Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013JC0010

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    /* JOIN/2013/010 final - 2013/0142 (NLE) */

    52013JC0010

    Proposta Konġunta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja /* JOIN/2013/010 final - 2013/0142 (NLE) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    (1) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja[1] jimponi miżuri restrittivi kontra l-persuni, entitajiet u korpi identifikati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, kif previst fir-Riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1844 (2008) .

    (2) Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013) u b’hekk ġew aġġornati l-kriterji ta’ deżinjazzjoni applikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbiliti skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja.

    (3) Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    2013/0142 (NLE)

    Proposta Konġunta għal

    REGOLAMENT TAL-KUNSILL

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 356/2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/231/PESK tas-26 ta’ April 2010 dwar miżuri restrittivi kontra s-Somalja[2],

    Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

    Billi:

    (1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 tas-26 ta' April 2010 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Somalja[3] jimponi miżuri restrittivi kontra l-persuni, entitajiet u korpi identifikati fl-Anness I ta' dak ir-Regolament, kif previst fir-Riżoluzzjoni 1844 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (2)       Fis-6 ta’ Marzu 2013, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2093 (2013) u b’hekk ġew aġġornati l-kriterji ta’ deżinjazzjoni applikati mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà stabbiliti skont ir-Riżoluzzjoni 751 (1992) dwar is-Somalja.

    (3)       Fi... ta’ April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/.../PESK[4], li temenda d-Deċiżjoni 2010/231/PESK u tintroduċi dawn l-aġġornamenti.

    (4)       Din il-miżura taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, għalhekk, sabiex tiġi implimentata hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni, partikolarment bil-ħsieb li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha.

    (5)       Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 356/2010 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (UE) Nru 356/2010 huwa emendat kif ġej:

    Fl-Artikolu 2, il-paragrafu 3 jinbidel bil-paragrafu li ġej:

    "3.     L-Anness I ikun jikkonsisti minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi identifikati mill-Kunsill tas-Sigurtà jew mill-Kumitat tas-Sanzjonijiet bħala:

    (a) li huma involuti jew li jipprovdu appoġġ għal atti li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tas-Somalja, inklużi atti li jheddu l-proċess tal-paċi u r-rikonċiljazzjoni fis-Somalja, jew jheddu l-Gvern Federali tas-Somalja jew il-Missjoni tal-Unjoni Afrikana fis-Somalja (AMISOM) bil-forza;

    (b) li aġixxew bi ksur tal-embargo fuq l-armi jew tar-restrizzjonijiet tal-bejgħ mill-ġdid u t-trasferiment tal-armi jew il-projbizzjoni kontra l-provvista tal-għajnuna relatata kif stipulat fil-paragrafu 34 tal-UNSCR 2093 (2013);

    (c) li jostakolaw l-għotja ta' għajnuna umanitarja lis-Somalja, l-aċċess għaliha jew id-distribuzzjoni tal-għajnuna umanitarja fis-Somalja;

    (d) li huma mexxejja politiċi jew militari li qed jirreklutaw jew jużaw tfal f’konflitti armati fis-Somalja bi ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli;

    (e) li huma responsabbli għal ksur tal-liġi internazzjonali applikabbli fis-Somalja li jinvolvi li jimmiraw għall-persuni ċivili, inklużi tfal u nisa, f’sitwazzjonijiet ta’ kunflitti armati, inklużi l-qtil u l-mankament, il-vjolenza sesswali u dik ibbażata fuq il-ġeneru tal-persuna, l-attakki fuq skejjel u sptarijiet, u l-ħtif u l-ispostament furzat.”

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

                                                                           Għall-Kunsill

                                                                           Il-President

    [1]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 1.

    [2]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 17.

    [3]               ĠU L 105, 27.04.2010, p. 1.

    [4]               ĠU L …

    Top