir-Regolament u r-Regolament (UE) Nru [DP] sa [15] % tal-ammont allokat għall-appoġġ għall-miżuri fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020 kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RD]]. Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti [10 %] [addizzjonali] tal-ammont allokat fl-ambitu tal-iżvilupp rurali. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-miżuri ta’ appoġġ fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwal innotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.

3.       Sabiex tqis id-deċiżjonijiet innotifikati mill-Istati Membri skont il-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati b’konformità mal-Artikolu 141a li jeżamina l-limiti massimi stabbiliti fl-Anness VIII.

*           ĠU L …, …, p.

**         ĠU L …, …, p. "

(10)   L-Artikolu 141a qed jinbidel b'dan li ġej:

“Artikolu 141a Eżerċizzju tad-delega

1.       Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

2.       Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 11a għal perjodu mill-1 ta’ Settembru 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2014. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 136a(3) għal perjodu minn [...[20]] sal-31 ta' Diċembru 2014.

3.       Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 11a u fl-Artikolu 136a(3) tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe żmien mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Id-deċiżjoni ta’ revoka għandha twassal għat-tmiem tad-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma għandhiex taffettwa l-validità tal-atti ddelegati li jkun hemm diġà fis-seħħ.

4.       Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah fl-istess waqt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.       Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 11a u l-Artikolu 136a(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk la l-Parlament Ewropew u lanqas il-Kunsill ma jesprimu oġġezzjoni fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dan il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jkunu informaw, it-tnejn li huma, lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill."

(11)   L-Annessi II, III u VIII huma emendati skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 6 Emendi tar-Regolament (UE) Nru […][DP]

Ir-Regolament (UE) Nru […] [DP] huwa emendat kif ġej:

(1)          Fl-Artikolu 6, il-paragrafu 2 qed jinbidel b'dan li ġej:

"2.     Sabiex jitqiesu l-iżviluppi marbuta mal-ammonti massimi totali ta’ pagamenti diretti li jistgħu jingħataw, inklużi dawk li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet meħuda mill-Istati Membri skont l-Artikolu 136a tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 14 ta’ dan ir-Regolament u dawk li jirriżultaw mill-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 17b ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament għall-fini tar-rieżami tal-limiti massimi nazzjonali stabbiliti fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.”

(2)          L-Artikolu 14 huwa sostitwit b’dan li ġej:

"Artikolu 14 Flessibbiltà bejn il-pilastri

"1.     Qabel .. [21]., l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri fil-kuntest tal-ipprogrammar ta’ żvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RD], sa [15] % tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għas-snin kalendarji mill-2014 sal-2019 kif stabbilit fl-Anness VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għas-sena 2014 u fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament għas-snin bejn l-2015 u l-2019. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-għoti tal-pagamenti diretti.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwal innotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu.

2.      [L-Istati Membri] li ma jużawx il-possibbiltà skont il-paragrafu 1, [jistgħu jiddeċiedu, qabel ..[22] ., li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti skont ir-Regolament (KE) Nru 73/2009 u dan ir-Regolament sa [15] % tal-ammont allokat għall-appoġġ għall-miżuri fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali ffinanzjat mill-FAEŻR fil-perjodu bejn l-2015 u l-2020 kif speċifikat skont ir-Regolament (UE) Nru [...] [RD]]. Il-Bulgarija, l-Estonja, il-Finlandja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja, l-Isvezja u r-Renju Unit jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu disponibbli bħala pagamenti diretti [10 %] [addizzjonali] tal-ammont allokat fl-ambitu tal-iżvilupp rurali. B’riżultat ta’ dan, l-ammont korrispondenti ma għandux jibqa’ disponibbli għall-miżuri ta’ appoġġ fil-kuntest tal-ipprogrammar tal-iżvilupp rurali.

Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun innotifikata lill-Kummissjoni sad-data msemmija f’dak is-subparagrafu.

Il-perċentwal innotifikat skont it-tieni subparagrafu għandu jkun l-istess għas-snin imsemmija fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1.”

(3)          Fl-Artikolu 57(2), għandu jiżdied is-subparagrafu li ġej wara l-ewwel subparagrafu:

“Madankollu, dan għandu jkompli japplika fir-rigward tal-applikazzjonijiet għall-għajnuna marbuta mas-snin ta’ talba li jibdew qabel l-1 ta’ Jannar 2015.”

(4)          Fl-Artikolu 59, it-tieni u t-tielet paragrafi qed jinbidlu b'dan li ġej:

"Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2015.

Madankollu, l-Artikoli 20(5), 22(6), 35(1), 37(1) u 39 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 7 Emenda tar-Regolament (UE) Nru […][HZ]

L-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) Nru […][HZ] qed jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 115 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2014, ħlief kif ġej:

(a) L-Artikoli 7, 8 u 9 għandhom japplikaw mis-16 ta' Ottubru 2013;

(b) L-Artikoli 18, 42, 43 u 45 għandhom japplikaw mis-16 ta’ Ottubru 2013 fir-rigward tan-nefqa mġarrba mis-16 ta’ Ottubru 2013;

(c) It-Titolu III, il-Kapitolu II tat-Titolu V u t-Titolu VI għandhom japplikaw mill-1 ta’ Jannar 2015. "

Artikolu 8 Emenda tar-Regolament (UE) Nru […][OKS unika]

Fl-Artikolu 163(1) tar-Regolament (UE) Nru [...] [OKS unika], qed jiżdied il-punt li ġej:

"(h)         l-Artikolu 111 [l-Artikolu 155 tar-Regolament (UE) Nru COM(2010)799], sal-31 ta' Marzu 2015.”

Artikolu 9 Emenda tar-Regolament (UE) Nru […][RD]

Fl-Artikolu 64 tar-Regolament (UE) Nru [...] [RD], il-paragrafi 4 u 5 qed jinbidlu b’dan li ġej:

"4.          Il-Kummissjoni għandha, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, twettaq tqassim annwali skont l-Istat Membru tal-ammonti msemmija fil-paragrafu 1, wara li jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-paragrafu 2 u b'kunsiderazzjoni għat-trasferiment tal-fondi msemmija fl-Artikolu 136a(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009*.

Meta tkun qed twettaq it-tqassim annwali, il-Kummissjoni għandha tqis:

(a)     il-kriterji oġġettivi marbuta mal-objettivi msemmija fl-Artikolu 4; kif ukoll

(b)     il-prestazzjoni tal-passat.

5.           Minbarra l-ammonti msemmija fil-paragrafu 4, l-att ta’ implimentazzjoni msemmi f’dak il-paragrafu għandu jinkludi wkoll il-fondi trasferiti lill-FAEŻR fl-applikazzjoni tal-Artikolu 136a(1) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 u l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru [DP] u l-fondi trasferiti lill-FAEŻR b'applikazzjoni tal-Artikoli 10b u 136 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013.

_______

* ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16."

KAPITOLU 3 Dispożizzjonijiet finali

Artikolu 10 Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

Madankollu:

– il-punti (9) u (10) tal-Artikolu 5 għandhom japplikaw mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament;

– il-punt (11) tal-Artikolu 5 ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu japplika mit-22 ta’ Diċembru 2013; kif ukoll

– l-Artikolu 6 ta’ dan ir-Regolament għandu japplika mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) Nru [...] [DP].

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

ANNESS I Korrispondenza tal-Artikoli fil-miżuri relatati maż-żoni u mal-annimali matul il-perjodi tal-ipprogrammar bejn l-2007 u l-2013 u bejn l-2014 u l-2020

Ir-Regolament (KE) Nru 1698/2005 || Ir-Regolament (UE) Nru […] [RD]

L-Artikolu 36(a)(i) u (ii) Pagamenti għal żvantaġġi naturali lill-bdiewa f’żoni tal-muntanji u pagamenti lill-bdiewa f’żoni żvantaġġati, minbarra żoni tal-muntanji || L-Artikolu 32 Il-pagamenti għal żoni li jiffaċċjaw restrizzjonijiet naturali jew restrizzjonijiet speċifiċi oħra

L-Artikolu 36(a)(iii) Pagamenti Natura 2000 u pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE || L-Artikolu 31 Il-pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva qafas dwar l-ilma

L-Artikolu 36(a)(iv) Pagamenti agroambjentali || L-Artikolu 29 Agroambjent u klima

L-Artikolu 36(v) Pagamenti għat-trattament xieraq tal-annimali || L-Artikolu 34 It-trattament xieraq tal-annimali

L-Artikolu 36(b)(i) u (iii) L-ewwel afforestazzjoni ta’ art agrikola u l-ewwel afforestazzjoni ta’ art mhux agrikola || L-Artikolu 22(1)(a) L-afforestazzjoni u l-ħolqien ta’ msaġar

L-Artikolu 36(b)(iv) Il-pagamenti Natura 2000 || L-Artikolu 31 Il-pagamenti ta’ Natura 2000 u tad-Direttiva qafas dwar l-ilma

L-Artikolu 36(b)(v) Pagamenti għall-ambjent forestali || L-Artikolu 35 Servizzi ambjentali u klimatiċi b’rabta mal-foresti u l-konservazzjoni tal-foresti

ANNESS II

L-Annessi II, III u VIII tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 huma emendati kif ġej:

(1)          Fl-Anness II, il-Punt A. “L-ambjent” qed jinbidel b’dan li ġej:

"1 || Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta' April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1) || L-Artikolu 3(1), l-Artikolu 3(2)(b), l-Artikolu 4(1), (2) u (4) u l-Artikolu 5(a), (b) u (d)

2 || Id-Direttiva tal-Kunsill 86/278/KEE tat-12 ta' Ġunju 1986 dwar il-protezzjoni tal-ambjent, u b'mod partikolari tal-ħamrija, meta l-ħama tad-drenaġġ jintuża fl-agrikoltura (ĠU L 181, 4.7.1986, p. 6) || L-Artikolu 3

3 || Id-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE tat-12 ta’ Diċembru 1991 dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli (ĠU L 375, 31.12.1991, p. 1) || L-Artikoli 4 u 5

4 || Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7) || L-Artikolu 6 u l-Artikolu 13(1)(a)”

(2)          L-Anness III huwa emendat kif ġej:

(a)     L-entrata għal “Il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma” qed tinbidel b’dan li ġej:

"Il-protezzjoni u l-ġestjoni tal-ilma: Il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis u l-iskol u l-ġestjoni tal-użu tal-ilma || - Stabbiliment ta' strixxi marġinali matul il-mogħdijiet tal-ilma (1) ||

- Fejn l-użu tal-ilma għall-irrigazzjoni huwa soġġett għall-awtorizzazzjoni, irid ikun hemm konformità mal-proċeduri tal-awtorizzazzjoni ||

Il-miżuri stabbiliti fl-Appendiċi ||

(1)         Nota: L-istrixxi marġinali GAEC għandhom jirrispettaw, kemm ġewwa kif ukoll barra miż-żoni vulnerabbli stabbiliti skont l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 91/676/KEE, tal-inqas ir-rekwiżiti fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tal-fertilizzant fuq l-art ħdejn il-mogħdijiet tal-ilma, imsemmi fil-punt A4 tal-Anness II tad-Direttiva 91/676/KEE li jrid jiġi applikat b'konformità mal-Programmi ta' Azzjoni tal-Istati Membri stabbiliti skont l-Artikolu 5(4) tad-Direttiva 91/676/KEE.”

(b)     L-Appendiċi li ġejja hija miżjuda:

“APPENDIĊI

A.      Miżuri relatati mal-lista I

L-Istati Membri:

– għandhom jipprojbixxu kull skarikar dirett ta' sustanzi fil-lista I,

– għandhom jagħmlu soġġett għal investigazzjoni minn qabel kull skarikar jew depożitu bl-iskop ta' skarikar ta' dawn is-sustanzi li jista' jwassal għal skarikar indirett. Fid-dawl ta' dik l-investigazzjoni, l-Istati Membri għandhom jipprojbixxu din it-tip ta' attività jew għandhom jagħtu l-awtorizzazzjoni, sakemm jitħarsu l-prekawzjonijiet tekniċi kollha li huma meħtieġa sabiex jiġi evitat dan l-iskarikar,

– għandhom jieħdu l-miżuri kollha xierqa li huma jqisu meħtieġa sabiex jiġi evitat kull skarikar indirett ta' sustanzi fil-lista I li huwa dovut għal attivitajiet fuq jew taħt l-art, apparti dawk imsemmija fit-tieni inċiż.

Madanakollu, jekk l-investigazzjoni ta' qabel tiżvela li l-ilma ta' taħt l-art li ġo fih huwa mbassar li sejrin jiġu skarikati s-sustanzi elenkati fil-lista I huwa permanentament mhux xieraq għal kwalunkwe użu ieħor, speċjalment għal użu domestiku jew agrikolu, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw l-iskarikar ta' dawn is-sustanzi, sakemm il-preżenza tagħhom ma timpedixxix l-isfruttament tar-riżorsi tal-art.

Dawn l-awtorizzazzjonijiet jistgħu jingħataw biss jekk ikunu ttieħdu l-prekawzjonijiet tekniċi kollha sabiex jiġi żgurat li dawn is-sustanzi ma jilħqux sistemi akkwatiċi oħrajn jew ma jagħmlux ħsara lil ekosistemi oħrajn.

L-Istati Membri jistgħu, wara investigazzjoni minn qabel, jawtorizzaw skarikar li jkollu jsir minnħabba riinjezzjoni fl-istess akwifer ta' ilma użat għal skopijiet ġeotermali, ilma ppumpjat ’il barra minn minjieri u barrieri, jew ilma ppumpjat ’il barra għal xogħlijiet ta' inġinerija ċivili.

B.      Miżuri relatati mal-lista II

L-Istati Membri għandhom jagħmlu soġġett għal investigazzjoni minn qabel:

– kull skarikar dirett ta' sustanzi fil-lista II, sabiex jillimitaw skarikar ta' din ix-xorta,

– kull skarikar jew depożitu bl-iskop ta' skarikar ta' dawn is-sustanzi li jista' jwassal għal skarikar indirett.

Fid-dawl ta' dik l-investigazzjoni, l-Istati Membri jistgħu jagħtu awtorizzazzjoni, sakemm jitħarsu l-prekawzjonijiet tekniċi kollha għall-prevenzjoni tat-tniġġiż tal-ilma ta' taħt l-art minn dawn is-sustanzi.

Barra minn hekk, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri xierqa li jqisu meħtieġa sabiex jiġi limitat l-iskarikar indirett kollu ta' sustanzi elenkati fil-lista II, dovut għal attivitajiet fuq jew taħt l-art apparti dawk imsemmija fl-ewwel paragrafu.

IL-LISTA I TAL-FAMILJI U L-GRUPPI TA’ SUSTANZI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA A

Il-lista I tinkludi s-sustanzi individwali li jappartjenu lill-familji u lill-gruppi ta' sustanzi enumerati hawn isfel, bl-eċċezzjoni ta' dawk li mhumiex ikkunsidrati xierqa għal-lista I, fuq il-bażi ta' riskju baxx ta' tossiċità, persistenza u bijoakkumulazzjoni.

Dawk is-sustanzi li, fir-rigward ta' tossiċità, persistenza u bijoakkumulazzjoni huma xierqa għal-lista II, għandhom jiġu kklassifikati fil-lista II.

1.       Komposti organoaloġeni u sustanzi li jistgħu jiffurmaw komposti bħal dawn fl-ambjent akkwatiku

2.       Komposti organofosfori

3.       Komposti organotini

4.       Sustanzi li jippossjedu proprjetajiet karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew teratoġeniċi fl-ambjent akkwatiku jew permezz tiegħu (*)

5.       Il-merkurju u l-komposti tiegħu

6.       Il-kadmju u l-komposti tiegħu

7.       Iż-żjut minerali u l-idrokarburi

8.       Iċ-ċjanuri.

IL-LISTA II TAL-FAMILJI U L-GRUPPI TA’ SUSTANZI MSEMMIJA FIT-TAQSIMA B

Il-lista II tinkludi s-sustanzi individwali u l-kategoriji ta' sustanzi li jappartjenu lill-familji u lill-gruppi ta' sustanzi elenkati hawn isfel li jista' jkollhom effett ta’ ħsara fuq l-ilma ta' taħt l-art.

1.       Il-metallojdi u l-metalli u l-komposti tagħhom li ġejjin:

1. Iż-żingu

2. Ir-ram

3. In-nikil

4. Il-kromju

5. Iċ-ċomb

6. Is-selenju

7. L-arseniku

8. L-antimonju

9. Il-molibdenu

10. It-titanju

11. Il-landa

12. Il-barju

13. Il-berillju

14. Il-boron

15. L-uranju

16. Il-vanadju

17. Il-kobalt

18. It-tallju

19. It-tellurju

20. Il-fidda.

2.       Il-bijoċidi u d-derivattivi tagħhom li ma jidhrux fil-lista I.

3.       Is-sustanzi li l-effett tagħhom huwa dak li jħassru t-togħma u/jew ir-riħa tal-ilma ta' taħt l-art, u komposti li jistgħu jikkawżaw il-formazzjoni ta' dawn is-sustanzi f'dan l-ilma u jirrenduh mhux tajjeb għall-konsum mill-bniedem.

4.       Il-komposti organiċi tossiċi jew persistenti tas-siliċju, u sustanzi li jistgħu jikkawżaw il-formazzjoni ta' dawn il-komposti fl-ilma, esklużi dawk li bijoloġikament ma jagħmlux ħsara jew li fl-ilma jinqelbu rapidament f'sustanzi li ma jagħmlux ħsara.

5.       Il-komposti inorganiċi tal-fosforu u l-fosforu elementali.

6.       Il-fluworuri.

7.       L-ammonja u n-nitriti

(*)     Fejn ċerti sustanzi fil-lista II ikunu karċinoġeniċi, mutaġeniċi jew teratoġeni, jiġu inklużi fil-kategorija 4 ta’ din il-lista.”

(3)          Fl-Anness VIII, il-kolonna għas-sena 2014 hija sostitwita b’dan li ġej:

"Tabella 1

(f’eluf ta’ EUR)

Stat Membru || 2014

Il-Belġju || [544 047]

Id-Danimarka || [926 075]

Il-Ġermanja || [5 178 178]

Il-Greċja || [2 063 187]

Spanja || [4 833 647]

Franza || [7 586 341]

L-Irlanda || [1 216 547]

L-Italja || [3 953 394]

Il-Lussemburgu || [33 661]

Il-Pajjiżi l-Baxxi || [793 319]

L-Awstrija || [693 716]

Il-Portugall || [557 667]

Il-Finlandja || [523 247]

L-Isvezja || [696 487]

Ir-Renju Unit || [3 548 576]

Tabella 2(*)

(f’eluf ta’ EUR)

Il-Bulgarija || [642 103]

Ir-Repubblika Ċeka || [875 305]

L-Estonja || [110 018]

Ċipru || [51 344]

Il-Latvja || [168 886]

Il-Litwanja || [393 226]

L-Ungerija || [1 272 786]

Malta || [5 239]

Il-Polonja || [2 970 020]

Ir-Rumanija || [1 428 531]

Is-Slovenja || [138 980]

Is-Slovakkja || [377 419]

(*) Il-limiti massimi kkalkolati jqisu l-iskeda tal-inkrementi prevista fl-Artikolu 121."

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA || FS/13/ 344471Rev1

6.15.2013

|| DATA: 25.03.2013

1. || INTESTATURA BAĠITARJA: 05 03 Għajnuniet diretti 05 04 Żvilupp Rurali ||

2. || TITOLU: Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jistabbilixxi ċerti dispożizzjonijiet tranżitorji dwar l-appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jemenda r-Regolament (UE) Nru [RD] rigward ir-riżorsi u d-distribuzzjoni tagħhom fir-rigward tas-sena 2014 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru [DP], (UE) Nru [HZ] u (UE) Nru [OKS unika] fir-rigward tal-applikazzjoni tagħhom fis-sena 2014

3. || BAŻI LEGALI: L-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

4. || GĦANIJIET: Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli tranżitorji għall-applikazzjoni ta’ pagamenti diretti fir-rigward tas-sena 2014 u dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali.

5. || IMPLIKAZZJONIJIET FINANZJARJI || PERJODU TA’ 12-IL XAHAR (EUR miljun) || SENA FINANZJARJA ATTWALI 2013 (EUR miljun) || SENA FINANZJARJA SEGWENTI 2014 (EUR miljun)

5.0 || NEFQA -               ADDEBITATA LILL-BAĠIT TAL-UE (RIFUŻJONIJIET/INTERVENTI) -               AWTORITAJIET NAZZJONALI -               OĦRA || || ||

5.1 || DĦUL -               RIŻORSI PROPRJI TAL-UE (IMPOSTI/DAZJI DOGANALI) -               NAZZJONALI || || ||

|| || 2015 || 2016 || 2017 || 2018

5.0.1 || NEFQA STMATA || EUR -830 miljun || || ||

5.1.1 || DĦUL STMAT || || || ||

5.2 || METODU TA’ KALKOLU: Ara l-Kummenti

6.0 || DAN IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT MINN APPROPRJAZZJONIJIET IMDAĦĦLA FIL-KAPITOLU RELEVANTI TAL-BAĠIT ATTWALI? || m.a.

6.1 || DAN IL-PROĠETT JISTA’ JIĠI FFINANZJAT PERMEZZ TA’ TRASFERIMENTI BEJN KAPITOLI TAL-BAĠIT ATTWALI? || m.a.

6.2 || SE JKUN MEĦTIEĠ BAĠIT SUPPLIMENTARI? || LE

6.3 || SE JKUN HEMM BŻONN LI L-APPROPRJAZZJONIJIET JIDDAĦĦLU F’BAĠITS FUTURI? || LE

OSSERVAZZJONIJIET: Din id-dikjarazzjoni finanzjarja tikkomplementa d-dikjarazzjoni finanzjarja tal-proposti għar-riforma tal-PAK (COM(2012)551, COM(2012)552, COM(2012)553) u għandha tinqara flimkien magħha. Dan l-abbozz ta’ Regolament jimmira li jtawwal xi elementi tal-iskemi eżistenti, filwaqt li jinkorpora l-effett tal-ftehim tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) dwar il-konverġenza esterna tal-pagamenti diretti, il-flessibbiltà bejn il-pilastri tal-PAK u r-rata ta’ kofinanzjament għall-iżvilupp rurali. Fil-verità, ma hemm l-ebda konsegwenza finanzjarja billi dan l-abbozz ta’ Regolament jimplimenta biss il-proposti tal-Kummissjoni dwar il-QFP u r-riforma tal-PAK b’kunsiderazzjoni tal-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013. L-elementi l-ġodda li jirriżultaw mill-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013 jitpoġġew f’parentesi kwadri sakemm jintlaħaq ftehim finali dwar il-QFP. Fir-rigward tal-pagamenti diretti, il-konverġenza esterna u l-flessibbiltà bejn il-pilastri jibdew japplikaw mis-sena finanzjarja 2015 (li tikkorrispondi għas-sena ta’ talba 2014 għall-pagamenti diretti). Meta mqabbla mal-proposta tal-Kummissjoni u d-dikjarazzjoni finanzjarja tagħha, il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tat-8 ta’ Frar 2013 jikkorrispondu għal tnaqqis ta’ EUR 830 miljun (fi prezzijiet attwali) għal pagamenti diretti fis-sena ta’ talba 2014 (EUR 5 miljun għall-pagament speċifiku għall-uċuħ tar-raba’ għall-qoton u EUR 825 miljun għall-Anness VIII). Fir-rigward tal-flessibbiltà bejn il-pilastri, s’issa għadu mhuwiex possibbli li jiġi evalwat l-impatt finanzjarju billi l-Istati Membri jkun jeħtiġilhom jinnotifikaw it-trasferimenti tagħhom lill-Kummissjoni iktar tard din is-sena. Ikun xi jkun il-każ, il-flessibbiltà se tkun newtrali fejn jidħol il-baġit billi eżattament l-istess ammonti mnaqqsa minn Fond wieħed (il-FAEG jew il-FAEŻR) se jkunu disponibbli għall-Fond l-ieħor (il-FAEG jew il-FAEŻR). Fir-rigward tal-iżvilupp rurali, dan l-abbozz ta’ Regolament jimmira li jiżgura l-kontinwità ta’ għadd ta’ miżuri li jinvolvu impenji pluriennali. Għal dawk il-miżuri wkoll, l-abbozz ta’ Regolament huwa maħsub li, għall-impenji meħuda bejn l-2007 u l-2013, in-nefqa korrispondenti tista’ tkun eliġibbli wara l-2015 (jekk hemm pagamenti xi jsiru) fil-kuntest tal-perjodu ta’ programmar ġdid, jew qabel meta l-allokazzjoni finanzjarja attwali tkun ġiet eżawrita. Dawk id-dispożizzjonijiet ma għandhom l-ebda impatt finanzjarju billi l-allokazzjoni għall-iżvilupp rurali tibqa’ l-istess. Madankollu, id-distribuzzjoni tal-pagamenti matul iż-żmien tista’ tkun xi ftit differenti iżda f’dan l-istadju ma tistax tiġi kwantifikata.

[1]               ĠU C , , p. .

[2]               ĠU C , , p. .

[3]               ĠU L […], […], p. […].

[4]               ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1.

[5]               ĠU L […], […], p. […].

[6]               ĠU L 30, 31.1.2009, p. 16.

[7]               ĠU L […], […], p. […].

[8]               ĠU L […], […], p. […].

[9]               ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1.

[10]             ĠU L 20, 26.1.1980, p. 43.

[11]             ĠU L […], […], p. […].

[12]             ĠU L […], […], p. […].

[13]             ĠU L 160 , 26.6.1999, p. 80.

[14]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data xahar qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

[15]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data xahar qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

[16]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data xahar qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

[17]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data xahar qabel id-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

[18]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data sebat ijiem qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.

[19]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data sebat ijiem qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.

[20]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data sebat ijiem qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.

[21]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data sebat ijiem qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.

[22]             ĠU jekk jogħġbok daħħal id-data sebat ijiem qabel id-data tad-dħul fis-seħħ ta'dan ir-Regolament.

Top