This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DP0207
European Parliament decision of 21 May 2013 concerning oral amendments and other oral modifications (interpretation of Rule 156(6) of the Rules of Procedure)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-emendi u modifiki oħra orali (interpretazzjoni tal-Artikolu 156(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-emendi u modifiki oħra orali (interpretazzjoni tal-Artikolu 156(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
ĠU C 55, 12.2.2016, p. 135–135
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
12.2.2016 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 55/135 |
P7_TA(2013)0207
Emendi u modifiki oħra orali (interpretazzjoni tal-Artikolu 156(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-emendi u modifiki oħra orali (interpretazzjoni tal-Artikolu 156(6) tar-Regoli ta' Proċedura)
(2016/C 055/26)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-24 ta' April 2013 tal-president tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikolu 211 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
1. |
jiddeċiedi li japplika l-interpretazzjoni li ġejja għall-Artikolu 156(6): “Fuq proposta tal-President, emenda orali jew kwalunkwe modifika orali oħra tiġi trattata bħal emenda mhux mqassma fil-lingwi kollha uffiċjali. Jekk il-President jidhirlu li tali emenda jew modifika hija ammissibbli abbażi tal-Artikolu 157(3), sakemm ma jkunx hemm oppożizzjoni espressa skont l-Artikolu 156(6), għandha tiġi vvotata skont l-ordni stabbilita għall-vot." Fil-kumitat, in-numru ta' voti meħtieġ biex jiġi oppost il-vot ta' tali emenda jew modifika, huwa stabbilit abbażi tal-Artikolu 196 proporzjonalment għal dak li jipprevali fil-plenarja, aġġustat, jekk ikun il-każ, għall-eqreb numru sħiħ.” |
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għal skopijiet ta' tagħrif. |