Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0184

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni)

    /* COM/2013/0184 final - 2013/0096 (NLE) */

    52013PC0184

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Riformulazzjoni) /* COM/2013/0184 final - 2013/0096 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           Fl-1 ta’ April 1987 il-Kummissjoni ddeċidiet[1] li tordna lill-persunal tagħha li kull att għandu jiġi kkodifikat wara mhux iktar minn għaxar emendi, u enfasizzat li dan huwa rekwiżit minimu u li d-dipartimenti għandhom ifittxu li jikkodifikaw it-testi li huma responsabbli għalihom anki wara għadd inqas ta' emendi biex jiżguraw li d‑dispożizzjonijiet tagħhom ikunu ċari u jinftiehmu malajr.

    2.           Il-kodifikazzjoni tar-Regolament tal‑Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta` Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal‑muniti tal-euro maħsuba għaċ‑ċirkolazzjoni[2] nbdiet mill-Kummissjoni, u ġiet ippreżentata proposta rilevanti lill-awtorità leġiżlattiva[3]. Ir‑Regolament il-ġdid kellu jieħu post l-atti varji inkorporati fih[4].

    3.           Waqt il-proċedura leġiżlattiva, fl-opinjoni tiegħu rigward il-proposta ta' kodifikazzjoni[5], il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irrakkomanda li jiddaħħal xi tibdil f'dak li jirrigwarda l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fit-tabella fl‑Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98 kif ukoll fl-Anness I tal-abbozz tat‑test ikkodifikat. Peress li l-proposta għall-abbozzar mill-ġdid ta' dak l-Anness timplika li jsiru xi emendi sostantivi, u għaldaqstant tmur lil hinn minn kodifikazzjoni sempliċi, tqies li hu meħtieġ li l-punt 8[6] tal-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta' Diċembru 1994 – metodu ta' ħidma aċċelerat tal‑kodifikazzjoni uffiċjali tat‑testi leġiżlattivi[7] - jiġi applikat fid-dawl tad-Dikjarazzjoni Konġunta dwar dak il‑punt[8].

    4.           L-emeda li għandha ssir fit-tabella fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 975/98 tikkonsisti fis-sostituzzjoni tal-valuri kollha eżistenti dwar il-ħxuna tal-muniti b'valuri ġodda. F'dik it-tabella, il-ħxuna tal-muniti hija indikata fit-tielet kolonna akkumpanjata b'nota ta' qiegħ il-paġna fejn jissemma' li l-valuri tal-ħxuna huma ta' natura indikattiva. Kif diġà ġie rilevat fl-opinjoni tal-BĊE imsemmija iktar 'l fuq, fil-waqt li dawk il-valuri indikattivi setgħu kienu l-uniċi valuri li setgħu jiġu stipulati fl-1998 meta ġew adottati għall-ewwel darba l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ‑ċirkolazzjoni, issa hu meqjus xieraq li dawk il-valuri indikattivi jiġu sostitwiti biċ‑ċifri tal-ħxuna reali tal-muniti tal-euro. B'konsegwenza ta' dan it-tibdil, għandha titħassar il-premessa 13 tar-Regolament (KE) Nru 975/98 li fiha dikjarazzjoni dwar in‑natura indikattiva tal-valuri eżistenti tal-ħxuna.

    5.           Għaldaqstant huwa xieraq li l-kodifikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 975/98 tinbidel f'riformulazzjoni sabiex jiġu inkorporati l-emendi meħtieġa.

    ê 975/98 (adattat)

    2013/0096 (NLE)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ‑ċirkolazzjoni

    (Riformulazzjoni)

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l‑Artikolu Ö 128(2) Õ tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew[9],

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew[10],

    Billi:

    ò ġdid

    (1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 tat-3 ta` Mejju 1998 dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ‑ċirkolazzjoni[11] ġie emendat bosta drabi b’mod sostantiv[12]. Ladarba jridu jsiru iktar emendi, għandu jiġi riformulat għal iktar ċarezza.

    ê 975/98 premessa 2 (adattat)

    (2)       Skond l-Artikolu Ö 128(2) Õ tat-Trattat, l-Istati Membri jistgħu joħorġu muniti tal‑euro bl-approvazzjoni tal-Bank Ċentrali Europew (BĊE) dwar il-volum tal-ħruġ. Il‑Kunsill Ö , wara proposta tal-Kummissjoni u wara li jikkonsulta lill-Parlament Ewropew u lill-BĊE, Õ jista' jadotta miżuri biex jiġu armonizzati d‑denominazzjonijiet u l‑ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti kollha maħsuba għaċ‑ċirkolazzjoni safejn dawn ikunu meħtieġa biex tkun possibbli ċ-ċirkolazzjoni bla xkiel tagħhom Ö fl‑Unjoni Õ.

    ê 975/98 premessa 3 (adattat)

    (3)       Il-karti ta' flus euro għandhom firxa minn 5 sa 500 Ö euro Õ. Id-denominazzjonijiet tal-karti ta' flus u muniti jeħtieġ li jippermettu li ħlasijiet bi flus kontanti ta' ammonti espressi f'euro u fiċ-ċenteżmi tiegħu jkunu jistgħu jsiru faċilment.

    ê 975/98 premessa 5 (adattat)

    (4)       Is-sistema ta' munita unika Ö tal-Unjoni Õ għandha trawwem fiduċja pubblika u tinvolvi innovazzjonijiet teknoloġiċi li Ö jiżguraw li tkun Õ sistema fiż-żgur, affidabbli u effiċjenti.

    ê 975/98 premessa 6 (adattat)

    (5)       Wieħed mill-għanijiet ewlenin tas‑sistema tal-muniti Ö tal-Unjoni Õ hija li l‑pubbliku jaċċetta s-sistema. Il-fiduċja pubblika fis-sistema Ö tiddependi Õ mill‑karatteristiċi Ö fiżiċi Õ tal-muniti tal-euro, li għandhom ikunu kemm jista' jkun faċli għal min jużahom.

    ê 975/98 premessa 7 (adattat)

    (6)       Saru konsultazzjonijiet ma' għaqdiet tal-konsumaturi, mal-Unjoni tal-Għomja Ewropej u ma' rappreżentanti tal-industrija tal-magni awtomatiċi tal-bejgħ biex jitqiesu l‑ħtiġijiet speċifiċi ta' kategoriji importanti ta' utenti tal-muniti. Sabiex jiġi żgurat li l‑bidla għall‑euro ssir bla tfixkil u sabiex l-utenti jaċċettaw is‑sistema tal-muniti b'iktar faċilità, Ö kien meħtieġ Õ li tingħata garanzija li jkun hemm distinzjoni bejn il‑muniti permezz ta' karatteristiċi viżwali u tas sens tal-mess.

    ê 975/98 premessa 8 (adattat)

    (7)       Il-muniti tal-euro jintgħarfu waħda mill-oħra iktar faċilment u huma eħfef biex jindraw Ö minħabba Õ r-rabta bejn id-dijametru u l-valur nominali tagħhom.

    ê 975/98 premessa 9 (adattat)

    (8)       Huma meħtieġa ċerti karatteristiċi speċjali ta' sigurtà sabiex titnaqqas il-possibilità ta' frodi tal‑Ö muniti Õ tal-euro u taż-żewġ euro minħabba l-valur għoli tagħhom. L‑użu ta' teknika li biha l-muniti jiġu magħmula fi tliet saffi u taħlit ta' żewġ kuluri differenti fil-munita huma meqjusa bħala l-karatteristiċi ta' sigurtà l-iktar effiċjenti li jeżisitu.

    ê 975/98 premessa 11 (adattat)

    (9)       Id-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 94/27/KE tat-30 ta’ Ġunju 1994 li temenda, għat-12-il darba d-Direttiva 76/769/KEE dwar l-approssimazzjoni tal‑liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mar-restrizzjonijiet dwar il-marketing u l-użu ta’ ċerti sustanzi u preparazzjonijiet perikolużi[13] Ö tillimita Õ l-użu tan-nijkil f'ċerti prodotti peress li tagħraf li n‑nijkil jista' jkun il-kawża ta' allerġiji taħt ċerti kondizzjonijiet. Il-muniti mhumiex koperti b'dik id-Direttiva. Madankollu, jidher li huwa mixtieq li jitnaqqas il‑kontenut ta' nijkil fil‑muniti Ö għal raġunijiet ta' saħħa pubblika Õ.

    975/98 premessa 13

    Mill-ispeċifikazzjonijiet tekniċi preskritti għall-muniti tal-euro, il-valur tal-ħxuna biss huwa ta' natura indikattiva, ġaladarba l-ħxuna attwali ta' munita jiddependi minn dijametru u toqol preskritt,

    ê 975/98 premessa 10 (adattat) u 566/2012 premessa 3 (adattat)

    (10)     Il-fatt li l-muniti għandhom naħa Ewropea Ö komuni Õ u naħa nazzjonali Ö li tiddistingwihom Õ huwa espressjoni xierqa tal-idea tal-Ö unjoni Õ monetarja Ewropea bejn l-Istati Membri. Fuq in-naħat Ewropej komuni tal-muniti tal-euro hemm l-isem tal-munita unika kif ukoll id-denominazzjoni tal-munita. In-naħa nazzjonali m'għandhiex la tirrepeti l-isem tal-munita unika u lanqas id-denominazzjoni tal‑munita.

    ê 566/2012 premessa 4

    (11)     Fuq in-naħa nazzjonali għandu jkun hemm indikazzjoni ċara tal-isem tal-Istat Membru emittenti sabiex min juża l-muniti u jkun interessat, ikun jista' faċilment jidentifika l‑Istat Membru emittenti.

    ê 566/2012 premessa 5

    (12)     L-ittri fit-truf tal-muniti tal-euro għandhom jitqiesu parti min-naħa nazzjonali u għaldaqstant m'għandhomx jirrepetu kwalunkwe indikazzjoni tad-denominazzjoni, ħlief fil-każ tal-munita taż-żewġ euro, u sakemm jintużaw biss iċ-ċifra '2' jew il-kelma 'euro' bl-alfabett rilevanti, jew jintużaw it-tnejn.

    ê 566/2012 premessa 6

    (13)     Id-deċiżjoni dwar id-disinji fuq in-naħa nazzjonali tal-muniti tal-euro tittieħed minn kull Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro u f'din id-deċiżjoni għandu jitqies il‑fatt li l‑muniti tal-euro jiċċirkolaw fiż-żona kollha tal-euro u mhux biss fl-Istat Membru emittenti. Sabiex jiġi żgurat li l-muniti jintgħarfu immedjatament bħala muniti tal-euro, anki min-naħa nazzjonali tagħhom, id-disinn għandu jkun imdawwar kompletament mit‑12-il stilla tal-bandiera tal-Unjoni.

    ê 566/2012 premessa 7

    (14)     Sabiex il-muniti tondi jintgħarfu faċilment u sabiex ikun żgurat li jkun hemm kontinwità fiz-zekka, l-Istati Membri għandhom ikollhom il-permess li jibdlu d-disinji użati fuq in‑naħa nazzjonali ta' muniti li jiċċirkolaw b'regolarità darba kull 15-il sena biss, ħlief jekk jinbidel il-Kap tal-Istat li jidher fuq il-muniti. Madankollu, dan għandu jkun bla preġudizzju għat-tibdil li jkun meħtieġ biex jiġi evitat l-iffalsifikar tal-munita. It-tibdil fiddisinn tan-naħa Ewropea komuni għandu jiġi deċiż mill-Kunsill u d‑drittijiet tal-vot għandhom ikunu limitati għall-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro.

    ê 566/2012 premessa 8

    (15)     L-Istati Membri individwali għandu jkollhom il-permess li joħorġu muniti kommemorattivi biex jiċċelebraw suġġetti ta' rilevanza nazzjonali jew Ewropea ewlenija, filwaqt li muniti kommemorattivi maħruġa kollettivament mill-Istati Membri li l-munita tagħhom tkun l-euro għandhom ikunu riservati għal suġġetti li jkollhom l-ogħla rilevanza Ewropea. Il-munita taż-żewġ euro hija d-denominazzjoni l‑iktar xierqa għal dan il-għan, prinċipalment minħabba li għandha dijametru kbir u minħabba l-karatteristiċi tekniċi tagħha, li joffru protezzjoni xierqa kontra l‑iffalsifikar.

    ê 566/2012 premessa 9

    (16)     Meta jitqies li l-muniti tal-euro jiċċirkolaw fiż-żona kollha tal-euro, biex jiġi evitat l‑użu ta' disinji mhux xierqa, l-Istati Membri emittenti għandhom jinfurmaw lil xulxin u lill‑Kummissjoni dwar l-abbozz ta' disinji għan-naħa nazzjonali tal-muniti tal-euro qabel id-data tal-ħruġ prevista. Il-Kummissjoni għandha tivverifika li d-disinji jkunu jikkonformaw mar-rekwiżiti tekniċi ta' dan ir-Regolament. L-abbozz tad-disinji għandu jitressaq quddiem il-Kummissjoni f'biżżejjed żmien minn qabel li jippermetti lill-Istati Membri jimmodifikaw id-disinn jekk ikun meħtieġ.

    ê 566/2012 premessa 10

    (17)     Barra minn hekk, għandhom jiġu stabbiliti kundizzjonijiet uniformi għall‑approvazzjoni tad-disinji tan-naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro biex jiġi evitat li jintagħżlu disinji li jistgħu jitqiesu mhux xierqa f'uħud mill-Istati Membri. Fid-dawl tal-fatt li huma l-Istati Membri li għandhom il-kompetenza fi kwistjoni daqstant sensittiva daqs id-disinn fuq in‑naħat nazzjonali tal-muniti tal-euro, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jingħataw lill-Kunsill. Kwalunkwe deċiżjoni ta' implimentazzjoni li l-Kunsill jieħu fuq din il-bażi għandha tkun marbuta mill-qrib mal-atti adottati mill-Kunsill skont l‑Artikolu 128(2) tat-Trattat. Għaldaqstant, fl‑adozzjoni ta' dawk id-deċiżjonijiet mill‑Kunsill għandha tapplika s-sospensjoni tad‑drittijiet tal-vot tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw Stati Membri li l-munita tagħhom mhix l-euro, kif stabbilit fl‑Artikolu 139(4) tat-Trattat. Il-proċedura għandha tippermetti lill-Istat Membru emittenti jimmodifika d-disinn meta u jekk ikun meħtieġ,

    ê 975/98

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    ê 975/98 (adattat)

    Artikolu 1

    Is-serje ta' muniti euro tinkludi tmien denominazzjonijiet b'firxa minn ċenteżmu sa żewġ euro Ö li jissodisfaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fl-Anness I Õ.

    ê 566/2012 Art. 1 (adattat)

    Artikolu 2

    Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1)          “muniti għaċ-ċirkolazzjoni” tfisser muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni, li d‑denominazzjonijiet u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tagħhom huma msemmija fl‑Artikolu 1;

    (2)          “muniti regolari” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni esklużi l-muniti kommemorattivi;

    (3)          “muniti kommemorattivi” tfisser muniti għaċ-ċirkolazzjoni li huma maħsuba biex jikkommemoraw suġġett speċifiku kif speċifikat fl-Artikolu 9.

    Artikolu 3

    Il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkollhom naħa Ewropea komuni u naħa nazzjonali li tiddistingwihom.

    Artikolu 4

    1. In-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni ma għandha tirrepeti l‑ebda indikazzjoni tad‑denominazzjoni tal-munita jew xi partijiet minnha. Hija m’għandhiex tirrepeti l-isem tal‑munita unika jew xi sottodiviżjoni tagħha, sakemm din l‑indikazzjoni ma tirriżultax minħabba l-użu ta’ alfabett differenti.

    2. B’deroga mill-paragrafu 1, l-ittri fit-truf tal-munita taż-żewġ euro jistgħu jinkludu indikazzjoni tad-denominazzjoni, sakemm jintużaw biss iċ-ċifra ‘2’ jew il-kelma ‘euro’ fl‑alfabett rilevanti, jew jintużaw it-tnejn.

    Artikolu 5

    Fuq in-naħa nazzjonali tad-denominazzjonijiet kollha tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkun hemm indikazzjoni tal-Istat Membru emittenti permezz tal-isem tal-Istat Membru jew ta’ abbrevjazzjoni tiegħu.

    Artikolu 6

    1. Fuq in-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandu jkun hemm ċirku ta’ 12‑il stilla li jdawwar kompletament id-disinn nazzjonali, inkluża l-marka tas-sena u l‑indikazzjoni tal-isem tal-Istat Membru emittenti. Dan ma jżommx milli xi elementi tad‑disinn jestendu lejn iċ-ċirku tal-istilel, sakemm l-istilel kollha jkunu ċari u kompletament viżibbli. It-12-il stilla għandhom jiġu stampati kif jidhru fuq il-bandiera tal-Unjoni.

    2. Id-disinji għan-naħa nazzjonali tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jintgħażlu billi jitqies il-fatt li l-muniti tal-euro jiċċirkolaw fl-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l‑euro.

    Artikolu 7

    1. Tibdil fid-disinji użati għan-naħat nazzjonali tal-muniti regolari jista' jsir biss darba kull ħmistax-il sena, mingħajr preġudizzju għat-tibdill li jkun meħtieġ biex jiġi evitat l-iffalsifikar tal‑munita.

    2. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 1, jista' jsir tibdil fid-disinji użati għan-naħat nazzjonali tal-muniti regolari meta jinbidel il-Kap ta’ Stat li jkun jidher fuq il-munita. Madankollu, kariga temporanjament vakanti jew okkupazzjoni provviżorja tal‑funzjoni ta’ Kap ta’ Stat ma jagħtu l‑ebda dritt addizzjonali għal tibdil bħal dan.

    Artikolu 8

    L-Istati Membri emittenti għandhom jaġġornaw in-naħat nazzjonali tal-muniti regolari tagħhom sabiex jikkonformaw bis-sħiħ ma’ dan ir-Regolament sal-20 ta’ Ġunju 2062.

    Artikolu 9

    1. Il-muniti kommemorattivi jkollhom disinn nazzjonali differenti minn dak li jidher fuq il‑muniti regolari u jikkommemoraw biss Ö suġġetti Õ ta’ rilevanza nazzjonali jew Ewropea ewlenija. Il-muniti kommemorattivi maħruġa kollettivament mill-Istati Membri kollha li l-munita tagħhom hija l-euro, jikkomemoraw biss suġġetti tal-ogħla rilevanza Ewropea u d-disinn tagħhom għandu jkun mingħajr preġudizzju għar‑rekwiżiti kostituzzjonali possibbli ta’ dawk l‑Istati Membri.

    2. L-ittri fit-truf tal-muniti kommemorattivi jkunu l-istess bħal dawk fuq il-muniti regolari.

    3. Il-muniti kommemorattivi jista’ jkollhom valur nominali ta’ żewġ euro biss.

    Artikolu 10

    1. L-Istati Membri għandhom jinfurmaw lil xulxin dwar l-abbozz tad-disinji tan-naħat nazzjonali ġodda tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni, inklużi l-ittri fit-truf, u, fil-każ tal-muniti kommemorattivi, dwar l-istima ta’ volum ta’ ħruġ, qabel l-approvazzjoni formali ta’ dawk id‑disinji.

    2. Is-setgħa biex jiġu approvati d-disinji, ġodda jew modifikati, għan-naħat nazzjonali tal‑muniti għaċ-ċirkolazzjoni hija mogħtija lill-Kunsill li jaġixxi b’maġġoranza kwalifikata f’konformità mal-proċedura stabbilita fil-paragrafi 3 sa 7.

    Fit-teħid tad-deċiżjonijiet imsemmija f’dan l-Artikolu jiġu sospiżi d-drittijiet tal-vot tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma tkunx l-euro .

    3. Għall-iskop tal-paragrafu 1, l-abbozzi tad-disinji tal-muniti għaċ-ċirkolazzjoni għandhom jiġu ppreżentati mill-Istat Membru emittenti lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill‑Istati Membri l-oħrajn li l-munita tagħhom tkun l-euro, bħala prinċipju mill-inqas tliet xhur qabel id-data ta’ ħruġ ippjanata.

    4. Fi żmien sebat ijiem wara l-preżentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, kwalunkwe Stat Membru li l-munita tiegħu tkun l-euro jista’, f’opinjoni motivata indirizzata lill-Kunsill u lill‑Kummissjoni, iqajjem oġġezzjoni għall-abbozz ta’ disinn propost mill-Istat Membru emittenti jekk dak id-disinn tal-abbozz x’aktarx li joħloq reazzjonijiet negattivi fost iċ‑ċittadini.

    5. Fejn il-Kummissjoni tqis li l-abbozz ta’ disinn ma jirrispettax ir-rekwiżiti tekniċi stipulati minn dan ir-Regolament, fi żmien sebat ijiem wara l-preżentazzjoni msemmija fil-paragrafu 3, hija tippreżenta valutazzjoni negattiva lill-Kunsill.

    6. Jekk ma tiġi ppreżentata l-ebda opinjoni motivata jew valutazzjoni negattiva lill-Kunsill fl‑iskadenza msemmija fil-paragrafi 4 u 5 rispettivament, jitqies li d-deċiżjoni dwar l‑approvazzjoni tad-disinn tkun ġiet adottata mill-Kunsill fil-jum ta' wara d-data tal-iskadenza tal-perijodu ta’ żmien imsemmi fil-paragrafu 5.

    7. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, il-Kunsill jiddeċiedi mingħajr dewmien dwar l‑approvazzjoni tal‑abbozz ta’ disinn, sakemm, fi żmien sebat ijiem wara l-preżentazzjoni ta’ opinjoni motivata jew ta’ valutazzjoni negattiva, l-Istat Membru emittenti ma jirtirax l-abbozz tad‑disinn li jkun ippreżenta u jinforma lill-Kunsill dwar l-intenzjoni tiegħu li jippreżenta abbozz ġdid tad-disinn.

    8. L-informazzjoni rilevanti kollha dwar disinji ġodda tal-muniti nazzjonali għaċ‑ċirkolazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-Kummissjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 11

    L-Artikoli 4, 5 u 6 u l-Artikolu 9(2):

    (a)          ma japplikawx għall-muniti għaċ-ċirkolazzjoni li jkunu nħarġu jew ikunu ġew prodotti qabel id-19 ta’ Ġunju 2012;

    (b)          ma japplikawx, matul perijodu transizzjonali li jintemm fl-20 ta’ Ġunju 2062, għad‑disinji li diġà kienu qed jintużaw b’mod legali fuq il-muniti għaċ‑ċirkolazzjoni fid-19 ta’ Ġunju 2012.

    Il-muniti għaċ-ċirkolazzjoni li jkunu nħarġu jew li jkunu ġew prodotti matul il‑perijodu transizzjonali jistgħu jibqgħu valuta legali mingħajr limitu ta’ żmien.

    ê

    Artikolu 12

    Ir-Regolament (KE) Nru 975/98 hu mħassar.

    Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir‑Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.

    ê 975/98 (adattat)

    Artikolu 13

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-Ö għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea Õ.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri, skond it-Trattati.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    ê 975/98 (adattat)

    è1 423/1999 Art. 1, pt. 1(a)

    è2 423/1999 Art. 1 pt. 1(b)

    è3 423/1999 Art. 1 pt. 1(c)

    è4 423/1999 Art. 1 pt. 2

    ð ġdid

    ANNESS I

    Ö Speċifikazzjonijiet tekniċi msemmija fl-Artikolu 1 Õ

    Valur Ö nominali Õ(euro) || Dijametru f'mm || Ħxuna f'mm (1) || Piż fi grammi || Għamla || Lewn || Kompożizzjoni || Tarf

    2 || 25,75 || 1,95 ð 2,20 ï || 8,5 || Tonda || Il-parti ta' barra: bajda || Ram u nikil (Cu75Ni25) || Bl-ittri fit‑truf u ssingjata fin

    Il-parti ta' ġewwa: safra || Tliet saffi: nikil-ram isfar/nikil/nikilram isfar (CuZn20Ni5/Ni12/CuZn20Ni5)

    1 || 23,25 || 2,125 ð 2,33 ï || 7,5 || Tonda || Il-parti ta' barra: safra || Nikil-ram isfar (CuZn20Ni5) || B'issingjar interrott

    Il-parti ta' ġewwa: bajda || Tliet saffi: Cu75Ni25/Ni7/Cu75Ni25

    0,50 || 24,25 || è1 1,88 ç ð 2,38 ï || è2 7,8 ç || Tonda || Isfar || “Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 || è3 tarf iddisinjat bil-forma ta' arzell fin ç

    0,20 || 22,25 || 1,63 ð 2,14 ï || 5,7 || Għamla ta' “Fjura Spanjola” || Isfar || “Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 || Lixx

    0,10 || 19,75 || 1,51 ð 1,93 ï || 4,1 || Tonda || Isfar || “Nordic Gold” Cu89Al5Zn5Sn1 || è4 tarf iddisinjat bil-forma ta' arzell fin ç

    0,05 || 21,25 || 1,36 ð 1,67 ï || 3,9 || Tonda || Aħmar || Azzar miksi bir-ram || Lixx

    0,02 || 18,75 || 1,36 ð 1,67 ï || 3 || Tonda || Aħmar || Azzar miksi bir-ram || Lixx b'sing

    0,01 || 16,25 || 1,36 ð 1,67 ï || 2,3 || Tonda || Aħmar || Azzar miksi bir-ram || Lixx

    (1)               Il-valuri dwar l-ispessur huma indikattivi

    _____________________

    ê

    ANNESS II

    Regolament imħassar flimkien ma’ lista tal-emendi suċċessivi tiegħu

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 975/98 || (ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6) ||

    || Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 423/1999 || (ĠU L 52, 27.2.1999, p. 2)

    || Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 566/2012 || (ĠU L 169, 29.6.2012, p. 8)

    _____________

    ANNESS III

    Tabella Ta’ Korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 975/98 || Dan ir-Regolament

    Artikolu 1, il-kliem introduttorju || Artikolu 1

    Artikolu 1a || Artikolu 2

    Artikolu 1b || Artikolu 3

    Artikolu 1c || Article 4

    Artikolu 1d || Article 5

    Artikolu 1e || Artikolu 6

    Artikolu 1f || Artikolu 7

    Artikolu 1g || Artikolu 8

    Artikolu 1h || Artikolu 9

    Artikolu 1i || Article 10

    Artikolu 1j, il-kliem introduttorju, punt (a) u l‑ewwel sentenza tal-punt (b) || Artikolu 11, l-ewwel paragrafu

    Artikolu 1j, it-tieni sentenza tal-punt (b) || Artikolu 11, it-tieni paragrafu

    - || Artikolu 12

    Artikolu 2 || Artikolu 13

    Artikolu 1, tabella || Anness I

    _ || Anness II

    _ || Anness III

    __________

    [1]               COM(87) 868 PV.

    [2]               Magħmul skond il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill – Kodifikazzjoni tal-Acquis Communautaire, COM(2001) 645 finali.

    [3]               COM(2010) 691 finali.

    [4]               Ara l-Anness II ta' din il-proposta.

    [5]               Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-4 ta' Marzu 2011 dwar proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (kodifikazzjoni) (ĠU C 114, 12.4.2011, p. 1).

    [6]               "Jekk waqt il-proċess leġislattiv jirriżulta li hemm bżonn li jmorru lilhinn mill-kodifikazzjoni sempliċi u jsiru xi tibdiliet sostantivi, hi r-responsabbiltà tal-Kummissjoni li tissottometti il-proposta/i, fejn hemm bżonn."

    [7]               ĠU C 102, 4.4.1996, p. 2.

    [8]               "Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jinnutaw li jekk ikun jidher li jkun meħtieġ aktar minn sempliċi kodifikazzjoni u li jsir xi tibdil sostantitv, il-Kummissjoni għandha tkun f'pożizzjoni li tagħżel, skont il-każ, jekk tirriformulax il-proposta tagħha jew jekk tagħmilx proposta separata għall‑emenda, filwaqt li tħalli l-proposta tagħha għal kodifikazzjoni, biex wara li tiġi adottata it‑tibdila sostantiva, tinkorporaha fil-kodifikazzjoni."

    [9]               ĠU C […], […], p. […].

    [10]             ĠU C […], […], p. […].

    [11]             ĠU L 139, 11.5.1998, p. 6.

    [12]             Ara l-Anness II.

    [13]             ĠU L 188, 22.7.1994, p. 1.

    Top