Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0188

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

    /* COM/2013/0188 final - 2013/0102 (NLE) */

    52013PC0188

    Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet /* COM/2013/0188 final - 2013/0102 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Abbażi tal-awtorizzazzjoni mogħtija lilha mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea fetħet in-negozjati mar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd li hemm bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat abbozz ta' Protokoll ġdid min-negozjaturi fid-9 ta' Jannar 2013. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' 5 snin li jibda mid-data tal-applikazzjoni provviżorja stipulata mill-Artikolu 13, jiġifieri mill-1 ta' Lulju 2013.

    L-għan ewlieni tal-Protokoll għall-Ftehim huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire skont is-surplus disponibbli. Il-Kummissjoni ibbażat, fost oħrajn, fuq ir-riżultati ta' evalwazzjoni ex-post imwettqa minn esperti esterni.

    L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-użu responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Côte d'Ivoire fl-interess taż-żewġ Partijiet.

    B’mod partikolari, il-Protokoll jipprovdi opportunitajiet tas-sajd fil-kategoriji li ġejjin:

    – 28 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer

    – 10 bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta dan il-Protokoll il-ġdid permezz ta' Deċiżjoni.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Il-partijiet interessati ġew ikkonsultati fil-qafas tal-evalwazzjoni tal-Protokoll 2007-2013. Ġew ikkonsultati wkoll l-esperti mill-Istati Membri waqt laqgħat tekniċi. Dawn il-konsultazzjonijiet ikkonkludew favur iż-żamma tal-Protokoll tas-sajd mal-Côte d'Ivoire.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Din il-proċedura nbdiet b’mod parallel mal-proċeduri marbutin mad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll innifsu, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd fost l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-kontribuzzjoni finanzjarja annwali ta' EUR 680 000 hija bbażata fuq: a) tunnellaġġ ta' referenza ta' 6500 tunnellata, għal ammont marbut mal-aċċess ta' EUR 422 500 u b) appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li tammonta għal EUR 257 500. Dan l-appoġġ huwa konformi mal-objettivi tal-politika nazzjonali fir-rigward tas-sajd u b'mod partikolari mal-ħtiġijiet tal-Côte d'Ivoire fil-ġlieda kontra s-sajd illegali.

    2013/0102 (NLE)

    Proposta għal

    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[2],

    Billi:

    (1)       Fit-12 ta' Frar 2008 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (KE) Nru 151/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri dwar l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribut finanzjarju previst fil-Ftehim ta’ Sħubija fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Kosta tal-Avorju dwar is-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Kosta ta’ l-Avorju, għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2007 sat-30 ta’ Ġunju 2013 [3].

    (2)       Fit-18 ta' April 2008, l-Unjoni Ewropea u l-gvern tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire innotifikaw lil xulxin dwar it-twettiq tal-proċeduri meħtieġa għad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire[4].

    (3)       L-Unjoni nnegozjat mar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire Protokoll ġdid li joffri lill-bastimenti tal-Unjoni opportunitajiet ta’ sajd fl-ilmijiet li fihom ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire teżerċita l-ġuriżdizzjoni tagħha fuq is-sajd.

    (4)       Bid-Deċiżjoni Nru …/2013/UE[5], il-Kunsill awtorizza l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll, mingħajr preġudizzju għall-konklużjoni sussegwenti tiegħu.

    (5)       Dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jiffissa l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire huwa konkluż f’isem l-Unjoni.

    It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna(i) bis-setgħa li tipproċedi/jipproċedu, f’isem l-Unjoni, bin-notifika, sabiex jesprimu l-kunsens tal-Unjoni li tintrabat bil-Protokoll.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    ANNESS

    PROTOKOLL

    li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire (2013-2018)

    Artikolu 1

    Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

    1. Għal perjodu ta' żmien ta' ħames (5) snin mill-1 ta' Lulju 2013, l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim għandhom ikunu kif ġej:

    Speċijiet migratorji ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1982);

    - bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun mgħammra bi friżer: 28 bastiment.

    - bastiment tas-sajd bil-konzijiet tal-wiċċ: 10 bastimenti.

    2. Il-paragrafu 1 t'hawn fuq japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 5 u 6 ta’ dan il-Protokoll.

    3. Il-bastimenti li jtajru bandiera ta' Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (minn hawn 'il quddiem il-bastimenti Ewropej) ma jistgħux iwettqu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire sakemm ma jkollhomx liċenzja tas-sajd valida mogħtija mill-Côte d’Ivoire fil-qafas ta' dan il-Protokoll.

    Artikolu 2

    Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ ħlas

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, tammonta għal EUR 680 000.

    2. Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi:

    a) ammont annwali ta' EUR 422 500 ekwivalenti għal tunnellaġġ ta' referenza ta' 6 500 tunnellata kull sena għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire; kif ukoll

    b) ammont speċifiku ta' EUR 257 500 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd tal-Côte d’Ivoire.

    3. Il-paragrafu 1 hawn fuq għandu japplika skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 3, 5, 6 u 9 ta’ dan il-Protokoll u tal-Artikoli 12 u 13 tal-Ftehim ta' sħubija dwar is-sajd.

    4. Jekk il-kwantità globali ta' ħut maqbuda mill-bastimenti Ewropej fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire taqbeż it-tunnellaġġ ta' referenza, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali jitla' għal EUR 65 għal kull tunnellata supplimentari li tinqabad. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma jistax jaqbeż id-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2 (a) (EUR 422,500). Meta l-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti Ewropej jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li taqbeż dan il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara.

    5. Il-ħlas tal-kontribuzzjoni finanzjarja iffissata fil-paragrafu 1 għandu jsir mhux aktar tard minn 90 jum wara l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll għall-ewwel sena u sa mhux aktar tard mid-data tal-anniversarju tal-Protokoll għas-snin sussegwenti.

    6. L-allokazzjoni tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2(a) hija kompetenza esklussiva tal-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire.

    7. Il-kontribuzzjoni finanzjarja titħallas f'kont uniku tal-bank tat-Teżor Pubbliku tal-Côte d’Ivoire, li r-referenzi tiegħu jiġu kkomunikati kull sena mill-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire.

    Artikolu 3

    Promozzjoni ta' sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Côte d’Ivoire

    1. L-Unjoni Ewropea u l-Côte d’Ivoire jaqblu fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim, mhux aktar tard mill-1 ta' Ottubru 2013, dwar programm settorjali pluriennali, u l-mod ta' applikazzjoni tiegħu, li b'mod partikolari jinkludi:

    a) il-linji gwida annwali u pluriennali li skonthom trid tiġi utilizzata l-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2 (b);

    b) l-għanijiet li jridu jintlaħqu fuq bażi annwali u pluriennali sabiex fiż-żmien ikun hemm l-istabbiliment ta' sajd sostenibbli u responsabbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire fil-qafas tal-politika nazzjonali tas-sajd tagħha, b'mod partikolari fir-rigward tas-sorveljanza, il-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat (IUU).

    (c) il-kriterji u l-proċeduri li jridu jintużaw biex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati milħuqa, fuq bażi annwali.

    3. L-emendi kollha proposti għall-programm settorjali pluriennali jew għall-użu tal-ammonti speċifiċi għall-inizjattivi li jittieħdu kull sena jridu jiġu approvati miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

    4. Kull sena ż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt, għandhom iwettqu evalwazzjoni tar-riżultati tal-implimentazzjoni tal-Programm settorjali pluriennali. Jekk ikun meħtieġ, iż-żewġ Partijiet għandhom ikomplu dan il-monitoraġġ wara li jintemm dan il-Protokoll, sakemm tintuża l-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika kollha prevista fl-Artikolu 2(2)(b).

    Artikolu 4

    Kooperazzjoni xjentifika u teknika għal sajd responsabbli

    1. Iż-żewġ Partijiet jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Côte d’Ivoire abbażi tal-prinċipji tan-nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti preżenti f’dawn fl-ilmijiet.

    2. Sakemm jibqa' fis-seħħ dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire se jikkooperaw biex isegwu t-tibdil li jseħħ fir-riżorsi fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire.

    3. Iż-żewġ Partijiet għandhom jimpenjaw irwieħhom biex jippromwovu l-kooperazzjoni għal sajd responsabbli fil-livell tas-subreġjun, b’mod partikolari fi ħdan il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) u kwalunkwe organizzazzjoni oħra subreġjonali jew internazzjonali kompetenti. Iż-żewġ Partijiet għandhom jieħdu l-impenn li jirrispettaw ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-ICCAT.

    4. Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim u abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u tar-riżoluzzjonijiet adottati fi ħdan l-ICCAT u fid-dawl tal-aqwa pariri xjentifiċi disponibbli, il-Partijiet se jikkonsultaw bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt (diġà msemmi fl-Artikolu 3), biex jadottaw, jekk ikun meħtieġ wara laqgħa xjentifika fil-livell tas-subreġjun, u bi qbil bejniethom, miżuri għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd li jolqtu l-attivitajiet tal-bastimenti Ewropej.

    5. Iż-żewġ Partijiet se jikkollaboraw biex isaħħu l-mekkaniżmi ta' kontroll u spezzjoni tas-sajd fir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire.

    Artikolu 5

    Reviżjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bi qbil reċiproku

    1. L-opportunitajiet tas-sajd previsti mill-Artikolu 1 jistgħu jiżdiedu bi qbil reċiproku wara konsultazzjonijiet previsti mill-Artikolu 4(4) sakemm din iż-żieda ma tkunx ta' theddida għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire. F’dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja stipulata mill-Artikolu 2(1) tiżdied proporzjonalment u pro rata temporis.

    2. Min-naħa l-oħra jekk il-Partijiet jaqblu dwar l-adozzjoni ta' tnaqqis tal-opportunitajiet tas-sajd stipulati fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis.

    3. Id-distribuzzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn il-kategoriji differenti tal-bastimenti tista', bl-istess mod, tiġi sottomessa għar-reviżjoni wara konsultazzjoni u bi qbil reċiproku bejn il-Partijiet, fil-kuntest tar-rakkomandazzjoni eventwali tal-laqgħa xjentifika stipulata mill-Artikolu 4(4), f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni tal-istokkijiet li jistgħu jiġu affettwati minn dan it-tqassim mill-ġdid. Il-Partijiet għandhom jaqblu dwar l-aġġustament korrispondenti tal-kontribuzzjoni finanzjarja jekk dan ikun ġustifikat minħabba t-tqassim mill-ġdid tal-opportunitajiet tas-sajd.

    Artikolu 6

    Opportunitajiet tas-sajd ġodda u sajd sperimentali

    1. F'każ li l-bastimenti tas-sajd Ewropej ikunu interessati f'attivitajiet tas-sajd li mhumiex imsemmija fl-Artikolu 1, l-Unjoni Ewropea tikkonsulta mal-Côte d’Ivoire biex tinkiseb awtorizzazzjoni eventwali għal dawn l-attivitajiet il-ġodda. Fi ħdan dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet għandhom iqisu l-pariri xjentifiċi rilevanti, b'mod partikolari dawk maħruġa mill-organizzazzjonijiet reġjonali tas-sajd bħall-Kumitat tas-Sajd għall-Atlantiku Ċentrali tal-Lvant (CECAF). Jekk ikun meħtieġ, il-Partijiet għandhom jaqblu dwar il-kundizzjonijiet applikabbli għal dawn l-opportunitajiet tas-sajd ġodda u dwar l-implimentazzjoni tal-ġestjoni pluriennali. Jekk ikun meħtieġ, dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom jiġu emendati.

    2. Wara l-konsultazzjonijiet previsti mill-Artikolu 4(4), il-Partijiet jistgħu jawtorizzaw kampanji ta' sajd sperimentali fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire biex jittestjaw il-fattibilità teknika u l-vijabilità ekonomika ta' tipi ta' sajd ġodda.

    2.1 Għal dan il-għan, l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika lill-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire it-talbiet għal-liċenzji tas-sajd sperimentali fuq il-bażi ta’ fajl tekniku li jispeċifika:

    — il-karatteristiċi tekniċi tal-bastiment,

    — il-livell ta’ għarfien tal-uffiċjali tal-bastiment fis-sajd ikkonċernat,

    — il-proposta għall-parametri tekniċi tal-kampanja (tul, tagħmir, reġjuni ta' esplorazzjoni, eċċ).

    2.2 Il-kampanji tas-sajd sperimentali m’għandhomx idumu aktar minn sitt xhur. Dawn huma soġġetti għall-pagament ta’ tariffa ffissata mill-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire.

    2.3 Osservatur xjentifiku tal-Istat tal-bandiera u osservatur magħżul mill-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire għandhom ikunu preżenti abbord tul il-kampanja kollha.

    2.4 Il-qabdiet li jsiru skont u matul il-kampanja ta’ esplorazzjoni jibqgħu l-proprjetà ta’ sid il-bastiment.

    2.5 Id-dettalji tar-riżultati tal-kampanja għandhom jiġu kkomunikati lill-Kumitat Konġunt għall-analiżi.

    Artikolu 7

    Dispożizzjonijiet applikabbli tal-liġi nazzjonali

    1. L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd Ewropej li joperaw fl-ilmijiet tal-Côte d’Ivoire huma regolati mil-liġi applikabbli fil-Côte d’Ivoire, sakemm il-Ftehim, u l-Protokoll preżenti, ma jistipulawx xort'oħra.

    2. L-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire għandhom jinfurmaw mill-aktar fis possibbli lill-Unjoni Ewropea dwar kull tibdil jew kull liġi ġdida li tirrigwarda s-settur tas-sajd.

    3. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tinforma lill-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida marbuta mal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea li tistad f'ilmijiet imbiegħda.

    Artikolu 8

    Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

    1. L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll tista’ tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda miż-żewġ Partijiet wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt jekk isseħħ xi waħda jew aktar mill-kondizzjonijiet li ġejjin:

    (a)        Ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire;

    (b)        Tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

    (c)        Fil-każ tal-iskattar ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward ta' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif definiti skont l-Artikolu 9 tal-istess Ftehim;

    (d)        L-Unjoni Ewropea tonqos li tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja prevista fl-Artikolu 2(2)(a), għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk previsti fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll;

    (e)        Tilwima serja u mingħajr soluzzjoni bejn iż-żewġ Partijiet dwar l-applikazzjoni jew l-interpretazzjoni ta' dan il-Protokoll.

    2. Meta l-applikazzjoni tal-Protokoll tiġi sospiża għal raġunijiet oħrajn minbarra dawk imsemmija fil-punt 1(c) hawn fuq, din is-sospensjoni hija soġġetta għan-notifika mill-Parti interessata tal-intenzjoni tagħha bil-miktub u tal-inqas tliet xhur qabel id-data li fiha għandha tidħol fis-seħħ din is-sospensjoni. Is-sospensjoni tal-Protokoll għar-raġunijiet stabbiliti fil-punt 1(c) tkun applikata minnufih wara li tittieħed id-deċiżjoni ta’ sospensjoni.

    3. F’każ ta’ sospensjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet sabiex isibu soluzzjoni bonarja għat-tilwim ta’ bejniethom. Meta tinstab din is-soluzzjoni, l-applikazzjoni tal-Protokoll għandha tibda mill-ġdid u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandha titnaqqas proporzjonalment u pro rata temporis skont kemm tkun damet sospiża l-applikazzjoni tal-Protokoll.

    Artikolu 9

    Sospensjoni u reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja

    1. Il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) tista’ tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni fi ħdan il-Kumitat Konġunt f’każ li tkun issodisfata kundizzjoni waħda jew aktar minn dawn li ġejjin:

    (a)        Ċirkostanzi mhux tas-soltu, kif imsemmi fl-Artikolu 2(h) tal-Ftehim tas-Sħubija dwar is-Sajd, li jipprevjenu attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire;

    (b)        Tibdil sinifikanti fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politika tas-sajd ta' waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll;

    (c)        Fil-każ tal-iskattar ta' mekkaniżmi ta' konsultazzjoni previsti mill-Artikolu 96 tal-Ftehim ta' Cotonou fir-rigward ta' ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-bniedem kif definiti skont l-Artikolu 9 tal-istess Ftehim.

    2. L-Unjoni Ewropea tista' tirrevedi jew tissospendi, parzjalment jew totalment, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista skont l-Artikolu 2(2)(b) ta' dan il-Protokoll, fil-każ tan-nuqqas ta' eżekuzzjoni ta' din il-kontribuzzjoni finanzjarja jew jekk ir-riżultati li jinkisbu ma jkunux konformi mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mwettqa mill-Kumitat Konġunt.

    3. Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jibda mill-ġdid wara l-konsultazzjoni u l-qbil bejn iż-żewġ Partijiet hekk kif terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti għall-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikaw dan. Madankollu, il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ma tistax titħallas wara perjodu ta’ 6 xhur minn meta jiskadi dan il-Protokoll.

    4. L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd mogħtija lill-bastimenti Ewropej jistgħu jiġu sospiżi flimkien mas-sospensjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja skont l-Artikolu 2(2)(a). F’każ li l-attivitajiet jibdew mill-ġdid, il-validità ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandha tiġi estiża għall-istess tul ta’ żmien tal-perjodu ta’ sospensjoni tal-attivitajiet tas-sajd.

    5. Soġġett għad-dispożizzjonijiet previsti skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu, jew fil-każ fejn l-Unjoni Ewropea tonqos milli tħallas il-pagament previst skont l-Artikolu 2(2)(a), l-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire għandhom jinfurmaw uffiċjalment lill-Unjoni Ewropea bin-nuqqas ta' pagament. Sussegwentement isiru l-verifiki meħtieġa u jekk ikun meħtieġ, isir il-pagament sa mhux aktar tard minn sittin jum ta’ ħidma, li għandhom jibdew jgħoddu mid-data li fiha tkun waslet it-talba uffiċjali.

    Fin-nuqqas tal-pagament wara dan il-perjodu ta' żmien, jew fin-nuqqas ta' ġustifikazzjoni xierqa, l-awtoritajiet tal-Côte d’Ivoire jistgħu jissospendu l-applikazzjoni tal-Protokoll skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8. Il-Protokoll jibda japplika mill-ġdid, hekk kif isir il-pagament ikkonċernat.

    Artikolu 10

    Kompjuterizzazzjoni tal-iskambji

    1. Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Unjoni Ewropea se jimpenjaw rwieħhom li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi kompjuterizzati meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim.

    2. Il-verżjoni elettronika ta’ kwalunkwe dokument għandha f’kull każ titqies ekwivalenti għall-verżjoni stampata tagħha.

    3. Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Unjoni Ewropea għandhom minnufih jinfurmaw lil xulxin rigward kull ħsara fis-sistema kompjuterizzata. F’dan il-każ l-informazzjoni u d-dokumenti marbuta mal-implimentazzjoni tal-Ftehim jiġu awtomatikament sostitwiti mill-verżjoni stampata tagħhom.

    Artikolu 11

    Kunfidenzjalità tad-dejta

    Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u l-Unjoni Ewropea jimpenjaw rwieħhom sabiex id-dejta personali kollha dwar il-bastimenti Ewropej u l-attivitajiet tagħhom tas-sajd miksuba fil-kuntest tal-Ftehim tiġi ttrattata f’kull ħin b’mod kunfidenzjali, skont il-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u tal-protezzjoni tad-dejta.

    Artikolu 12

    Terminazzjoni

    1. Fil-każ tat-terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt (6) xhur qabel id-data li fiha sseħħ it-terminazzjoni.

    2. Kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu preċedenti għandhom jibdew il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet.

    Artikolu 13

    Applikazzjoni provviżorja

    Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw b’mod provviżorju mill-1 ta’ Lulju 2013.

    Artikolu 14

    Dħul fis-seħħ

    1. Dan il-Protokoll għandu jidħol fis-seħħ fid-data li fiha l-partijiet jinnotifikaw lil xulxin bit-tlestija tal-proċeduri meħtieġa għal dan il-għan.

    ANNESS

    KUNDIZZJONIJIET GĦALL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-CÔTE D’IVOIRE

    KAPITOLU I

    Dispożizzjonijiet ġenerali

    1. Għażla tal-awtorità kompetenti

    Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (UE) jew għar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire bħala awtorità kompetenti tindika:

    – għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn xieraq permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Côte d'Ivoire;

    – għar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire: il-Ministeru responsabbli mis-Sajd.

    2. Żona ta' sajd

    Il-bastimenti tal-UE jistgħu jeżerċitaw l-attivitajiet tas-sajd tagħhom lil hinn minn 12-il mil tal-baħar li jibdew mil-linji bażi soġġett għad-dispożizzjonijiet previsti skont il-punt 3 hawn taħt.

    3. Żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd

    Il-Ministru responsabbli mis-sajd tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire għandu jgħarraf il-limiti taż-żoni fejn huma pprojbiti n-navigazzjoni u s-sajd lis-sidien tal-bastimenti meta tingħata il-liċenzja tas-sajd. Id-Delegazzjoni tal-UE tiġi infurmata bl-istess mod.

    4. Kont Bankarju

    Ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire għandha jgħarraf lill-UE, qabel id-dħul fis-seħħ tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont bankarju li fih għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

    KAPITOLU II

    Formalitajiet applikabbli għat-talba u l-ħruġ tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd

    Għall-finijiet tal-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet ta' dan l-Anness, it-terminu "liċenzja" huwa ekwivalenti għat-terminu "awtorizzazzjoni tas-sajd" kif definit fil-leġiżlazzjoni Ewropea.

    1. Prerekwiżiti biex tinkiseb liċenzja tas-sajd - bastimenti eliġibbli

    Huma biss il-bastimenti eliġibbli li jistgħu jingħataw liċenzja biex jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Côte d'Ivoire. Huma jridu jkunu mniżżla fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE.

    Sabiex bastiment ikun eliġibbli, is-sid, il-kaptan u l-bastiment innifsu ma għandhomx ikunu pprojbiti mill-attivitajiet tas-sajd tal-Côte d'Ivoire. Jeħtiġilhom ikunu f'qagħda regolari mal-amministrazzjoni tal-Côte d'Ivoire, fis-sens li jridu jkunu meħlusa mill-obbligi kollha preċedenti li jirriżultaw mill-attivitajiet tas-sajd tagħhom fil-Côte d'Ivoire fil-qafas tal-ftehimiet tas-sajd konklużi mal-UE.

    2. Applikazzjoni għal-liċenzja

    L-awtoritajiet kompetenti tal-UE għandhom iressqu l-applikazzjoni b'mod elettroniku jew bi kwalunkwe mod ieħor xieraq, lill-Ministru responsabbli mis-sajd fil-Côte d'Ivoire, għal kull bastiment li jixtieq jistad bis-saħħa tal-Ftehim, mill-anqas 30 jum tax-xogħol qabel id-data tad-dħul fis-seħħ tal-validità mitluba.

    L-applikazzjonijiet jiġu ppreżentati lill-Ministeru responsabbli mis-sajd skont il-formoli li l-mudell tagħhom jidher fl-Appendiċi I.

    Kull applikazzjoni għal-liċenzja għandu tkun akkumpanjata mid-dokumenti li ġejjin:

    — prova tal-pagament imħallas minn qabel għall-perjodu tal-validità tagħha,

    — ritratt wieħed bil-kulur tal-bastiment (mill-ġenb), tal-bastimenti tas-sajd awżiljarji u tat-tagħmir awżiljari tal-ajru għall-iskoperta tal-ħut,

    — illustrazzjoni u deskrizzjoni dettaljata tal-irkaptu tas-sajd użat.

    Għat-tiġdid ta’ liċenzja skont il-Protokoll fis-seħħ, għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-pagament tat-tariffa.

    3. Tariffa fissa

    Il-pagament tat-tariffa għandu jsir fil-kont indikat mill-awtoritajiet tal-Côte d'Ivoire skont l-Artikolu 1(4) ta' dan l-Anness.

    It-tariffi jinkludu t-taxxi nazzjonali u lokali kollha minbarra t-taxxi tal-port u l-ispejjeż għas-servizzi.

    4. Lista provviżorja tal-bastimenti awtorizzati li jistadu

    Kif jaslu l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd u n-notifika tal-pagament minn qabel, il-Côte d'Ivoire jistabbilixxi l-lista provviżorja tal-bastimenti applikanti. Din il-lista għandha tiġi kkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli mill-kontroll tas-sajd u lill-UE.

    L-UE għandha tibgħat kopja tal-lista provviżorja lis-sid jew lill-aġent. F’każ li l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Côte d'Ivoire jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment, jew lill-aġent tiegħu. Il-bastimenti huma awtorizzati jistadu hekk kif ikunu mniżżla fil-lista provviżorja. Dawn il-bastimenti għandhom dejjem iżommu kopja tal-lista provviżorja abbord sa ma tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd tagħhom.

    5. Ħruġ tal-liċenzji

    Il-liċenzji għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu fi żmien 21 jum tax-xogħol minn meta l-ministeru responsabbli mis-sajd tal-Côte d'Ivoire jirċievi d-dokumentazzjoni kollha stipulata fil-punt 2 hawn fuq, lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom mill-intermedjarju tad-delegazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Côte d'Ivoire.

    Il-liċenzji għandhom validità ta' sena u jistgħu jiġġeddu. Huma jinħarġu għall-perjodu mill-1 ta' Lulju sat-30 ta' Ġunju tas-sena ta' wara.

    6. Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

    Hekk kif tingħata l-liċenzja, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire għandha tistabbilixxi mingħajr dewmien il-lista definittiva tal-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tal-Côte d'Ivoire. Din il-lista għandha tkun ikkomunikata minnufih lill-awtorità nazzjonali responsabbli għall-kontroll tas-sajd u lill-UE u għandha tissostitwixxi l-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

    7. Trasferiment tal-liċenzja

    Il-liċenzja tinħareġ f’isem bastiment partikolari u mhijiex trasferibbli. Madanakollu, fuq talba tal-UE u f’każ ta’ prova ta’ forza maġġuri, bħat-telf jew in-nuqqas għal żmien twil li bastiment ikun jista' jopera minħabba ħsara teknika serja, il-liċenzja tas-sajd ta’ bastiment għandha tiġi sostitwita b’liċenzja tas-sajd ġdida li tinħareġ fuq bastiment ieħor tal-istess kategorija tal-bastiment sostitwit, kif inhu msemmi fl-Artikolu 1 tal-Protokoll, mingħajr ma jkun dovut pagament ulterjuri. F'dan il-każ, il-kalkolu tal-livelli ta' qabdiet li jiddetermina jekk għandux isir pagament addizzjonali, għandu jikkunsidra t-total tal-ħut maqbud miż-żewġ bastimenti.

    Is-sid, jew ir-rappreżentant, tal-bastiment li jkun se jiġi ssostitwit għandu jgħaddi l-liċenzja mħassra lill-Ministeru responsabbli mis-sajd tal-Côte d'Ivoire permezz tad-Delegazzjoni tal-UE.

    Id-data li fiha l-liċenzja l-ġdida issir effettiva hija dik li fiha sid il-bastiment jagħti lura l-liċenzja mħassra lill-ministeru responsabbli mis-sajd tal-Côte d'Ivoire. Id-delegazzjoni tal-UE fil-Côte d'Ivoire hija informata bit-trasferiment tal-liċenzja.

    8. Żamma abbord tal-liċenzja

    Il-liċenzja għandha tinżamm abbord f'kull ħin. Madankollu, il-bastimenti huma awtorizzati li jistadu hekk kif jiġu mniżżla fil-lista provviżorja msemmija fil-paragrafu 4 ta' dan il-Kapitolu.

    KAPITOLU III

    Kundizzjonijiet tal-liċenzja – pagamenti u pagamenti bil-quddiem

    1. Il-pagament stabbilit huwa ta’ EUR 35 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire għall-bastimenti li jistadu għat-tonn bit-tartarun u għall-bastimenti li jistadu bil-konz tal-wiċċ.

    2. Il-liċenzji jinħarġu wara li jitħallsu l-ammonti stabbiliti li ġejjin lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti:

    — EUR 5 390 għal kull bastiment tas-sajd tat-tonn bit-tartarun, ekwivalenti għall-pagamenti dovuti għal 154 tunnellata fis-sena;

    — EUR 1 960 għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, ekwivalenti għall-pagamenti dovuti għal 56 tunnellata fis-sena.

    3. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Ġunju ta’ kull sena, dwar it-tunnellaġġ tal-qabdiet li jkunu saru matul is-sena li tkun għadha kif għaddiet, kif konfermat mill-Istituti xjentifiċi msemmija fil-punt 6 aktar ‘il quddiem.

    4. Id-dikjarazzjoni finali tal-pagamenti dovuti fuq bażi annwali għandha tiġi deċiża mill-Kummissjoni Ewropea, mhux aktar tard mill-31 ta' Lulju tas-sena n+1 abbażi tad-dikjarazzjonijiet tal-qbid stabbiliti għal kull sid ta' bastimenti u kkonfermata mill-istituzzjonijiet xjentifiċi kompetenti.

    5. Din id-dikjarazzjoni għandha tiġi kkomunikata fl-istess ħin lill-ministeru responsabbli mis-sajd tal-Côte d’Ivoire u lis-sidien tal-bastimenti, permezz tal-Istati Membri

    6. Jekk id-dikjarazzjoni finali tkun akbar mill-pagamenti mħallsa sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, is-sid tal-bastimenti għandu jħallas id-differenza lir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire mhux aktar tard minn 45 jum wara, sakemm ma jikkontestax din id-differenza.

    7. Madanakollu, jekk id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mis-somma mħallsa bil-quddiem skont il-punt 2 ta’ din is-sezzjoni, l-ammont korrispondenti li jifdal ma jistax jiġi rkuprat minn sid il-bastiment.

    KAPITOLU IV

    Sistema tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid

    1. Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

    Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad fil-qafas tal-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta' abbord tas-sajd, li l-mudell tiegħu għal kull kategorija ta' sajd jinsab fl-Appendiċi 3 ta’ dan l-Anness.

    Il-ġurnal tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire.

    Il-kaptan għandu jikteb kuljum fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata permezz tal-kodiċi Alfa 3 tal-FAO, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali. Il-kaptan għandu jagħmel nota wkoll f’każ li ma jinqabad xejn minn kwalunkwe speċi ewlenija. Jekk ikun il-każ, il-kaptan għandu jirreġistra wkoll kuljum fil-ġurnal ta' abbord tas-sajd il-kwantitajiet ta’ kull speċi skartata fil-baħar, espressi f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali.

    Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

    Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

    2. Dikjarazzjoni dwar il-qbid

    Il-kaptan għandu jiddikjara l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat il-ġurnali ta' abbord tas-sajd tiegħu lill-ministeru responsabbli għas-sajd għall-perjodu tal-preżenza tiegħu fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire. Fl-istess ħin għandu jibgħat kopja liċ-Ċentru ta' Riċerka Oċeanografika tal-Côte d’Ivoire ('Centre de Recherche Océanologique - CRO') u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

    i.             IRD (Institut de recherche pour le développement)

    ii.            IEO (Instituto Español Oceanografia)

    iii.           INIAP (Instituto Nacional de Investigação Agrària é das Pescas)

    Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jingħataw b’wieħed mill-modi li ġejjin:

    i.             f'każ ta' waqfa f'port tal-Côte d'Ivoire, l-oriġinal ta' kull ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jingħata lir-rappreżentant lokali fil-Côte d'Ivoire li min-naħa tiegħu jagħtih lill-awtoritajiet tal-Côte d'Ivoire, li għandhom jagħtu riċevuta bil-miktub.

    ii.            f'każ ta' ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Côte d'Ivoire mingħajr ma jkun hemm waqfa qabel f'port tal-Côte d'Ivoire, il-ġurnal ta' abbord tas-sajd għandu jintbagħat fi żmien 30 jum wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Côte d'Ivoire b'wieħed mill-modi li ġejjin:

    a.            preferibbilment permezz tal-posta elettronika,

    b.           bil-posta,

    c.            bil-faks.

    In-numri tal-faks, tat-telefown kif ukoll l-indirizz tal-posta elettronika għandhom jingħataw mal-ħruġ tal-liċenzja tas-sajd. Il-Côte d'Ivoire għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

    F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan il-Kapitolu, il-Gvern tal-Côte d'Ivoire jirriżerva d-dritt li jissospendi l-liċenzja tal-bastiment inkriminat sakemm il-formalità tiġi sodisfatta, u li jimponi l-penali fuq sid il-bastiment skont ir-regoli fis-seħħ fil-Côte d'Ivoire. L-Unjoni Ewropea u l-Istat tal-bandiera għandhom jiġu infurmati b’dan.

    3. Tranżizzjoni għal sistema elettronika

    Iż-żewġ Partijiet għandhom jiddikjaraw ir-rieda komuni tagħhom li jiżguraw tranżizzjoni għal sistema elettronika għad-dikjarazzjoni dwar il-qbid abbażi tal-ispeċifitajiet tekniċi definiti fl-Appendiċi 5. Il-Partijiet jaqblu li flimkien jiddefinixxu, fi ħdan il-Kumitat konġunt, il-modalitajiet ta' din it-tranżizzjoni bl-għan li din is-sistema tkun operattiva fil-31 ta' Diċembru 2014.

    KAPITOLU V

    Tlugħ abbord ta’ baħrin

    1. Is-sidien tal-bastimenti Ewropej jimpenjaw rwieħhom li jimpjegaw ċittadini tal-pajjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u l-limiti li ġejjin:

    — għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz, għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP.

    — għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP.

    2. Is-sidien għandhom jagħmlu minn kollox biex itellgħu abbord l-ewwel nett baħrin bin-nazzjonalità tal-Côte d'Ivoire.

    3. Id-dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol, għandha tapplika fl-intier tagħha għall-baħrin li jittellgħu abbord bastimenti Ewropej. Tirrigwarda, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.

    4. Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f'każ ta' inċident.

    5. Is-salarju tal-baħrin tal-AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin tal-AKP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO.

    6. Kull baħri impjegat mill-bastimenti Ewropej għandu jippreżenta ruħu lill-kaptan tal-bastiment iddeżinjat lejlet id-data proposta għat-tlugħ abbord tiegħu. Jekk baħri jonqos milli jirrapporta fid-data u l-ħin previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri.

    7. Is-sidien tal-bastimenti għandhom jikkomunikaw fuq bażi annwali l-informazzjoni rigward il-baħrin imbarkati. Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-għadd ta' baħrin li jkunu ċittadini:

    - tal-Unjoni Ewropea

    - ta' pajjiż tal-AKP, filwaqt li ssir distinzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Côte d'Ivoire u ċ-ċittadini ta' pajjiżi tal-AKP oħrajn

    - ta' pajjiż li la jinsab fl-Unjoni Ewropea u lanqas mhu pajjiż tal-AKP

    KAPITOLU VI

    Miżuri tekniċi

    Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom liċenzja tas-sajd, li jirrigwardaw iż-żona, l-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, huma speċifikati għal kull kategorija tas-sajd fl-iskedi tekniċi fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

    Il-bastimenti għandhom josservaw il-miżuri u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-ICCAT għar-reġjun, għal dak li għandu x’jaqsam mal-irkaptu tas-sajd, l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom u kull miżura teknika oħra li tapplika għall-attivitajiet tas-sajd tagħhom.

    KAPITOLU VII

    Osservaturi

    1. Il-bastimenti awtorizzati jistadu fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire fil-qafas tal-Ftehim għandhom itellgħu abbord osservaturi magħżula mill-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti, bil-kundizzjonijiet stabbiliti hawn taħt:

    1.1. Fuq talba tal-awtorità kompetenti, il-bastimenti Ewropej għandhom itellgħu abbord osservatur maħtur minnha, li jkollu l-kompitu li jivverifika l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire.

    1.2. L-awtorità kompetenti tistabbilixxi lista tal-bastimenti magħżula biex itellgħu osservatur abbord, kif ukoll lista tal-osservaturi li jintgħażlu biex jittellgħu abbord. Dawn il-listi għandhom jinżammu aġġornati. Għandhom jiġu kkomunikati lill-Unjoni Ewropea hekk kif jiġu stabbiliti u wara kull tliet xhur f’każ li jiġu aġġornati.

    1.3. L-awtorità kompetenti għandha tinnotifika lis-sidien tal-bastimenti jew lir-rappreżentanti tagħhom bl-isem tal-osservatur magħżul biex jittella' abbord il-bastiment tagħhom u dan mal-ħruġ tal-liċenzja jew sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data stipulata biex l-osservatur jittella' abbord.

    2. L-osservatur jibqa’ abbord il-bastiment għal vjaġġ wieħed. Madankollu, fuq talba espliċita tal-awtoritajiet kompetenti tal-Côte d'Ivoire, il-perjodu li matulu l-osservatur jibqa' abbord jista' jiġi estiż għal diversi vjaġġi skont it-tul taż-żmien medju tal-vjaġġi previsti għall-bastiment partikolari. Din it-talba għandha ssir mill-awtorità kompetenti meta jiġi nnotifikat l-isem tal-osservatur maħtur biex jitla’ abbord il-bastiment ikkonċernat.

    3. Il-kundizzjonijiet għat-tlugħ abbord tal-osservatur għandhom jiġu definiti bi ftehim komuni bejn is-sid tal-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu u l-awtorità kompetenti.

    4. It-tlugħ abbord tal-osservatur għandu jsir fil-port magħżul minn sid il-bastiment fil-bidu tal-ewwel vjaġġ fl-ilmijiet tas-sajd tal-Côte d'Ivoire, wara n-notifika tal-lista tal-bastimenti magħżula.

    5. Is-sidien ikkonċernati għandhom, fi żmien ġimagħtejn u b'avviż minn qabel ta' għaxart ijiem, jinnotifikaw id-dati u l-portijiet tas-subreġjun, previsti għat-tlugħ abbord tal-osservaturi.

    6. Jekk l-osservatur jittella' abbord f'pajjiż li jinsab 'il barra mis-subreġjun, l-ispejjeż tal-vjaġġ tal-osservatur għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment. Jekk bastiment li jkollu osservatur reġjonali abbord joħroġ miż-żona tas-sajd reġjonali, għandhom jittieħdu l-miżuri kollha biex jiġi żgurat li l-osservatur jittieħed lura f’pajjiżu malajr kemm jista’ jkun, bl-ispejjeż imħallsa minn sid il-bastiment.

    7. F’każ li l-osservatur ma jkunx preżenti fil-post u fil-ħin miftiehma u sa tnax-il siegħa wara, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lil dan l-osservatur.

    8. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Meta l-bastiment ikun qed jopera fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire, għandu jwettaq id-dmirijiet segwenti:

    8.1. josserva l-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti;

    8.2. jivverifika l-pożizzjoni tal-bastimenti involuti fl-attivitajiet tas-sajd;

    8.3. jipproċedi f’ħidmiet ta’ ġbir ta’ kampjuni bijoloġiċi fil-qafas tal-programmi xjentifiċi;

    8.4. jieħu nota tal-irkaptu tas-sajd użat;

    8.5. jivverifika l-informazzjoni li tidher fil-ġurnal ta' abbord dwar il-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire;

    8.6. jivverifika l-perċentwali tal-qabdiet inċidentali u jagħmel stima tal-volum tal-ispeċijiet ta’ ħut skartat li huma tajbin għall-kummerċ;

    8.7. jikkomunika, permezz ta' kull mezz xieraq, l-informazzjoni dwar is-sajd, inkluż il-volum tal-qabdiet prinċipali u inċidentali li jkunu abbord lill-awtorità kompetenti.

    9. Il-kaptan għandu jagħmel kull ma jista' biex jiżgura s-sikurezza fiżika u morali tal-osservatur waqt li jkun qed jaqdi dmirijietu.

    10. L-osservatur għandu jingħata aċċess għal kull faċilità meħtieġa sabiex iwettaq dmirijietu. Il-kaptan għandu jagħtih aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni meħtieġa għall-qadi tal-kompiti tiegħu, għad-dokumenti marbuta direttament mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, li jinkludu b'mod partikolari l-ġurnal ta' abbord u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment meħtieġa sabiex jiffaċilitaw it-twettiq tal-kompiti tiegħu.

    11. Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu:

    11.1. jieħu l-miżuri kollha xierqa sabiex il-kundizzjonijiet tat-tlugħ tiegħu abbord, kif ukoll il-preżenza tiegħu fuq il-bastiment, ma jinterrompux u lanqas itellfu l-ħidmiet tas-sajd,

    11.2. jirrispetta l-proprjetà u l-irkaptu li jinsabu fuq il-bastiment, kif ukoll il-kunfidenzjalità ta' kull dokument tal-bastiment imsemmi.

    12. Fi tmiem il-perjodu tal-osservazzjoni u qabel ma jitlaq minn fuq il-bastiment, l-osservatur għandu jikteb rapport tal-attivitajiet, li għandu jintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti b’kopja tiegħu lill-Unjoni Ewropea. Huwa għandu jiffirmah fil-preżenza tal-kaptan li jista’ jżid jew jara li jiżdiedu r-rimarki kollha li jidhirlu li jkunu utli u jiffirmahom. Kopja tar-rapport għandha tingħata lill-kaptan qabel ma l-osservatur jitniżżel l-art.

    13. Sid il-bastiment huwa responsabbli għall-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tal-osservatur bl-istess kundizzjonijiet li japplikaw għall-uffiċjali, skont il-possibbiltajiet prattiċi tal-bastiment.

    14. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-osservatur għandhom jitħallsu mill-awtoritajiet kompetenti.

    15. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lill-pajjiżi terzi interessati, mill-aktar fis possibbli dwar id-definizzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali u l-għażla tal-organizzazzjoni reġjonali tas-sajd kompetenti. Fl-istennija tal-implimentazzjoni ta' sistema ta' osservaturi reġjonali, il-bastimenti awtorizzati li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire fil-qafas tal-ftehim għandhom itellgħu abbord, minflok u fil-post tal-osservaturi reġjonali, osservaturi magħżula mill-awtoritajiet kompetenti tal-Côte d’Ivoire skont ir-regoli stabbiliti aktar 'il fuq.

    KAPITOLU VIII

    Kontroll u spezzjoni

    1. Id-dħul fiż-żona u l-ħruġ minnha

    1.1. Il-bastimenti Ewropej għandhom jinnotifikaw, mill-inqas tliet sigħat qabel, lill-awtoritajiet kompetenti tal-Côte d’Ivoire inkarigati mill-kontroll tas-sajd, bl-intenzjoni tagħhom li jidħlu jew joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire.

    Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

    i.          id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

    ii.          il-kwantità ta’ kull speċi miżmuma abbord, identifikata permezz tal-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali

    iii.         in-natura u l-preżentazzjoni tal-prodotti.

    1.2. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom jitwettqu preferibbilment permezz tal-posta elettronika, jew fin-nuqqas ta' dan, permezz tal-faks. Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tibgħat riċevuta mingħajr dewmien permezz ta' posta elettronika jew ta' faks.

    1.3. Bastiment li jinqabad jistad mingħajr ma jkun avża lill-awtorità kompetenti tal-Côte d’Ivoire jitqies bħala bastiment li kiser il-liġi.

    2. Proċeduri ta' spezzjoni

    2.1. Il-kaptani tal-bastimenti Ewropej impenjati fl-attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tas-sajd tal-Côte d’Ivoire għandhom jissottomettu rwieħhom għat-twettiq tad-dmirijiet ta' kull uffiċjal tal-Côte d’Ivoire b'mod xieraq u identifikat bħala uffiċjal assenjat għall-kontroll tal-attivitajiet tas-sajd.

    2.2. Dawn l-uffiċjali m’għandhomx jibqgħu abbord għal aktar mill-ħin meħtieġ sabiex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.

    2.3. Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Côte d’Ivoire għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE. L-iffirmar tar-rapport ta’ spezzjoni mill-kaptan ma jippreġudikax id-dritt għad-difiża ta’ sid il-bastiment matul il-proċedura marbuta mal-ksur. Jekk il-kaptan tal-bastiment tas-sajd jirrifjuta li jiffirma id-dokument, irid jagħti r-raġunijiet preċiżi għal dan bil-miktub u l-ispettur irid iniżżel ir-referenza "irrifjuta li jiffirma". L-ispetturi tal-Côte d’Ivoire għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment.

    2.4 Il-kaptani tal-bastimenti Ewropej li jkunu involuti f'operazzjonijiet ta' ħatt l-art jew trażbord ġo port tal-Côte d’Ivoire jissottomettu rwieħhom għall-kontroll ta' dawn l-operazzjonijiet mill-ispetturi tal-Côte d’Ivoire kif xieraq u identifikabbli bħala tali. Wara kull spezzjoni u kontroll, il-kaptan tal-bastiment għandu jingħata ċertifikat.

    2.5 Il-Côte d’Ivoire jista' jawtorizza lill-UE biex tipparteċipa fl-ispezzjonijiet bħala osservatriċi.

    3. It-trażbordi

    3.1. Kull bastiment Ewropew li jixtieq iwettaq trażbord tal-qabdiet fl-ilmijiet tal-Côte d’Ivoire għandu jagħmel dan fil-portijiet u/jew fiż-żoni tal-portijiet tal-Côte d’Ivoire.

    3.2. Is-sidien ta' dawn il-bastimenti għandhom jinnotifikaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-Côte d’Ivoire bl-informazzjoni li ġejja, mill-anqas minn erbgħa u għoxrin siegħa minn qabel:

    — l-ismijiet tal-bastimenti tas-sajd li se jwettqu t-trażbord,

    — l-isem, in-numru tal-IMO u l-bandiera tal-bastiment tal-ġarr,

    — it-tunnellaġġ, għal kull speċi, li jkun ser jiġi trażbordat,

    — il-jum u l-post tat-trażbord.

    3.3. It-trażbord jitqies bħala ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire. Il-kaptani tal-bastimenti għandhom jissottomettu d-dikjarazzjonijiet dwar il-qbid lill-awtoritajiet kompetenti tal-Côte d’Ivoire u jinnotifikawhom bl-intenzjoni tagħhom, jew li jkomplu jistadu inkella li joħorġu miż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire.

    3.4. Kull operazzjoni ta’ trażbord tal-qabdiet li mhix imsemmija fil-punti ta’ hawn fuq hija pprojbita fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire. Kull ksur ta' din id-dispożizzjoni huwa soġġett għas-sanzjonijiet previsti mir-regoli fis-seħħ fil-Côte d’Ivoire.

    KAPITOLU IX

    Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS)

    1. Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

    Meta jkunu fiż-żona tal-Côte d’Ivoire, il-bastimenti tal-UE li jkollhom liċenzja tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS) li tiżgura l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-Ċentru ta’ Monitoraġġ tas-Sajd ('Fisheries Monitoring Center' – FMC) tal-Istat tal-bandiera.

    Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

    a.            l-identifikazzjoni tal-bastiment,

    b.           l-aktar pożizzjoni ġeografika reċenti tal-bastiment (lonġitudni, latitudni) b’marġini ta’ żball ta’ inqas minn 500 metru u b'livell ta' fiduċja ta’ 99 %.

    c.            id-data u l-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni,

    d.           il-veloċità tal-bastiment u d-direzzjoni li fiha jkun qed jivvjaġġa.

    Kull messaġġ irid ikun ikkonfigurat skont il-format tal-Appendiċi 4 ta' dan l-Anness. L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire għandha tkun identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha sussegwenti għandhom ikunu identifikati bil-kodiċi “POS”, minbarra l-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire, li għandha tkun identifikata bil-kodiċi “EXI”.

    L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jipprovdi l-ipproċessar awtomatiku u, f’dak il-każ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi ta’ pożizzjoni. Il-messaġġi ta’ pożizzjoni għandhom ikunu rreġistrati u maħżuna b’mod sigur għal perjodu ta’ tliet snin.

    2. Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

    Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem tajjeb u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett lill-FMC tal-Istat tal-bandiera.

    F’każ ta’ ħsara, is-sistema VMS tal-bastiment għandha tissewwa jew tiġi sostitwita fi żmien xahar. Wara dan iż-żmien, il-bastiment ma jkunx aktar awtorizzat jistad fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire.

    Il-bastimenti li jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Côte d’Ivoire b’sistema VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi ta’ pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika, permezz tar-radju jew tal-faks lill-FMC tal-Istat tal-bandiera, mill-inqas kull erba’ sigħat, billi jagħtu l-informazzjoni kollha ddettaljata fil-paragrafu 1.

    3. Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire

    L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jittrażmetti b'mod awtomatiku il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati lill-FMC tal-Côte d’Ivoire, hekk kif dan ikun kapaċi jirċievi l-messaġġi. L-FMC tal-Istat tal-bandiera u tar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

    It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn l-FMC tal-Istat tal-bandiera u tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura ta' komunikazzjoni.

    L-FMC tar-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandu jinforma minnufih lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE dwar kwalunkwe interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni konsekuttivi ta’ bastiment li jkollu liċenzja tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona tas-sajd.

    4. Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

    Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tiżgura l-kompatibbiltà tat-tagħmir elettroniku tagħha ma’ dak tal-FMC tal-Istat tal-bandiera u tinforma minnufih lill-UE dwar kull ħsara fil-komunikazzjoni u fil-wasla tal-messaġġi ta’ pożizzjoni, bl-għan li tinstab soluzzjoni teknika fl-inqas żmien possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jkun mgħarraf rigward kwalunkwe tilwima li tista’ tinqala’.

    Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tiegħu dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Côte d’Ivoire li tkun fis-seħħ.

    5. Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

    Fuq il-bażi ta’ elementi fondati li jipprovdu evidenza ta’ ksur, ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire tista’ titlob lill-FMC tal-Istat tal-bandiera, b’kopja lill-UE, li jnaqqas l-intervall ta’ trażmissjoni tal-messaġġi ta’ pożizzjoni ta’ bastiment għal intervall ta’ tletin minuta għal perjodu ta’ investigazzjoni partikolari. Dawn l-elementi ta’ evidenza għandhom ikunu trażmessi mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih lir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire il-messaġġi ta’ pożizzjoni skont l-intervall ta’ ħin imnaqqas.

    Hekk kif jintemm il-perjodu ta' investigazzjoni partikolari, ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tinforma b'mod immedjat lill-FMC tal-Istat tal-bandiera u lill-UE: hi tinfurmahom b'kull segwitu eventwali li joħroġ minn din l-investigazzjoni.

    KAPITOLU X

    Ksur tar-regoli

    1. Trattament tal-ksur

    Kull ksur imwettaq minn bastiment tal-UE li għandu liċenzja skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport ta’ spezzjoni. Dan ir-rapport huwa trażmess lill-UE u lill-Istat tal-bandiera mhux aktar tard minn 7 ijiem ta' xogħol.

    2. Detenzjoni - Laqgħa ta' informazzjoni

    Kull bastiment tal-UE involut fil-ksur jista’ jkun imġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, meta l-bastiment ikun fuq il-baħar, li jidħol lura f’port tal-Côte d’Ivoire.

    Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tinnotifika lill-UE, fi żmien massimu ta’ 24 siegħa, b'kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu liċenzja tas-sajd. Din in-notifika għandha tkun akkumpanjata mill-elementi ta’ evidenza tal-ksur iddenunzjat.

    Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura fil-konfront tal-bastiment, tal-kaptan, tal-ekwipaġġ jew tat-tagħbija, minbarra l-miżuri maħsuba għall-konservazzjoni tal-provi, ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha torganizza fuq talba tal-UE, fi żmien jum tax-xogħol wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex tispjega l-fatti li jkunu wasslu għall-waqfien tal-bastiment u tispjega kwalunkwe konsegwenza. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jattendi għal din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

    3. Penalitajiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

    Il-piena għall-ksur iddenunzjat għandha tkun stabbilita mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire skont id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali fis-seħħ.

    Meta s-soluzzjoni tar-reat tinvolvi proċedura ġudizzjarja, qabel jingħata bidu għaliha, u sakemm ir-reat ma jkunx jinvolvi att kriminali, għandha tinfetaħ proċedura ta' kompromess bejn ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu sabiex ikunu ddeterminati t-termini u l-livell tas-sanzjoni. Ir-rappreżentanti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jistgħu jattendu għal din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta' kompromess tintemm sa mhux aktar tard minn 3 ijiem wara n-notifika tal-waqfien tal-bastiment.

    4. Proċedura ġudizzjarja - Garanzija bankarja

    Jekk il-proċedura ta’ kompromess ma tirnexxix u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti ġudizzjarja kompetenti, sid il-bastiment involut fil-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja fil-bank magħżul mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire u li l-ammont tagħha, stabbilit mir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire, ikopri l-ispejjeż marbuta mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja tibqa’ marbuta sakemm jintemmu l-proċedimenti legali

    Il-garanzija bankarja tiġi rilaxxata u tingħata lura lil sid il-bastiment minnufih wara li tingħata s-sentenza:

    a.            kollha, jekk ma tingħata l-ebda sanzjoni,

    b.           sal-bilanċ li jifdal, f'każ li s-sanzjoni twassal għal multa inferjuri għall-garanzija bankarja

    Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tinforma lill-UE dwar ir-riżultati tal-proċedura ġudizzjarja fi żmien 7 ijiem mill-għoti tas-sentenza.

    5. Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

    Il-bastiment u l-ekwipaġġ tiegħu huma awtorizzati jħallu l-port:

    - meta jitwettqu l-obbligi miftehma fil-proċedura ta' kompromess;

    - hekk kif tkun ġiet iddepożitata l-garanzija bankarja.

    Appendiċi

    1. Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

    2. Skeda teknika

    3. Il-ġurnal ta’ abbord tal-ICCAT

    4. Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

    5. Rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd (ERS)

    Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

    FTEHIM TAS-SAJD CÔTE D'IVOIRE - UNJONI EWROPEA

    APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA TAS-SAJD

    I- L-APPLIKANT

    1.             Isem is-sid: ............................................................................Nazzjonalità: …................................

    2.             Isem l-assoċjazzjoni jew ir-rappreżentant tas-sid: ...................................................................................

    3.             Indirizz tal-assoċjazzjoni jew tar-rappreżentant tas-sid: ...............................................................................

    .......................................................................................................................................................................

    4.             Numru tat-telefown: .................................................  Numru tal-faks: .......................................................................

    5.             Isem tal-kaptan: ............................................................................Nazzjonalità: …..................................

    II- IL-BASTIMENT U L-IDENTIFIKAZZJONI TIEGĦU

    1.             Isem il-bastiment: ....................................................................................................................................................

    2.             Pajjiż tal-bandiera: .......................................................................................................................................

    3.             Bandiera ta' qabel (jekk kien hemm): ……………………………………………………………………………

    4.             Data li fiha nkisbet il-bandiera attwali: ………………………………………………………………………….

    5.             Numru tar-reġistrazzjoni esterna: ...............................................................................................................

    6.             Port ta' reġistrazzjoni: ........................................    MMSI: ………………………………………….

    7.             Sena u post tal-kostruzzjoni: ..................................................................................................................

    8.             Sinjal tar-Radju: ..................................   Frekwenza tas-sinjal tar-radju: ........................................................

    9.             Materjal tal-buq:              Ħadid ¨           Injam ¨           Poliester ¨                   Oħrajn ¨

    III- IL-KARATTERISTIKI TEKNIĊI TAL-BASTIMENT U T-TAGĦMIR

    1.             Tul totali : ..................................................                 Wisa’: ..........................................................................

    2.             Tunnellaġġ (espress bħala TG) ................................................................................................................

    3.             Qawwa tal-magna prinċipali f’H.P.: : ................            Ditta: .............................. Tip: ...........................

    4.             Tip ta’ bastiment: ..................................................        Kategorija tas-sajd: .....................................................

    5.             Rkaptu tas-sajd: ...........................................................................................................................................

    6.             Żoni tas-sajd ..................................................                Speċijiet fil-mira: ............................................................

    7.             Għadd totali tal-ekwipaġġ abbord: .................................................................................................................

    8.             Metodu ta’ konservazzjoni abbord:   Frisk ¨            Imkessaħ ¨                  Imħallat ¨           Iffriżat ¨

    9.             Kapaċità tal-friża kull 24 siegħa (f’tunnellati): ........................................................................................

    10.           Kapaċità tal-istivi: .................................................                        Numru: .......................................................

                                                                                Magħmul fi .............................................................., fi ...................................

                    Firma tal-applikant ...............................................................................

    Appendiċi 2 – Skeda teknika

      BASTIMENTI TAS-SAJD GĦAT-TONN BIT-TARTARUN MGĦAMMRA BIL-FRIŻER U BASTIMENTI TAS-SAJD BIL-KONZ

    1. Żona tas-sajd:

    Lil hinn minn 12 mil nawtiku mil-linja bażi.

    2. Irkaptu awtorizzat:

    Tartarun Konz tal-wiċċ

    3. Speċijiet ipprojbiti:

    F’konformità mal-Konvenzjoni dwar l-Ispeċi Migratorji u mar-riżoluzzjonijiet tal-ICCAT, is-sajd tal-ispeċi selaċju (Cetorhinus maximus), tal-kelb il-baħar abjad (Carcharodon carcharias), tal-kelb il-baħar thresher alalunga (Alopias superciliosus), tal-kurazz tar-razza Sphyrnidae (minbarra l-kurazz tiburo), tal-kelb il-baħar tal-pinen bojod (Carcharhinus longimanus) u tal-kelb il-baħar bil-ħarir (Carcharhinus falciformis) mhux permess. Is-sajd tat-tawru (Carcharias taurus) u tal-kelb il-baħar żgħir (Galeorhinus galeus) mhux permess. Iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt sabiex jaġġornaw din il-lista abbażi tar-rakkomandazzjonijiet xjentifiċi.

    4. Tunnellaġġ awtorizzat/Tariffi:

    4.1. Tariffa addizzjonali għal kull tunnellata maqbuda || EUR 35/tunnellata

    4.2. Kontribuzzjoni finanzjarja annwali || EUR 5 390 għal 154 tunnellata kull bastiment tas-sajd bit-tartarun EUR 1960 għal 56 tunnellata kull bastiment tas-sajd bil-konz

    4.3. Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd || 28 bastiment bit-tartarun, 10-il bastiment tas-sajd bil-konz:

    Appendiċi 3 – Ġurnal tas-sajd

    ĠURNAL TA’ ABBORD TAL-ICCAT GĦAS-SAJD TAT-TONN ||

    || || Konz Lixka ħajja Tartarun idur Tkarkir Oħrajn ||

    ||

    || || || || || || || || || || ||

    Isem il-bastiment: ……………………………………………………………………. || Tunnellaġġ gross:                   …………………………………………………............................. || TLUQ tal-bastiment: RITORN tal-bastiment: || Xahar || Jum || Sena || Port || || ||

    Bandiera:        ……………………………………………………………………........................... || Kapaċità – (TM): ……………………………………………........ || || || || || || ||

    ||

    Numru tar-reġistrazzjoni:      ………………………………………………………………................................... || Kaptan: ……………………………………………………….... || || || ||

    Sid il-bastiment: ………………………………………………………….......................... || L-għadd ta' membri tal-ekwipaġġ:                ….…………………………………………………........................ || || || || || || || ||

    Indirizz: ………………………………………………………………………….... || Data tar-rapport: ………………………………………………...... || || ||

    || (Awtur tar-rapport):               ………………………………………………................................. || Numru ta’ jiem fuq il-baħar: || || Numru ta’ jiem ta’ sajd: Numru ta’ rimjiet: || || Nru tas-sajda: || ||

    ||

    ||

    || ||

    Data || Settur || Temperatura ta' wiċċ il-baħar (ºC) || Sforz tas-sajd Għadd ta’ snanar użati || Capturas (Qabdiet) || Isco usada na pesca (Lixka użata) ||

    Xahar || Jum || Latitudni T/N || Lonġitudni L/P || Tonn Thunnus thynnus jew maccoyi || Tonna safra Thunnus albacares || (Tonn għajnu kbira) Thunnus obesus || (Alonga) Thunnus alalunga || (Pixxispad) Xiphias gladius || (Marlin) (Marlin abjad) Tetraptunus audax jew albidus || (Marlin iswed) Makaira indica || (Sailfish) Istiophorus albicane jew platypterus || Palamit Katsuwonus pelamis || (Ħut varju) || Total ta' kuljum (piż f’kg biss) || Saury || Klamari || Lixka ħajja || (Oħrajn) ||

    || || || || || || Għadd ta’ riżultati || Piż kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || Kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || Għadd ta’ riżultati || kg || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    KWANTITAJIET LI NĦATTU L-ART (F’KG) || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Kummenti || || || || ||

    1 – Uża paġna għal kull xahar u ringiela għal kull jum. || || 3 – "Jum" tfisser il-jum li fih saret ir-rimja tal-konz. || 5 – L-aħħar ringiela (Kwantitajiet li nħattu l-art) m’għandhiex timtela qabel tmiem is-sajda. Irid jiġi indikat il-piż reali fil-mument tal-ħatt l-art. || ||

    2 – Fi tmiem ta’ kull sajda, ibgħat kopja tal-ġurnal lill-korrispondenti tiegħek jew lill-ICCAT, Calle Corazón de María, 8, 28002 Madrid. Espagne. || || 4 – Is-settur tas-sajd jiddetermina l-pożizzjoni tal-bastiment. Dawwar il-minuti sal-eqreb minuta u nnota l-grad tal-latitudni u l-lonġitudni. Ara li tindika T/N (Tramuntana/Nofsinhar) u L/P (Lvant/Punent). || || 6 – L-informazzjoni kollha mniżżla hawn tibqa’ strettament kunfidenzjali.. || || ||

    Appendiċi 4 – Format tal-messaġġ tal-VMS dwar il-pożizzjoni

    KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-CÔTE D'IVOIRE RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

    Element tad-Dejta || Kodiċi tal-qasam || Obbligatorju/Fakultattiv || Kummenti

    Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema; jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

    Indirizz tad-destinazzjoni || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż destinatarju

    Sors || FR || O || Dettall dwar il-messaġġ; kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż speditur

    Numru || RN || F || Dettall dwar il-messaġġ; numru kronoloġiku tar-reġistrazzjoni għas-sena rilevanti

    Tip ta’ Messaġġ || TM || O || Dettall dwar il-messaġġ; tip ta’ messaġġ: “ENT”, "POS" jew "EXI"

    Isem il-bastiment: || NA || F || Isem il-bastiment:

    Numru tar-reġistrazzjoni esterna: || XR || F || Dettall dwar il-bastiment; in-numru li jidher fuq il-ġenb tal- bastiment

    Kodiċi tas-sinjal tar-radju || RC || O || Dettall dwar il-bastiment; is-sejħa internazzjonali tar-radju tal-bastiment

    Numru tar-reġistru tal-flotta tal-UE || IR || F || Dettall dwar il-bastiment; in-numru uniku tal-bastiment: il-kodiċi ISO Alfa-3 b’numru warajh tal-pajjiż li tiegħu jtajjar il-bandiera

    Latitudni || LT || O || Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 99.999 (WGS-84)

    Lonġitudni || LG || O || Dettall dwar il-pożizzjoni; il-pożizzjoni ± 999.999 (WGS-84)

    Veloċità || SP || O || Dettall dwar il-pożizzjoni; il-veloċità tal-bastiment f'għaxriet ta' mili nawtiċi fis-siegħa

    Rotta || CO || O || Dettall dwar il-pożizzjoni; ir-rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

    Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni; id-data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

    Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni; il-ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

    Tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall tas-sistema; jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

    Dettalji tal-format

    Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

    - linja mmejla doppja (//) u l-ittri “SR” jindikaw il-bidu tal-messaġġ,

    - linja mmejla doppja (//) u kodiċi tal-qasam jindikaw il-bidu ta’ dejta,

    - linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi tal-qasam mid-dejta,

    - spazju jifred il-pari tad-dejta,

    - l-ittri “ER” u linja mmejla doppja (//) jindikaw tmiem it-trażmissjoni.

    Appendiċi 5 - Rappurtar elettroniku tal-attivitajiet tas-sajd

    Sistema ta’ reġistrazzjoni u ta’ komunikazzjoni elettronika

    1. Kull bastiment tal-UE li jistad taħt dan il-Protokoll għandu jkun mgħammar b’sistema ta’ reġistrazzjoni u ta’ komunikazzjoni elettronika, minn hawn ’il quddiem imsejħa sistema ERS (ERS - 'Electronic Reporting System') li taħdem tajjeb u li tista’ tirreġistra u tittrażmetti d-dejta dwar l-attivitajiet tas-sajd tul il-preżenza kollha tal-bastiment fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire. Bastiment Ewropew li ma jkunx mgħammar bis-sistema ERS, jew li s-sistema ERS tiegħu ma taħdimx, mhuwiex awtorizzat li jiżvolġi attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire.

    2. L-Istat Membru tal-bandiera u l-Côte d'Ivoire għandhom jiżgura li ċ-ċentru tal-monitoraġġ tas-sajd nazzjonali (FMC) tagħhom ikun mgħammar b'tagħmir tal-informatika u jkollu s-softwer meħtieġ għat-trażmissjoni awtomatika tad-dejta ERS fil-format XML disponibbli fi http://ec.europa.eu/cfp/control/codes/index_en.htm filwaqt li d-dejta ERS għandha tinżamm b'mod elettroniku għal tul ta' 3 snin. Kull modifika jew aġġornament tal-format għandu jkun identifikat u datat u jidħol fis-seħħ wara perjodu ta' 6 xhur.

    3. It-trażmissjoni tad-dejta ERS għandha tuża l-mezzi ta’ komunikazzjoni elettroniċi ġestiti mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem l-UE.

    4. Il-Partijiet għandhom jiżguraw li d-dejta ERS tinħażen b’mod sekwenzjali.

    5. L-Istat Membru tal-bandiera u l-Côte d'Ivoire għandhom jiżguraw li l-FMCs tagħhom jgħaddu lil xulxin l-ismijiet, l-indirizzi elettroniċi u n-numri tat-telefown u tal-faks li jkunu meħtieġa. Kwalunkwe bidla oħra ta’ din id-dejta għandha tkun ikkomunikata fl-iqsar żmien possibbli.

    Trażmissjoni tad-dejta ERS

    6. Kull bastiment tal-UE li jistad fil-kuntest ta' dan il-Protokoll:

                a. għandu jżomm ġurnal ta' abbord elettroniku għal kull jum ta’ preżenza fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire. Kull speċi għandha tkun identifikata permezz tal-kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, f’kilogrammi ta’ piż tal-ħut ħaj jew, jekk ikun il-każ, f’numri individwali;

                b. kull darba li jidħol fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire jew joħroġ minnhom, għandu jittrażmetti, minkejja d-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu VII, il-kwantitajiet miżmuma abbord għal kull speċi identifikata fuq il-liċenzja tas-sajd,

                c. jirreġistra l-qabdiet li jkunu saru fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire skont l-ispeċi u għal kull sajda, billi jidentifika l-kwantitajiet maqbuda u l-iskartar. Għall-ispeċijiet identifikati fuq il-liċenzja tas-sajd, il-kaptan għandu jindika wkoll in-nuqqas ta’ qabdiet;

                d. minkejja d-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu V, għandu jirreġistra skont l-ispeċi l-kwantitajiet trażbordati u/jew li jinħattu l-art;

    e. għandu jittrażmetti d-dejta ERS b’mezz elettroniku lill-FMC tal-Istat tal-bandiera tiegħu qabel 23:59 UTC.

    7. Il-kaptan huwa responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta ERS irreġistrata u trażmessa.

    8. L-Istat tal-bandiera għandu jiżgura li l-FMC tiegħu jittrażmetti mingħajr dewmien id-dejta ERS lill-FMC tal-Côte d'Ivoire skont il-proċeduri u l-format indikati fil-paragrafu 2.

    9. L-FMC tal-Côte d'Ivoire:

                a. għandu jittratta d-dejta ERS b’mod kunfidenzjali;

                b. għandu jittrażmetti d-dejta ERS lill-FMC tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment sa mhux aktar tard minn 48 siegħa wara li tintemm kull operazzjoni ta’ trażbord u/jew ħatt l-art.

    Ħsara teknika

    10. L-Istat tal-bandiera ta’ bastiment tal-UE għandu jiżgura li l-kaptan, is-sid, jew l-aġent tiegħu, ikun infurmat mill-aktar fis possibbli rigward kwalunkwe ħsara teknika fis-sistema ERS installata fil-bastiment tiegħu.

    11. F’każ ta’ ħsara teknika tas-sistema ERS, il-kaptan u/jew is-sid għandhom jiżguraw li s-sistema ERS tissewwa jew tiġi mibdula sa mhux aktar tard minn xahar wara li sseħħ il-ħsara.

    12. Kull bastiment tal-UE li jinstab b’sistema ERS difettuża għandu jittrażmetti kuljum qabel 23.59 UTC id-dejta ERS lill-FMC tal-Istat tal-bandiera tiegħu permezz ta’ kwalunkwe mezz elettroniku ieħor ta’ komunikazzjoni disponibbli.

    Meta ma tasalx dejta ERS

    13. L-FMC tal-Côte d'Ivoire għandu jinnotifika mill-aktar fis lill-FMC tal-Istat tal-bandiera kompetenti u lill-UE rigward kwalunkwe interruzzjoni fit-trażmissjoni tad-dejta ERS ta’ bastiment tal-UE li jkun qed jistad skont dan il-Protokoll.

    14. Kif jirċievi din in-notifika, l-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jidentifika mingħajr telf ta’ żmien ir-raġunijiet li għalihom id-dejta ERS ma ġietx trażmessa u għandu jieħu l-miżuri xierqa sabiex isolvi din il-problema. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jinforma mingħajr dewmien lill-FMC tal-Côte d'Ivoire u lill-UE dwar il-kawżi identifikati u dwar il-miżuri korrettivi korrispondenti.

    15. L-FMC tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih id-dejta ERS nieqsa lill-FMC tal-Côte d'Ivoire.

    16. F’każ li l-FMC tal-Côte d'Ivoire ma jkunx qed jaħdem, l-Unjoni Ewropea għandha tikkomunika kull xahar lill-awtoritajiet tal-Côte d'Ivoire id-dejta ERS miġbura tal-bastimenti Ewropej li jkunu stadu fl-ilmijiet tagħha.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  1.1.    Titlu tal-proposta/inizjattiva

                  1.2.    Qasam / Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB

                  1.3.    In-natura tal-proposta/inizjattiva

                  1.4.    Għan(ijiet)

                  1.5.    Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

                  1.6.    Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

                  1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

    2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

                  2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

                  2.2.    Sistema ta' ġestjoni u kontroll

                  2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

                  3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

                  3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.1. Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

                  3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

                  3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

                  3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

                  3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

                  3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

    Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Côte d'Ivoire li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet.

    1.2.        Qasam / Oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura tal-ABM/ABB[6]

    11. - Affarijiet Marittimi u Sajd

    11.03 - Is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar

    1.3.        In-natura tal-proposta/inizjattiva

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva tirrigwarda azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[7]

    X Il-proposta/l-inizjattiva hija marbuta mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4.        Għan(ijiet)

    1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/strateġiċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

    In-negozjati u l-konklużjoni tal-Ftehim dwar is-Sajd ma' pajjiżi terzi jissodisfaw l-għan ġenerali li jkun permess l-aċċess għall-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea f'żoni tas-sajd li jinsabu fiż-Żoni Ekonomiċi Esklussivi (ŻEE) ta' pajjiżi terzi u li tiġi żviluppata sħubija ma' dawn il-pajjiżi bil-ħsieb li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

    Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jittieħdu f'politiki oħra Ewropej (l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd fuq il-livell politiku u finanzjarju).

    1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1...

    Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

    Attività/ajiet tal-ABM/ABB ikkonċernata/i:

    L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (il-linja tal-baġit 11.0301)

    1.4.3.     Riżultat(i) u l-impatt(i) mistennija

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    Il-konklużjoni tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona tas-sajd tal-Côte d'Ivoire.

    Il-Protokoll se jikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u l-konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz tal-appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni tal-programmi adottati fuq il-livell nazzjonali mill-pajjiżi msieħba u b'mod partikolari fir-rigward tal-kontroll u l-ġlieda kontra s-sajd illegali.

    1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatti

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    Ir-rata tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll);

    Il-ġbir u l-analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummerċjali tal-Ftehim;

    Il-kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (fuq livell aggregat ma’ FPAs oħra);

    L-għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitati konġunti.

    1.5.        Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u sodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta' żmien

    Il-Protokoll għall-perjodu 2007-2013 se jiskadi fit-30 ta’ Ġunju 2013. Huwa previst li l-protokoll il-ġdid jiġi applikat b'mod provviżorju mill-1 ta' Lulju 2013. Sabiex tkun żgurata l-kontinwazzjoni tal-operazzjonijiet tas-sajd, qed jingħata bidu għal proċedura rigward l-adozzjoni mill-Kunsill ta' deċiżjoni fir-rigward tal-firma u l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll b'mod parallel ma' din il-proċedura.

    Il-Protokoll il-ġdid se jippermetti li jiġi pprovdut qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Côte d'Ivoire, se jawtorizza lis-sidien tal-bastimenti Ewropej biex jitolbu liċenzji tas-sajd li jawtorizzawhom jistadu fl-ilmijiet tal-Côte d'Ivoire. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Côte d'Ivoire sabiex jippromwovu l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. Huwa jipprovdi, b’mod partikolari, il-kontroll tal-bastimenti bil-VMS u l-komunikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-qabdiet b’mod elettroniku. L-appoġġ settorjali huwa msaħħaħ biex jgħin lir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire jissodisfa l-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tal-kontroll bħala Stat tal-port.

    1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    Fir-rigward ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE iwassal għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li b'dan il-Protokoll, ir-Repubblika tal-Côte d'Ivoire tkompli tikkoopera b'mod effikaċi mal-UE b'mod partikolari fir-rigward tal-ġlieda kontra s-sajd illegali.

    1.5.3.     Tagħlimiet li ttieħdu minn esperjenzi simili fil-passat

    In-nuqqas ta' utilizzazzjoni tal-Protokoll preċedenti wassal biex il-Partijiet naqqsu l-opportunitajiet tas-sajd. L-appoġġ settorjali ġie msaħħaħ filwaqt li tqisu l-ħtiġijiet tal-amministrazzjoni tas-sajd tal-Côte d'Ivoire wara li kien hemm il-gwerra ċivili fil-pajjiż.

    1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħra

    Il-fondi mħallsa skont l-FPAs jikkonsistu fi dħul funġibbli fil-baġits tal-pajjiżi terzi msieħba. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ parti minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta' finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali biex iwettqu proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

    1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

    X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

    – X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-1/07/2013 sat-30/06/2018

    – X  Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2017.

    ¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

    – Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

    – segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa

    1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[8]

    X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delegazzjoni tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

    – ¨  aġenziji eżekuttivi

    – ¨  korpi mwaqqfa mill-Komunitajiet[9]

    – ¨  korpi nazzjonali mis-settur pubbliku/korpi b'missjoni ta’ servizz pubbliku

    – ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    ¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali

    2.           MIŻURI TA' ĠESTJONI

    2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet ta' dawn il-miżuri

    Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat f’Dakar u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea f'Abidjan) sejra tiżgura monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, speċjalment f’termini tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid.

    Barra minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmar u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja.

    2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

    2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

    Jeżistu għadd ta' riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, b’mod partikolari rigward l-ammonti maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd (sottoprogrammar). Dawn id-diffikultajiet ma rriżultawx wara t-twettiq tal-Protokoll tal-2007-2013 mar-Repubblika tal-Côte d'Ivoire.

    2.2.2.     Metodu/i ta' kontroll previst(i)

    Huwa previst djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati msemmija fl-Artikolu 3 tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

    Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, taħt ċerti kundizzjonijiet u f’ċirkostanzi determinati.

    2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta' frodi u ta' irregolaritajiet

    Speċifika l-miżuri ta' prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Il-Kummissjoni tintrabat li tistabbilixxi djalogu politiku u konsultazzjoni permanenti mal-Côte d'Ivoire sabiex tkun tista’ ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u ssaħħaħ il-kontribuzzjoni tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F’kull każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ Ftehim dwar is-Sajd huwa soġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b'mod partikolari, li jiġu identifikati b'mod sħiħ il-kontijiet bankarji tal-Istati terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan il-Protokoll, l-Artikolu 2(7) jistabbilixxi li l-kontribuzzjoni kollha għandha titħallas f'kont bankarju uniku tat-Teżor pubbliku tal-Côte d'Ivoire.

    3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

    · Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni………………………...……………] || AM/AMD ([10]) || minn pajjiżi tal-EFTA[11] || minn pajjiżi kandidati[12] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) bis tar-Regolament Finanzjarju

    2. || 11.0301. Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd || AM || LE || LE || LE || LE

    · Linji tal-baġit ġodda rikjesti:

    (mhux applikabbli)

    Skont l-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji baġitarji.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni………………………...……………] || AD/AMD || minn pajjiżi tal-EFTA || minn pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(a) bis tar-Regolament Finanzjarju

    || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

    3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

    3.2.1.     Sinteżi tal-impatt stmat fuq in-nefqa

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru 2 || Konservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

    DĠ: MARE || || || Sena N[13] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit 11.0301. || Impenji || (1) || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 3,400

    Pagamenti || (2) || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 3,400

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || ||

    Pagamenti || (2 a) || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[14] || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit: 11.010404. || || (3) || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,185

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+1a +3 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 3,585

    Pagamenti || =2+2a +3. || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 3,585

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 3,400

    Pagamenti || (5) || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 0,680 || 3,400

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,185

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 3,585

    Pagamenti || =5+ 6 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 0,717 || 3,585

    Jekk hija affettwata iżjed minn intestatura waħda mill-proposta/mill-inizjattiva: (mhux applikabbli)

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ riferenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

    Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5. || "Nefqa amministrattiva"

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    || || || Sena N[15] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

    DĠ: MARE ||

    Ÿ Riżorsi umani || 0,059 || 0,059 || 0,059 || 0,059 || 0,059 || 0,295 ||

    Ÿ Infiq amministrattiv ieħor || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,050 ||

    TOTAL DĠ MARE || Approprjazzjonijiet || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,345 ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total Impenji = Total Ħlasijiet) || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,345

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    || || || Sena N[16] 2013 || Sena N+1 2014. || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI minn 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0,786 || 0,786 || 0,786 || 0,786 || 0,786 || 3,930

    Pagamenti || 0,786 || 0,786 || 0,786 || 0,786 || 0,786 || 3,930

    3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    – ¨   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtiġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

    – X    Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operazzjonali, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet ta' impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

    RIŻULTATI

    Tip[17] || Spiża medja || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd ta’ riżultati || Spiża || Għadd totali ta' riżultati || Spiża totali

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[18]... || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn || tunnellaġġ || EUR 65/tunnellata || 6500 || 0,423 || 6500 || 0,423 || 6500 || 0,423 || 6500 || 0,423 || 6500. || 0,423 || || || || || ||

    - Appoġġ settorjali || || 0,253 || 1. || 0,253 || 1 || 0,253 || 1 || 0,253 || 1 || 0,253 || 1 || 0,253 || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || 0,680 || || 0,680 || || 0,680 || || 0,680 || || 0,680 || || || || || || 3,400

    OBJETTIV SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Riżultati || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    SPIŻA TOTALI || || 0,680 || || 0,680 || || 0,680 || || 0,680 || || 0,680 || || || || || || 3,400

    3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

    3.2.3.1.  Sommarju

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi

    – X  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    || Sena N [19] 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+4 2017 || TOTAL

    SUBTOTAL 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

    Riżorsi umani || 0,059 || 0,059 || 0,059 || 0,059 || 0,059 || 0,295

    Infiq amministrattiv ieħor || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,010 || 0,050

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,069 || 0,345

    Barra l-INTESTATURA 5[20] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || ||

    Riżorsi umani || 0,031 || 0,031 || 0,031 || 0,031 || 0,031 || 0,155

    Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || 0,006 || 0,006 || 0,006 || 0,006 || 0,006 || 0,030

    Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,037 || 0,185

    TOTAL || 0,106 || 0,106 || 0,106 || 0,106 || 0,106 || 0,53

    L-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva meħtieġa jagħmel tajjeb għalihom il-persunal mid-DĠ li huwa diġà assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li ntbagħat jaħdem mad-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma' allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ tal-ġestjoni skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl ta' restrizzjonijiet baġitarji.

    3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' riżorsi umani

    – X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew l-aktar sa punt deċimali wieħed)

    || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || Sena N+2 2015 || Sena N+3 2016 || Sena N+3 2017

    Ÿ Karigi tat-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

    11 01 01 01 (fil-Kwartieri Ġenerali u fl-Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,35 || 0,35 || 0,35 || 0,35 || 0,35 || ||

    11 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    11 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

    Ÿ Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE)[21]

    11 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-"pakkett globali") || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || 0,1 || ||

    11 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    11 01 04 04 [22] || - fil-Kwartieri Ġenerali[23] || || || || || || ||

    - fid-delegazzjonijiet || 0,25 || 0,25 || 0,25 || 0,25 || 0,25 || ||

    11 01 05 02 (AK, END, INT - Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    10 01 05 02 (AK, INT, SNE - Riċerka diretta) || || || || || || ||

    Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || || || || ||

    TOTAL || 0,7 || 0,7 || 0,7 || 0,7 || 0,7 || ||

    11 huwa l-qasam ta' politika jew it-titolu ta’ baġit ikkonċernat.

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati mill-persunal tad-DĠ li diġà huma assenjati għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġew allokati mill-ġdid fid-DĠ, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni taħt il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess tan-negozjar jew in-negozjar mill-ġdid tal-FPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-FPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji. Uffiċjal wieħed mid-DĠ MARE + Kap tal-unità/deputat kap tal-unità + segretarjat: stima ġenerali ta’ 0,45 persuni fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0,45 persuni fis-sena x EUR 131 000 fis-sena = EUR 58 950 => EUR 0.059 miljun

    Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (Senegal) stima ġenerali ta’ 0,25 persuni fis-sena Kalkolu tal-ispejjeż: 0,25 persuni fis-sena x EUR 125 000 fis-sena = EUR 31 250 => EUR 0.031 miljun

    3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

    – X  Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali ta’ bħalissa.

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega x'riprogrammazzjoni hija meħtieġa, billi tispeċifika l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti ekwivalenti.

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument tal-flessibilità jew reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[24].

    Spjega dak li huwa meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit konċernati u l-ammonti ekwivalenti.

    3.2.5.     Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

    – X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

    – ¨ Il-proposta/l-inizjattiva tipprevedi għall-kofinanzjament li l-istima tiegħu tidher hawn taħt:

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ sabiex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

    Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

    3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

    – X  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    – ¨         fuq ir-riżorsi proprji

    – ¨         fuq id-dħul mixxellanju

    Miljuni ta' EUR (sa 3 punti deċimali)

    Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja kurrenti || Impatt tal-proposta/tal-inizjattiva[25]

    Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal snin daqs kemm ikun meħtieġ sabiex turi d-dewmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu…………. || || || || || || || ||

    Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa milquta tal-baġit.

    Speċifika l-metodu għall-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

    [1]               Adottata fl-24 ta’ Settembru 2012 mill-Kunsill għall-Agrikoltura u s-Sajd.

    [2]               ĠU C …

    [3]               ĠU L 48. 22.2.2008.

    [4]               ĠU L 118, 06.05.2008.

    [5]               ĠU C …

    [6]               ABM: ('Activity-Based Management') Ġestjoni Bbażata fuq l-Attività–ABB: ('Activity-Based Budgeting') Baġit Ibbażat fuq l-Attività.

    [7]               Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [8]               Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

    [9]               Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [10]             AD = Approprjazzjonijiet differenzjati/AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

    [11]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

    [12]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, il-pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [13]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [14]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), ta’ riċerka indiretta, ta’ riċerka diretta.

    [15]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [16]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [17]             Ir-riżultati jirreferu għall-prodotti u s-servizzi li għandhom jingħataw (pereż. l-għadd ta' skambji ta' studenti ffinanzjati, l-għadd ta' km ta' toroq li jinbnew, eċċ.).

    [18]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi..."

    [19]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [20]             L-għajnuna u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew ta’ azzjonijiet tal-UE (dawk li kienu l-linji "BA"), ta’ riċerka indiretta, ta’ riċerka diretta.

    [21]             AK - aġent kuntrattwali; AL - aġent lokali; SNE - espert nazzjonali ssekondat; INT = staff tal-aġenzija ('intérimaire'); JED - espest żagħżugħ fid-delegazzjoni ('jeune expert en délégation.).

    [22]             Limitu tal-persunal estern taħt l-approprjazzjonijiet operazzjonali (dawk li kienu l-linji "BA").

    [23]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, Il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [24]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [25]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti nett, jiġifieri ammonti gross wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

    Top