This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013JC0012
Joint Proposal for a COUNCIL REGULATION concerning restrictive measures in respect of Myanmar/Burma and repealing Regulation (EC) No 194/2008
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008
/* JOIN/2013/012 final - 2013/0144 (NLE) */
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Adopted by | 32013R0401 |
Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-miżuri restrittivi fir-rigward tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 /* JOIN/2013/012 final - 2013/0144 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI (1)
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008
jipprevedi li jittieħdu ċerti miżuri dwar il-Mjanmar/Burma,
inklużi restrizzjonijiet fuq ċerti esportazzjonijiet mill-Mjanmar/Burma
u l-iffriżar tal-assi ta’ ċerti individwi u entitajiet. (2)
Il-Kunsill iddeċieda, bħala mezz biex
titħeġġeġ it-tkomplija tal-bidliet pożittivi, li
jneħħi l-miżuri restrittivi kollha ħlief l-embargo fuq
l-armi u l-embargo fuq it-tagħmir li jista’ jintuża
għar-repressjoni interna. (3)
Għalhekk, ir-Rappreżentant Għoli
tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u l-Kummissjoni
jipproponu li jinżammu dawk il-miżuri restrittivi f'din il-proposta
għal Regolament u jitħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 194/2008.
2013/0144 (NLE) Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL dwar il-miżuri restrittivi fir-rigward
tal-Mjanmar/Burma u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 194/2008 IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215
tiegħu, Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2013/184/PESK dwar il-miżuri restrittivi kontra
l-Mjanmar/Burma u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/232/PESK, Wara li kkunsidra l-proposta konġunta
mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u
l-Politika ta' Sigurtà u mill-Kummissjoni, Billi: (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE)
Nru 194/2008 jipprevedi li jittieħdu ċerti miżuri dwar
il-Mjanmar/Burma, inklużi restrizzjonijiet fuq ċerti
esportazzjonijiet mill-Mjanmar/Burma u l-iffriżar tal-assi ta’ ċerti
individwi u entitajiet. (2) Permezz
tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184PESK, il-Kunsill iddeċieda,
bħala mezz biex titħeġġeġ it-tkomplija tal-bidliet
pożittivi, li l-miżuri restrittivi kollha għandhom
jitneħħew ħlief l-embargo fuq l-armi u l-embargo fuq
it-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna. (3) Ir-Regolament tal-Kunsill
(KE) Nru 194/2008 għandu jitħassar. (4) Sabiex jiġi żgurat
li l-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament ikunu effettivi, dan
ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar
tal-pubblikazzjoni tiegħu, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għall-għanjiet ta’ dan
ir-Regolament, id-definizzjonijiet li ġejjin għandhom japplikaw: (a) "importazzjoni"
tfisser kull dħul ta’ oġġetti fit-territorju doganali tal-Komunità
jew territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skont
il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 299 tiegħu. Dan jinkludi,
fit-tifsira tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat- 12 ta’ Ottubru
1992 li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità[1], it-tqegħid f’żona ħielsa, jew maħżen
ħieles, it-tqegħid fi proċedura ta’ sospensjoni u r-rilaxx
għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa, iżda jeskludi t-transitu u
l-ħżin temporanju; (b) "esportazzjoni"
tfisser kull tluq ta’ oġġetti mit-territorju doganali tal-Komunità jew
territorji oħra li għalihom japplika t-Trattat, skont
il-kondizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 299 tiegħu. Dan jinkludi,
fit-tifsira tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, it-tluq ta’ oġġetti li
jeħtieġu dikjarazzjoni doganali u t-tluq ta’ oġġetti wara
l-ħażna tagħhom f’żona ħielsa tat-tip ta’ kontroll I
jew f’maħżen ħieles, iżda jeskludi t-transitu; (c) "esportatur"
tfisser persuna fiżika jew ġuridika li f’isimha ssir dikjarazzjoni
dwar esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-ħin meta
d-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, għandha kuntratt
mad-destinatarju fil-pajjiż terz u għandha s-setgħa li
tiddetermina l-esportazzjoni tal-oġġett ‘l barra mit-territorju
doganali tal-Komunità jew territorji oħra li għalihom japplika
t-Trattat; (d) "assistenza
teknika" tfisser kull appoġġ tekniku relatat ma’ tiswijiet,
żvilupp, manifattura, assemblaġġ, ittestjar, manutenzjoni, jew
kull servizz tekniku ieħor, u tista’ tieħu forom bħal
tagħlim, konsulenza, taħriġ, trażmissjoni ta’ konoxxenza
tax-xogħol jew ħiliet jew servizzi ta’ konsulenza; l-assistenza
teknika għandha tinkludi forom verbali ta’ assistenza; (e) "territorju tal-Unjoni" tfisser
it-territorji li għalihom japplika t-Trattat, taħt il-kundizzjonijiet
stabbiliti fit-Trattat. Artikolu 2 Restrizzjonijiet
fuq l-esportazzjoni 1. Għandu jkun ipprojbit
il-bejgħ, il-forniment, it-trasferiment jew l-esportazzjoni, direttament
jew indirettament, ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal
repressjoni interna kif elenkat fl-Anness II, sew jekk joriġina
fl-Unjoni jew le, lil kull persuna fiżika jew ġuridika, entità jew
korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma. 2. Il-paragrafu 1 ma għandux
japplika għall-ilbies protettiv, inklużi ġkieket tal-flak u
elmi, esportati temporanjament lejn il-Mjanmar/Burma minn persunal
tan-Nazzjonijiet Uniti, persunal tal-Unjoni Ewropea, tal-Unjoni Ewropea jew
tal-Istati Membri tagħha, rappreżentanti tal-medja u ħaddiema
umanitarji u dawk għall-iżvilupp u l-persunal assoċjat
għall-użu personali tagħhom biss. Artikolu 3 1. Għandu jiġi
pprojbit: (a) li tkun ipprovduta assistenza teknika
relatata ma’ attivitajiet militari u mal-forniment, il-manifattura,
il-manutenzjoni u l-użu ta’ armi u materjal relatat ta’ kull tip,
inkluż armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir
paramilitari, u partijiet tal-bdil għal dawn imsemmija, direttament jew
indirettament lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew
korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma; (b) li jingħataw finanzjament jew
assistenza finanzjarja relatata ma’ attivitajiet militari, inkluż b’mod
partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu
għall-esprtazzjoni għal kwalunkwe bejgħ, forniment, trasferiment
jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat, direttament jew indirettament
lil kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu
fil-Mjanmar/Burma. 2. Għandu jiġi
pprojbit: (a) l-għoti ta’ assistenza teknika
relatata mat-tagħmir li jista’ jintuża għar-repressjoni interna
kif elenkat fl-Anness I, direttament jew indirettament lil kull persuna
fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu fil-Mjanmar/Burma; (b) l-għoti ta’ finanzjament jew
assistenza finanzjarja relatata mat-tagħmir elenkat fl-Anness I,
inkluż b’mod partikolari għotjiet, self u assigurazzjoni ta’ kreditu
għall-esportazzjoni, direttament jew indirettament lil kull persuna
fiżika jew ġuridika, entità jew korp fi, jew għall-użu
fil-Mjanmar/Burma. 3. Għandha tiġi
pprojbita l-parteċipazzjoni, konxjament u intenzjonalment, f’attivitajiet
li għandhom l-għan jew l-effett li jevitaw il-projbizzjonijiet
imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. 4. Il-projbizzjonijiet
stabbiliti fil-paragrafi 1(b) u 2(b) ma għandhom iwasslu għal
ebda xorta ta’ responsabbiltà fuq il-parti tal-persuni fiżiċi jew
ġuridiċi jew entitajiet ikkonċernati, jekk ma kienux jafu, u ma
kellhom l-ebda raġuni valida li jissuspettaw, li l-azzjonijiet
tagħhom kienu se jiksru dawn il-projbizzjonijiet. Artikolu 4 1. B’deroga mill-Artikolu 2(1) u
3(2), l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif indikat fil-websajts
elenkati fl-Anness II, jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn
il-kundizzjonijiet kif iqisu xieraq: (a) il-bejgħ, il-forniment,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir li jista’ jintuża
għal repressjoni interna kif elenkat fl-Anness I, maħsub biss
għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal programmi ta’ bini
ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Unjoni Ewropea u l-Komunità, jew
għal operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u n-Nazzjonijiet Uniti ta’
maniġġar ta’ kriżijiet; (b) il-bejgħ, il-forniment,
it-trasferiment jew l-esportazzjoni ta’ tagħmir
għat-tneħħija tal-mini u materjal għal użu
fil-ħidma għat-tneħħija tal-mini; u (c) l-għoti ta’ finanzjamenti jew ta’
assistenza finanzjarja u assistenza teknika relatata ma’ tagħmir,
materjal, programmi u operazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafi (a) u
(b). 2. B’deroga mill-Artikolu 3(1),
l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri, kif elenkati fl-Anness II,
jistgħu jawtorizzaw, taħt dawn il-kundizzjonijiet kif iqisu xieraq,
l-għoti ta' ffinanzjar u assistenza finanzjarja u assistenza teknika
relatata ma': (a) tagħmir militari mhux letali
maħsub biss għall-użu umanitarju jew protettiv, jew għal
programmi ta’ bini ta’ istituzzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti u tal-Unjoni
Ewropea; (b) materjal maħsub
għall-operazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea u tan-Nazzjonijiet Uniti ta’
maniġġar ta’ kriżijiet. Artikolu 5 L-awtorizzazzjonijiet imsemmija f’dan
il-Kapitolu ma għandhomx jingħataw għal attivitajiet li
diġà twettqu. Artikolu 6 Dispożizzjonijiet
ġenerali u finali Il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom
immedjatament jinformaw lil xulxin bil-miżuri meħuda skont dan
ir-Regolament u għandhom jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni
oħra relevanti konnessa ma’ dan ir-Regolament li hija
għad-disposizzjoni tagħhom, partikolarment informazzjoni dwar
problemi ta’ ksur u ta’ infurzar u sentenzi mgħotija mill-qrati nazzjonali. Artikolu 7 Il-Kummissjoni għandu jkollha
s-setgħa li temenda l-Anness II fuq il-bażi tal-informazzjoni
provduta mill-Istati Membri. Artikolu 8 1. L-Istati Membri għandhom
jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet
ta’ dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha biex
jiżguraw li jiġu implimentati. Il-pieni previsti għandhom ikunu
effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom
jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawk ir-regoli mingħajr dewmien wara
d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament u għandhom
jinnotifikawha dwar kwalunkwe emenda sussegwenti. Artikolu 9 1. L-Istati Membri għandhom
jaħtru lill-awtoritajiet kompetenti msemmija f’dan ir-Regolament u
jidentifikawhom fi, jew permezz, tal-websajts elenkati fl-Anness II. 2. L-Istati Membri għandhom
jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti tagħhom
mingħajr dewmien wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament
u għandhom jinfurmawha b’kull tibdil sussegwenti. Artikolu 10 Dan ir-Regolament għandu japplika: (a) fit-territorju tal-Unjoni,
inkluż l-ispazju tal-ajru tagħha; (b) abbord inġenji tal-ajru jew bastimenti
li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni ta’ Stat Membru; (c) għal kwalunkwe persuna
ġewwa jew barra t-territorju tal-Unjoni li hija ċittadin ta’ Stat
Membru; (d) għal kull persuna
ġuridika, entità jew korp li huma inkorporati jew kostitwiti taħt
il-liġi ta’ Stat Membru; (e) għal kwalunkwe persuna
ġuridika, entità jew korp fir-rigward ta’ kwalunkwe kummerċ imwettaq,
kollu kemm hu jew parti minnu, ġewwa l-Unjoni. Artikolu 11 Ir-Regolament (KE) Nru 194/2008 huwa
b'dan imħassar. Artikolu 12 Dan ir-Regolament jidħol
fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Dan ir-Regolament jorbot fl-intier
tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS I Lista ta’ tagħmir li jista’ jintuża għal ripressjoni
interna kif imsemmi fl-Artikoli 4, 5 u 9 1. || Armi tan-nar, ammunizzjon u aċċessorji relatati għalhekk, kif ġej: 1.1. || Armi tan-nar mhux ikkontrollati mill-ML 1 u l-ML 2 tal-Lista Militari Komuni tal-UE[2]; 1.2. || Munizzjon iddiżinjat speċjalment għall-armi tan-nar elenkati f’1.1 u komponenti ddiżinjati speċjalment għalhekk; 1.3. || Siti tal-armamenti (weapon-sights) mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. 2. || Bombi u granati mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. 3. || Vetturi kif ġej: 3.1. || Vetturi mgħammra b’kanun tal-ilma, diżinjat jew modifikat speċjalment bl-iskop tal-kontroll ta’ rewwixta; 3.2. || Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ikunu elettrifikati biex jirripellaw barrieri; 3.3. || Vetturi ddiżinjati jew modifikati speċjalment biex ineħħu barrikadi, inkluż tagħmir ta’ bini bi protezzjoni ballistika; 3.4. || Vetturi ddiżinjati speċjalment għat-trasport u t-trasferiment ta’ priġunieri u/jew persuni arrestati; 3.5. || Vetturi ddiżinjati speċjalment biex jiskjeraw barrieri mobbli; 3.6. || Komponenti għall-vetturi speċifikati fi 3.1 sa 3.5 diżinjati speċjalment bl-iskop ta’ kontroll ta’ rewwixta. Nota 1: Dan il-punt ma jikkontrollax vetturi mfassla apposta għall-finijiet ta’ tifi tan-nar. Nota 2: Għall-finijiet tal-punt 3.5 it-terminu "vetturi" jinkludi l-karrijiet. 4. || Sustanzi esplussivi u tagħmir relatat kif ġej: 4.1. || Tagħmir u apparat mfassal apposta biex jagħti bidu lil splużjonijiet b’mezzi elettriċi jew mhux elettriċi inklużi settijiet tal-isparar, detonaturi, igniters, boosters u fil detonatur u komponenti mfasslin apposta għalihom; dawk mfasslin apposta għal użu kummerċjali speċifiku li jikkonsistu fl-attwazzjoni jew l-operat b’mezzi esplussivi ta’ tagħmir jew apparat ieħor li l-funzjoni tagħhom m’hijiex il-ħolqien ta’ splużjonijiet (per eżempju, neffieħa tal-air-bags tal-karozzi, apparat li jipprevjeni ż-żieda f’daqqa tal-elettriku ta’ attivaturi ta’ bexxiexa għat-tifi tan-nar); 4.2. || Kargi splussivi tat-tip linear cutting mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE; 4.3. || Splussivi oħrajn mhux ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE u sustanzi relatati kif ġej: (a) amatol; (b) nitroċelluloża (li fih aktar minn 12,5 % nitroġenu); (c) nitroglikcol; (d) tetranitrat tal-penteritritol (PETN); (e) klorur tal-pikril; (f) 2,4,6-trinitrotoluwen (TNT). 5. || Tagħmir protettiv mhux ikkontrollat minn ML 13 tal-Lista Militari Komuni tal-UE kif ġej: 5.1. || Korazzi tal-persuna li jipprovdi protezzjoni ballistika u/jew ta’ feriment; 5.2. || Elmi li jipprovdu protezzjoni ballistika u/jew frammentarja, elmi għal kontra l-irvell, tarki għal kontra l-irvell u tarki ballistiċi. Nota: Dan l-artiklu ma jikkontrollax: —tagħmir imfassal apposta għal attivitajiet sportivi; —tagħmir imfassal apposta għall-ħtiġijiet tas-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. 6. || Simulaturi, għajr dawk ikkontrollati minn ML 14 tal-Lista Militari Komuni tal-UE, għat-taħriġ tal-użu ta’ armi tan-nar, u software diżinjat speċjalment għalhekk. 7. || Tagħmir ta’ viżjoni ta’ bil-lejl u tal-ħolqien ta’ immaġni termali u tubi tal-intensifikazzjoni tal-immaġni, minbarra dawk ikkontrollati mil-Lista Militari Komuni tal-UE. 8. || Fildiferru tal-ingiegeż li jaqta’. 9. || Skieken militari, skieken tal-ġlied u bajunetti b’xafra itwal minn 10 ċm. 10. || Tagħmir ta’ produzzjoni diżinjat speċjalment għall-oġġetti speċifikati f’din il-lista. 11. || Teknoloġija speċifika għall-iżvilupp, il-produzzjoni u l-użu tal-oġġetti speċifikati f’din il-lista. ANNESS II Websajts għal informazzjoni dwar
l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-
Artikoli 4, 7 u 8
u l-indirizz għan-notifiki lil Kummissjoni Ewropea IL-BELĠJU http://www.diplomatie.be/eusanctions IL-BULGARIJA http://www.mfa.bg/en/pages/135/index.html IR-REPUBBLIKA
ĊEKA http://www.mfcr.cz/mezinarodnisankce ID-DANIMARKA http://um.dk/da/politik-og-diplomati/retsorden/sanktioner/ IL-ĠERMANJA http://www.bmwi.de/DE/Themen/Aussenwirtschaft/aussenwirtschaftsrecht,did=404888.html L-ESTONJA http://www.vm.ee/est/kat_622/ L-IRLANDA http://www.dfa.ie/home/index.aspx?id=28519 IL-GREĊJA http://www.mfa.gr/en/foreign-policy/global-issues/international-sanctions.html SPANJA http://www.maec.es/es/MenuPpal/Asuntos/Sanciones%20Internacionales/Paginas/Sanciones_%20Internacionales.aspx FRANZA http://www.diplomatie.gouv.fr/autorites-sanctions/ L-ITALJA http://www.esteri.it/MAE/IT/Politica_Europea/Deroghe.htm ĊIPRU http://www.mfa.gov.cy/sanctions IL-LATVJA http://www.mfa.gov.lv/en/security/4539 IL-LITWANJA http://www.urm.lt/sanctions IL-LUSSEMBURGU http://www.mae.lu/sanctions L-UNGERIJA http://www.kulugyminiszterium.hu/kum/hu/bal/Kulpolitikank/nemzetkozi_szankciok/ MALTA http://www.doi.gov.mt/EN/bodies/boards/sanctions_monitoring.asp IL-PAJJIŻI
L-BAXXI www.rijksoverheid.nl/onderwerpen/internationale-vrede-en-veiligheid/sancties L-AWSTRIJA http://www.bmeia.gv.at/view.php3?f_id=12750&LNG=en&version= IL-POLONJA http://www.msz.gov.pl IL-PORTUGALL http://www.min-nestrangeiros.pt IR-RUMANIJA http://www.mae.ro/node/1548 IS-SLOVENJA http://www.mzz.gov.si/si/zunanja_politika_in_mednarodno_pravo/zunanja_politika/mednarodna_varnost/omejevalni_ukrepi/
IS-SLOVAKKJA http://www.mzv.sk/sk/europske_zalezitosti/sankcie_eu-sankcie_eu IL-FINLANDJA http://formin.finland.fi/kvyhteistyo/pakotteet L-ISVEZJA http://www.ud.se/sanktioner IR-RENJU UNIT www.fco.gov.uk/competentauthorities Indirizz għan-notifiki
lill-Kummissjoni Ewropea: European Commission Service for Foreign Policy Instruments (FPI) EEAS 02/309 B-1049 Brussels Belgium E-mail: relex-sanctions@ec.europa.eu [1] ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament
kif emendat l-aħħar mir-Regolament Nru 1791/2006 (ĠU
L 363, 20.12.2006, p. 1). [2] Lista Militari Komuni tal-Unjoni
Ewropea (adottata mill-Kunsill fid-19 ta’ Marzu 2007)
(tagħmir kopert mill-Kodiċi ta’ Kondotta tal-Unjoni Ewropea
għall-Esportazzjoni tal-Armi) (li taġġorna u tissostitwixxi
Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fis-27 ta’ Frar 2006)
(ĠU L 88, 29.3.2007, p. 58).