Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0561

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea

    /* COM/2013/0561 final */

    52013DC0561

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea /* COM/2013/0561 final */


    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL U LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

    Il-programm ta' ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    1.           Introduzzjoni

    It-tir tal-Ewropa huwa li toħloq tkabbir u impjiegi b’mod intelliġenti, sostenibbli u inklussiv permezz tal-istrateġija Ewropa 2020[1] u l-inizjattivi ewlenin tagħha. L-importanza tal-istandardizzazzjoni għall-impjiegi, it-tkabbir u l-irkupru ekonomiku kien imtenni reċentement fl-Aġġornament tal-Kummissjoni dwar il-Politika Industrijali, “Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku” adottat f’Ottubru 2012[2].

    Mir-riċerka sal-produzzjoni, mill-produttur sal-konsumatur, mill-Ewropa sal-bqija tad-dinja, l-istandards Ewropej ineħħu l-ostakoli, jissalvagwardjaw l-utenti, jipproteġu l-ambjent, jiżguraw l-interoperabbiltà, inaqqsu l-ispejjeż u jħeġġu l-kompetizzjoni. L-istudji juru li l-istandardizzazzjoni żżid bejn 0.3 % u 1 % tal-PGD[3] u b’hekk tgħin lill-industrija biex tersaq lejn il-mira li tikkontribwixxi 20 % tal-PDG tal-UE sal-2020[4].

    Sabiex ikun żgurat li s-sistema ta’ standardizzazzjoni tal-Ewropa tista' tilħaq l-isfidi tal-lum tal-innovazzjoni mgħaġġla, is-sostenibbiltà, il-konverġenza tat-teknoloġiji u l-kompetizzjoni globali ħarxa, fl-2011 il-Kummissjoni pproponiet pakkett ta' riforma[5] li jinkludi Regolament ġdid li daħal fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2013[6]. Din ir-riforma kellha l-mira li żżid l-inklussività, ir-reazzjoni, it-trasparenza, il-flessibbiltà u l-kamp ta’ applikazzjoni tas-sistema.

    Waħda mill-innovazzjonijiet tar-riforma hija l-obbligu għall-Kummissjoni li tadotta programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea. Dan il-programm ta’ ħidma jidentifika prijoritajiet strateġiċi għall-istandardizzazzjoni Ewropea filwaqt li jqis l-istrateġiji fit-tul tal-Unjoni għat-tkabbir u jistabbilixxi objettivi għad-dimensjoni internazzjonali tal-istandardizzazzjoni Ewropea b'appoġġ tal-leġiżlazzjoni u l-politiki tal-Unjoni.

    Huwa jindika l-istandards u l-prodotti tal-istandardizzazzjoni Ewropea l-oħra li l-Kummissjoni biħsiebha titlob mill-organizzazzjonijiet Ewropej tal-istandardizzazzjoni (ESOs) — CEN, CENELEC u ETSI — is-sena d-dieħla u l-għanijiet u l-politiki speċifiċi li jappoġġjaw. Dan jikkonċerna primarjament standards li jipprovdu preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni.

    Il-Kummissjoni tappoġġja wkoll l-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni Ewropea li jgħinu fil-kisba tal-objettivi ta’ politika oħra tal-UE u dan il-programm ta’ ħidma jistieden lill-ESOs biex jagħtu bidu għall-attivitajiet fl-oqsma prijoritarji kollha, inklużi dawk mingħajr id-dispożizzjonijiet legali meħtieġa sabiex iservu ta’ bażi għal talba formali ta’ standardizzazzjoni tal-Kummissjoni (mandat).

    L-istandards Ewropej żviluppati mill-ESOs fuq inizjattiva tal-impriżi, il-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni jew partijiet interessati oħra li mhumiex marbuta mal-politiki tal-UE, mhumiex koperti f’dan il-programm ta’ ħidma.

    Dan il-programm annwali ta’ ħidma jantiċipa orjentazzjonijiet u azzjonijiet futuri b’mod kemm jista’ jkun preċiż. Dawn l-orjentazzjonijiet m'għandhom l-ebda impatt baġitarju lil hinn minn dak li huwa diġà previst u l-appoġġ għal elementi ta' ħidma jiddependi fuq id-disponibbiltà ta’ finanzjament, is-sottomissjoni ta’ proposti ta’ kwalità u l-qbil mal-ESOs rilevanti, mal-korpi tal-istandards nazzjonali jew ma' korpi oħra previsti fir-Regolament. F’każijiet ta’ urġenza, eż. wara oġġezzjonijiet formali kontra standards armonizzati, il-Kummissjoni tista’ toħroġ mandati mhux previsti f’dan il-programm ta’ ħidma.

    It-trasparenza miġjuba bil-pubblikazzjoni ta’ dan il-programm ta’ ħidma tal-Unjoni hija mistennija li żżid l-effiċjenza u ttejjeb l-ippjanar tax-xogħol.

    Fl-istess ħin, il-Kummissjoni biħsiebha:

    – Tfittex titjib għall-Ftehimiet ta' Qafas ta’ Sħubija mal-ESOs li jiskadu din is-sena, sabiex tinżamm tal-ogħla kwalità possibbli filwaqt li jkompli jitnaqqas il-ħin medju meħtieġ biex jiġu żviluppati strumenti ta’ standardizzazzjoni;

    – Torganizza sejħiet għal proposti fir-rigward ta’ rappreżentanza Ewropea tal-SMEs, tal-konsumaturi u ta' organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati ambjentali u soċjali f’xogħol ta’ standardizzazzjoni. Filwaqt li dan se jiffaċilita l-parteċipazzjoni tal-SMEs billi jipprovdi finanzjament, il-Kummissjoni se tkompli wkoll tappoġġja proġetti speċifiċi li jiffaċilitaw l-aċċess tal-SMEs u l-parteċipazzjoni fl-istandardizzazzjoni;

    – Tkompli bil-ħidma tagħha tal-istandardizzazzjoni tal-ICT permezz ta’ pjattaforma ta’ bosta partijiet interessati[7], waħda oħra mill-innovazzjonijiet li jinsabu fil-pakkett ta’ standardizzazzjoni tal-2011. Id-djalogu permanenti bejn l-awtoritajiet pubbliċi, il-partijiet interessati u l-organizzazzjonijiet li jiżviluppaw l-istandards, inkluż fora u konsorzja globali, wera, fil-perjodu qasir ta’ żmien minn meta twaqqaf li jista' jirrispondi għan-natura mgħaġġla tal-iżviluppi f’dan il-qasam. Il-pjan dettaljat ta' implimentazzjoni tal-istandardizzazzjoni tal-ICT ġie żviluppat u huwa aġġornat biex b'hekk jippermetti lill-Unjoni tirrispondi għad-dinja diġitali li qed tevolvi b’pass mgħaġġel.

    Qabel tmiem l-2013, il-Kummissjoni se tniedi analiżi indipendenti dwar il-governanza tas-sistema tal-istandardizzazzjoni biex tevalwa jekk l-għanijiet strateġiċi tar-riforma ntlaħqux. L-għan ewlieni tagħha se jkun li teżamina jekk, fil-perspettiva fit-tul, is-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea hix kapaċi tadatta għall-ambjent li jevolvi malajr u tikkontribwixxi għall-għanijiet interni u esterni strateġiċi tal-Ewropa, b'mod partikolari fil-qasam tal-politika industrijali, l-innovazzjoni u l-iżvilupp teknoloġiku. Se teżamina wkoll jekk is-sistema ta' standardizzazzjoni Ewropea hix adegwata min-naħa tal-bżonnijiet tas-suq, tal-inklussività u tar-rappreżentattività.

    Ir-riżultati tal-analiżi indipendenti se jiġu vvalutati mill-Kummissjoni sabiex jiġu identifikati l-għażliet li jistgħu jtejbu aktar is-sistema ta’ standardizzazzjoni Ewropea u l-kapaċità tagħha biex tappoġġja l-għanijiet ta’ politika strateġiċi tal-Ewropa.

    2.           Prijoritajiet Strateġiċi għall-Istandardizzazzjoni Ewropea

    2.1.        Industrija Ewropea Aktar b’Saħħitha għat-Tkabbir u l-Irkupru Ekonomiku

    Fl-aħħar aġġornament tal-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali tal-Kummissjoni ġiet innotata l-ħtieġa li jiġu żviluppati standards għal teknoloġiji ġodda qabel l-ewwel introduzzjoni tagħhom fis-suq. Dan identifika sitt oqsma b'rata ta' tkabbir mgħaġġla għall-azzjoni prijoritarja: it-teknoloġiji tal-manifattura avvanzati, it-teknoloġiji abilitanti essenzjali, il-bijoprodotti, il-politika sostenibbli fil-qasam tal-kostruzzjoni, tal-industrija u tal-materja prima, il-vetturi nodfa, il-grilji intelliġenti.

    2.1.1.     It-teknoloġiji tal-manifattura avvanzati

    It-Task Force għat-Teknoloġiji tal-Manifattura Avvanzati għal Produzzjoni Nadifa mmexxija mill-Kummissjoni se tidentifika fejn standardizzazzjoni ulterjuri tista' tikkontribwixxi għall-kummerċjalizzazzjoni fis-suq. Aktar tard, il-Kummissjoni qed tistenna li tniedi studju ta’ fattibbiltà għal attivitajiet ta’ standardizzazzjoni Ewropej u internazzjonali f’dan il-qasam.

    2.1.2.     Teknoloġiji abilitanti essenzjali (KETs)

    Matul is-sena d-dieħla, il-Kummissjoni se teżamina fejn standardizzazzjoni ulterjuri fil-qasam tal-KETs tista’ tgħin biex jiġi żgurat l-iżvilupp f’waqtu tas-Suq Intern għal prodotti bbażati fuq il-KETs; wieħed mill-aspetti koperti fl-inizjattiva tal-Kummissjoni għall-analiżi tal-leġiżlazzjoni tas-suq intern għall-prodotti industrijali[8].

    Permezz tal-faċilitajiet ta’ riċerka tagħha u ta' programmi ta’ finanzjament, il-Kummissjoni se tappoġġja l-iżvilupp tal-istandards Ewropej għal metodoloġiji ta' karatterizzazzjoni ta’ nanomaterjali manifatturati f’forma meħtieġa għall-ittestjar tat-tossiċità u l-ekotossiċità , it-teħid ta’ kampjuni u l-metodi ta’ kejl tal-esponiment, u l-metodi għas-simulazzjoni tal-esponiment għan-nanomaterjali. Jinħtieġ approċċ koerenti ma’ attivitajiet fl-OECD, u l-ESOs għandhom jikkollaboraw mill-qrib mal-korpi internazzjonali tal-istandardizzazzjoni.

    2.1.3.     Il-bijoprodotti

    L-istabbiliment ta’ Suq Intern għall-bijoprodotti jirrikjedi l-iżvilupp tal-istandards u l-aġġornament tar-regolamenti. Il-Kummissjoni tistenna li l-ESOs ikomplu jaħdmu fuq mandati għall-bijofjuwils u l-bijoprodotti, inklużi l-bijofjuwils b’mod ġenerali, kif ukoll fuq mandati speċifiċi għall-bijopolimeri, il-lubrikanti, is-solventi u l-aġenti tensjoattivi. Ir-riċerka prenormattiva għall-iżvilupp tal-metodi ta’ ttestjar applikabbli għall-kejl tal-kontenut b'bażi bijoloġika u l-funzjonalitajiet u l-kriterji ta’ sostenibbiltà tal-bijoprodotti eż. il-bijopolimeri innovattivi, il-lubrikanti, is-solventi u l-aġenti tensjoattivi, trid ukoll tiġi kkunsidrata. Żjut tal-piroliżi u l-alge jistgħu jkunu wkoll oqsma għal standardizzazzjoni marbuta ma’ prodotti tal-bijofjuwils.

    2.1.4.     Il-politika sostenibbli fil-qasam tal-industrija,il-kostruzzjoni u l-materja prima

    2.1.4.1.  Prodotti għall-kostruzzjoni

    L-istandards Ewropej għandhom jadattaw ruħhom mar-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jqisu l-aspetti ta’ sostenibbiltà tal-prodotti, tal-proċessi u tax-xogħlijiet tal-kostruzzjoni, kif ukoll tal-prodotti innovattivi sabiex jissaħħaħ is-Suq Intern.

    Il-Kummissjoni pprovdiet il-kompetenza teknika għat-tħejjija tal-abbozz standard orizzontali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet ta’ sustanzi perikolużi regolati fil-prodotti għall-kostruzzjoni.

    Sabiex tittejjeb il-kompetittività tas-servizzi tal-kostruzzjoni tal-UE, il-Kummissjoni se tippromwovi l-adozzjoni fil-livell internazzjonali ta' standards tad-disinjar strutturali tal-Eurocodes skont il-Pjan ta’ Azzjoni dwar il-Kompetittività Sostenibbli tas-Settur tal-Kostruzzjoni[9].

    Fl-Istħarriġ TOP-10 tal-Kummissjoni[10] li sar lejn l-aħħar tal-2012, uħud minn dawk li wieġbu qalu li għalihom il-benefiċċju sħiħ ta’ simplifikazzjoni li jirriżulta mill-aħħar reviżjoni tar-Regolament dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni kienet tiddependi fuq l-aġġornament tal-Istandard Ewropew dwar l-eżekuzzjoni tal-istrutturi tal-azzar u tal-aluminju. Il-Kummissjoni se tikkonsulta lill-partijiet interessati u għadha mnejn titlob aġġornament mgħaġġel tal-istandard.

    2.1.4.2.  Azzar

    L-istandards Ewropej jistgħu jippromwovu l-produzzjoni sostenibbli tal-prodotti tal-azzar għall-kostruzzjoni. L-industrija tal-azzar diġà qed tiżviluppa il-Marka tal-Prodotti tal-Azzar għall-Kostruzzjoni — Suststeel. Il-Kummissjoni se teżamina l-potenzjal ta' Suststeel biex jissaħħaħ is-sehem tas-suq ta’ prodotti sostenibbli tal-azzar għall-kostruzzjoni Ewropej u tista’ titlob għal attivitajiet speċifiċi ta’ standardizzazzjoni.

    2.1.4.3.  Prodotti ta' Ekodisinn/relatati mal-Enerġija

    Fid-Direttiva tal-Ekodisinn kienu koperti prodotti differenti[11], inklużi l-muturi, il-pompi, il-fannijiet, il-prodotti tad-dawl u l-oġġetti tad-dar. S’issa l-fokus kien fuq l-użu tal-enerġija madankollu d-Direttiva tindirizza l-aspetti kollha ambjentali, fosthom l-effiċjenza fl-użu tal-materjali u r-riżorsi. F’dan ir-rigward, se jiġu żviluppati standards relatati mal-effiċjenza tar-riżorsi bħall-indiċijiet ta’ riċiklaġġ jew id-durabilità ta’ komponenti jew parametri ambjentali oħra (eż. l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja), sabiex jiffaċilitaw il-karatterizzazzjoni tar-rekwiżiti potenzjali tal-ekodisinn f’oqsma oħra.

    Il-Kummissjoni se tħejji emendi tekniċi għall-mandat eżistenti marbut mal-istandards tal-armonizzazzjoni fil-qasam tal-Ekodisinn[12] b’appoġġ tar-regolamenti dwar il-prodotti Ekodisinn li ġejjin:

    · transformers tad-dawl żgħar, medji u kbar ;

    · kompartimenti għall-ħżin professjonali, blast cabinets, process chillers, unitajiet ta' kondensazzjoni u kmamar kesħin li tista’ timxi ġeww fihom;

    · sistemi ta’ ventilazzjoni:

    · prodotti tad-dawl;

    · radjaturi u ħiters tal-ilma.

    Skont l-iżvilupp ta’ miżuri oħra ta’ implimentazzjoni, għandhom mnejn jitħejjew aġġornamenti tekniċi addizzjonali għal prodotti li jaqgħu taħt il-mandat eżistenti.

    Skont il-Pjan ta’ Ħidma tal-Ekodisinn 2012-14[13], ir-rekwiżiti possibbli tal-ekodisinn u/jew tat-tikkettar tal-enerġija se jiġu kkunsidrati għal gruppi ta’ prodotti ġodda. Il-lista ta' prijorità tinkludi prodotti tat-twieqi l-elettrodomestiċi/l-arloġġi intelliġenti, l-apparat għall-ħżin tal-inbid, il-bojlers tal-fwar, is-servers tal-intrapriżi, il-kejbils tal-elettriku u l-prodotti marbuta mal-ilma. Il-Kummissjoni se taġġorna mandat tal-ekodisinn sabiex, skont il-ħtieġa, jkunu jistgħu jinħarġu emendi tekniċi għal prodotti speċifiċi.

    2.1.4.4.  Ir-riċiklaġġ tal-iskart

    L-istandards Ewropej ġodda għall-kwalitajiet gradati ta’ materjali riċiklati (eż. il-metalli, l-injam u t-tessuti) irawmu wkoll l-iżvilupp tas-suq. Il-Kummissjoni tistenna xogħol ta’ standardizzazzjoni ġdid biex jiġu żviluppati u vvalidati (paragun bejn il-laboratorji) metodi għal:

    · karatterizzazzjoni tal-iskart għal proprjetà perikoluża H 12 — rilaxx ta’ gass tossiku akut tal-kategorija 1, 2 jew 3;

    · elementi determinanti u sustanzi fl-iskart marbuta ma' perikli għas-saħħa u għall-ambjent (proprjetajiet perikolużi H 4, 5, 6, 7, 8, 10, 11, 13, 14);

    · is-sostenibbiltà u l-standards tat-tossiċità għall-bijoskart riċiklat jew prodotti sekondarji agrikoli (għajr il-fertilizzanti).

    2.1.4.5.  materja prima mhux tal-enerġija u mhux agrikola

    Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar il-Materja Prima[14] se tlaqqa’ flimkien il-partijiet interessati biex titħaffef l-adozzjoni tas-suq ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi u soluzzjonijiet oħrajn. Il-Kummissjoni qed tħejji Pjan Strateġiku ta’ Implimentazzjoni li jinkludi s-suġġerimenti mill-partijiet interessati, li jista' jipprevedi xogħol ta’ standardizzazzjoni.

    2.1.5.     Vetturi u bastimenti nodfa

    Il-Komunikazzjoni CARS 2020[15] tipprevedi politika koordinata tal-azzjonijiet li jappoġġjaw l-introduzzjoni fis-suq ta’ vetturi nodfa, fosthom l-użu ta’ vetturi elettriċi u ibridi li tipplaggjahom li jeħtieġu standards jew rekwiżiti f’waqthom sabiex l-infrastruttura tkun tista' tieħu nifs ġdid. Il-pakkett dwar l-Użu tal-Enerġija Nadifa għat-Trasport[16] se jkun jeħtieġ li l-Kummissjoni titlob li jiġu żviluppati standards Ewropej ġodda.

    Il-ftehimiet internazzjonali dwar l-istandards u r-regolamenti, b’mod partikolari fil-qafas tan-NU/KEE se jgħinu biex jiġu ffrankati l-ispejjeż u jitħaffef it-tkabbir tas-suq. Il-Kummissjoni nediet ukoll inizjattiva konġunta mal-Istati Uniti, iċ-Ċina u l-Ġappun, sabiex tesplora aktar approċċi regolatorji komuni għall-kwistjonijiet ambjentali u ta' sikurezza fir-rigward ta' vetturi elettriċi.

    Il-Kummissjoni se tmexxi r-riċerka prenormativa dwar is-sikurezza tal-batteriji u l-ħżin tal-idroġenu għal applikazzjoni fis-settur tal-karozzi. Din se tipprovdi bażi xjentifika u teknoloġika għal kwistjonijiet marbuta mas-sigurtà tal-komponenti elettriċi ta’ sistemi ta’ ħażna tal-enerġija rikarikabbli.

    Għandha wkoll — fil-qafas ta’ kollaborazzjoni internazzjonali, b’mod partikolari mal-Istati Uniti — twettaq riċerka prenormativa fir-rigward ta' kejl u metodoloġiji tal-ittestjar biex tikkaratterizza l-prestazzjoni tat-teknoloġiji tal-idroġenu u ċ-ċelloli tal-fjuwil. Se tipprovdi wkoll kontribut tekniku għall-iżvilupp madwar id-dinja kollha ta' ċikli tat-testijet u proċeduri standardizzati/armonizzati għall-vetturi ħfief u l-vetturi elettriċi kollha.

    2.1.6.     Grilji intelliġenti

    Hi meħtieġa infrastruttura adegwata, inkluż is-soluzzjonijiet għall-ħżin u għall-ibbilanċjar tal-kapaċità, sabiex tintegra l-enerġija rinnovabbli fis-sistema tal-elettriku, tikkontribwixxi għall-effiċjenza tal-enerġija, u takkomoda talbiet ġodda. Huma meħtieġa standards li jiżguraw l-interoperabbiltà tal-grilji intelliġenti transfruntiera, kif ukoll sett minimu komuni ta’ standards.

    F’Diċembru 2012 il-Kumitat ta’ Tmexxija tat-Task Force dwar il-Grilji Intelliġenti, imwaqqaf mill-Kummissjoni fl-2009[17], approva iterazzjoni tal-mandat[18] biex jappoġġja l-użu tal-Grilja Intelliġenti Ewropea għall-2013-14 biex tindirizza żewġ oqsma ewlenin:

    · il-metodi tal-ittestjar tal-interoperabbiltà tas-sistemi u l-metodoloġija tal-ittestjar għall-konformità,

    · l-implimentazzjoni tal-metodoloġiji żviluppati u l-iżvilupp ta' sett ulterjuri ta’ standards.

    Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għal dan ix-xogħol fid-dawl tal-politiki Ewropej u l-programm ta’ ħidma tal-Kunsill Ekonomiku Trans-Atlantiku dwar il-grilji intelliġenti/l-interoperabbiltà tal-vettura-e.

    2.2.        It-tisħiħ tas-suq intern tal-oġġetti u s-servizzi

    Is-suq intern huwa mutur vitali għat-tkabbir u l-impjiegi. L-istandards Ewropej jagħtu spinta lill-kompetittività permezz ta’ tnaqqis fl-ispejjeż tal-produzzjoni, l-assigurazzjoni tal-kwalità u l-prestazzjoni, u l-iżgurar li t-teknoloġiji innovattivi jistgħu jitqiegħdu fis-suq. Standards armonizzati jmorru lil hinn: il-konformità tiggarantixxi wkoll il-livell meħtieġ ta’ sikurezza tal-prodotti.

    2.2.1.     Is-sikurezza tat-tfal

    Il-Kummissjoni se titlob l-iżvilupp ta’ standards Ewropej għal baby slings, carriers rotob u inkwadrati, bawnsers tat-trabi, bandli u oġġetti simili b’appoġġ għad-Direttiva dwar is-Sigurtà Ġenerali tal-Prodotti[19] (DSĠP). Jistgħu jintalbu li jiżdiedu wkoll l-istandards għall-plejgrawnds u għat-tagħmir li jintuża fil-plejgrawnds.

    2.2.2.     Is-sikurezza ta’ prodotti oħrajn għall-konsumatur

    Filwaqt li s-sistema ta’ twissija mgħaġġla għall-prodotti perikolużi li mhumiex tal-ikel — RAPEX — tiżgura li l-prodotti perikolużi issa qed jiġu identifikati u mneħħija mis-suq tal-UE b'mod aktar faċli, is-sikurezza tas-sors baqgħet il-mira ewlenija. Skont id-DSĠP, il-Kummissjoni qed tistenna li toħroġ talbiet għal standards Ewropej li jkopru l-fuklari bla tromba li jaħdmu bl-alkoħol, ix-xemgħat, il-barbikjus u l-għamara ta' barra. L-importanza ta’ dawn il-kwistjonijiet ġiet enfasizzata għal darb’oħra fil-pakkett tal-Kummissjoni ta' Frar 2013 dwar is-sorveljanza tas-suq u s-sikurezza tal-prodotti [20] li fih proposta għal Regolament ġdid dwar is-sikurezza tal-prodotti tal-konsumatur (RSPK).

    2.2.3.     Il-kwalità u s-sikurezza fl-ikel u l-għalf

    Jinħtieġu standards ta’ sikurezza u kwalità fl-ikel ġodda jew imtejba biex jindirizzaw l-effetti tal-globalizzazzjoni fuq il-produzzjoni tal-ikel, il-kummerċ u l-konsum, inkluż għal prodotti tal-ikel organiċi li qed ikunu dejjem aktar preżenti fl-iskambji tal-kummerċ internazzjonali. Dan jeħtieġ riċerka ta’ livell għoli fil-qasam tal-istandards tas-sikurezza fl-ikel u tal-metodoloġiji ġodda u/jew tal-materjal ta’ referenza li jridu jiġu vvalidati u ċċertifikati biex jintużaw fil-kontrolli uffiċjali tal-ikel u l-għalf.

    It-titjib tal-metodi eżistenti, l-iżvilupp ta’ aktar metodi standardizzati ta’ analiżi u l-validazzjoni tal-istandards eżistenti għal matriċi tal-ikel ġodda huma meħtieġa biex ikun iggarantit l-infurzar effettiv u uniformi tal-leġiżlazzjoni tal-UE[21] fl-Istati Membri kollha u sabiex jiġi żgurat livell għoli ta’ sikurezza.

    Il-Kummissjoni se tikkontribwixxi għall-forniment ta’ kompetenza teknika u għas-sottomissjoni ta’ metodi vvalidati għad-detezzjoni u d-determinazzjoni ta’ sustanzi mhux mixtieqa fl-ikel u fl-għalf.

    2.2.4.     Prodotti kożmetiċi

    Fil-qafas tar-Regolament dwar il-Kożmetiċi[22], il-Kummissjoni tista’ titlob attivitajiet ta’ standardizzazzjoni fir-rigward tal-prattiki tajba tal-manifattura u t-teħid ta’ kampjuni u l-analiżi tal-prodotti kożmetiċi.

    2.2.5.     Il-kompożizzjoni tal-fibri ta’ prodotti tat-tessut

    Skont ir-Regolament dwar it-Tessuti [23] il-Kummissjoni tistenna li toħroġ mandat ta’ standardizzazzjoni dwar l-analiżi kwantitattiva tat-taħlitiet ta’ fibri tat-tessut billi l-metodi ta’ kwantifikazzjoni attwali tal-istandards EN ISO jvarjaw minn dawk deskritti fir-Regolament.

    2.2.6.     Fertilizzanti

    L-għan ewlieni tal-proposta futura biex tirrevedi r-Regolament dwar il-Fertilizzanti[24] hu li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu minn fertilizzanti inorganiċi biss għal kategoriji oħra ta’ prodotti li bħalissa huma koperti mir-regoli nazzjonali. Il-Kummissjoni x’aktarx titlob standards ġodda biex tkopri t-terminoloġija, lista tat-tipi speċifiċi għal kull kategorija ta’ prodotti, kjarifika aħjar tar-rekwiżiti ta’ tikkettar, rekwiżiti għal kompożizzjoni kimika u effikaċja agrikola kif ukoll metodi tal-ittestjar.

    L-ESOs se jintalbu jivverifikaw li l-istandards analitiċi orizzontali żviluppati għall-ħama, l-iskart bijodegradabbli u l-ħamrija jkunu applikabbli wkoll għal fertilizzanti organiċi u l-aġenti li jtejbu l-ħamrija organika. Jeħtieġu li jiġu żviluppati u vvalidati metodi speċifiċi għall-bijostimulanti tal-pjanti u addittivi speċifiċi għall-fertilizzanti.

    2.2.7.     Is-sikurezza ta’ makkinarju li hinn mill-kosta (offshore)

    L-istandardizzazzjoni hija meħtieġa sabiex titjieb is-sikurezza tat-tagħmir għall-industrija taż-żejt u tal-gass lil hinn mill-kosta. Wara r-rifjut tal-mandat[25] fil-qasam ta’ tagħmir użat fl-industrija taż-żejt u l-gass lil hinn mill-kosta mill-ESOs, il-Kummissjoni se titlob l-istandardizzazzjoni għal ċerti oġġetti speċifiċi ta’ tagħmir essenzjali għas-sikurezza.

    2.2.8.     Trasport bl-ajru

    Ir-Regolament dwar l-Interoperabilità[26] jindirizza l-modernizzazzjoni tan-netwerk Ewropew ta’ amministrazzjoni tat-traffiku tal-ajru. F’Marzu 2013 inħareġ mandat[27] li jitlob lill-ESOs biex jiżviluppaw, b’kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni Ewropea għall-Apparat tal-Avjazzjoni Ċivili (EUROCAE), u f’koordinazzjoni mill-qrib mal-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA), lista tal-istandards Ewropej identifikati fil-pjan direzzjonali tal-Pjan Regolatorju Ewropew tal-ATM, li diġà qed jiġi żviluppat fil-EUROCAE. Il-lista dettaljata tal-istandards hija pprovduta bħala Anness għall-Mandat, iżda se tkun emendata skont l-aġġornament perjodiku tal-Pjan Regolatorju tal-ATM.

    L-istandards GNSS (relatati mal-EGNOS u GALILEO), għall-avjazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM għal Bidliet Essenzjali Operazzjonali. il-Passi 2 u 3 huma koperti fit-Taqsima 2.2.13.2 u xi standards ta’ sigurtà speċifiċi għall-avjazzjoni huma koperti fit-Taqsima 2.2.14 ta’ dan il-programm ta’ ħidma.

    Dawn l-istandards Ewropej għandhom jiġu promossi wkoll fid-dinja kollha, l-aktar permezz tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili (ICAO), biex tkun żgurata l-interoperabbiltà globali.

    Qed jinħoloq suq globali għal sistemi ta’ inġenji tal-ajru ppilotati mill-bogħod (RPAS) li jippreżenta opportunità sinifikanti ta' tkabbir u potenzjal konsiderevoli ta’ impjiegi. Sabiex jiġi mmaterjalizzat dan il-potenzjal, huma meħtieġa standards għall-integrazzjoni progressiva tal-RPAS fis-sistema tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru Ewropew. Dawn se jitqiesu fil-pjan direzzjonali rivedut dwar l-istandardizzazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM.

    2.2.9.     Transport bil-ferrovija

    Biex jittieħed vantaġġ sħiħ tal-istabbiliment ta' żona mingħajr fruntieri interni, l-interkonnessjoni u l-interoperabilità tan-netwerks ferrovjarji nazzjonali u l-aċċess għalihom għandhom jitjiebu. Huma meħtieġa standards Ewropej ġodda biex jappoġġjaw dan li ġej:

    · Il-miżuri ta' prevenzjoni tat-tixrid tan-nar;

    · Ewropa bla biljetti u biljetti mat-tluq għat-trasport bil-ferrovija;

    Il-Kummissjoni se tagħmel proposta biex tirrevedi l-ispeċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà rigward il-persuni b’mobbiltà mnaqqsa biex tissimplifika l-kontenut tagħha u tiffaċilita l-applikazzjoni tagħha.

    Il-Kummissjoni bħalissa qed timpenja ruħha biex tħejji inizjattiva biex tħaffef il-penetrazzjoni ta’ soluzzjonijiet innovattivi biex tinkiseb sistema ferrovajarja kompletament integrata u interoperabbli. Se tinkludi kif l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni Ewropej, li jkopru ċ-ċiklu kollu ta’ innovazzjoni, jistgħu jiġu kkoordinati aħjar u ffokati biex jingħata appoġġ kemm liż-Żona Ferrovjarja Unika Ewropea (SERA) kif ukoll lill-kompetittività għall-industrija Ewropea tal-ferroviji.

    2.2.10.   Fjuwils alternattivi

    L-istandardizzazzjoni se tkun meħtieġa biex timplimenta l-pakkett dwar l-użu tal-Enerġija Nadifa għat-Trasport, inkluż l-Istrateġija dwar il-Fjuwils Alternattivi Ewropej u l-proposta għal Direttiva dwar l-użu tal-infrastruttura tal-fjuwils alternattivi[28].

    Speċifikazzjonijiet tekniċi għall-interoperabbiltà ta’ punti ta' riforniment mill-ġdid tal-fjuwil jew ta' ċċarġjar mill-ġdid tal-elettriku, l-idroġenu, l-LNG u s-CNG kif spjegat fid-Direttiva proposta għandhom ikunu speċifikati fl-istandards Ewropej li jkunu kompatibbli bis-sħiħ mal-istandards internazzjonali rilevanti.

    Filwaqt li l-ESOs diġà qegħdin jaħdmu fuq mandat għall-injezzjoni tal-bijometan fil-gradilja tal-gass naturali u fuq taħlitiet ta’ FAME fil-fjuwil tad-diżil għall-vetturi heavy duty, għandhom jiġu żviluppati wkoll standards għal taħlitiet tal-etanol ogħla fil-fjuwil tal-gażolina għall-bijofjuwils.

    Il-Kummissjoni se tappoġġja xogħol ta’ standardizzazzjoni li jindirizza injezzjoni tal-bijometan fl-istruttura tal-gass naturali permezz ta’ katusi taħt l-art, użu tal-bijometan bħala fjuwil għall-vetturi u metodi għall-kejl tal-kontenut tal-bijometan fil-gradilja tal-gass naturali. Barra minn hekk, se tappoġġja l-introduzzjoni aktar mgħaġġla fis-suq ta’ kunċetti avvanzati minn standards ta' armonizzazzjoni u żvilupp għat-teknoloġija fotovoltajka.

    2.2.11.   Is-sikurezza tal-infrastruttura[29]

    Il-Kummissjoni se tmexxi netwerk ta’ partijiet interessati mill-ħarsien tal-infrastruttura kritika f’disa’ oqsma tematiċi (sigurtà tal-avjazzjoni, splussivi, reżistenza ta’ strutturi, kimiċi, theddid bijoloġiku fl-ilma, theddid radjoloġiku u nukleari, terremoti, sorveljanza bil-vidjo u bijometrika). Ix-xogħol fuq il-linji gwida għall-ittestjar, il-protokolli tat-test komuni, l-istandards tal-ittestjar u r-rakkomandazzjonijiet għaċ-ċertifikazzjoni u l-ħtiġijiet ta’ politika se jappoġġjaw ukoll il-mandati eżistenti u dawk futuri.

    Il-Kummissjoni tista’ wkoll tikkonsulta lill-partijiet interessati dwar id-Direttiva dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq[30] u dan jista’ jwassal għal mandat għal sistema ta’ ċertifikazzjoni komuni tal-prestazzjonijiet tas-sikurezza għat-toroq. Fit-tieni stadju, jistgħu jiġu stabbiliti rekwiżiti biex jiggarantixxu livell minimu ta’ sikurezza fit-toroq man-Netwerk tat-Toroq Trans-Ewropej kollu, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżiti tar-Regolament dwar il-prodotti għall-kostruzzjoni[31].

    2.2.12.   Komunikazzjoni mingħajr fili

    L-iżvilupp u l-aġġornament ta’ standards armonizzati skont il-mandati eżistenti huma essenzjali. Il-Kummissjoni tista’ tħejji mandati ġodda dwar:

    (1) l-iżvilupp u ż-żamma ta’ standards ta’ komunikazzjonijiet mobbli (UMTS, LTE, LTE avvanzati...) fil-qafas ta’ proġett ta’ Sħubija tat-Tielet Ġenerazzjoni (tat-3GPP),

    (2) l-użu effiċjenti tal-ispettru tar-radju għall-koeżistenza ta’ servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli u t-tħaddim ta’ tagħmir tar-radju u riċevituri tax-xandir, fil-meded ta’ frekwenzi qrib xulxin.

    2.2.13.   L-ispazju għas-servizz taċ-ċittadini[32]

    2.2.13.1.          Standards għal industrija spazjali upstream u downstream

    L-istandardizzazzjoni tal-ispazju tindirizza l-prijoritajiet stabbiliti fil-pjan ta' strateġija tal-ispazju tal-UE u fil-politika industrijali spazjali Ewropea. Il-ħtiġijiet huma definiti f’mandat biex tiġi żviluppata standardizzazzjoni rigward l-industrija spazjali[33] li tkopri l-perjodu 2011-2013 madankollu, jekk jixraq, il-Kummissjoni tista’ testendi dan sal-2014-15.

    Skont dan il-mandat, l-ESOs għandhom jindirizzaw firxa ta’ suġġetti inklużi riċevituri ta' navigazzjoni u pożizzjonar, l-integrazzjoni ta’ navigazzjoni u pożizzjonar mat-telekomunikazzjonijiet, l-iskambju tal-informazzjoni, il-formati tad-dejta, l-integrazzjoni ta’ sistemi mobbli, fissi u globali ta’ navigazzjoni bis-satellita, il-ħarsien tal-pjaneta, il-monitoraġġ tal-Għarfien tas-Sitwazzjoni Spazjali, l-interfaċċi tas-segment tal-art b’użu doppju u l-interfaċċi tal-kapaċita tat-tagħbija.

    2.2.13.2.          Standards għall-programmi GNSS Ewropej

    L-istandardizzazzjoni hija meħtieġa biex tappoġġja l-użu u l-implimentazzjoni tas-sistemi Ewropej ta’ radjunavigazzjoni bis-satellita (EGNOS u Galileo). Għalkemm il-livell eżatt tagħhom ta’ maturità għal sena determinata huwa diffiċli li wieħed jipprevedih, il-ħtiġijiet tal-istandardizzazzjoni li għandhom jiġu koperti jinkludu riċevituri tas-suq tal-massa għall-applikazzjonijiet terrestri, Sistemi ta’ Awmentazzjoni Bbażati fuq is-Satelliti tal-ġenerazzjoni li jmiss, itagħmir tal-utenti tal-avjazzjoni ċivili tal-EUROCAE, sinjali u servizzi Galileo fil-kuntest tal-ICAO, l-introduzzjoni ta’ Galileo għall-pożizzjonar tal-apparat mobbli u pjan direzzjonali għat-tikketta “EGNOS Enabled” .

    2.2.14.   Is-sigurtà

    L-azzjonijiet ta' standardizzazzjoni tnedew kif stipulat fil- “Politika tal-Industrija tas-Sigurtà — Pjan ta’ Azzjoni għal Industrija tas-Sigurtà innovattiva u kompetittiva”[34]. Fuq il-bażi tar-riżultat tal-mandat li għaddej bħalissa, il-Kummissjoni tipprevedi dan li ġej:

    · Standards ta’ detezzjoni minimi u standards għat-teħid tal-kampjuni għal sustanzi kimiċi, bijoloġiċi, radjoattivi, nukleari u splussivi (CBRNE), inkluż fil-qasam tas-sigurtà tal-avjazzjoni,

    · Standards komuni tekniċi u ta’ interoperabilità għal sistemi ta' Kontroll Awtomatizzat tal-Fruntieri (KAF) u għal identifikaturi bijometriċi,

    · Standards għall-komunikazzjoni, il-kmand u l-kontroll kif ukoll l-interoperabbiltà organizzattiva fil-qasam tal-ġestjoni tal-kriżijiet/tal-protezzjoni ċivili, inkluża n-notifika ġenerali tal-popolazzjoni.

    Barra minn hekk, azzjonijiet oħra huma mistennija li jirriżultaw f’aktar standardizzazzjoni, l-iktar dwar:

    · standards “ibridi” applikabbli kemm għas-sigurtà ċivili kif ukoll għat-teknoloġiji tad-difiża, eż. dwar CBRNE u t-teknoloġiji tas-"Sense and Avoid",

    · privatezza permezz ta' standards tad-disinn/inadempjenza għall-implimentazzjoni ta' kwistjonijiet ta’ ġestjoni tal-privatezza matul l-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ teknoloġiji u prodotti tas-sigurtà.

    2.2.15.   Is-Sigurtà u s-Sikurezza Nukleari

    L-UE għandha l-għan li tiżgura li użi paċifiċi tal-enerġija nukleari jseħħu flimkien mal-ogħla standards ta’ sigurtà u sikurezza nukleari u non-proliferazzjoni. L-inizjattiva internazzjonali dwar approċċ imsejjes fuq il-kunċett olistiku dwar is-Sikurezza, is-Sigurtà u s-Salvagwardji (“3S”) għall-enerġija nukleari tnediet flimkien mal-Grupp dwar is-Sikurezza u s-Sigurtà Nukleari (NSSG) fis-samit tal-G8 fl-2008, u qed tikkonverġi fuq l-idea ta’ standards ta' sigurtà u sikurezza vinkolanti internazzjonalment.

    Il-Kummissjoni tikkontribwixxi għall-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni ta' sikurezza u sigurtà nukleari ewlenin li jinkludu:

    · Id-Dejta dwar l-Interoperabilità ta’ Materjali tal-Inġinerija (ELSSI-EMD),

    · Programm ta' Valutazzjoni tad-Detezzjoni tar-Radjazzjoni tat-Traffikar Illeċitu għat-tqabbil tal-prestazzjoni u tal-evalwazzjoni ta’ tagħmir tad-detezzjoni tar-radjazzjoni,

    · L-istandardizzazzjoni tal-formati tad-dejta, tal-materjali ta’ referenza għal salvagwardji nukleari, u tal-forensika,

    · Skambju ta’ Informazzjoni Radjoloġika/Nukleari fl-Ewropa,

    · Is-sistemi ta’ kontroll u ta' strumentazzjoni tal-impjanti tal-enerġija nukleari li huma importanti għas-sikurezza u s-sigurtà.

    Il-Kummissjoni se tagħti wkoll kontribut għall-iżvilupp ta’ formati standard għad-dejta dwar il-materjali tal-inġinerija u se tuża dawn il-formati tad-dejta għall-ħażna u t-trasferiment effiċjenti ta’ informazzjoni dwar il-materjali nukleari.

    2.2.16.   Sustanzi kimiċi

    L-istandards jikkontribwixxu għal approċċ armonizzat tal-infurzar tar-Regolament dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta' Sustanzi Kimiċi (REACH)[35] fl-Istati Membri. Bħalissa jeħtieġ li l-ESOs jindirizzaw l-iżvilupp ta’ metodi analitiċi (addizzjonali):

    · immirati li jistabbilixxu l-preżenza/il-konċentrazzjoni taċ-ċomb (espress bħala metall) f'oġġetti għall-konsumatur f’matriċi differenti,

    · għall-migrazzjoni ta’ komposti taċ-ċomb minn artikoli tal-konsumaturi b’kunsiderazzjoni tal-matriċi differenti,

    · biex tkun stabbilita l-preżenza/konċentrazzjoni ta’ tmien idrokarburi aromatiċi poliċikliċi (BaP, BeP, BaA, CHR, BbFA, BjFA, BkFA, DBAhA) f’oġġetti għall-konsumatur,

    · għad-determinazzjoni tal-konċentrazzjoni komposti tal-kromju VI f’oġġetti tal-ġilda,

    · għall-migrazzjoni minn artikoli tal-konsumaturi tas-sustanzi msemmija hawn fuq (tmien idrokarburi aromatiċi poliċikliċi u komposti tal-kromju VI) skont kundizzjonijiet ta’ użu previsti raġonevolment.

    Il-ġenerazzjoni ta’ dejta standard fuq il-kimiċi se ttejjeb ukoll l-aċċettazzjoni tagħha mill-partijiet interessati kollha u tnaqqas l-ispiża ta’ valutazzjoni tal-kimiki għall-industrija.

    2.2.17.   Standards tas-servizzi orizzontali[36]

    Sabiex tiffaċilita t-tlestija tas-Suq Intern għas-servizzi, il-Kummissjoni ħarġet mandat[37] għall-ipprogrammar u l-iżvilupp ta’ standards tas-servizzi orizzontali fl-2013.

    2.2.18.   Sikurezza ta’ servizzi speċifiċi

    Dan il-partita tax-xogħol hija soġġetta għall-eżitu ta’ konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati li hija provviżorjament skedata għat-tieni nofs tal-2013. Jekk il-kontribut mill-partijiet interessati Jwassal għall-konklużjoni li s-sikurezza tas-servizzi ta' standardizzazzjoni, eż. dwar is-sikurezza f’każ ta’ nirien fil-lukandi, tirċievi appoġġ wiesa’, din l-għażla għandha tibqa’ miftuħa.

    2.2.19.   Servizzi tal-kura tas-saħħa[38]

    Funzjoni importanti tal-istandards għas-servizzi hija li jiġi stabbilit valur referenzjarju għas-servizzi essenzjali. Dan jgħodd għas-settur li qed jikber tas-servizzi tal-kura tas-saħħa b’mod partikolari għall-mard li ma jitteħidx kroniku. Fir-rigward tal-istandardizzazzjoni, jistgħu jkunu previsti oqsma speċifiċi għal mandati tal-ESO għal aspetti orizzontali bħas-sikurezza u r-reġistrazzjoni tal-pazjent, għal skemi ta’ akkreditazzjoni għal mard speċifiku bħas-servizzi għall-kankru tas-sider, u servizzi speċifiċi għall-istadji differenti bħal servizzi ta’ riabilitazzjoni.

    Il-Kummissjoni se tniedi studju ta’ fattibilità biex tidentifika standards nazzjonali u internazzjonali eżistenti u teżamina sa fejn dawn qed jintużaw u qed jilħqu l-ħtiġijiet tas-sistema tas-saħħa. Ir-Regolament se jiddefinixxi kundizzjonijiet taħt liema jistgħu jiġu żviluppati l-istandards għas-servizzi tas-saħħa, inkluż b’rabta ma’ standards kliniċi u l-parteċipazzjoni tal-partijiet interessati rilevanti fl-iżvilupp tal-istandards.

    2.2.20.   Aċċessibbiltà

    Il-Kummissjoni qed tħejji Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà u qed tikkunsidra li titlob xogħol ta’ standardizzazzjoni biex jiġu koperti ċerti oġġetti u servizzi fejn m’hemmx standards ta’ aċċessibbiltà fil-livell tal-UE. Il-Kummissjoni se tqis ukoll il-ħtieġa għal aktar ħidma f’oqsma rilevanti koperti mill-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’diżabbiltà.

    Barra minn hekk, il-Kummissjoni reċentement adottat proposta għal Direttiva dwar l-aċċessibbiltà tas-siti elettroniċi tal-entitajiet tas-settur pubbliku. Il-Kummissjoni qed tikkunsidra jekk hux meħtieġ xogħol ta’ standardizzazzjoni addizzjonali b’appoġġ taż-żewġ atti legali fid-dawl tal-ħidma għaddejja bħalissa skont il-mandati b’appoġġ tar-rekwiżiti tal-aċċessibilità għall-akkwisti pubbliċi Ewropej fid-dominju tal-ICT[39] u fl-ambjent mibni[40], u l-mandat biex tinkludi “Disinn għal Kulħadd” f’inizjattivi ta’ standardizzazzjoni rilevanti[41].

    Barra minn hekk, wara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ‘L-Ewropa, l-ewwel destinazzjoni turistika fid-dinja”[42], l-użu ta’ strumenti ta’ standardizzazzjoni qed jiġi kkunsidrat li jidentifika speċifikazzjonijiet komunement miftehma għal disinn universali tas-servizzi turistiċi u li jindirizza rekwiżiti ta’ taħriġ biex jiġi żgurat li s-servizzi tat-turiżmu huma aktar aċċessibbli.

    2.3.        Innovazzjoni

    Permezz tal-kodifikar tal-informazzjoni dwar l-istat ta' teknoloġija partikolari, l-istandards jippermettu t-tixrid tal-għarfien, l-interoperabbiltà bejn prodotti, servizzi u kontenut diġitali ġodda u jipprovdu pjattaforma għal aktar innovazzjoni.

    F’oqsma ta’ teknoloġija għolja, l-istandards jgħinu fit-tkabbir permezz ta’ terminoloġija, kejl u metodi ta’ karatterizzazzjoni li dwarhom ikun intlaħaq qbil internazzjonali,. Il-protokolli tal-evalwazzjoni għas-saħħa u s-sikurezza jistgħu wkoll ineħħu l-ostakli għall-innovazzjoni f’oqsma bħan-nanoteknoloġija u dawn jistgħu jkunu s-suġġett tal-mandati fil-ġejjieni.

    L-attivitajiet xjentifiċi jagħmlu kontribuzzjoni ewlenija tal-proċess tal-istandardizzazzjoni. Il-metodoloġiji, il-proċessi u l-materjali li jwasslu għall-istandards huma definiti, parzjalement jew b'mod sħiħ, bl-għarfien xjentifiku disponibbli. Pereżempju, il-Kummissjoni tista’ tgħin tidentifika l-iżviluppi teknoloġiċi futuri fejn l-istandardizzazzjoni bikrija tista’ tgħin l-industrija Ewropea.

    Fil-kuntest tal-ekoinnovazzjoni, il-Kummissjoni tista’ wkoll tiffavorixxi sistema fejn il-valur referenzjarju li jmiss effiċjenti f'termini tar-riżorsi jkun magħruf minn qabel, biex b'hekk jippermetti lin-negozji li jiġu minn ta' quddiem biex itejbu l-kompetittività globali tagħhom.

    2.3.1.     Sħubijiet għall-Innovazzjoni

    Sħubijiet Ewropej għall-Innovazzjoni (EIPs) jaġixxu mal-katina tar-riċerka u l-innovazzjoni kollha, billi jiġbru flimkien l-atturi rilevanti kollha fuq il-livelli tal-UE, nazzjonali u reġjonali sabiex jgħinu biex jiġu antiċipati u mgħaġġla r-regolament u l-istandards kollha meħtieġa.

    Is-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar l-Anzjanità Attiva u f’Saħħitha[43] għandha l-għan li tiżgura l-interoperabbiltà u tindirizza l-ostakoli għall-aċċess tas-suq possibbli permezz ta’ standards u speċifikazzjonijiet ta’ referenza għal tagħmir ġdid u servizzi għall-kura integrata u l-għajxien indipendenti. L-istandards għandhom jaqdu wkoll rwol importanti fi ħdan EIPs oħra, eż. dwar is-Sostenibbilità u l-Produttività Agrikola[44], dwar il-Bliet u Komunitajiet Intelliġenti[45], u dwar l-ilma[46].

    2.3.2.     Ix-xjenza fl-Istandards

    Il-grupp ta’ ħidma CEN/CENELEC li jindirizza l-istandardizzazzjoni, l-innovazzjoni u r-riċerka (STAIR) huwa eżempju ta’ kif l-ESOs iżommu komunikazzjoni regolari mal-komunità xjentifika. Madankollu dawn il-konnessjonijiet jeħtieġu li jiġu estiżi. Il-Kummissjoni għalhekk se toħloq forum biex ittejjeb il-komunikazzjoni bejn ix-xjenza u l-istandards, imsejjaħ b’mod konġunt mill-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Organizzazzjonijiet tar-Riċerka u t-Teknoloġija (EARTO), l-ESOs u l-Kummissjoni.

    2.3.3.     Sistema ta' Sistemi

    B’ħarsa ’l quddiem, iż-żieda fl-interpenetrazzjoni teknoloġika meħtieġa biex jiġu indirizzati l-isfidi tas-soċjetà għandha tiġi riflessa f’approċċ sistematiku għal ċerti attivitajiet ta’ standardizzazzjoni. Għall-każijiet imsemmija band’oħra (bliet intelliġenti, grilja intelliġenti, vetturi elettriċi, eċċ.) l-ESOs waqqfu gruppi ta’ koordinament dedikati li jgħaqqdu u jmexxu l-attivitajiet tal-korpi tekniċi involuti.

    Huwa mistenni li jkun hemm aktar gruppi bħal dawn fis-snin li ġejjin, b’mod partikolari biex jappoġġjaw il-mandati orizzontali. Dawn jistgħu jipprevedu t-twaqqif ta’ Gruppi tas-Sistemi speċifiċi eż. l-gruppi ta' evalwazzjoni għall-istabbiliment tal-konfini, gruppi li jaħdmu fuq il-livell tas-sistema jew gruppi tar-riżorsi li jipprovdu għodod u softwer speċjalizzati.

    2.4.        Agenda Diġitali ghall-Ewropa[47]

    L-istandards huma indispensabbli għall-interoperabilità bejn il-prodotti tal-ICT, is-servizzi, l-applikazzjonijiet u l-kontenut diġitali li huwa kruċjali għall-ħolqien ta’ soċjetà diġitali effettiva. Minħabba n-natura globali tas-suq tal-ICT, il-kooperazzjoni bejn l-ESOs u l-fora u l-konsorzji rilevanti hija meħtieġa biex tlaħħaq mad-domanda dejjem tiżdied għal standards fir-rigward tal-appoġġ l-interoperabilità f’dan id-dominju li qed jevolvi b’rata mgħaġġla.

    Il-pjan tal-istandardizzazzjoni tal-ICT[48] jidentifika f’aktar dettall l-oqsma fejn l-istandards jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika marbuta mal-ICT inkluż permezz tal-ittestjar tal-interoperabbiltà u komplementari u l-azzjonijiet ta’ sensibilizzazzjoni biex tiġi żgurata l-adozzjoni effettiva tal-istandards.

    2.4.1.     Saħħa-e

    L-interoperabbiltà, b’mod partikolari bejn il-fruntieri, hija kruċjali għall-użu mifrux tal-ICT fis-settur tas-saħħa kif stipulat fid-Direttiva dwar id-drittijiet tal-pazjenti fil-kura tas-saħħa transkonfinali[49]. Fl-istess ħin kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta jridu jiġu indirizzati jekk il-prodotti u s-servizzi ġodda jridu jiġu sfruttati bis-sħiħ. L-għan huwa biex isir użu aħjar tal-istandards disponibbli u jiġu żviluppati mekkaniżmi ġodda jekk dan ikun meħtieġ.

    L-istudji juru li l-istandards Ewropej u internazzjonali ħafna drabi ma jkunux speċifiċi biżżejjed biex jiżguraw l-interoperabilità tas-soluzzjonijiet tal-ICT fis-Saħħa-e[50]. B’parir mingħand in-netwerk tas-Saħħa-e, speċifikazzjonijiet aktar dettaljati, eż. għall-akkwist pubbliku, se jiġu identifikati biex jikkontribwixxu għall-Interoperabilità tal-Qafas tas-Saħħa-e . Il-Kummissjoni tipproponi li tagħti spinta lill-interoperabbiltà billi tkompli tiżviluppa u tivvalida speċifikazzjonijiet u komponenti u wkoll permezz ta’ mandati ta’ standardizzazzjoni jekk ikun meħtieġ.

    2.4.2.     Identifikazzjoni bil-Frekwenzi tar-Radju (ir-RFID)

    L-aspetti tas-sigurtà tal-informazzjoni, il-protezzjoni tad-dejta, u l-privatezza qed jiġu indirizzati bi tweġiba għall-mandat fil-qasam tal-ICT applikati għall-RFID[51]. L-għan tal-ewwel fażi kienet li tħejji qafas komplet għall-iżvilupp ta’ standards RFID futuri u x-xogħol fit-tieni fażi li għadha għaddejja, se jipproduċi sett ta’ standards Ewropej, speċifikazzjonijiet tekniċi u rapporti minn kmieni fl-2014.

    2.4.3.     Ħiliet-e u Tagħlim-e

    Kif ġie nnutat fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Ħiliet fl-elettronika għas-Seklu 21”[52], oqfsa, tal-kompetenzi pan-Ewropej, għodda, u soluzzjonijiet tat-Tagħlim-e effiċjenti u interoperabbli jrawmu l-iżvilupp ta’ ħiliet relatati mal-ICT u jippromwovu t-tagħlim tul il-ħajja. Huma previsti azzjonijiet ġodda ta’ standardizzazzjoni fl-oqsma li ġejjin:

    · Oqfsa tal-Kompetenzi-e għal utenti tal-ICT, prattikanti tal-ICT u mexxejja-e,

    · Rakkomandazzjonijiet u/jew linji gwida dwar l-iżvilupp ta’ kurrikulum ġdid għal prattikanti tal-ICT u mexxejja-e,

    · Standards tal-kwalità tat-Tagħlim-e Ewropew sabiex tiġi żgurata l-armonizzazzjoni, l-użu u l-implimentazzjoni,

    · Korsijiet ta’ Tagħlim-e, repożitorji tal-kontenut u mekkaniżmi ta’ skambju,

    · Standards tal-interoperabilità għal Kotba-e interattivi u materjali edukattivi diġitali oħrajn.

    2.4.4.     L-Akkwist-e/Katalgi-e

    Il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħmel l-Akkwist-e sempliċi billi tiffaċilita l-emerġenza ta’ qafas Ewropew interoperabbli, u tibni fejn possibbli fuq standards Ewropej. Jista' jkun meħteiġ li xogħol ta’ standardizzazzjoni li diġà qiegħed jitwettaq ikun rinfurzat jew ikkompletat. L-istandards għandhom jgħinu biex jagħmlu l-Akkwist-e aktar effiċjenti billi jittieħed kont tar-riżultati ta’ proġetti tal-UE bħall-proġett tal-Akkwist Pubbliku PanEwropew Onlajn (PEPPOL) u l-ħidma mwettqa mill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN).

    In-nuqqas ta’ definizzjoni komuni tal-Katalgu-e mal-UE u skemi ta’ klassifikazzjoni multipli għal prodotti u servizzi huma fost l-ostakoli li l-intrapriżi — speċjalment l-SMEs — iħabbtu wiċċhom magħhom meta jkunu qed jippruvaw iwettqu tranżazzjonijiet tal-Akkwist-e. Biex ikunu żgurati soluzzjonijiet uniformi u olistiċi, hemm elementi tal-fażijiet ta' qabel l-għoti kif ukoll ta' wara l-għoti li għandhom jiġu indirizzati iżjed mis-CEN, inklużi l-interkonnessjonijiet tagħhom tas-soluzzjonijiet tal-Fatturazzjoni-e u tal-ħlasijiet.

    2.4.5.     Il-Fatturazzjoni elettronika (l-Fatturazzjoni-e)

    Il-Kummissjoni għandha l-għan li tagħmel it-tranżazzjonijiet onlajn sempliċi, billi tiżgura t-tlestija taż-Żona Unika ta’ Pagamenti bl-Euro (SEPA) u billi tiffaċilita l-iżvilupp ta’ qafas Ewropew interoperabbli għall-Fatturazzjoni-e. Il-Forum Ewropew tad-Diversi Partijiet Interessati dwar il-Fatturazzjoni-e qed jagħti parir dwar il-ħtiġijiet speċifiċi ta’ standardizzazzjoni.

    Il-Kummissjoni u s-CEN se jivvalutaw il-kontributi li jiggarantixxu li l-istandards Ewropej adattati huma disponibbli. Jeħtieġ li l-istandards fil-qasam tal-Fatturazzjoni-e jiżguraw rabta mal-istandards rilevanti fl-Akkwist-e u s-SEPA. Barra minn hekk, il-korpi Ewropej u internazzjonali tal-istandardizzazzjoni għandhom jaħdmu għall-iżvilupp mgħaġġel tal-messaġġi tan-Negozju-e komplementari sabiex tittejjeb il-ħila li jiġu nnegozjati prodotti u servizzi b’mod effettiv.

    Il-Kummissjoni tista’ toħroġ mandat li jkopri d-definizzjoni ta’ mudell tal-interoperabbiltà semantiku u ta’ mudell tad-dejta tal-Fatturazzjoni-e Ewropea.

    2.4.6.     Soluzzjoni onlajn għat-tilwim (ODR) għal Kummerċ-e

    Ir-Regolament dwar l-ODR tal-konsumaturi[53] jistabbilixxi pjattaforma ta’ Fond Ewropew tal-ODR. Hemm il-ħtieġa li jiġi esplorat u ddefinit ir-rwol ta’ standardizzazzjoni internazzjonali u Ewropea għall-interoperabbiltà bejn il-pjattaforma tal-ODR u l-iskemi tal-ODR imħaddma fuq livell nazzjonali. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha l-għan li tħeġġeġ l-iżvilupp ta’ qafas tal-ODR interoperabbli gћall-iskambju tad-dejta, li jibni fuq l-istandards u l-prattiki internazzjonali taċ-Ċentru tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iffaċilitar tal-Kummerċ u l-Kummerċ Elettroniku (UN/CEFACT) .

    2.4.7.     L-Internet tal-Oġġetti (IoT)

    L-IoT jirreferi għall-konnessjoni inviżibbli ta’ biljuni ta' oġġetti mal-Internet biex tittieħed jew tintbagħat informazzjoni lil sistema fil-bogħod, ħafna drabi mingħajr intervent uman dirett. Mhuwiex ristrett għal teknoloġija ta' komunikazzjoni speċifika u jkopri bosta soluzzjonijiet tekniċi (RFID, TCP/IP, is-sensers, l-actuators, l-interfaċċis, eċċ.) relatati mal-identifikazzjoni tal-oġġett u mal-ġbir, il-ħażna, l-ipproċċessar u t-trasferiment tad-dejta fi ħdan ambjenti fiżiċi u bejn kuntesti fiżiċi u virtwali.

    L-istandardizzazzjoni tal-mandat tal-IoT se tesplora fl-ewwel fażi (sena sa sentejn) jekk l-istandards jistgħux jiżguraw li r-rekwiżiti tal-protezzjoni tad-dejta u tas-sigurtà (legali) jiġu ssodisfati u fit-tieni fażi se tiżviluppa dawk l-istandards.

    2.4.8.     Identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji fosthom il-firem elettroniċi

    Fil-kuntest tad-Direttiva dwar il-firem elettroniċi[54], il-Kummissjoni ħarġet mandat[55] fil-bidu tal-2010 sabiex ikunu rrazzjonalizzati l-istandards marbuta mal-Firem-e u s-servizzi fiduċjarji relatati f’qafas aġġornat koerenti. lI-qafas razzjonalizzat huwa strutturat f’sitt elementi: il-ħolqien u l-validazzjoni tal-Firma-e; apparati relatati mal-ħolqien tagħhom; suites kriptografiċi; servizzi fiduċjarji li jipprovdu appoġġ bħal ħruġ ta’ ċertifikati; servizzi ta’ valur miżjud bħal posta reġistrata jew il-preservazzjoni tad-dejta; u l-għoti tal-listi tal-istatus tas-servizzi ta' fiduċja. Il-biċċa l-kbira tar-riżultati huma mistennija mill-2014 'il quddiem.

    F’Ġunju 2012, il-Kummissjoni pproponiet Regolament dwar identifikazzjoni elettronika u servizzi fiduċjarji għal tranżazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern[56] biex jissostitwixxi d-Direttiva dwar il-Firem-e u jitwessa’ l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu biex jindirizza l-identifikazzjoni elettronika, il-firem, is-siġilli, it-timestamps, il-kunsinna, id-dokumenti jew iċ-ċertifikati ta’ awtentikazzjoni tal-websajts. Aktar mandati ta’ standardizzazzjoni se jkunu meħtieġa biex tiġi appoġġjata l-implimentazzjoni tagħha.

    2.4.9.     Pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl

    In-nuqqas ta’ standards u interoperabilità bejn atturi u soluzzjonijiet differenti involuti fil-qasam ta' pagamenti bil-kard, bl-internet u bil-mowbajl huwa sors ta’ frammentazzjoni tas-suq u jdewwem l-adozzjoni mifruxa b’mod wiesgħa ta' metodi tal-ħlas innovattivi pan-Ewropej.

    Il-Kummissjoni, f’kooperazzjoni mal-Bank Ċentrali Ewropew, biħsiebha tiffaċilita l-konverġenza tal-attivitajiet tal-istandardizzazzjoni li għaddejjin fil-qasam tal-ħlasijiet bil-kards u tixpruna l-emerġenza ta’ standards pan-Ewropej għall-pagamenti-m u l-pagamenti bl-Internet. Bħala l-ewwel pass, il-Kummissjoni se tistieden lill-ESOs u entitajiet rilevanti oħra bħall-Kunsill tas-SEPA sabiex jelaboraw il-ħtiġijiet tal-utenti u tan-negozju u jivvalutaw id-diskrepanzi fl-istandardizzazzjoni eżistenti.

    2.4.10.   Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (STI);[57]

    L-istandards komuni Ewropej u l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi huma importanti ħafna sabiex jiżguraw l-interoperabilità tas-servizzi u tal-applikazzjonijiet tal-ITS, jaċċelleraw l-introduzzjoni tagħhom u jimmassimizzaw l-impatt tagħhom. Azzjonijiet ġodda ta’ standardizzazzjoni se jinkludu:

    · Sistemi kooperattivi għal trasport intelliġenti,

    · Ippjanar tal-vjaġġi multimodali

    · Arkitettura tal-pjattaforma miftuħa fil-vetturi;

    · Mapep Diġitali,

    · L-Interoperabbiltà tat-Trasport Pubbliku u l-ambjent Urban ITS,

    · Linji gwida u speċifikazzjonijiet tekniċi biex jiġi żgurat li jkun hemm Interazzjoni sikura abbord bejn il-Magna u l-Bniedem,

    · Ġbir Elettroniku ta’ Tariffi,

    · Il-kooperazzjoni internazzjonali mmirata lejn l-armonizzazzjoni globali tal-istandards (Ftehimiet mal-Istati Uniti u l-Ġappun rigward applikazzjonijiet tal-ICT għat-trasport bit-triq).

    2.5.        It-Tibdil fil-Klima u Ewropa Effiċjenti fir-Riżorsi[58]

    2.5.1.     L-adattament għat-tibdil fil-klima

    Il-preparazzjoni ta’ Strateġija tal-UE ta’ Adattament li jmiss identifikat l-istandards bħala potenzjalment importanti biex tiġi ggarantita r-reżiljenza tal-infrastruttura f’ċerti setturi: l-infrastruttura tat-trasport, l-infrastruttura tal-enerġija u l-kostruzzjonijiet/bini. Tista’ tkun relevanti biex ikunu identifikati liema standards għandhom jiġu promossi u/jew emendati sabiex jitqiesu l-impatti kurrenti u futuri tat-tibdil fil-klima fid-deċiżjonijiet tal-investiment fl-infrastruttura.

    Mod wieħed biex tkun appoġġjata l-politika tal-UE dwar il-klima u tingħata għajnuna sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Konvenzjoni tal-Qafas tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima huwa li jiġu żviluppati standards Ewropej għall-valutazzjoni tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra (GHG) f’industriji li jikkunsmaw ħafna enerġija.

    Skont il-mandat attwali għall-iżvilupp ta’ standards tekniċi tal-UE fil-qasam tal-emissjonijiet tal-GHG[59] għall-azzar, is-siment, l-aluminju, il-ġir u l-ligi tal-ħadid, ir-rapporti se jinħarġu fl-2013 mar-riżultati ta’ testijiet ta’ verifika. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li dawn it-testijiet jiggarantixxu l-eżattezza u r-riproduċibbilità tal-metodi proposti tal-kejl standardizzati.

    2.5.2.     Ir-Regolament dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu

    Ir-Regolament dwar sustanzi li jnaqqsu l-ożonu[60] jirrestrinġi l-użu ta’ bosta sustanzi perikolużi, inkluż it-tetraklorur tal-karbonju u t-triklorotrifluworoetani, u xi standards eżistenti għandhom jiġu verifikati għall-konformità mal-projbizzjonijiet tal-użu propost.

    2.5.3.     Il-Kwalità tal-arja

    Id-Direttiva dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa[61] tistipula rekwiżiti li jimmonitorjaw il-prekursuri tal-ożonu. Il-Kummissjoni qed tistenna li tibgħat mandat ġdid lill-ESOs għall-iżvilupp ta’ standards ta’ kejl armonizzati.

    2.5.4.     L-iskart

    L-ESOs huma mistennija, fl-ambitu tad-Direttiva dwar skart ta' tagħmir elettriku u elettroniku[62] (WEEE), li jiżviluppaw standard Ewropew wieħed jew aktarli jirriflettu l-għola livell għat-trattament ta’ tagħmir tal-iskart (inkluż l-irkupru, ir-riċiklaġġ u l-preparazzjoni għall-użu mill-ġdid).

    B’appoġġ għad-Direttiva dwar l-iskart[63], il-Kummissjoni se tħejji mandati ġodda għall-iżvilupp ta’ metodi għad-determinazzjoni tal-produzzjoni ta’ gass tossiku u ta’ elementi u sustanzi fl-iskart rilevanti għall-perikli u l-perikli ambjentali.

    2.5.5.     Ikel sostenibbli

    Bħala parti mill-Pjan Direzzjonali għal Ewropaeffiċjenti fir-riżorsi, il-Kummissjoni se tadotta Komunikazzjoni dwar l-ikel sostenibbli fl-2013 li tista' twassal għal talbiet għal attivitajiet ta’ standardizzazzjoni.

    3.           Id-Dimensjoni Internazzjonali tal-Istandardizzazzjoni Ewropea

    L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-firxa globali u l-kompetittività tal-industrija Ewropea billi jjitnaqqsu l-ostakli tekniċi għall-kummerċ. L-użu ta’ standards komuni jew teknikament allinjati jappoġġja l-iskambju ta’ oġġetti u servizzi billi jżid l-interoperabbiltà fil-livell globali. L-għan se jintlaħaq permezz ta’:

    · Il-mira għall-aktar koerenza wiesgħa possibbli bejn l-istandards internazzjonali u Ewropej (b'rispett għas-supremazija tal-istandardizzazzjoni internazzjonali bi tmexxija Ewropea b’saħħitha f'ħafna setturi) u l-estensjoni/l-iffaċilitar tal-użu ta', jew l-allinjament tekniku ma', standards Ewropej u/jew internazzjonali barra l-UE,

    · It-tqajjim ta' kuxjenza u l-promozzjoni tal-vantaġġi tal-istandardizzazzjoni Ewropea bħala sistema reġjonali koerenti inkorporata fl-istandardizzazzjoni internazzjonali u r-regolamentazzjoni multilaterali, u li tappoġġjahom bis-sħiħ,

    · Il-kontribut għad-djalogi ta’ politika/regolatorji bilaterali bejn l-UE u pajjiżi terzi, kif ukoll għall-kapitoli rilevanti ta' negozjati dwar il-ftehimiet ta’ kummerċ ħieles. Il-prijoritajiet attwali jiffokaw fuq l-Istati Uniti (ma' min wieħed irid jaħdem fuq il-ftehim dwar “Il-Bini tal-Pontijiet” bejn is-sistemi tal-istandards tal-Istati Uniti u l-UE[64] u fin-negozjati għall-isħubija transatlantika li jmiss dwar il-kummerċ), iċ-Ċina (djalogu regolatorju u dwar il-politika industrijali, sħubijiet strateġiċi), ir-Russja (sħubija għall-modernizzazzjoni ), l-Indja, il-Ġappun, il-Korea, l-ASEAN u l-Amerika Latina,

    · L-estensjoni tas-suq uniku b’mod partikolari permezz tal-proċess tat-tkabbir tal-Unjoni Ewropea, il-politika Ewropea tal-Viċinat, u n-negozjar ta’ Ftehim dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni ta’ prodotti industrijali ma’ pajjiżi terzi li jadottaw il-leġiżlazzjoni Ewropea dwar is-sikurezza tal-prodotti appoġġjata minn standards Ewropej.

    · Azzjonijiet strateġiċi f’pajjiżi prijoritarji li jikkonsistu f’dan li ġej:

    · Esperti tal-istandardizzazzjoni ssekondati Ewropej, attwalment fiċ-Ċina u l-Indja (u forsi fil-futur fil-Brażil), li jiżguraw preżenza lokali tal-istandardizzazzjoni Ewropea u fluss ta’ informazzjoni dwar l-aċċess għas-swieq ewlenin;

    · Pjattaformi ta’ informazzjoni onlajn dwar l-istandardizzazzjoni, (maċ-Ċina[65], fejn l-enfasi hija fuq li tiġi estiża l-kopertura lil hinn mis-setturi tal-lum u possibilment fil-futur mal-Istati Uniti), li jippjanaw ix-xenarji tal-istandardizzazzjoni rispettivi inkluż l-aspetti tal-aċċess għas-swieq direttament marbutin mal-istandardizzazzjoni.

    · Appoġġ għat-tisħiħ tal-kapaċitajiet Afrikani fil-qasam tal-istandards, skont il-pjan tal-Azzjoni Konġunta bejn l-UE u l-Afrika, notevolment permezz ta’djalogu politiku u tekniku mal-organizzazzjonijiet rilevanti Afrikani reġjonali u ta' standardizzazzjoni.

    4.           Konklużjoni

    Dan l-ewwel programm ta’ ħidma annwali tal-Unjoni għall-istandardizzazzjoni Ewropea adottat skont ir-Regolament dwar l-Istandardizzazzjoni huwa element ewlieni fl-isforzi tal-Kummissjoni biex jitħaffu l-proċessi ta’ standardizzazzjoni. Dan jippermetti antiċipazzjoni u ppjanar aktar effiċjenti tal-attivitajiet ta’ standardizzazzjoni u dawn l-isforzi se jissaħħu aktar bi skadenzi iqsar għall-aċċettazzjoni tal-mandati proposti. L-iskeda tat-tali programm tippermetti s-sinkronizzazzjoni ma’ xogħol preparatorju tal-ESOs u l-Kummissjoni ssejjaħ l-ESOs biex jieħdu dan il-programm ta’ ħidma in konsiderazzjoni meta jelaboraw il-programmi ta’ ħidma annwali tagħhom stess aktar tard matul is-sena.

    Il-programm ġie stabbilit f’konsultazzjoni mal-partijiet kollha interessati u jipprovdi pjattaforma biex tiġbor medda wiesgħa ta’ kontribuzzjonijiet dwar prijoritajiet futuri għal attivitajiet ta’ standardizzazzjoni. Tagħrif dwar l-attivitajiet ta' standardizzazzjoni mibdija fuq il-bażi ta’ dan il-programm ta’ ħidma se jiġi inkluż fil-programm ta’ ħidma tal-Unjoni li jmiss għall-istandardizzazzjoni Ewropea biex tiġi żgurata reazzjoni għall-partijiet interessati kollha.

    [1]               COM(2010) 2020 finali

    [2]               COM(2012) 582 finali

    [3]               Swann G.M.P., “The Economics of Standardisation: An Update”, Report for the UK Department of Business, Innovation and Skills, 2010

    [4]               Il-mira stabbilita fil-Komunikazzjoni dwar il-Politika Industrijali ta’ Ottubru 2012

    [5]               COM(2011) 311 finali

    [6]               Ir-Regolament (EU) Nru 1025/2012

    [7]               Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28.11.2011, ĠU C 349, 30.11.2011. Issodisfati għall-ewwel darba fis-26/03/2012

    [8]               http://ec.europa.eu/governance/impact/planned_ia/docs/2013_entr_003_industrial_products_en.pdf

    [9]               COM(2012) 433 finali

    [10]             COM(2013) 122 finali u SWD(2013) 60 finali

    [11]             Id-Direttiva 2009/125/KE

    [12]             M/495

    [13]             SWD(2012) 434 finali.

    [14]             COM(2012) 082 finali

    [15]             COM(2012) 636 finali

    [16]             COM(2013) 17 finali

    [17]             http://ec.europa.eu/energy/gas_electricity/smartgrids/taskforce_en.htm

    [18]             M/490

    [19]             Id-Direttiva 2001/95/KE

    [20]             COM(2013) 78 finali

    [21]             Ir-Regolament (KE) Nru 882/2004

    [22]             Ir-Regolament (KE) Nru 1223/2009

    [23]             Ir-Regolament (EU) Nru 1007/2011

    [24]             Ir-Regolament (KE) Nru 2003/2003

    [25]             M/501

    [26]             Ir-Regolament (KE) Nru 552/2004

    [27]             M/524

    [28]             COM (2013)18

    [29]             COM (2010)560

    [30]             Id-Direttiva 2008/96/KE

    [31]             Ir-Regolament (EU) Nru 305/2011

    [32]             Ir-Regolament (KE) Nru 683/2008

    [33]             M/496

    [34]             COM(2012) 417

    [35]             Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006

    [36]             Id-Direttiva 2006/123/KE

    [37]             M/517

    [38]             Id-Direttiva 2011/24/UE, ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2009/C 151/01

    [39]             M/376

    [40]             M/420

    [41]             M/473

    [42]             COM(2010) 352 finali

    [43]             COM(2012) 083 finali

    [44]             COM(2012) 79 finali

    [45]             COM(2012) 4701 finali

    [46]             COM(2012) 216 finali

    [47]             COM(2010) 245

    [48]             http://ec.europa.eu/enterprise/sectors/ict/files/ict-policies/2010-2013_ict_standardisation_work_programme_2nd_update_en.pdf

    [49]             Id-Direttiva 2011/24/UE

    [50]             http://www.ehealth-strategies.eu/

    [51]             M/436

    [52]             COM (2007)496

    [53]             Għandha tiddaħħal ir-referenza wara l-adozzjoni fir-rebbiegħa tal-2013

    [54]             Id-Direttiva 1999/93/KE

    [55]             M/460r

    [56]             COM (2012)238

    [57]             Id-Direttiva 2010/40/UE, COM (2008) 886

    [58]             COM(2011) 21

    [59]             M/478

    [60]             Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2009

    [61]             Id-Direttiva 2008/50/KE

    [62]             Id-Direttiva 2012/19/UE

    [63]             Id-Direttiva 2008/98/KE

    [64]             http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2011/december/tradoc_148393.pdf

    [65]             http://ec.europa.eu/enterprise/newsroom/cf/itemdetail.cfm?item_id=6271&lang=en

    Top