Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013PC0133

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    /* COM/2013/0133 final - 2013/0074 (COD) */

    52013PC0133

    Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta /* COM/2013/0133 final - 2013/0074 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    1.1.        Kuntest Ġenerali

    L-Unjoni Ewropea tat lilha nnifisha l-għan li ssir ekonomija intelliġenti, sostenibbli u inklussiva sal-2020. Is-setturi marittimi joffru żoni għall-innovazzjoni, it-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi li għandhom jikkontribwixxu għal dan l-għan. F'Ottubru 2012, il-Ministri Ewropej għall-Affarijiet Marittimi adottaw id-"Dikjarazzjoni ta' Limassol" biex tkun ta' appoġġ għall-Istrateġija Ewropa 2020[1] b'pilastru marittimu b'saħħtu. Kif identifikat mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni dwar It-Tkabbir Blu: Opportunitajiet għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu[2], din il-proposta leġiżlattiva hija parti essenzjali minn din l-ambizzjoni biex tiġi żviluppata l-Ekonomija Blu tal-Ewropa.

    Madankollu, żieda fl-użu taż-żoni kostali u marittimi kif ukoll l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-perikli naturali u l-erożjoni, ukoll jagħmlu pressjoni fuq ir-riżorsi kostali u tal-baħar. Huma jeħtieġu ġestjoni integrata u koerenti biex jiżguraw it-tkabbir sostenibbli u jippreservaw l-ekosistemi kostali u dawk tal-baħar għall-ġenerazzjonijiet futuri.

    L-ippjanar spazjali marittimu huwa mifhum komunement bħala proċess pubbliku għall-analiżi u l-ippjanar tad-distribuzzjoni spazjali u temporali tal-attivitajiet umani f'żoni tal-baħar biex jinkisbu l-għanijiet ekonomiċi, ambjentali u soċjali. L-għan aħħari tal-ippjanar spazjali marittimu huwa li jitfasslu pjanijiet għall-identifikazzjoni tal-utilizzazzjoni tal-ispazju marittimu għal użi differenti tal-baħar. Fl-2008 il-Kummissjoni ppubblikat il-"Pjan ta' Tmexxija għall-Ippjanar Spazjali Marittimu: Il-Ksib ta' Prinċipji Komuni fl-UE"[3], segwita minn Komunikazzjoni fl-2010 "L-Ippjanar Spazjali Marittimu fl-UE - Kisbiet u Żviluppi Futuri"[4], li lestew it-triq għal din il-proposta.

    Il-ġestjoni kostali integrata hija għodda għall-ġestjoni integrata tal-proċessi kollha ta' politika li jaffettwaw iż-żona kostali, u tindirizza l-interazzjonijiet bejn l-art u l-baħar tal-attivitajiet kostali b'mod koordinat bil-ħsieb li jiġi żgurat l-iżvilupp sostenibbli taż-żoni kostali u tal-baħar. Hija tiżgura li d-deċiżjonijiet ta' ġestjoni jew ta' żvilupp jittieħdu b'mod koerenti fis-setturi kollha. Rakkomandazzjoni tal-2002 dwar il-Ġestjoni Integrata taż-Żoni Kostali tiddefinixxi l-prinċipji ta’ ġestjoni u ppjanar kostali sodi u l-aħjar mod kif jistgħu jiġu implimentati. L-UE hija wkoll parti kontraenti għall-Konvenzjoni ta' Barċellona, li stabbilixxiet Protokoll dwar il-Ġestjoni integrata tal-kosta li daħlet fis-seħħ f'Marzu 2011. Dan il-Protokoll jagħmel il-ġestjoni integrata tal-kosta obbligatorja għall-Istati Membri li għandhom kosta mal-Baħar Mediterran.

    L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta huma għodod kumplimentari. Il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tagħhom jidħol kemm fl-ilmijiet kostali kif ukoll f'dawk territorjali tal-Istati Membri, fejn il-pjanijiet spazjali marittimi se jagħtu direzzjoni lill-attivitajiet tal-bniedem u se jidentifikaw l-aktar żvilupp spazjali effettiv fil-futur, filwaqt li l-istrateġiji għall-ġestjoni tal-kosta jiżguraw il-ġestjoni integrata ta' dawn l-attivitajiet tal-bniedem. Meta jiġu applikati b’mod konġunt, it-tnejn itejbu l-interfaċċja tal-ippjanar u l-ġestjoni bejn il-baħar u l-art.

    1.2.        Raġunijiet u għanijiet tal-proposta

    L-għan prinċipali tad-Direttiva proposta huwa li tippromwovi tkabbir sostenibbli tal-attivitajiet marittimi u kostali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi kostali u tal-baħar permezz tal-ħolqien ta’ qafas għall-implimentazzjoni effettiva tal-ippjanar spazjali marittimu fl-ilmijiet tal-UE u ġestjoni integrata tal-kosta fiż-żoni kostali tal-Istati Membri.

    Iż-żieda fl-użu taż-żoni kostali u marittimi u n-nuqqas ta' koordinazzjoni f'dan l-użu jirriżultaw f'kompetizzjoni għall-ispazju marittimu u kostali u fl-użu ineffiċjenti u mhux sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali. L-inċertezzi u n-nuqqas ta' prevedibbiltà dwar l-aċċess xieraq għall-ispazju marittimu ħolqu klima subottimali tan-negozju għall-investituri, bil-potenzjal ta' telf ta’ impjiegi.

    L-iżgurar ta' tqassim ottimali tal-ispazju marittimu fost il-partijiet interessati rilevanti u l-ġestjoni koordinata taż-żoni kostali huma essenzjali biex jippermettu attivitajiet simultanji li jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom. Ġie muri li dan ibaxxi r-riċerka esploratorja, it-tranżazzjoni, l-ispejjeż amministrattivi u operattivi u jżid iċ-ċertezza legali partikolarment għall-SME's.

    Sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà u s-saħħa ambjentali ta' dawn l-użi varji, l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jkollhom jużaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema li jiżgura l-ħarsien tar-riżorsi naturali li jipprovdu l-bażi għat-twettiq tal-attivitajiet varji.

    L-azzjoni proposta għalhekk mhijiex speċifika għas-settur, iżda tkopri l-oqsma kollha ta' politika tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) b’impatt fuq il-kosti, l-ibħra u l-oċeani. Hija tappoġġja l-implimentazzjoni kontinwa ta' politiki relatati mal-baħar fl-Istati Membri permezz ta' koordinazzjoni aktar effiċjenti u żieda fit-trasparenza. L-ippjanar spazjali marittimu u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jistgħu wkoll, fi stadju bikri, itejbu l-artikulazzjoni tal-objettivi ekonomiċi u l-leġiżlazzjoni ambjentali filwaqt li jnaqqsu l-kunflitti bejniethom.

    L-għanijiet operattivi tad-Direttiva huma ta' natura proċedurali. L-Istati Membri se jintalbu jiżviluppaw u jimplimentaw proċessi koerenti biex jippjanaw użi umani tal-ispazju marittimu u sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli taż-żoni kostali, u tiġi stabbilita kooperazzjoni transkonfinali xierqa fosthom. Valur miżjud ewlieni tal-proposta huwa appoġġ għal konnettività bejn l-art u l-baħar permezz ta' koerenza bejn l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta.

    Id-dettalji tal-ippjanar u d-determinazzjoni tal-għanijiet ta' ġestjoni jitħallew f'idejn l-Istati Membri. L-UE mhux se tieħu sehem f'dawn il-proċessi. Il-proposta ma tfixkilx il-prerogattivi tal-Istati Membri għall-ippjanar tal-ambjent urban u rurali (l-ippjanar terrestri).

    1.3.        Konsistenza ma’ politiki oħrajn

    Il-leġiżlaturi Ewropej adottaw inizjattivi għal politika ambizzjuża rilevanti għall-oċeani, l-ibħra u l-kosti, li għandhom jiġu implimentati fl-10 sa 20 sena li ġejjin. Dawn l-inizjattivi jinkludu Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina[5], id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli[6], u l-inizjattiva dwar l-Awtostradi tal-Baħar[7] u d-Direttiva dwar il-Ħabitats[8]. Fl-2013, l-UE hija mistennija tadotta Politika Komuni tas-Sajd riformata u, skont il-perspettivi finanzjarji ġodda, fondi strutturali riveduti (il-Qafas Strateġiku Komuni). L-għan ewlieni ta' din il-proposta huwa li tiffaċilita l-implimentazzjoni koerenti u sostenibbli ta’ dawn l-inizjattivi permezz ta’ proċess jew proċessi integrati. Il-proposta preżenti la tbiddel u lanqas timmodifika l-acquis għall-ebda qasam ta’ politika taħt it-TFUE.

    B'mod partikolari, hemm opportunitajiet għall-Istati Membri biex titjieb l-implimentazzjoni effettiva u biex jitnaqqas il-piż amministrattiv meta jiġu implimentati pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta bl-applikjazzjoni tal-acquis b'mod integrat.

    Il-valutazzjoni tal-effetti ambjentali tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandha titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE.[9] Valutazzjoni ambjentali strateġika bħal din se tiżgura kunsiderazzjoni olistika tal-impatti, inklużi dawk kumulattivi, minn diversi attivitajiet tal-bniedem fi stadju bikri u b'hekk tiffaċilita l-implimentazzjoni ta’ proġetti futuri. Jekk sussegwentement isiru meħtieġa valutazzjonijiet tal-impatt ambjentali għal proġetti individwali, il-valutazzjoni speċifika se tkun tista' tislet mill-analiżi li jkunu diġà twettqu taħt l-ippjanar ambjentali strateġiku u b'hekk tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-valutazzjonijiet u l-piż amministrattiv relatat.

    2.           RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

    2.1.        Konsultazzjoni Pubblika

    Il-Kummissjoni Ewropea organizzat konsultazzjoni pubblika minn Marzu sa Mejju 2011 biex tiġbor informazzjoni mingħand partijiet interessati dwar l-istatus u l-futur tal-ippjanar spazjali marittimu u tal-ġestjoni integrata tal-kosta fl-Unjoni Ewropea.

    Ir-riżultati kkonfermaw li l-kunflitti fl-użu tal-ispazju tal-baħar qed isiru iktar frekwenti, u appoġġjaw approċċ komuni għall-implimentazzjoni tal-ippjanar spazjali marittimu fl-ilmijiet tal-UE, waqt li jittieħed kont tal-partikolaritajiet ta' kull reġjun. L-iżgurar tal-koordinazzjoni xierqa tal-proċessi tal-MSP ma' strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta kien meqjus importanti. Filwaqt li l-azzjoni tal-UE dwar kwistjonijiet transkonfinali kienet meqjusa bħala partikolarment utli, ma kien hemm l-ebda tweġiba ċara dwar l-aħjar għażla ta' strument.

    2.2.        Valutazzjoni tal-Impatt

    Il-Valutazzjoni tal-Impatt (IA) evalwat l-effettività u l-impatti ekonomiċi, ambjentali u soċjali ta' dawn it-tliet għażliet: (1) gwida u żvilupp tal-aħjar prattika, (2) miżuri nonvinkolanti, u (3) miżuri legalment vinkolanti, inkluż Direttiva 'tat-tip qafas' jew Regolament.

    Il-Valutazzjoni tal-Impatt ikkonkludiet li anki jekk l-għażliet nonvinkolanti joffru xi vantaġġi, approċċ vinkolanti legalment permezz ta' Direttiva huwa l-aktar strument xieraq li jista' jiżgura l-prevedibbiltà, l-istabbiltà, u t-trasparenza tal-ippjanar spazjali marittimu u tal-ġestjoni integrata tal-kosta, filwaqt li jissalvagwardja l-proporzjonalità u s-sussidjarjetà billi jħalli flessibbiltà fl-implimentazzjoni lill-Istat Membru u ma jfixkilx il-kompetenzi tal-Istati Membri. Direttiva hija wkoll l-iktar għażla xierqa biex jiġi garantit li l-iskedi ta' żmien għall-implimentazzjoni jkunu koerenti ma' perjodi ta' żmien għal leġiżlazzjoni rilevanti oħra u inizjattivi ta’ politika tal-UE(eż. id-Direttiva dwar l-Enerġija Rinnovabbli, id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, il-miri ta' Ewropa 2020, eċċ.) u jitrawwem l-iżvilupp ta’ attivitajiet ekonomiċi fuq il-baħar f’kuntest ta' żieda fil-kompetizzjoni għall-ispazju.

    Il-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt ta l-opinjoni finali tiegħu dwar il-valutazzjoni tal-impatt fit-30 ta' April 2012. Ir-Rapport dwar il-Valutazzjoni tal-Impatt u s-Sommarju Eżekuttiv huma ppubblikati mal-proposta attwali flimkien mal-opinjoni tal-Bord tal-Valutazzjoni tal-Impatt.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    3.1.        Sommarju tal-azzjoni proposta

    Il-proposta tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta fil-forma ta' approċċ sistematiku, koordinat, inklussiv u transkonfinali għall-governanza marittima integrata. Hija tobbliga lill-Istati Membri sabiex iwettqu l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta skont il-liġi nazzjonali u internazzjonali. L-għan tal-azzjoni huwa li l-Istati Membri jistabbilixxu proċess jew proċessi li jkopru ċ-ċiklu sħiħ tal-identifikazzjoni tal-problema, il-ġbir ta' informazzjoni, l-ippjanar, it-teħid ta’ deċiżjonijiet, il-ġestjoni, il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni, u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati.

    Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta mhux se jistabbilixxu miri ta' politika settorjali ġodda. Dawn ikollhom l-għan li jirriflettu, jintegraw u jorbtu flimkien l-għanijiet definiti minn politiki settorjali nazzjonali jew reġjonali, biex jiġu identifikati l-passi biex ikunu evitati jew imnaqqsa l-kunflitti bejn setturi differenti u sabiex jikkontribwixxu għall-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni f’politiki settorjali relatati tal-baħar u tal-kosta. L-iktar importanti, il-proposta teħtieġ l-azzjoni tal-Istati Membri biex jimmiraw għall-koerenza tal-ġestjoni tal-baċini tal-baħar, permezz tal-kooperazzjoni transkonfinali fl-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar u ż-żona kostali relatata u l-ġbir u l-iskambju xieraq tad-dejta.

    L-atti ta' implimentazzjoni se jiżguraw l-implimentazzjoni konsistenti tad-Direttiva mal-UE kollha u se jiffaċilitaw ir-rappurtar mill-Istati Membri lill-Kummissjoni u, fejn rilevanti, l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri u mal-Kummissjoni.

    3.2.        Bażi legali

    Il-proposta tappoġġa l-implimentazzjoni tal-Politika Marittima Integrata tal-UE (PMI), inkluż id-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina bħala l-pilastru ambjentali tagħha. L-għan tal-PMI huwa li jiġi żgurat li l-politiki settorjali tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) li għandhom effett fuq tal-ispazju marittimu jiġu implimentati b’mod koerenti sabiex jinkisbu l-għanijiet konkorrenti multipli ta' natura ekonomika, soċjali u ambjentali.

    Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikoli 43(2), 100(2), 192(1) u 194(2) TFUE. L-attivitajiet koperti minn dawn il-politiki jikkompetu għall-ispazju marittimu u l-użu tar-riżorsi kostali. Il-proċessi li għandhom jiġu stabbiliti għandhom jimmiraw li jiżguraw li l-attivitajiet previsti f'kull settur ikunu jistgħu jiġu implimentati mingħajr detriment lil xulxin sabiex jintlaħqu l-għanijiet individwali tagħhom filwaqt li flimkien jikkontribwixxu għat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u għall-użu sostenibbli tar-riżorsi marittimi u kostali.

    3.3.        Il-prinċipju tas-sussidjarjetà u l-valur miżjud

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidarjetà kif inhu stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE). Kwistjonijiet bħalma huma l-għażla ta’ żviluppi attwali, il-lokalità tal-investiment, l-iffissar ta’ prijoritajiet u d-determinazzjoni ta' soluzzjonijiet huma kwistjonijiet għal teħid ta' deċiżjonijiet fuq livell nazzjonali jew lokali. Il-proċess tal-ippjanar innifsu għandu jkun imwettaq mill-awtoritajiet fl-Istati Membri skont il-governanza nazzjonali u l-istrutturi kostituzzjonali tagħhom, il-prijoritajiet tal-politika settorjali nazzjonali u, sa fejn l-aktar possibbli, għandu jibni fuq mekkaniżmi u politiki eżistenti.

    L-azzjoni tal-UE hija ta’ valur miżjud biex (1) tiżgura u tissimplifika l-azzjoni tal-Istat Membri fuq l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta biex tiggarantixxi l-implimentazzjoni konsistenti u koerenti mal-UE kollha u biex (2) tiżgura qafas għall-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta li jikkondividu reġjuni u subreġjuni marittimi. Il-kooperazzjoni transkonfinali fl-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta fir-reġjuni u s-subreġjuni tal-baħar tal-UE hija essenzjali, għax l-ekosistemi tal-baħar, iż-żoni tas-sajd, iż-żoni protetti tal-baħar kif ukoll l-infrastrutturi marittimi, bħal kejbils, pajpijiet, passaġġi tat-tbaħħir, żejt, gass u l-istallazzjonijiet tar-riħ, eċċ. jaqsmu l-fruntieri nazzjonali.

    3.4.        Il-prinċipju tal-proporzjonalità

    Il-proposta hija f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità stipulat fl-Artikolu 5(4) TUE.

    Il-proposta hija limitata għall-fatt li tobbliga lill-Istati Membri jistabbilixxu jew iżommu proċess jew proċessi għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta. Hija tistabbilixxi sett ta' rekwiżiti minimi għal dawn il-proċessi, billi tibni fuq l-esperjenza eżistenti fl-Istati Membri u tippermetti l-inkorporazzjoni u l-kontinwazzjoni tagħhom taħt qafas komuni tal-UE.

    Ir-rekwiżiti tar-rappurtar huma miżmuma għall-minimu neċessarju biex tkun tista' tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tagħha. Il-Kummissjoni se tiżgura li se jsir użu massimu tar-rekwiżiti eżistenti ta' rappurtar. Il-Kummissjoni se tuża l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri u kull informazzjoni oħra rilevanti disponibbli permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE inkluż l-Artikolu 19(3) tad-Direttiva 2008/56/KE, biex tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’din id-Direttiva.

    Skont id-Dikjarazzjoni Politika Konġunta bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni dwar id-dokumenti ta' spjegazzjoni[10], il-Kummissjoni eżaminat jekk hux se jkunu meħtieġa dokumenti ta' spjegazzjoni biex twettaq il-kompitu tagħha ta' sorveljanza tat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva. Hawnhekk qieset b'mod xieraq in-natura tad-Direttiva, il-prinċipju tal-proporzjonalità u l-piż amministrattiv addizzjonali possibbli. Fid-dawl tal-għadd limitat tal-obbligi legali f'din id-Direttiva, il-Kummissjoni tqis li ma jkollha ebda diffikultà tissorvelja t-traspożizzjoni korretta ta' din id-Direttiva. Għalhekk, il-Kummissjoni ma titlobx lill-Istati Membri biex jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta' traspożizzjoni tagħhom b'dokumenti li jispjegaw ir-relazzjoni bejn il-komponenti tad-Direttiva u l-partijiet korrispondenti tal-miżuri nazzjonali ta' traspożizzjoni.

    3.5.        L-għażla tal-istrument

    Il-Kummissjoni tipproponi Direttiva li tirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, filwaqt li jiġu rrispettati l-prerogattivi tal-Istati Membri biex ifasslu l-kontenut tagħhom skont il-prijoritajiet ekonomiċi, soċjali u ambjentali nazzjonali speċifiċi u l-għanijiet ta' politika settorjali u t-tradizzjonijiet legali tagħhom. Il-kunsiderazzjonijiet ta' sussidjarjetà u proporzjonalità wasslu għall-konklużjoni li Regolament ma jkunx xieraq. Barra minn hekk, in-natura proċedurali u bbażata fuq il-proċess tal-istrument huwa rifless l-aħjar permezz ta' Direttiva tat-tip qafas. Min-naħa l-oħra, strument mhux vinkolanti ma jkunx xieraq minħabba li ma jilħaqx uħud mill-għanijiet ta' politika, jiġifieri l-ħtieġa li l-Istati Membri kostali kollha japplikaw l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta u li jiżgura il-kooperazzjoni transkonfinali. Fl-aħħar nett, approċċ leġiżlattiv jiżgura wkoll li l-proċessi t'hawn fuq jiġu implimentati fi ħdan termini ta' żmien miftiehma.

    3.6.        Spjegazzjoni ddettaljata tal-proposta

    Il-proposta għandha żewġ partijiet, id-Direttiva u l-Anness tagħha.

    3.6.1.     Id-Direttiva

    L-Artikolu 1 jistipula s-suġġett tad-Direttiva

    L-Artikolu 2 jistipula l-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva

    L-Artikolu 3 jiddefinixxi t-termini użati fid-Direttiva.

    L-Artikolu 4 jittratta l-istabbiliment ta’ pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq il-livell tal-Istat Membru.

    L-Artikolu 5 jittratta l-għanijiet għall-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq il-livell tal-Istat Membru.

    L-Artikolu 6 jispeċifika rekwiżiti minimi komuni għall-pjanijiet spazjali marittimi u għall-istrateġiji ta' ġestjoni integrata tal-kosta.

    L-Artikolu 7 jispeċifika r-rekwiżiti minimi għall-pjanijiet spazjali marittimi.

    L-Artikolu 8 jispeċifika r-rekwiżiti minimi għall-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    L-Artikolu 9 jipprovdi għal parteċipazzjoni pubblika fl-iżvilupp tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    L-Artikolu 10 jittratta l-ġbir tad-dejta u l-iskambju tal-informazzjoni b'appoġġ għall-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    L-Artikolu 11 jipprovdi għall-valutazzjoni tal-effetti ambjentali tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    L-Artikolu 12 jittratta l-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali bejn l-Istati Membri sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni konsistenti fiż-żoni kostali u fir-reġjuni jew is-subreġjuni kollha tal-baħar.

    L-Artikolu 13 jirrigwarda l-kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi.

    L-Artikolu 14 jistipula dispożizzjonijiet għall-ħatra ta' awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni tad-Direttiva.

    L-Artikolu 15 jipprovdi għall-Istati Membri biex jirrappurtaw dwar l-implimentazzjoni lill-Kummissjoni u għall-Kummissjoni biex tirrapporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    L-Artikolu 16 jiddeskrivi l-ispeċifikazzjonijiet operattivi u l-passi għall-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva li għalihom il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni.

    L-Artikolu 17 jistabbilixxi l-mekkaniżmi għall-kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat implimentattivi tagħha.

    L-Artikolu 18 jistabbilixxi r-regoli għat-traspożizzjoni ta' din id-Direttiva mill-Istati Membri.

    L-Artikolu 19 jipprovdi li d-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Artikolu 20 isemmi lill-Istati Membri bħala d-destinatarji tad-Direttiva.

    3.6.2.     Anness

    L-Anness I jelenka l-elementi ta’ informazzjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti li l-Istati Membri jridu jipprovdu lill-Kummissjoni.

    2013/0074 (COD)

    Proposta għal

    DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 43(2), 100(2), 192(1), 194(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[11],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[12],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja.

    Billi:

    (1)       Id-domanda għolja u li qed tiżdied b'rata mgħaġġla għall-ispazju marittimu għal skopijiet differenti, bħall-impjanti tal-enerġija rinnovabbli, it-tbaħħir marittimu u l-attivitajiet tas-sajd, il-konservazzjoni tal-ekosistema u t-turiżmu u l-impjanti tal-akkwakultura, kif ukoll pressjonijiet multipli fuq ir-riżorsi kostali jeħtieġu approċċ ta' ppjanar u ġestjoni integrati.

    (2)       Fil-Politika Marittima Integrata[13] ġie żviluppat approċċ bħal dan għall-Unjoni Ewropea għall-ġestjoni tal-oċeani inkluża, bħala l-pilastru ambjentali tagħha, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ambjent marin[14]. L-għan tal-Politika Marittima Integrata huwa li tappoġġa l-iżvilupp sostenibbli tal-ibħra u l-oċeani u li tiżviluppa teħid tad-deċiżjonijiet ikkoordinat, koerenti u trasparenti fir-rigward tal-politiki settorjali tal-Unjoni li jaffettwaw l-oċeani, l-ibħra, il-gżejjer, ir-reġjuni kostali u l-aktar imbiegħda u s-setturi marittimi, inkluż permezz ta' strateġiji dwar il-baċir tal-baħar jew l-istrateġiji makroreġjonali.

    (3)       Il-Politika Marittima Integrata tidentifika l-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta bħala għodod ta’ politika trasversali sabiex l-awtoritajiet pubbliċi u l-partijiet interessati japplikaw approċċ integrat u koordinat. L-applikazzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi se tikkontribwixxi għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli ta' riżorsi tal-baħar u kostali.

    (4)       L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta jappoġġaw u jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv[15], approvata mill-Kunsill Ewropew f'Ġunju 2010[16], li għandha l-għan li twassal għal livelli għolja ta' impjiegi, produttività u koeżjoni soċjali, inkluża l-promozzjoni ta’ ekonomija iktar kompetittiva, effiċjenti fl-użu tar-riżorsi u aktar ekoloġika. Is-setturi kostali u marittimi għandhom potenzjal sinifikanti għat-tkabbir sostenibbli u li huwa essenzjali għall-implimentazzjoni tal-Istrateġija.

    (5)       Fil-Komunikazzjoni riċenti tagħha dwar it-Tkabbir Blu[17], Opportunitajiet għal Tkabbir Sostenibbli fis-Settur tal-Baħar u dak Marittimu, il-Kummissjoni identifikat għadd ta’ inizjattivi li għaddejjin bħalissa tal-UE li huma maħsuba biex jimplimentaw l-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv. Il-Komunikazzjoni identifikat ukoll għadd ta' attivitajiet fis-settur li l-inizjattivi għat-tkabbir blu għandu jiffoka fuqhom fil-futur u li għandhom ikunu appoġġati adegwatament minn pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    (6)       Ir-Regolament (UE) Nru 1255/2011, li jistabbilixxi Programm biex jiġi appoġġat l-iżvilupp ulterjuri ta’ Politika Marittima Integrata, jappoġġa u jiffaċilita l-implimentazzjoni tal-ippjanar spazjali marittimu u tal-ġestjoni integrata tal-kosta. Dan ir-Regolament jipprovdi finanzjament xieraq għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-proġetti ta' ġestjoni integrata tal-kosta għall-2011-2013. Ir-Regolament (UE) Nru XXXX/XX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew Marittimu u tas-Sajd jipprovdi għal finanzjament xieraq għal proġetti bħal dawn għall-2014-2020[18].

    (7)       Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (UNCLOS) tiddikjara fil-preambolu tagħha li l-kwistjonijiet relatati mal-użu tal-ispazju oċeaniku huma marbuta mill-qrib ma' xulxin u jeħtieġ li jitqiesu bħala entità sħiħa. L-ippjanar tal-ispazju oċeaniku huwa l-azzjoni ta' avvanz u l-istrutturar loġiċi tal-użu tad-drittijiet mogħtija skont l-UNCLOS u għodda prattika fl-assistenza lill-Istati Membri biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom.

    (8)       Sabiex jiġi żgurat it-tqassim xieraq tal-ispazju marittimu fost l-użi rilevanti u l-ġestjoni koordinata taż-żoni kostali, għandu jitwaqqaf qafas li jikkonsisti minn tal-inqas l-istabbiliment u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    (9)       L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jirriżultaw f’koordinazzjoni aħjar tal-attivitajiet marittimi u kostali, li tista' twassal għal benefiċċji ekonomiċi sinifikanti billi tipprovdi trasparenza, prevedibbiltà u stabbiltà għall-investituri kif ukoll tnaqqas l-ispejjeż tal-koordinazzjoni u tat-tranżazzjoni.

    (10)     Sabiex jiġu żgurati l-konsistenza u ċ-ċarezza legali, il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku għall-ippjanar spazjali marittimu u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jiġu definiti f'konformità mal-istrumenti leġiżlattivi eżistenti tal-Unjoni u l-liġi marittima internazzjonali.

    (11)     Il-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-ilmijiet tal-ibħra u taż-żoni kostali jidħol kemm fl-ilmijiet kostali kif ukoll f'dawk territorjali tal-Istati Membri. L-għodod tal-ippjanar spazjali marittimu u tal-ġestjoni integrata tal-kosta huma kumplementari, peress li jiffukaw rispettivament fuq l-immappjar eżistenti u potenzjali tal-attivitajiet tal-bniedem bl-għan li jippreparaw il-pjanijiet spazjali marittimi fl-ilmijiet tal-ibħra u dwar l-identifikazzjoni ta' miżuri għall-ġestjoni integrata ta' dawn l-attivitajiet tal-bniedem fiż-żoni kostali. L-applikazzjoni koerenti konġunta tal-Pjanijiet Spazjali Marittimi u tal-Istrateġiji għall-Ġestjoni Integrata tal-Kosta se ttejjeb l-interfaċċja tal-ippjanar u l-ġestjoni bejn l-art u l-baħar.

    (12)     Filwaqt li huwa xieraq li l-Unjoni tistabbilixxi regoli dwar pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri u l-awtoritajiet kompetenti tagħhom jibqgħu responsabbli għat-tfassil u d-determinazzjoni, fi ħdan l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali tagħhom, tal-kontenut ta' dawn il-pjanijiet u l-istrateġiji, inkluż it-tqassim tal-ispazju marittimu għall-attivitajiet tas-setturi differenti.

    (13)     Sabiex jirrispettaw il-proporzjonalità u s-sussidjarjetà, kif ukoll biex ikun minimizzat il-piż amministrattiv addizzjonali, it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva għandhom kemm jista' jkun jibnu fuq regoli u mekkaniżmi nazzjonali eżistenti. L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jibnu fuq il-prinċipji u l-elementi stabbiliti fir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2002/413/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/631/UE.

    (14)     Fl-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali, l-ekosistemi u r-riżorsi tal-baħar u kostali huma suġġetti għal pressjonijiet sinifikanti. L-attivitajiet tal-bniedem, iżda wkoll l-effetti tat-tibdil fil-klima, il-perikli naturali u d-dinamika mal-linja tal-kosta bħall-erożjoni u l-akkrexximent, jista’ jkollhom impatti ħorox fuq l-iżvilupp u t-tkabbir ekonomiku kostali, kif ukoll l-ekosistemi kostali u tal-baħar u dan iwassal għad-deterjorazzjoni tal-istatus ambjentali, it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi. Għandha tingħata kunsiderazzjoni xierqa għal dawn id-diversi pressjonijiet fl-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. Barra minn hekk, ekosistemi kostali u tal-baħar b'saħħithom u s-servizzi multipli tagħhom, jekk ikunu integrati fid-deċiżjonijiet dwar l-ippjanar, jistgħu jwasslu għal benefiċċji sostanzjali f'termini tal-produzzjoni tal-ikel, ir-rikreazzjoni u t-turiżmu, il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima, il-kontroll tad-dinamika tal-linja tal-kosta u l-prevenzjoni tad-diżastri.

    (15)     L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw l-approċċ ibbażat fuq l-ekosistemi kif imsemmi fl-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 2008/56/KE sabiex jiżguraw li l-pressjoni kollettiva tal-attivitajiet kollha tinżamm fi ħdan livelli kompatibbli mal-ksib ta’ status ambjentali tajjeb u li ma tkunx kompromessa l-kapaċità tal-ekosistemi tal-baħar li jirreaġixxu għall-bidliet ikkawżati mill-bniedem, filwaqt li jippermettu l-użu sostenibbli ta' oġġetti u servizzi tal-baħar mill-ġenerazzjonijiet ta’ issa u tal-ġejjieni.

    (16)     L-ippjanar spazjali marittimu u l-ġestjoni integrata tal-kosta se jikkontribwixxu, fost oħrajn, sabiex jintlaħqu l-għanijiet tad-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli[19], ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 tal-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi tas-sajd skont il-Politika Komuni dwar is-Sajd[20], id-Deċiżjoni Nru 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar il-linji gwida Komunitarji sabiex jiġi żviluppat netwerk trans-Ewropew tat-trasport[21], id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2000 li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma, id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika tal-Ambjent Marin, l-Istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020[22], il-Pjan Direzzjonali għal Ewropa b'Użu Effiċjenti tar-Riżorsi[23], l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima[24] kif ukoll, fejn hu xieraq, dawk dwar il-Politika Reġjonali tal-UE, inkluż il-baċir tal-baħar u l-istrateġiji makroreġjonali.

    (17)     L-attivitajiet marittimi u dawk kostali huma spiss interrelatati mill-qrib. Dan jirrikjedi pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jkunu koordinati jew integrati sabiex jiggarantixxu l-użu sostenibbli tal-ispazju marittimu u l-ġestjoni taż-żoni kostali filwaqt li jitqiesu l-fatturi soċjali, ekonomiċi u ambjentali.

    (18)     Sabiex jinkisbu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom ikopru ċ-ċiklu sħiħ tal-identifikazzjoni tal-problema, il-ġbir ta' informazzjoni, l-ippjanar, it-teħid ta' deċiżjonijiet, l-implimentazzjoni u l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni u jkunu bbażati fuq l-aqwa għarfien xjentifiku disponibbli. Għandu jsir l-aqwa użu tal-mekkaniżmi stabbiliti f'leġiżlazzjoni eżistenti jew futura, inkluża d-Deċiżjoni 2010/477/UE dwar kriterji u standards metodoloġiċi għal status ambjentali tajjeb ta’ ilmijiet tal-ibħra jew l-inizjattiva tal-Kummissjoni dwar l-Għarfien dwar il-Baħar 2020[25].

    (19)     L-iskop ewlieni tal-ippjanar spazjali marittimu huwa li jiġu identifikati u mmaniġġjati l-użi u l-kunflitti spazjali fiż-żoni marittimi. Sabiex jintlaħaq dak l-iskop, jeħtieġ li tal-inqas l-Istati Membri jiżguraw li l-proċess jew il-proċessi tal-ippjanar jirriżultaw f’mappa komprensiva li tidentifika l-użi differenti tal-ispazju marittimu, filwaqt li jitqiesu l-bidliet fit-tul minħabba t-tibdil fil-klima.

    (20)     L-Istati Membri għandhom jikkonsultaw u jikkoordinaw il-pjanijiet u l-istrateġiji tagħhom mal-awtoritajiet tal-Istat Membru jew tal-pajjiż terz rilevanti fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar jew iż-żona kostali kkonċernata skont id-drittijiet u l-obbligi ta' dawn l-Istati Membri u pajjiżi terzi taħt il-liġi Ewropea u dik internazzjonali. Il-kooperazzjoni transkonfinali effikaċi bejn l-Istati Membri u ma' pajjiżi terzi ġirien teħtieġ l-identifikazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti f'kull Stat Membru. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra jew pajjiżi terzi. Minħabba d-differenzi bejn diversi reġjuni jew subreġjuni tal-baħar u ż-żoni kostali, mhuwiex xieraq li f'din id-Direttiva jiġi preskritt fid-dettall kif għandhom ikunu dawn il-mekkaniżmi ta' kooperazzjoni.

    (21)     Fiż-żoni kostali japplikaw varjetà ta' miżuri taħt politiki differenti. Sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta' din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jippreparaw inventarju ta' dawn il-miżuri u janalizzaw il-ħtieġa għal azzjonijiet addizzjonali, bħal azzjonijiet għall-prevenzjoni tal-erożjoni u l-amministrazzjoni tal-akkrexximent, għall-adattament għall-effetti tat-tibdil fil-klima, għall-ġlieda kontra l-iskart kostali u tal-baħar, għall-iżvilupp ta' infrastruttura ekoloġika u sabiex ikun ta' għajnuna fil-prevenzjoni tad-diżastri naturali. Dawn għandhom jiġu applikati b'mod koordinat u integrat. Meta jagħmlu dan, l-Istati Membri għandhom iqisu l-attivitajiet kostali rilevanti kollha u jagħtu attenzjoni partikolari lill-interazzjonijiet transsettorjali u dawk bejn l-art u l-baħar bejn dawn l-attivitajiet.

    (22)     Il-ġestjoni ta’ żoni marittimi u kostali hija kumplessa u tinvolvi livelli differenti ta' awtoritajiet, operaturi ekonomiċi u partijiet interessati oħra. Sabiex ikun garantit l-iżvilupp sostenibbli b'mod effettiv, huwa essenzjali li l-partijiet interessati, l-awtoritajiet u l-pubbliku jiġu kkonsultati fi stadju adattat fit-tħejjija ta’ pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta skont din id-Direttiva, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti tal-UE. Eżempju tajjeb għad-dispożizzjonijiet dwar il-konsultazzjoni pubblika jista' jinstab fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2003/35.

    (23)     Permezz tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu l-piż u l-ispejjeż amministrattivi b'appoġġ għall-azzjoni tagħhom biex jimplimentaw leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni. L-iskedi taż-żmien għall-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom għalhekk ikunu koerenti mal-iskedi taż-żmien stabbiliti f'leġiżlazzjoni oħra rilevanti, speċjalment: id-Direttiva 2009/28/KE, li teħtieġ li Stat Membru jiżgura li s-sehem ta’ enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-konsum finali tal-enerġija fl-2020 ikun tal-inqas 20 % u li tidentifika koordinazzjoni tal-awtorizzazzjoni, iċ-ċertifikazzjoni u l-proċeduri tal-ippjanar, inkluż l-ippjanar spazjali bħala kontribuzzjoni importanti biex jintlaħqu l-miri tal-UE għall-enerġija rinnovabbli; id-Direttiva 2008/56/KE u l-Anness A(6) tad-Deċiżjoni 2010/477/UE, li teħtieġ li l-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa sabiex jiksbu jew iżommu status ambjentali tajjeb fl-ambjent tal-baħar sal-2020 u li tidentifika l-ippjanar spazjali marittimu bħala għodda ta' appoġġ għall-approċċ ibbażat fuq l-ekosistema fil-ġestjoni tal-attivitajiet umani sabiex jinkiseb status ambjentali tajjeb; id-Deċiżjoni 884/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE dwar linji gwida Komunitarji sabiex jiġi żviluppat netwerk trans-Ewropew tat-trasport li teħtieġ li n-netwerk trans-Ewropew tat-trasport jiġi stabbilit sal-2020 permezz tal-integrazzjoni tan-netwerk tal-infrastruttura tat-trasport fuq l-art, fil-baħar u fl-ajru.

    (24)     Il-valutazzjoni ambjentali hija għodda importanti u stabbilita għall-integrazzjoni tal-kunsiderazzjonijiet ambjentali fil-preparazzjoni u l-adozzjoni ta' pjanijiet u programmi. Peress li l-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta x'aktarx li jkollhom effetti sinifikanti fuq l-ambjent, dawn għandhom ikunu suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent.[26]. Meta pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jinkludu siti ta' Natura 2000, valutazzjoni ambjentali bħal din tista' tiġi magħquda mar-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 92/43/KEE, biex tiġi evitata d-duplikazzjoni.

    (25)     Sabiex jiġi żgurat li l-istabbiliment tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta ikun ibbażat fuq dejta affidabbli u biex ikun evitat piż amministrattiv żejjed, huwa essenzjali li l-Istati Membri jiġbru l-aħjar dejta u informazzjoni disponibbli permezz tal-użu ta' strumenti u għodod eżistenti għall-ġbir tad-dejta, bħal dawk żviluppati fil-kuntest tal-inizjattiva tal-Għarfien dwar il-Baħar 2020.

    (26)     L-Istati Membri għandhom jipproduċu rapporti nazzjonali lill-Kummissjoni biex tissorvelja l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva. Sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jużaw ir-rappurtar magħmul taħt il-leġiżlazzjoni rilevanti, inkluż ir-rappurtar skont id-Direttiva 2008/56/KE. Il-Kummissjoni se tuża l-informazzjoni rrappurtata mill-Istati Membri u kull informazzjoni oħra rilevanti disponibbli permezz tal-leġiżlazzjoni tal-UE biex tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar il-progress li jkun sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    (27)     Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi ta' din id-Direttiva, b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tad-dejta u l-passi operattivi għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni u r-rappurtar tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, inklużi formati tekniċi għall-qsim tad-dejta, għandhom jingħataw setgħat ta' implimentazzjoni lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[27].

    (28)     It-traspożizzjoni f'waqtha tad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva hija essenzjali peress li l-UE adottat għadd ta’ inizjattivi ta’ politika li għandhom jiġu implimentati sas-sena 2020 u li din id-Direttiva għandha l-għan li ssostni. Għalhekk għandha tiġi adottata l-iqsar data ta' skadenza possibbli għat-traspożizzjoni ta’ din id-Direttiva.

    ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

    KAPITOLU I

    DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

    Artikolu 1

    Suġġett

    1.           Din id-Direttiva tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta u għandha l-għan li tippromwovi t-tkabbir sostenibbli tal-ekonomiji marittimi u kostali u l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u dawk kostali.

    2.           Fi ħdan il-Politika Marittima Integrata tal-Unjoni, dan il-qafas jipprovdi għall-istabbiliment u l-implimentazzjoni mill-Istati Membri ta' pjanijiet spazjali marittimi u ta' strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta bl-iskop li jintlaħqu l-għanijiet speċifikati fl-Artikolu 5.

    Artikolu 2

    Kamp ta' applikazzjoni

    1.           Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom japplikaw għall-ilmijiet tal-ibħra u għaż-żoni kostali.

    2.           Din id-Direttiva m’għandhiex tapplika għal attivitajiet li l-uniku għan tagħhom hu d-difiża jew is-sigurtà nazzjonali. Kull Stat Membru għandu, madankollu, ifittex li jiżgura li tali attivitajiet jitwettqu b'mod li jkun kompatibbli mal-għanijiet ta' din id-Direttiva.

    3.           Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri għall-ippjanar urban u rurali.

    Artikolu 3

    Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    1.           "Żona kostali" tfisser żona ġeomorfoloġika fuq iż-żewġ naħat ta' żona ta' xatt il-baħar bil-limitu fuq in-naħa tal-baħar ikun il-limitu estern tal-ibħra territorjali tal-Istati Membri u l-limitu fuq in-naħa tal-art ikun il-limitu kif definit mill-Istati Membri fl-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom.

    2.           "Politika Marittima Integrata" tfisser il-politika tal-Unjoni bl-għan li trawwem teħid tad-deċiżjonijiet koordinat u koerenti biex jiġi mmassimizzat l-iżvilupp sostenibbli, it-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali tal-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tar-reġjunijiet kostali, insulari u l-aktar imbiegħda fl-Unjoni, kif ukoll is-setturi marittimi, permezz ta' politiki koerenti relatati mas-settur marittimu u kooperazzjoni internazzjonali rilevanti.

    3.           “Reġjun jew subreġjun tal-baħar” tfisser reġjuni u subreġjuni tal-baħar kif imsemmi fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/56/KE.

    4.           “Ilmijiet tal-ibħra” tfisser l-ilmijiet, qiegħ il-baħar u s-subsoil kif definiti fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2008/56/KE.

    5.           "Pubbliku" tfisser l-involviment ta' persuna naturali jew ġuridika waħda jew aktar, u, skont il-leġiżlazzjoni jew il-prassi nazzjonali, l-assoċjazzjonijiet, l-organizzazzjonijiet jew il-gruppi tagħhom;

    6.           "Attivitajiet tas-settur" tfisser dawk l-attivitajiet li jaqgħu taħt il-politiki tal-Unjoni msemmija fil-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jkollhom impatt fuq l-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali.

    7.           "Stat ambjentali tajjeb" tfisser l-istatus ambjentali msemmi fl-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2008/56/KE.

    KAPITOLU II Pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    Artikolu 4

    Stabbiliment u implimentazzjoni tal-pjanijiet spazjali marittimi u tal-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    1.           Kull Stat Membru għandu jistabbilixxi u jimplimenta pjan jew pjanijiet spazjali marittimu/i u strateġija jew strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta. Dawn jistgħu jkunu ppreparati f’dokumenti separati.

    2.           Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom isegwu l-għanijiet elenkati fl-Artikolu 5 u jissodisfaw ir-rekwiżiti minimi msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8.

    3.           Meta jistabbilixxu pjanijiet spazjali marittimi u strateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod xieraq il-partikolaritajiet tar-reġjuni u s-subreġjuni, l-attivitajiet tas-settur rispettiv, l-ilmijiet tal-baħar u ż-żoni kostali kkonċernati u l-impatti potenzjali tat-tibdil fil-klima.

    4.           Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jistgħu jinkludu jew jibnu fuq mekkaniżmi li ġew jew qed jiġu stabbiliti qabel id-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva, sakemm l-kontenut tagħhom ikun konformi mar-rekwiżiti minimi speċifikati fl-Artikoli 6, 7 u 8.

    Artikolu 5

    Għanijiet tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom japplikaw approċċ ibbażat fuq l-ekosistema biex jiffaċilitaw il-koeżistenza u jevitaw il-kunflitti bejn attivitajiet ta' setturi li jikkompetu bejniethom fl-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali, u għandhom l-għan li jikkontribwixxu biex:

    (a) jiżguraw il-provvista tal-enerġija tal-Unjoni billi jippromwovu l-iżvilupp ta' sorsi tal-enerġja tal-baħar, l-iżvilupp ta' forom ġodda u rinnovabbli tal-enerġija, l-interkonnessjoni ta' netwerks tal-enerġija, u l-effiċjenza enerġetika;

    (b) jippromwovu l-iżvilupp tat-trasport marittimu u jipprovdu rotot ta' tbaħħir effiċjenti u kosteffikaċi mal-Ewropa kollha, inkluż l-aċċessibbiltà għall-port u s-sikurezza tat-trasport;

    (c) irawmu l-iżvilupp sostenibbli u t-tkabbir tas-settur tas-sajd u tal-akkwakultura, inkluż l-impjiegi fis-settur tas-sajd u s-setturi konnessi;

    (d) jiżguraw il-preżervazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-ambjent kif ukoll l-użu prudenti u razzjonali tar-riżorsi naturali, sabiex jintlaħaq status ambjentali tajjeb, jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità u d-degradazzjoni tas-servizzi tal-ekosistemi u jitnaqqsu r-riskji tat-tniġġis tal-baħar;

    (e) jiżguraw żoni kostali u tal-baħar li jifilħu jirreżistu għall-klima.

    Artikolu 6

    Rekwiżiti minimi komuni għall-pjanijiet spazjali marittimi u għall-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    1.           Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jistabbilixxu passi operattivi sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5 filwaqt li jqisu l-attivitajiet kollha rilevanti u l-miżuri applikabbli għalihom.

    2.           B'hekk, il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom, tal-inqas:

    (a) ikunu reċiprokament koordinati, sakemm ma jkunux integrati;

    (b) jiżguraw kooperazzjoni transkonfinali effettiva bejn l-Istati Membri, u bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati tas-setturi ta' politika rilevanti;

    (c) jidentifikaw l-effetti transkonfinali tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta fuq l-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali taħt is-sovranità u/jew il-ġuriżdizzjoni ta' pajjiżi terzi fl-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar u jittrattawhom b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti ta' dawn il-pajjiżi skont l-Artikoli 12 u 13.

    3.           Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandhom jiġu rriveduti tal-inqas kull 6 snin.

    Artikolu 7

    Rekwiżiti minimi speċifiċi għall-pjanijiet spazjali marittimi

    1.           Il-pjanijiet spazjali marittimi għandu jkun fihom tal-anqas immappjar tal-ilmijiet tal-baħar li jidentifikaw id-distribuzzjoni spazjali u temporali attwali u potenzjali tal-attivitajiet marittimi kollha rilevanti sabiex jinkisbu l-għanijiet kif stipulat fl-Artikolu 5.

    2.           Meta jkunu qed jistabbilixxu l-pjanijiet spazjali marittimi l-Istati Membri għandhom iqisu, tal-anqas, l-attivitajiet li ġejjin:

    (a) l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;

    (b) is-siti u l-infrastrutturi tal-estrazzjoni taż-żejt u tal-gass;

    (c) ir-rotot tat-trasport marittimu;

    (d) il-kejbil ta' taħt il-baħar u r-rotot tal-pipeline;

    (e) iż-żoni tas-sajd;

    (f) is-siti ta' trobbija fuq il-baħar;

    (g) is-siti ta' konservazzjoni tan-natura.

    Artikolu 8

    Rekwiżiti minimi speċifiċi għall-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta

    1.           L-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta għandu jkun fihom tal-anqas, inventarju tal-miżuri eżistenti applikati f'żoni kostali u analiżi tal-ħtieġa għal azzjonijiet addizzjonali sabiex jintlaħqu l-għanijiet stipulati fl-Artikolu 5. L-istrateġiji għandhom jipprovdu għal-implimentazzjoni ta' politika integrata u transsettorjali u jikkunsidraw l-interazzjonijiet bejn l-attivitajiet terrestri u marittimi.

    2.           Meta jkunu qed jistabbilixxu l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta, l-Istati Membri għandhom iqisu, tal-inqas, l-attivitajiet li ġejjin

    (a) l-utilizzazzjoni ta' riżorsi naturali speċifiċi inklużi l-impjanti għall-estrazzjoni tal-enerġija u l-produzzjoni ta' enerġija rinnovabbli;

    (b) l-iżvilupp tal-infrastruttura, tal-faċilitajiet tal-enerġija, tat-trasport, tal-portijiet, tax-xogħlijiet marittimi u ta' strutturi oħra inkluża l-infrastruttura ekoloġika;

    (c) l-agrikoltura u l-industrija;

    (d) is-sajd u l-akkwakultura;

    (e) il-konservazzjoni, ir-restawr u l-ġestjoni tal-ekosistemi kostali, is-servizzi tal-ekosistema u n-natura, il-pajsaġġi kostali u l-gżejjer;

    (f) il-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima.

    Artikolu 9

    Parteċipazzjoni pubblika

    1.           L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu mezzi għall-parteċipazzjoni pubblika tal-partijiet kollha interessati fi stadju bikri fl-iżvilupp tal-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    2.           Il-parteċipazzjoni pubblika għandha tiżgura li l-partijiet interessati rilevanti u l-awtoritajiet u l-pubbliku kkonċernati jkunu kkonsultati dwar l-abbozz tal-pjanijiet u l-istrateġiji u jkollhom aċċess għar-riżultati hekk kif dawn ikunu disponibbli.

    3.           Meta jkunu qed jistabbilixxu mezzi għall-konsultazzjoni pubblika, l-Istati Membri għandhom jaġixxu skont id-dispożizzjonijiet rilevanti f'leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 10 Ġbir tad-dejta u skambju tal-informazzjoni

    1.           L-Istati Membri għandhom jorganizzaw il-ġbir tal-aħjar dejta disponibbli u l-iskambju tal-informazzjoni meħtieġa għall-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    2.           Id-dejta msemmija fil-paragrafu 1 għandha tinkludi:

    (a) Dejta ambjentali, soċjali u ekonomika miġbura skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea li jikkonċernaw l-attivitajiet imsemmija fl-Artikoli 7 u 8;

    (b) Dejta fiżika tal-baħar fl-ilmijiet tal-ibħra u dejta ġeomorfoloġika fiż-żoni kostali.

    3.           Meta jkunu qed jorganizzaw il-ġbir u l-iskambju tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jagħmlu użu, sa fejn huwa possibbli, ta' strumenti u għodod żviluppati skont il-Politika Marittima Integrata.

    Artikolu 11

    Valutazzjoni tal-effetti ambjentali

    Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta huma suġġetti għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/42/KE.

    Artikolu 12

    Kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra

    1.           Kull Stat Membru li għandu konfini ma' żona kostali jew żona marittima ta' Stat Membru ieħor għandu jikkoopera biex jiżgura li l-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta jkunu koerenti u kkoordinati maż-żona kostali jew ir-reġjun u/jew is-subreġjun kollha kkonċernati. Kooperazzjoni bħal din għandha b'mod partikolari tqis kwistjonijiet ta' natura transnazzjonali, bħall-infrastruttura transkonfinali.

    2.           Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 se tintlaħaq permezz ta':

    (a) strutturi ta' kooperazzjoni reġjonali istituzzjonali li jkopru ż-żona kostali jew ir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar ikkonċernati, jew

    (b) netwerk dedikat tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li jkopru reġjun tal-baħar u/jew subreġjun ikkonċernat.

    Artikolu 13

    Kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi

    L-Istati Membri li jmissu ma' żona kostali jew żona marittima ta' pajjiż terz għandhom jagħmlu kull sforz biex jikkoordinaw il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta tagħhom ma’ dak il-pajjiż terz fir-reġjun jew is-subreġjun tal-baħar u ż-żona kostali relatata kkonċernati.

    KAPITOLU III

    IMPLIMENTAZZJONI

    Artikolu 14

    Awtoritajiet kompetenti

    1.           Kull Stat Membru għandu jaħtar għal kull żona kostali u reġjun jew subreġjun tal-baħar ikkonċernat, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, inkluż biex jiżgura l-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħra kif definit fl-Artikolu 12 u l-kooperazzjoni ma’ pajjiżi terzi kif definit fl-Artikolu 13.

    2.           Kull Stat Membru għandu jipprovdi lill-Kummissjoni b'lista tal-awtoritajiet kompetenti, flimkien mal-elementi ta’ informazzjoni elenkati fl-Anness I ta' din id-Direttiva.

    3.           Fl-istess waqt, l-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-awtoritajiet kompetenti tagħhom fir-rigward ta’ dawk il-korpi internazzjonali li fihom huma jipparteċipaw u li huma rilevanti għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    4.           Kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni bi kwalunkwe tibdil fl-informazzjoni pprovduta skont il-paragrafu 1 sa sitt xhur minn meta jidħol fis-seħħ tibdil bħal dan.

    Artikolu 15

    Monitoraġġ u Rapportar

    1.           Kull Stat Membru għandu jipprovdi rapport lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva u juża rapporti, informazzjoni u dejta disponibbli skont leġiżlazzjoni oħra tal-UE, u fejn rilevanti jagħmel referenza għalihom.

    2.           Dan ir-rapport għandu tal-anqas ikun fih informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikoli 6 sa 13.

    3.           Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta' progress lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jiddeskrivi fil-qosor il-progress li sar fl-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva.

    Artikolu 16

    Atti ta' implimentazzjoni

    1.           Il-Kummissjoni għandha, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta regoli dwar:

    (a) l-ispeċifikazzjonijiet operattivi għall-ġestjoni tad-dejta msemmija fl-Artikolu 10, sakemm dawn ma jkunux ġew stabbiliti minn leġiżlazzjoni oħra tal-UE, bħad-Direttiva 2007/2/KE jew 2008/56/KE, dwar

    – il-qsim tad-dejta, u l-ħidma f'konnessjoni ma' proċessi eżistenti tal-ġestjoni u l-ġbir tad-dejta; kif ukoll

    (b) l-istadji operattivi għall-istabbiliment u r-rappurtar dwar il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta li jikkonċernaw:

    – il-koerenza tal-obbligi tar-rappurtar taħt din id-Direttiva ma' leġiżlazzjoni oħra rilevanti tal-Unjoni;

    – iċ-ċikli ta' monitoraġġ u reviżjoni;

    – il-modalitajiet ta' kooperazzjoni transkonfinali;

    – il-konsultazzjoni pubblika.

    2.         L-atti ta’ implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu adottati skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 17(2).

    Artikolu 17

    Proċedura ta’ Kumitat

    1.           Il-Kummissjoni għandha tkun assistita minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat fis-sens tar-Regolament 182/2011[28].

    2.           Fejn issir referenza għall-paragrafu 1, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011.

    KAPITOLU IV DISPOŻIZZJONIJIET FINALI

    Artikolu 18

    Traspożizzjoni

    1.           Kull Stat Membru għandu jdaħħal fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tagħha. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih it-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni.

    2.           Meta l-Istati Membri jadottaw il-miżuri msemmija fil-paragrafu 1, dawn għandu jkun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati b’din ir-referenza meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Kull Stat Membru għandu jiddeċiedi kif għandha ssir din ir-referenza.

    3.           L-awtorità jew l-awtoritajiet imsemmija fl-Artikolu 14(1) għandha/għandhom tinħatar/jinħatru fi żmien 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

    4.           Il-pjanijiet spazjali marittimi u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta msemmijin fl-Artikolu 4(1) għandhom jiġu stabbiliti fi ħdan perjodu ta’ 36 xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

    5.           Ir-rapporti msemmija fl-Artikolu 15(1) għandhom jingħataw mhux aktar tard minn 42 xahar wara d-dħul fis-seħħ tad-Direttiva, u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem.

    6.           Ir-rapport ta' progress imsemmi fl-Artikolu 15(3) għandu jiġi ppreżentat mhux aktar tard minn 6 xhur wara d-data msemmija fil-paragrafu 5, u kull 6 snin minn hemm 'il quddiem.

    Artikolu 19

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Artikolu 20

    Destinatarji

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    ANNESS I

    Awtoritajiet kompetenti

    (1) L-isem u l-indirizz tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti – l-isem u l-indirizz uffiċjali tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti identifikati.

    (2) L-istatus legali tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti – deskrizzjoni qasira tal-istatus legali tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti.

    (3) Ir-responsabbiltajiet – deskrizzjoni qasira tar-responsabbiltajiet legali u amministrattivi tal-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti u tar-rwol tiegħu/tagħhom fir-rigward tal-ilmijiet tal-ibħra kkonċernati.

    (4) Is-sħubija – meta l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti taġixxi/jaġixxu bħala korp ta’ koordinament għal awtoritajiet kompetenti oħrajn, tkun meħtieġa lista ta’ dawn tal-aħħar flimkien ma’ sommarju tar-relazzjonijiet istituzzjonali stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni.

    (5) Il-koordinazzjoni reġjonali jew subreġjonali – huwa meħtieġ sommarju tal-mekkaniżmi stabbiliti sabiex tiġi żgurata l-koordinazzjoni bejn l-Istati Membri fejn l-ilmijiet tagħhom huma koperti minn din id-Direttiva u jaqgħu fi ħdan l-istess reġjun jew subreġjun tal-baħar.

    DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

    1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva:

    Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura AMB/ABB[29]

    L-Affarijiet Marittimi u s-Sajd;

    L-Ambjent.

    1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva:

    x Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja[30]

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

    ¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

    1.4.        Għanijiet

    1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/tal-inizjattiva

    Bħala appoġġ għat-tkabbir ekonomiku sostenibbli fl-ilmijiet tal-ibħra u ż-żoni kostali tal-UE.

    1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività(jiet) tal-ABM/ABB ikkonċernata/i

    Għan speċifiku

    Attività MARE 11.09: Għall-promozzjoni tat-tkabbir sostenibbli, permezz ta' inizjattivi ta' politika li jmexxu l-ekonomija blu, bl-iżvilupp ta' arranġamenti effikaċi għall-kooperazzjoni u l-qsim tal-informazzjoni bejn ir-regolaturi u l-partijiet interessati u sabiex tkun żgurata l-amministrazzjoni effettiva tal-ibħra, il-kosti u l-oċeani.

    Indikatur tar-riżultat: il-livell ta' kooperazzjoni transkonfinali dwar l-Ippjanar Spazjali Marittimu (MSP); tnaqqis li jista' jitkejjel fil-ħin u l-ispejjeż tal-ippjanar ta' proġett fil-baċini tal-baħar tal-UE. Mira: l-istabbiliment ta’ qafas trasparenti, prevedibbli u stabbli għall-ippjanar u l-ġestjoni ta' użi tal-baħar madwar l-UE, li jirriżulta f'kisbiet sinifikanti fl-effiċjenza.

    Attività ENV: 587-D2: l-appoġġ u l-iżvilupp ulterjuri tal-politika tal-UE dwar il-ġestjoni integrata taż-żoni kostali (ICZM), sabiex ikun promoss l-użu raġonevoli u tajjeb tar-riżorsi kostali u sabiex iż-żoni kostali jkunu jifilħu aktar għar-riskji u l-impatti tat-tibdil fil-klima.

    Indikatur tar-riżultat: il-livell ta' implimentazzjoni tal-istrateġiji nazzjonali tal-ICZM żviluppati aktar wara r-Rakkomandazzjoni dwar l-ICZM tal-UE (indikatur tal-progress tal-ICZM). Mira: fl-2012, proposta tal-Kummissjoni għal qafas effettiv fuq żmien twil bħala appoġġ għall-implimentazzjoni tal-ICZM fl-UE.

    1.4.3.     Riżultat(i) mistenni(ja) u l-impatt

    Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva għandu jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

    L-għan aħħari tal-proposta huwa li tiżgura tkabbir ekonomiku sostenibbli tal-ekonomiji tal-baħar u dawk kostali filwaqt li jippermettu użi differenti u sostenibblibbli tar-riżorsi marittimi u kostali billi jitqiesu l-pilastri ekonomiċi, soċjali u ambjentali ta' sostenibbiltà f'konformità mal-approċċ ekosistemiku.

    Dan għandu jiżgura (fost affarijiet oħra): - żvilupp sostenibbli, effiċjenti fir-riżorsi u integrat ta’ attivitajiet marittimi u kostali;

    - titjib fil-klima tal-investiment;

    - adattament aħjar għar-riskji ambjentali, bħat-tibdil fil-klima, u l-prevenzjoni u/jew it-tnaqqis tal-effetti tar-riskji naturali.

    1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

    Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva

    - Indikaturi tal-output: id-disponibbiltà ta' qafas għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta; il-livell ta’ kooperazzjoni transkonfinali;

    - Indikaturi tar-riżultati: ix-xejriet tal-iżvilupp spazjali, it-tnaqqis ta’ kunflitti u tilwim fir-rigward tal-iżvilupp tal-infrastruttura, l-użu sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u kostali, ippjanar spazjali marittimu u ġestjoni integrata tal-kosta ikkoordinati, u kooperazzjoni transkonfinali;

    - Indikaturi tal-impatt: bijodiversità miżmuma/rrestawrata jew servizz potenzjali tal-ekosistema f'żoni kostali u fl-ilmijiet tal-baħar, valur miżjud ogħla u l-istaġuni mnaqqsa f’ekonomiji marittimi u kostali, reżiljenza mtejba għat-tibdil fil-klima, tkabbir f’setturi ekonomiċi ewlenin, koeżistenza tal-attivitajiet ekonomiċi.

    1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

    1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jintlaħqu fuq medda qasira jew fuq medda twila ta’ żmien

    - li jkun stabbilit proċess għall-ippjanar integrat għall-attivitajiet marittimi u proċess għall-ġestjoni integrata taż-żoni kostali, billi jingħaqdu flimkien l-awtoritajiet nazzjonali u l-partijiet interessati tal-politika settorjali rilevanti;

    - li tkun żgurata kooperazzjoni transkonfinali effettiva bejn l-Istati Membri fit-teħid ta' miżuri għall-ippjanar spazjali marittimu u għall-ġestjoni integrata tal-kosta;

    - li tkun żgurata koordinazzjoni u integrazzjoni bejn il-proċessi tal-ippjanar spazjali marittimu u l-proċessi għall-ġestjoni integrata tal-kosta.

    1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

    L-użi marittimi u kostali u l-ekosistemi jaqsmu l-fruntieri nazzjonali. L-azzjoni proposta għandha żżid il-valur billi tiżgura l-koerenza ta' miżuri li jindirizzaw dan l-aspett. B’mod partikolari, l-azzjoni tal-UE tevita approċċi diverġenti u livelli differenti ta’ progress.

    1.5.3.     Lezzjonijiet mitgħallma minn esperjenzi simili fil-passat

    Evalwazzjoni tar-rapporti ta’ progress tal-Istati Membri dwar l-ICZM wara li r-Rakkomandazzjoni dwar l-ICZM (2002/413/KE) ikkonkludiet li dan l-approċċ għandu valur miżjud ċar għall-integrazzjoni ta' politiki mas-setturi kollha fiż-żoni kostali bl-għan li jiġi żgurat l-użu sostenibbli tar-riżorsi kostali. L-ippjanar spazjali marittimu huwa għodda rrikonoxxuta sew li tiżgura l-ippjanar koerenti tal-ispazju marittimu.

    1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma’ strumenti rilevanti oħra

    Kemm l-MSP kif ukoll l-ICZM ġew identifikati bħala għodda ta' ġestjoni integrati skont il-PMI (Blue Book 2007). Dawn huma għodod ta' appoġġ għal proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet aktar integrat, li jikkoordinaw setturi ta' politika bil-potenzjal li jikkompetu ma' xulxin. Għalhekk, l-ippjanar spazjali marittimu u l-istrateġiji għall-ġestjoni integrata tal-kosta se jappoġġjaw il-kisba u l-koerenza tal-għanijiet u l-miżuri taħt politiki rilevanti oħra, inkluża l-enerġija, l-ambjent, it-trasport marittimu u s-sajd.

    1.6.        Tul u impatt finanzjarju

    ¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

    – ¨  Proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

    – ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

    x Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien mhux limitat

    – Implimentazzjoni b’perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS

    – segwita minn operazzjoni fuq skala sħiħa.

    1.7.        Metodu/metodi ta’ ġestjoni previst(i)[31]

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

    ¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta bid-delega ta' kompiti ta' implimentazzjoni lil:

    – ¨  aġenziji eżekuttivi

    – ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[32]

    – ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni ta’ servizz pubbliku

    – ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fis-sens tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

    x Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

    ¨ Ġestjoni deċentralizzata ma' pajjiżi terzi

    ¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijet internazzjonali (li għandhom ikunu speċifikati)

    Jekk tindika aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima tal-“Kummenti”.

    Kummenti

    2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

    2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

    Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

    Sal-31 ta' Marzu 2016 u kull sitt snin minn hemm 'il quddiem, l-Istati Membri se jipprovdu rapport nazzjonali lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva. Ir-rapporti se jkunu bbażati fuq il-monitoraġġ nazzjonali tal-implimentazzjoni.

    2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

    2.2.1.     Riskju/riskji identifikat(i)

    Mhux applikabbli — Il-proposta ma tinvolvix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

    2.2.2.     Metodu/metodi ta’ kontroll previst(i)

    Mhux applikabbli — Il-proposta ma tinvolvix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

    2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet idem bħal 2.2

    Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

    Mhux applikabbli — Il-proposta ma tinvolvix l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

    3.           STIMA TAL- IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

    3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

    Il-linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Deskrizzjoni ………………………...……….] || Diff./mhux diff. ([33]) || minn pajjiżi tal-EFTA[34] || mill-pajjiżi kandidati[35] || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    5 || 11.0101 - Nefqa relatata mal-persunal attiv fix-xogħol fil-qasam ta' politika "Affarijiet marittimi u s-sajd" 07 01 01 — Nefqa konnessa mal-persunal f’xogħol attiv fil-qasam ta' politika “L-Ambjent u l-azzjoni klimatika” || mhux diff. || LE || LE || LE || LE

    Linji tal-baġit ġodda mitluba

    Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju pluriennali u l-linji tal-baġit.

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

    Numru [Intestatura ………………………...……….] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fis-sens tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

    || || || || || ||

    3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

    3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa:

    EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru ||

    DĠ: <…….> || || || Sena N[36] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

    Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (2) || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (2a) || || || || || || || ||

    Approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati  mill-pakkett għall-programmi speċifiċi[37] || || || || || || || ||

    Numru tal-linja tal-baġit || || (3) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ <…….> || Impenji || =1+1a +3 || || || || || || || ||

    Pagamenti || =2+2a +3. || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA <….> tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

    Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

    Jekk iżjed minn intestatura waħda hija affettwata mill-proposta/inizjattiva:

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

    Pagamenti || (5) || || || || || || || ||

    Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta' referenza) || Impenji || =4+ 6 || || || || || || || ||

    Pagamenti || =5+ 6 || || || || || || || ||

    Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5. || Nefqa amministrattiva

    EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    || || || Sena 2014 u wara || || || || TUL BLA LIMITU || TOTAL

    DĠ: <ENV/MARE> ||

    Ÿ Riżorsi Umani || 0.508. || || || || || || ||

    Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0.054. 0.022 || || || || || || ||

    TOTAL DĠ ENV/MARE || Approprjazzjonijiet || 0.584 || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0.584 || || || || || || ||

    EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    || || || Sena 2014 u wara || || || || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 0.584 || || || || || || ||

    Pagamenti || 0.584 || || || || || || ||

    3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

    – x Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta' approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

    Indika l-għanijiet u l-outputs ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

    OUTPUTS

    Tip ta’ output[38] || Spiża medja tal-output || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd ta' outputs || Spiża || Għadd totali ta’ outputs || Spiża totali

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[39]... || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 1 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

    - Output || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

    Subtotal għall-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

    SPIŻA TOTALI || || || || || || || || || || || || || || || ||

    3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

    3.2.3.1.  Sommarju

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

    – x Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt.

    EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    || Sena 2014 u wara || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

    INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

    Riżorsi Umani || 0.508 || || || || || || ||

    Nefqa amministrattiva oħra || 0.076 || || || || || || ||

    Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

    Barra l-INTESTATURA 5[40] tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

    Riżorsi Umani || || || || || || || ||

    Nefqa oħra ta' natura amministrattiva || || || || || || || ||

    Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || || || || || || || ||

    TOTAL || 0.584 || || || || || || ||

    3.2.3.2.  Stima tar-rekwiżiti tar-riżorsi umani

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

    L-istima għandha tiġi espressa f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

    || Sena 2014 u wara || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-terminu tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Ÿ Karigi fil-pjan ta’ stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji)

    11 01 01 01 + 07 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 4 || || || || || ||

    XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || || || || ||

    Ÿ Persunal estern (Ekwivalenti tal-Unità Full Time: FTE)[41]

    11 01 02 01 (AK, INT, SNE minn ‘pakkett globali’) || || || || || || ||

    XX 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u SNE fid-delegazzjonijiet) || || || || || || ||

    XX 01 04 yy [42] || - fil-Kwartieri Ġenerali[43] || || || || || || ||

    - fid-delegazzjonijiet || || || || || || ||

    XX 01 05 02 (AK, INT, SNE — Riċerka indiretta) || || || || || || ||

    10 01 05 02 (CA, INT, SNE — Riċerka diretta) || || || || || || ||

    Linji tal-baġit oħrajn (speċifika) || || || || || || ||

    TOTAL || 4 || || || || || ||

    XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat

    Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu ssodisfati b’persunal mid-DĠ li diġà jkun assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew li jkun ġie riallokat fi ħdan id-DĠ, flimkien, jekk ikun meħtieġ, ma’ kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista’ tingħata lid-DĠ ta' ġestjoni skont il-proċedura ta’ allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

    Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

    L-uffiċjali u l-aġenti temporanji || is-sorveljanza tal-implimentazzjoni tad-Direttiva fil-livell nazzjonali

    Persunal estern ||

    3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti

    – x¨         Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju pluriennali preżenti.

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva se tinvolvi programmazzjoni mill-ġdid tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju pluriennali.

    Spjega x’tip ta’ programmazzjoni mill-ġdid hija meħtieġa, billi tispeċifika l-intestaturi tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    – ¨  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta' flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali[44].

    Spjega x’inhu meħtieġ, billi tispeċifika l-intestaturi u l-linji tal-baġit ikkonċernati u l-ammonti korrispondenti.

    3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

    – xIl-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

    – Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

    Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 punti deċimali)

    || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal snin daqskemm ikun meħtieġ sabiex turi t-tul tal-impatt (ara l-punt 1.6) || Total

    Speċifika l-korp ta' kofinanzjament || || || || || || || ||

    TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || || || || || || || ||

    3.3.        Stima tal-impatt fuq id-dħul

    – x Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

    – ¨  Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

    – ¨         fuq ir-riżorsi proprji

    – ¨         fuq id-dħul mixxellanju

    EUR miljun (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

    Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena baġitarja li għaddejja bħalissa || Impatt tal-proposta/inizjattiva[45]

    Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || … daħħal il-kolonni li hemm bżonn biex turi t-tul taż-żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6)

    Artikolu …………. || || || || || || || ||

    Għad-dħul mixxellanju assenjat, speċifika l-linja/i tan-nefqa milquta tal-baġit.

    Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

    [1]               COM (2010) 2020 finali.

    [2]               COM (2012) 494 finali.

    [3]               COM (2008) 791 finali.

    [4]               COM (2010) 771 finali.

    [5]               Id-Direttiva 2008/56/KE, ĠU L 164, 25.6.2008, p. 19-40.

    [6]               Id-Direttiva 2009/28/KE, ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16-62.

    [7]               Id-Direttiva 884/2004/KE, ĠU L 167, 30.04.2004, p. 1-38.

    [8]               Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, ĠU L 206, 22.07.1992, p. 7-50.

    [9]               ĠU L 197, 21.7.2001, pp. 30-37.

    [10]             ĠU 2011/C 369/02

    [11]             ĠU C , , p. .

    [12]             ĠU C , , p. .

    [13]             COM (2007) 575 finali.

    [14]             ĠU L 164, 25.6.2008.

    [15]             COM(2010) 2020 finali.

    [16]             Konklużjonijiet tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2010.

    [17]             COM (2012) 494 finali.

    [18]             COM (2011) 804 finali.

    [19]             ĠU L 140, 5.6.2009, p. 16-62.

    [20]             ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59-80.

    [21]             ĠU L 167, 30.04.2004, p. 1-38.

    [22]             COM (2011) 244 finali.

    [23]             COM (2011) 571 finali.

    [24]             COM(2013) XXX.

    [25]             COM (2010) 461 finali.

    [26]             ĠU L 197, 21.07.2001.

    [27]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    [28]             ĠU L 55, 28/2/2011.

    [29]             ABM: Ġestjoni bbażata fuq l-attività — ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

    [30]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

    [31]             Dettalji tal-metodi ta’ ġestjoni u referenzi għar-Regolament Finanzjarju jistgħu jinstabu fuq is-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html.

    [32]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

    [33]             Diff. = Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati.

    [34]             EFTA: Assoċazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

    [35]             Il-pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

    [36]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

    [37]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

    [38]             L-outputs huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereż.: għadd ta' skambji tal-istudenti ffinanzjati, għadd ta' km ta' toroq li jinbnew, eċċ.).

    [39]             Kif deskritt fis-sezzjoni 1.4.2. ‘Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi…’.

    [40]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-UE u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu l-linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

    [41]             AK = Aġent Kuntrattwali; INT = persunal tal-aġenzija ('Intérimaire'); JED = espert żagħżugħ fid-delegazzjonijiet ('Jeune Expert en Délégation'); AL = Aġent Lokali; SNE = Espert Nazzjonali Ssekondat ('Seconded National Expert').

    [42]             Taħt il-limitu massimu għall-persunal estern mill-approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu l-linji “BA”).

    [43]             Essenzjalment għall-Fondi Strutturali, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u għall-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

    [44]             Ara l-punti 19 u 24 tal-Ftehim Interistituzzjonali.

    [45]             Fir-rigward tar-riżorsi proprji tradizzjonali (id-dazji doganali, it-taxxi fuq iz-zokkor), l-ammonti indikati jridu jkunu ammonti netti, jiġifieri ammonti grossi wara li minnhom jitnaqqsu 25 % għall-ispejjeż tal-ġbir.

    Top