This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52013DC0278
COMMUNICATION FROM THE COMMISSION TO THE EUROPEAN PARLIAMENT, THE COUNCIL, THE EUROPEAN ECONOMIC AND SOCIAL COMMITTEE AND THE COMMITTEE OF THE REGIONS The Marco Polo programme - Results and outlook
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-programm Marco Polo — Riżultati u perspettivi
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-programm Marco Polo — Riżultati u perspettivi
/* COM/2013/0278 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-programm Marco Polo — Riżultati u perspettivi /* COM/2013/0278 final */
KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
LILL-PARLAMENT EWROPEW, LILL-KUNSILL, LILL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI
EWROPEW U LILL-KUMITAT TAR-REĠJUNI Il-programm Marco Polo — Riżultati u
perspettivi 1. Introduzzjoni L-Artikolu 14
tar-Regolament 1692/2006[1]
jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament
Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u
lill-Kumitat tar-Reġjuni, Komunikazzjoni dwar ir-riżultati miksuba
bil-programmi Marco Polo għall-perjodu bejn l-2003 u l-2010. Il-prestazzjoni tal-programmi kienet
ivvalutata fil-qafas ta’ evalwazzjoni esterna[2].
Għall-ħtiġijiet tal-Komunikazzjoni, is-sejbiet tal-evalwazzjoni
ġew sussegwentement aġġornati b’tagħrif supplimentari,
inkluż dejta operattiva miksuba sa Novembru 2012. Barra minn hekk, il-Komunikazzjoni tipprovdi
prospettiva generali dwar il-passi li jmiss u l-approċċ lejn
appoġġ għal soluzzjonijiet innovattivi u servizzi tat-trasport
tal-merkanzija sostenibbli fil-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Multiannwali
li jmiss (MFF) 2014-2020. Fl-aħħar nett, id-Dokument ta’
Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni
jippreżenta dejta statistika rilevanti u analiżi tal-kwistjonijiet
speċifiċi msemmija fl-Artikolu 14 (2a) tar-Regolament 1692/2006. 2. Il-programm Marco Polo bħala
strument ta’ appoġġ għas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija
sostenibbli fil-livell tal-UE Il-programm ġie stabbilit bħala
riżultat tal-White Paper dwar il-Politika Komuni tat-Trasport ta’
Settembru 2001[3].
Il-White Paper Paper tipproponi li użu aktar intensiv ta’ trasport qasir
bil-baħar, ferrovija u passaġġi tal-ilma interni għandhom
ikunu elementi kruċjali fl-iżvilupp tal-intermodalità bħala
meżż prattiku u effettiv biex tinkiseb sistema tat-trasport
bilanċjata. Il-White Paper bassret li jekk ma
tittieħed l-ebda azzjoni, it-trasport tal-merkanzija bit-triq għandu
jiżdied b’madwar 50 fil-mija sal-2010, li jwassal għal spejjeż
addizzjonali ta’ infrastruttura tat-toroq, għadd akbar ta’
aċċidenti, iktar konġestjoni u aktar tniġġis lokali u
globali. L-effett dirett ikun tkabbir fit-traffiku internazzjonali (intra UE)
ta’ merkanzija stradali b’madwar 12-il biljun kilometri-tunnellati fis-sena[4]. Kontra dan l-isfond, ġie stabbilit
il-Programm Marco Polo I (2003-2006)[5].
Baġit ta’ EUR 102 miljun sar disponibbli biex jappoġġa
azzjonijiet bil-għan li jċaqilqu ż-żieda mbassra ta’ 48
biljun kilometru-tunnellata ta’ merkanzija mit-toroq għat-trasport
marittimu fuq distanzi qosra, il-ferroviji u l-passaġġi tal-ilma
interni jew għaqda ta’ arranġamenti ta’ trasport li fihom
vjaġġi stradali jkunu kemm jista’ jkun qosra. Meta jiġi żviluppat it-tieni
programm Marco Polo[6]
(2007-2013), il-previżjonijiet ta’ tkabbir tat-trasport tal-merkanzija
ġew ikkalkulati mill-ġdid[7].
B'riżultat ta’ dan, ġie konkluż li fin-nuqqas ta’ kwalunkwe
azzjoni, it-trasport internazzjonali tal-merkanzija bit-triq (intra UE) se
jikber b’ 20.5 biljun kilometri-tunnellati fis-sena bejn l-2007 u l-2013. Marco
Polo II kien mistenni jaqleb parti sostanzjali ta’ dan it-tkabbir b’baġit
ta’ EUR 450 miljun. 3. Il-karatteristiċi ewlenin
tal-programm Il-programm Marco Polo, li ġie stabbilit
biex jitnaqqas it-traffiku fit-toroq u biex tagħmel it-trasport
tal-merkanzija iktar effiċjenti u sostenibbli, huwa l-uniku strument ta’
finanzjament tal-UE definit fil-qafas leġiżlattiv tiegħu
bħala kontribuzzjoni fissa għal kull intervent. Is-sussidju huwa
normalment ikkalkulat fuq il-bażi ta’ bidla modali miksuba espressa
f’miljuni ta’ kilometri-tunnellati[8].
Din il-bidla modali tista' mbagħad tiġi ttrasformati f’termini
monetarji f’benefiċċji ambjentali, ta' konġestjoni u oħrajn
li jipproduċu l-azzjonijiet Marco Polo. Marco Polo I ippreveda tliet tipi ta’
azzjonijiet: (a)
azzjonijiet ta' bidla modali; it-trasferiment ta'
kemm jista’ jkun merkanzija minn trasport bit-triq għal trasport qasir
bil-baħar, ferrovija u/jew permezz tal-passaġġi tal-ilma
interni; (b)
azzjonijiet ta’ kataliżi: jinbidel il-mod kif
jopera t-trasport tal-merkanzija mhux fit-toroq fl-UE u jingħelbu
l-ostakli strutturali tas-suq tat-trasport tal-merkanzija Ewropea permezz ta’
avvanz jew kunċett innovattiv ħafna; (c)
azzjonijiet ta’ tagħlim komuni:
it-tisħiħ tal-għarfien tas-settur loġistiku tat-trasport
ta’ merkanzija u t-trawwim ta’ metodi avvanzati u proċeduri ta’
kooperazzjoni fuq is-suq tat-trasport tal-merkanzija; Żewġ azzjonijiet oħra ġew
miżjuda taħt il-Marco Polo II: (d)
awtostradi tal-baħar; kwalunkwe azzjoni
intermodali innovattiva, ta' volum kbir u ta' frekwenza għolja, li
direttament tibdel il-merkanzija mit-toroq għat-trasport marittimu fuq distanzi
qosra. Din tinkludi kombinazzjoni ta’ trasport qasir bil-baħar u modi
oħra ta’ trasport lejn iż-żoni 'l ġewwa mill-kosta u
servizzi integrati minn bieb għal bieb li fihom il-vjaġġi
stradali jkunu kemm jista’ jkun qosra; (e)
azzjonijiet ta’ evitar tat-traffiku; kull azzjoni
innovattiva li tintegra t-trasport mal-loġistikà tal-produzzjoni biex
jiġi evitat perċentwal għoli ta’ trasport tal-merkanzija
bit-triq mingħajr ma taffettwa b’mod ħażin il-produzzjoni jew
il-ħaddiema. Barra minn hekk, il-baġit kumplessiv
żdied minn EUR 102 miljun għal EUR 450 miljun u t-tul tal-programm
ġie estiż minn 4 sa 7 snin. Marco Polo II introduċa aktar
bidliet ulterjuri: kamp ta' applikazzjoni ġeografiku usa’, regoli
tal-finanzjament modifikati għal ċerti tipi ta’ azzjonijiet,
definizzjoni ġdida ta’ applikanti eliġibbli u approċċ
ġdid għal infrastruttura anċillari. Marco Polo II ġie rrevdut fl-2009[9] sabiex jiffaċilita
l-parteċipazzjoni mill-intrapriżi żgħar u mikro u biex
jissimplifika l-proċeduri. Barra minn hekk, l-intensità tal-finanzjament
kienet irdoppjata minn EUR 1 għal EUR 2 għal kull 500
kilometru-tunnellata ttrasferiti mit-toroq għal mezzi oħra ta’
trasport. Mil-lat ta' ġestjoni, l-implimentazzjoni
tal-programm ġiet trasferita mill-Kummissjoni għall-Aġenzija
Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) fl-2008. 4. Ir-riżultati miksuba mill-Programmi
Marco Polo Bejn l-2003 u l-2012, ingħataw 172
għotja ,li jipprovdi għajnuna finanzjarja għal aktar minn
650 kumpanija. Minħabba d-disinn uniku ta’ Marco Polo li
jorbot is-sussidju ma’ bidla modali attwali mogħtija minn proġetti,
ir-riżultati tal-programm jistgħu jiġu kkwantifikati,
jippermettu li jiġu vvalutati l-kisbiet reali tal-programm. –
Effettività L-effettività tal-programm jitkejjel f’termini
ta’ bidla modali/evitar tat-traffiku realizzati[10] (f’kilometri-tunnellati). Minħabba n-natura differenti ta’ kull
waħda mill-azzjonijiet, l-effikaċja tista' titkejjel direttament
għal tibdil modal, katalista, l-awtostradi tal-baħar u l-azzjonijiet
tal-evitar tat-traffiku. Azzjonijiet ta’ kataliżi għandhom
karatteristiċi speċifiċi addizzjonali, li se jiġu
indirizzati separatament. Azzjonijiet komuni ta’ tagħlim m’għandhom
ebda objettiv ta' bidla modali diretta u għalhekk ma jistgħux
jiġu evalwati abbażi ta’ trasport li jkun ġie ttrasferit
mit-toroq għal mezzi oħra. Għal Marco Polo I, il-bidla modali
mistennija mill-proġetti magħżula ammontat għal 47.7 biljun
kilometri-tunnellati — (btkm), li hija madwar daqs il-mira globali stabbilita
għall-programm (48 btkm). Eventwalment, il-proġetti laħqu bidla
modali reali ta’ 21.9 btkm. Din iċ-ċifra tirrappreżenta madwar
46 fil-mija tal-mira tal-bidla modali kumplessiva u hija ekwivalenti għal
madwar 1,200,000 vjaġġi bit-trakk fuq distanza ta’ 1,000 km
b’tagħbija medja ta’ 18-il tunnellata ta’ merkanzija. Fil-Marco Polo II, il-volum ta’ bidla modali
mistenni minn proġetti li ngħataw fis-sejħiet bejn l-2007 u
l-2011 jammonta għal 87.7 btkm, 17.54 btkm bħala medja kull
sena. F’Novembru 2012 dawn il-proġetti kienu għamlu bidla modali
reali ta’ 19,5 btkm (madwar 5 btkm bħala medja, s’issa, għal erba’
snin b’ċifri disponibbli). Billi Marco Polo II għadu għaddej,
iċ-ċifri se jiżdiedu matul iċ-ċiklu tal-ħajja
tal-programm[11]. Minħabba li l-proġetti Marco Polo
huma servizzi tan-negozju, huma sensittivi għal kundizzjonijiet tas-suq u
ekonomiċi. B’riżultat ta’ dan, it-tnaqqis fir-ritmu ekonomiku
osservat mill-2008[12]għandu
impatt negattiv fuq l-użu u l-effikaċja tal-programm u l-vijabbiltà
tal-proġetti[13].
Azzjonijiet ta’ kataliżi, minbarra
l-objettiv ta' bidla modali, għandhom l-għan li jidentifikaw u
jegħlbu l-ostakli għal approċċi innovattivi tat-trasport
tal-merkanzija mhux fit-toroq. Dawn l-ostakli tekniċi u — f’ċerti
każijiet — ta' natura "psikoloġika" huma
speċifiċi għal kull proġett. Għalhekk, huwa
diffiċli biex wieħed jipprovdi riżultati kollettivi diretti
tal-benefiċċji kollha tal-azzjonijiet ta’ kataliżi minbarra dawk
li jirriżultaw minn bidla modali. L-effettività tal-azzjonijiet ta’ tagħlim
komuni ġiet ivvalutata fuq il-bażi ta’ proġett proġett
(eż. jekk l-għadd ta’ konferenzi mbassra seħħew jew
l-għadd imbassar ta’ parteċipanti kien miksuba). Dan huwa
minħabba li l-għanijiet ta’ kull azzjoni kienu differenti u ma
teżisti l-ebda bażi komuni li fuqha jistgħu jiġu ggruppati
r-riżultati. Azzjonijiet ta’ tagħlim komuni kienu fil-biċċa
l-kbira ta' suċċess fil-kisba tal-objettivi tagħhom,
b’għadd ta’ proġetti li jkollhom rata ta’ suċċess ta’ 100
fil-mija. Madankollu, l-impatt fit-tul ta’ azzjonijiet komuni ta’ tagħlim
dwar il-prattiki ta’ kumpanija tal-loġistika u dwar il-qasma modali huwa
iktar diffiċli biex jiġu vvalutati. –
Il-benefiċċi ambjentali It-titjib tal-prestazzjoni ambjentali
tat-trasport tal-merkanzija hija waħda mill-għanijiet ewlenin
tal-programm Marco Polo. Il-bidla modali miksuba f’kilometri-tunnellati hija
ttrasformata f’termini monetarji f’benefiċċji ambjentali,
tal-konġestjoni u oħrajn, permezz ta’ kalkolatur tal-ispejjeż
esterni[14].
Il-kalkolatur jipproduċi valutazzjoni ekonomika għall-mezzi u
s-submezzi ta’ trasport differenti ibbażati fuq il-koeffiċjenti
tal-ispiża esterna[15]
prevista għall-impatti ambjentali (il-kwalità tal-arja, l-istorbju,
it-tibdil fil-klima) u l-impatti soċjo-ekonomiċi
(aċċidenti, konġestjoni). Ibbażat fuq ċifri mogħtija minn
bidla modali mill-proġetti Marco Polo I, il-benefiċċji
ambjentali huma stmati[16]
għal EUR 434 miljun. Jekk inqabblu din iċ-ċifra mal-fondi
mogħtija lil dawk il-proġetti b’objettiv ta' bidla modali (EUR 32.6
miljun), ifisser li kull euro investit f’dawn l-azzjonijiet ikun
iġġenera medja ta' EUR 13.3 f’benefiċċji ambjentali u
ffrankar ieħor ta' spejjeż esterni. Dawn il-benefiċċji
jinkludu 1.5 miljun tunnellati ta' CO2 li mhux iġġenerat
mit-traffiku fit-triq. Billi Marco Polo II għadu għaddej,
ir-riżultati finali għadhom mhumiex disponibbli. Madankollu
iċ-ċifri interim (Novembru 2012) jindikaw s'issa mill-programm
ġew prodotti EUR 405 miljun f’benefiċċji ambjentali. Minbarra l-benefiċċji ambjentali
diskussi hawn fuq, impatti indiretti importanti oħra jistgħu
jiġu kkunsidrati wkoll, pereżempju l-effetti minn nuqqas ta' traffiku
fuq il-ħarsien tan-natura jew żoni sensittivi, bħalma huma
l-Alpi jew il-Pirenej, jew konsegwenzi ta’ tagħrif u effetti ta'
netwerking li nkisbu permezz ta’ kollaborazzjoni bejn entitajiet involuti
fil-programm Marco Polo. –
Effiċjenza L-effiċjenza titkejjel bħala
l-proporzjon bejn riżultati (tkm miksuba għal proġetti
b’objettiv ta' bidla modali) fuq id-dħul (baġit impenjat jew
imħallas). Għal Marco Polo I il-proġetti
għal bidla modali (esklużi tagħlim komuni u azzjonijiet katalisti),
meta jieħdu kont tal-pagamenti ttrasferiti lill-benefiċjarji, kull
euro investit rriżulta f’bidla ta’ 597 tkm. Dan jista’ jitqabbel
mal-effiċjenza medja ta' 743tkm għal kull euro ta’ sussidju[17], mistenni mill-proġetti
magħżula taħt sejħiet għal proposti annwali[18]. Għall-programm Marco Polo II,
l-effiċjenza mistennija[19]
minn proġetti magħżula[20]
ma’ objettiv ta' bidla modali ammonta għal 438tkm/euro (Novembru 2012).
Kwalunkwe ċifri ġenwini li jirrappreżentaw l-effiċjenza
realment miksuba mhumiex disponibbli fil-preżent billi l-programm
għadu għaddej. Tnaqqis fl-effiċjenza matul il-programm
Marco Polo II jista’ jiġi spjegat minn bidliet għar-regoli li
jirregolaw proġetti, b’mod partikolari, magni li jirduppjaw l-intensità
tal-finanzjament mis-sejħa tal-2009 (minn EUR 1 għal EUR 2 għal
kull 500tkm) u d-definizzjoni l-ġdida ta’ merkanzija[21]. –
Użu tal-Fondi Minn EUR 102 miljun allokati
għall-programm Marco Polo I, kienu impenjati EUR 73,8 miljun.
Ir-raġunijiet wara din is-sitwazzjoni hija li għadd limitat biss ta’
proposti ta’ proġetti kkonformaw mal-kriterji u l-kundizzjonijiet
stabbiliti mill-programm (265 proposta mressqa u 55 kuntratt ffirmati) u dan
wassal għal inqas adozzjoni tal-programm milli huwa mixtieq. Minn dan l-impenn tal-baġit, tħallsu
EUR 41.8 miljun. Il-fatt li l-pagament lill-benefiċjarji huwa
kondizzjonali fuq l-ammont reali ta’ ksib tar-riżultati huwa aspett
importanti tal-programm u juri allokazzjoni effiċjenti ta’ fondi
pubbliċi. Madankollu, dan ifisser li f’każ li ċ-ċifri
tal-bidla modali jkunu tabilħaqq inqas minn dawk oriġinarjament
ikkalkolati mill-benefiċjarji, eż. minħabba l-effetti negattivi
tal-kriżi finanzjarja, il-baġit disponibbli għall-programm ma
jintużax kollu. Xejra simili hija mbassra li
għall-programm li għaddej bħalissa tal-Marco Polo II. Barra minn hekk, bħala regola
ġenerali, l-ammonti mħallsa lil proġett ma jistgħux
jeċċedu d-defiċit totali li jkun ġie esperjenzat matul
il-perjodu ta’ finanzjament (ara n-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna).
Għalhekk jekk proġett jipproduċi profitt jew jikseb punt fejn
id-dħul jibbilanċja l-infiq aktar kmieni milli kien previst
fl-applikazzjoni, is-sussidju jista’ jkun irtirat jew imnaqqas rispettivament.
Dan kien il-każ għal bosta proġetti Marco Polo, u kkontribwixxa
wkoll biex jitnaqqas l-użu ta’ fondi allokati. –
Sostenibbiltà Is-sostenibbiltà tirreferi għal kemm jekk
il-proġett jibqa’ operattiv f’xi forma wara t-tmiem tal-perjodu ta’
finanzjament jew le. Skont l-evalwazzjonijiet imwettqa fuq il-programmi[22], il-maġġoranza
tas-servizzi huma mistennija li jkomplu wara t-tmiem tal-Ftehim
tal-Għotja. Dan jindika li finanzjament f’terminu qasir seta’ wassal
għal bidla fit-tul anke fil-kundizzjonijiet attwali tas-suq li dejjem qed
jevolvu. B’riżultat ta’ dan, il-programmi huma mistennija jiġġeneraw
benefiċċji addizzjonali f’termini ta’ bidla modali/evitar
tat-traffiku u l-ispejjeż esterni ffrankati wara l-perjodu kuntrattwali,
iżda li, minħabba n-nuqqas ta’ disponibbiltà ta’ dejta rilevanti, ma
jistgħux jiġu inklużi fi kwantifikazzjoni tal-impatti tal-programm. –
Kompetizzjoni Il-programm Marco Polo jipprovdi għotjiet
lil kumpaniji tat-trasport sabiex tiġi ffinanzjata l-fażi tal-bidu
ta’ azzjonijiet sabiex tiġi ttrasferita l-merkanzija mit-toroq għal
mezzi oħra ta’ trasport. L-enfasi fuq servizzi ta’ trasport ġodda
(jew titjib ta' dawk eżistenti) u ċerti livelli ta’ saturazzjoni fuq
rotot intermodali jistgħu jwasslu f’xi każijiet għal
tħassib dwar il-kompetizzjoni anke jekk ikunu stabbiliti salvagwardji biex
jiġi evitati grad ta’ distorsjoni li jmur kontra l-interess komuni
(jiġifieri valutazzjoni tal-kompetizzjoni fil-proċess
tal-evalwazzjoni tal-proposti, possibiltà ta’ terminazzjoni jew tnaqqis
tal-ambitu tal-kuntratti f’każ ta’ prova tad-distorsjoni
tal-kompetizzjoni). Fil-prattika, għalkemm għadd ta’
ilmenti fuq id-distorsjoni tal-kompetizzjoni ġew ippreżentati minn
kompetituri tal-benefiċjarji Marco Polo tul iċ-ċiklu
tal-ħajja taż-żewġ programmi Marco Polo, m’hemmx evidenza
ċara ta’ kwalunkwe effetti avversi sinifikanti tal-kompetizzjoni[23]. –
Ġestjoni Bil-kapaċità li timpenja iktar
riżorsi umani, l-EACI wriet prova li tagħti valur miżjud
lill-proċess ta’ implimentazzjoni Marco Polo. L-esternalizzazzjoni
ippermettiet iż-żieda ta’ sforzi ta’ komunikazzjoni, it-titjib
tal-promozzjoni tal-programm, it-titjib ta' kontrolli operazzjonali u tipprovdi
żieda fl-assistenza lill-applikanti. –
Proċeduri Il-proċeduri tal-programm huma
bbażati fuq il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja soda u
ġew żviluppati bil-għan li jiġi żgurat ambjent ekwu u
li żżomm bilanċ xieraq bejn il-kontrolli amministrattivi
meħtieġa dwar l-użu tal-fondi pubbliċi u
l-ħtiġijiet tan-negozji. Madankollu, minħabba l-istess natura
operattiva tal-programm, f’xi każijiet dawn il-proċeduri jistgħu
jkunu meqjusa bħala kumplessi u jistgħu ma jkunux kompatibbli bis-sħiħ
mal-prattiki ta’ kuljum tal-kumpaniji privati, b’mod partikolari fil-kuntest
ta’ ambjent fejn ir-riskju finanzjarju qiegħed dejjem jinbidel. Fatturi oħra importanti (a)
L-adozzjoni tal-programm Marco Polo hija meqjusa
bħala mhux sodisfaċenti għal kollox. L-irduppjar tal-intensità
tal-finanzjament fl-2009 solva din il-kwistjoni biss parzjalment. Din
is-sitwazzjoni tista’ tiġi spjegata permezz ta’ raġunijiet esterni
bħal l-grupp fil-mira limitat, bidla fil-kundizzjonijiet tas-suq u klima
ekonomika avversa sa mill-2008, iżda wkoll minn fatturi interni
bħat-tfassil tal-programm, li, sabiex jiġu protetti l-fondi
pubbliċi, jittrasferixxi r-riskji operattivi ewlenin
lill-benefiċjarji; (b)
L-introduzzjoni ta’ ċertifikati tal-verifika
komplementari mill-2010, iffaċilitat il-verifika tal-kwantitajiet ta’
merkanzija trasportati mill-proġetti tal-Programm Marco Polo u naqset
ir-riskju ta’ kalkulazzjoni ħażina u frodi allegata iżda
kompliet żiedet il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji; (c)
L-orjentazzjoni tal-bidla modali tal-programm (li
tippermetti l-pagamenti kważi b'mod esklużiv abbażi tal-bidla
modali rrealizzata/l-evitar tat-traffiku[24])
hija waħda mir-raġunijiet għaliex il-benefiċjarji jiffaċċjaw
diffikultajiet biex jiffinanzjaw l-infrastuttura anċillari[25], anke jekk l-ispiża
mġarrba għal din it-tip ta' infrastruttura tista' tkun eliġibbli
wkoll għall-assistenza finanzjarja[26]; (d)
L-approċċ tal-bidla modali attwali mhux
attraenti għal ċerti Stati Membri insulari. Dan għaliex il-links
tat-trasport tal-merkanzija bejn il-gżejjer u l-kontinent u wkoll bejn
il-gżejjer infushom huma prinċipalment servizzi marittimi. Bħala
riżultat hemm possibbiltajiet limitati biex jiġġeneraw bidla
modali/evitar tat-traffiku fil-livelli meħtieġa mill-programm; (e)
Skont għadd limitat tal-benefiċjarji
mistħarrġa dwar Marco Polo[27],
ma jistax jiġi eskluż li jista’ jkun hemm xi piż mingħajr
tagħbija (deadweight) fil-programm, li jfisser li proporzjon
tal-proġetti appoġġjati jkunu komplew anke fin-nuqqas tal-fondi
Marco Polo. Min-naħa l-oħra, l-għajnuna tal-bidu pprovduta
permezz ta’ għotjiet mill-UE setgħet taffiet ir-riskju
kummerċjali biex jinbdew dawn l-operazzjonijiet intermodali u għenet
xi proġetti biex jintlaħaq il-livell ta’ profitt aktar kmieni milli
kien ikun possibbli mingħajr finanzjament. Huwa probabbli wkoll li kien
possibbli proġett ta' skala akbar bħala riżultat tas-sussidju li
jkun qed jingħata. Il-firxa sħiħa ta’ dan il-fenomenu ta'
piż mingħajr tagħbija hija madankollu diffiċli biex tkun kkwantifikata; (f)
Filwaqt li l-parteċipazzjoni ta’ impriżi
żgħar u medji mhijiex għan dirett tal-programm, huwa stmat li
dawn jirrappreżentaw madwar 24 fil-mija[28]
tal-popolazzjoni totali ta’ benefiċjarji. Ċifri ddettaljati dwar il-prestazzjoni
tal-programmi Marco Polo huma ppreżentati fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal
tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni. 5. Konklużjonijiet dwar
ir-riżultati miksuba Il-programmi Marco Polo ġew stabbiliti
bħala strumenti ta’ finanzjament biex titnaqqas il-konġestjoni
fit-toroq u biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport
tal-merkanzija. Il-karatteristiċi uniċi u importanti tal-programm
huma t-trasparenza tiegħu, il-preċiżjoni li biha
r-riżultati jistgħu jitkejlu u r-relazzjoni diretta bejn il-finanzjament
tal-UE u r-riżultati miksuba. Il-programm Marco Polo I diġà lest
iġġenera madwar EUR 434 miljun f’benefiċċji
ambjentali, u neħħa 21.9 biljun kilometri-tunnellati ta' ġarr
tal-merkanzija minn fuq it-toroq Ewropej. Bidla modali sinifikanti ulterjuri u
benefiċċji relatati huma mistennija għall-programm Marco Polo II
li għaddej bħalissa. Madanakollu, l-objettivi ambizzjużi ta’
bidla modali stabbiliti mil-leġiżlatur ma ntlaħqux b’mod
sħiħ (46 % ta’ bidla modali ppjanata għal Marco Polo I).
Barra minn hekk, il-programmi jitqiesu bħala kemxejn kumplessi, u f’xi
każijiet mhux faċli biex jintużaw minn kumpaniji Ewropej. Madankollu, għandu jiġi enfasizzat
li Marco Polo huwa bbażat fuq riżultati kwantifikabbli u l-pagamenti
jsiru kważi esklussivament għall-bidla modali li fil-fatt tkun
ġiet realizzata. Barra minn hekk, il-kundizzjonijiet tas-suq u
s-sitwazzjoni ekonomika huma elementi importanti fid-determinazzjoni
tas-suċċess tal-proġetti. Billi soluzzjonijiet intermodali
tat-trasport huma aktar kumplessi u diffiċli biex jiġu implimentati
minn purament sistema tat-trasport bit-triq, il-programm kien partikolarment
sensittiv għall-effetti tal-kriżi ekonomika. Għalhekk, Marco
Polo jirrappreżenta eżempju tajjeb ta’ użu effiċjenti
tal-fondi tal-UE anki jekk l-għanijiet tal-programm ma ġewx
issodisfati bis-sħiħ u l-baġit allokat ma ġiex minfuq
għal kollox. Il-forniment ta’ finanzjament pubbliku
direttament għal fuq is-suq qajjem ukoll xi tħassib dwar
il-kompetizzjoni matul iċ-ċiklu tal-ħajja tal-programm.
Min-naħa l-oħra, ma kien hemm ebda evidenza ċara dwar kwalunkwe
effetti avversi sinifikanti tal-kompetizzjoni ta’ proġetti li ġew
iffinanzjati. Marco Polo bħalissa huwa l-uniku strument
ta’ finanzjament Ewropew iffokat fuq it-titjib tal-effiċjenza tat-trasport
tal-merkanzija. Għalhekk appoġġ kontinwu huwa meqjus utli u
xieraq. Madankollu, kwalunkwe skema ġdida ta’ appoġġ
tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija sostenibbli jeħtieġ li
wieħed jirrifletti fuq il-lezzjonijiet mitgħallma mill-programmi ta’
qabel. 6. Il-passi li jmiss –
Il-kuntest tal-politika tat-trasport F’Marzu 2011, il-Kummissjoni ħarġet
strateġija għal sistema tat-trasport kompetittiva li se
żżid il-mobbiltà u l-aċċessibbiltà, tneħħi
l-ostakli l-kbar f’oqsma ewlenin u tikkontribwixxi għal iktar tkabbir u
impjiegi[29].
Fost il-miri ewlenin għall-politika tat-trasport tal-UE hemm: l-użu
ta’ karburanti nodfa, l-ottimizzazzjoni tal-prestazzjoni ta’ ktajjen
loġistiċi multimodali u l-użu ta’ mezzi li huma aktar
effiċjenti mil-lat tal-enerġija, tiżdied l-effiċjenza
tat-trasport u tal-użu tal-infrastruttura u l-iżvilupp ta’ sistemi
ta’ informazzjoni u inċentivi bbażati fuq is-suq. Il-linji gwida
ġodda għan-Netwerk trans-Ewropew tat-Trasport (TEN-T)[30] adottati mill-Kummissjoni
f’Ottubru 2011, se jipprovdu qafas prinċipali biex jinkisbu l-objettivi
tal-politika għat-trasport kif speċifikat fil-White Paper. Għal Qafas Finanzjarju Multiannwali (QFM)
2014-2020, il-Kummissjoni pproponiet żewġ pilastri biex tinżamm
għall-forniment ta’ għajnuna finanzjarja mal-Politika tat-Trasport
tal-UE. Pilastru ta' infrastruttura se jkun kopert fi
ħdan il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (CEF)[31]. Fi ħdan il-komponent
tat-trasport tiegħu, CEF hija prevista biex taġġorna
l-infrastruttura tat-trasport tal-Ewropa, tibni l-konnessjonijiet nieqsa u
tneħħi l-ostakli. Billi l-finanzjament se jkun ikkonċentrat fuq
il-mezzi ta’ trasport li jniġġsu anqas, l-iskjerar iktar wiesgħa
ta’ applikazzjonijiet telematiċi u l-użu ta’ teknoloġiji
innovattivi, dan għandu jixpruna s-sistema Ewropea tat-trasport biex issir
aktar sostenibbli. Pilastru ta' innovazzjoni se jiġi
implimentat minn partijiet rilevanti tal-programm il-ġdid
għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020)[32]. –
Appoġġ għal servizzi tat-trasport
tal-merkanzija innovattivi u sostenibbli — approċċ ta’ politika Bil-għan li tiġi mtejba l-effiċjenza
u s-sostenibbiltà tat-trasport tal-merkanzija Ewropew u l-loġistika,
il-Kummissjoni tipproponi approċċ ġdid b’appoġġ
tas-servizzi tat-trasport tal-merkanzija fil-perjodu 2014-2020. Abbażi tar-riżultati miksuba u
b’kont meħud tal-kuntest tal-politika evolventi, il-programm Marco Polo II
ser jitwaqqaf fil-forma attwali. Minflok, se jiġi integrat segwitu ta’
Marco Polo fi ħdan il-programm TEN-T rivedut u implimentat bl-użu ta’
strumenti ta’ finanzjament ipprovduti minn CEF. Dan l-approċċ se jwassal biex
tiġi armonizzata u koordinata l-implimentazzjoni tal-politika Ewropea
tat-trasport. F’dan il-kuntest, is-segwitu ta’ Marco Polo għandu
jikkontribwixxi b’mod partikolari għall-ġestjoni u l-użu
effiċjenti tal-infrastruttura tat-trasport, li jippermetti l-iskjerament
ta’ servizzi tat-trasport tal-merkanzija innovattivi u sostenibbli fuq netwerk
ewlieni multimodali, li suppost iservi l-flussi l-aktar importanti tat-traffiku
Ewropej. Dawn is-servizzi għandhom jissodisfaw
il-ħtiġijiet tal-utenti tagħhom, ikunu ekonomikament
effiċjenti, jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-għanijiet ta’
trasport b’livell baxx ta’ karbonju u nadif, is-sigurtà tal-fjuwil u
l-ħarsien ambjentali, ikunu siguri u jkollhom standards ta’ kwalità
għolja. Jeħtieġ li jippromwovu l-kunċetti teknoloġiċi
u tal-operat avvanzati u jikkontribwixxu għat-titjib
tal-aċċessibbiltà fl-Unjoni. Huma wkoll għandu jkollhom rwol
importanti biex jixprunaw l-ekonomija Ewropea lejn tkabbir sostenibbli, u
b’hekk is-settur tat-trasport u l-loġistika tal-merkanzija bħala
wieħed mill-magni ta’ tkabbir tal-Ewropa, li ssaħħaħ
il-kummerċ u l-mobilità ta’ persuni, toħloq il-ġid u l-impjiegi
u żżomm il-kompetittività tal-kumpaniji Ewropej. Għalhekk, kif
propost mill-Kummissjoni fl-Artikolu 38 tal-Linji gwida l-ġodda tat-TEN-T,
l-approċċ il-ġdid għandu jinkludi dan li ġej[33]: (g)
itejbu l-użu sostenibbli tal-infrastruttura
tat-trasport, inkluż il-ġestjoni effiċjenti tagħha; (h)
jippromwovu l-iskjerament ta’ servizzi tat-trasport
innovattivi jew kombinazzjonijiet ġodda ta’ servizzi tat-trasport
eżistenti li l-effiċjenza tagħhom tkun ġiet ippruvata,
inkluż permezz tal-applikazzjoni ta' ITS u t-twaqqif ta' strutturi
rilevanti ta' governanza; (i)
jiffaċilitaw l-operat tas-servizz tat-trasport
multimodali u jtejbu l-kooperazzjoni bejn il-fornituri tas-servizz
tat-trasport; (j)
jistimolaw l-effiċjenza fir-riżorsi u
l-karbonju, prinċipalment fl-oqsma tat-trazzjoni tal-vetturi,
is-sewqan/tisħin bil-fwar, l-ippjanar ta’ sistemi u operat,
il-kondiviżjoni tar-riżorsi u l-kooperazzjoni; (k)
janalizzaw, jipprovdu informazzjoni dwar u
jagħmlu monitoraġġ tas-swieq, il-karatteristiċi u
l-prestazzjoni tal-flotot, ir-rekwiżiti amministrattivi u r-riżorsi
umani. F’dan il-qafas, se
tingħata attenzjoni wkoll lil miżuri li jappoġġjaw
l-interkonnettività u l-interoperabbiltà ta’ informazzjoni bejn il-modi
tat-trasport tal-merkanzija u biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’
servizzi ibbażati fuq l-Awtostradi tal-Baħar. Finalment, dan
għandu jwassal għal finanzjament iffukat, integrat sew
f’orjentazzjonijiet ta’ politika u infrastrutturali, li jinkoraġġixxi
impriżi kummerċjali biex jaqilbu għal soluzzjonijiet aktar
innovattivi u sostenibbli, u dan se jgħinhom biex inaqqsu r-riskji
assoċjati u biex jindirizzaw fallimenti ewlenin li jseħħu
fis-settur tat-trasport tal-merkanzija, bħal: nuqqas ta' adozzjoni
tal-innovazzjoni, problemi ta' interkonnettività bejn il-mezzi ta’ trasport,
diffikultà ta’ aċċess għall-finanzi, l-internalizzazzjoni
insuffiċjenti tal-ispejjeż esterni, użu ineffiċjenti ta’ riżorsi
u nuqqas ta’ kooperazzjoni fis-suq. L-approċċ
il-ġdid huwa mistenni li jtejjeb l-effikaċja u l-effiċjenza
tal-għajnuna finanzjarja tal-UE. Il-format tal-istrument attwali
għaldaqstant ser ikollu jiġi rrivedut fir-rigward tat-tip ta’
azzjonijiet appoġġjati, l-istruttura ta’ ġestjoni u l-proċessi
ta’ implimentazzjoni. Barra minn hekk, il-konsistenza ma’ strutturi operattivi
tas-CEF se jeħtieġ li jkunu indirizzati b’mod adegwat. Dan jista’ jfisser
li wieħed jitlaq minn għajnuna purament għall-bidu tal-bidla
modali bħala l-element ewlieni skont il-programm Marco Polo kurrenti. –
Il-miżuri u l-implimentazzjoni CEF tipprevedi li
l-finanzjament għal servizzi tat-trasport tal-merkanzija sostenibbli
jista’ jitwassal fil-forma ta’ strumenti finanzjarji jew fil-forma ta’
għotjiet, fejn l-ammont ta’ għajnuna finanzjarja mill-Unjoni ma
taqbiżx l-20 % tal-ispejjeż totali eliġibbli. Din ir-rata
massima ta’ finanzjament ser tiġi adattata b’mod xieraq bil-għan li
tqanqal interess fis-suq u tiżgura lieva xierqa tal-fondi pubbliċi
allokati għal dan il-programm[34].
Sa fejn huma
kkonċernati l-għotjiet, il-proposti għandhom jiġu
magħżula permezz ta’ sejħa li toħroġ
għall-proposti b’kundizzjonijiet ta’ finanzjament, l-eliġibbiltà,
l-għażla u l-kriterji tal-għoti, f’konformità mal-għanijiet
u l-prijoritajiet stabbiliti fl-FNE u u fil-linji gwida dwar it-TEN-T. Il-miri
operattivi, l-indikaturi pertinenti u l-mekkaniżmi ta' twassil li permezz
tagħhom jitwasslu r-riżultati tal-appoġġ tal-UE se, fejn
rilevanti, jikkunsidraw ir-riżultati ta’ verifika tal-prestazzjoni dwar il-Programm
Marco Polo li attwalment qiegħed jitwettaq mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri
(QEA). [1] Ir-Regolament
(KE) Nru 1692/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
t-tieni programm Marco Polo għall-għoti ta’ assistenza finanzjarja
tal-Komunità biex tittejjeb il-prestazzjoni ambjentali tas-sistema tat-trasport
tal-merkanzija (Marco Polo II), u li jħassar ir-Regolament (KE)
Nru 1382/2003, kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 923/2009, ĠU
L 328/1, 24/10/2006. [2] Evalwazzjoni
tal-Programm Marco Polo 2003-2010, ‘Europe Economics’, April 2011 [3] White Paper
- European transport policy for 2010: time to decide, COM(2001) 370 finali,
12.09.2001 [4] “Kilometru-tunnellata”
(tkm) tfisser it-trasport ta’ tunellata merkanzija, jew l-ekwivalenti
volumetriku tagħha fuq distanza ta’ kilometru; [5] Abbażi tar-Regolament (KE) Nru 1382/2003. [6] Abbażi
tar-Regolament (KE) Nru 1692/2006. [7] Evalwazzjoni
ex-ante tal-Marco Polo II (2007-2013), Ecorys, 2004; stimi ta’ tkabbir
tat-trasport tal-merkanzija: Il-mudell PRIMES u l-istatistika tal-Eurostat. [8] Skont
ir-regoli tal-programm, is-sussidju huwa kkalkulat bħala l-iktar valur
baxx minn: (1) kilometri-tunnellati mibdula; (2) telfiet kumulattivi fuq
perjodu ta' finanzjament; u (3) 35 % tal-ispejjeż eliġibbli
(50 % għal Azzjonijiet ta’ Tagħlim Komuni”). Fil-prattika,
għal parti l-kbira tal-azzjonijiet ibbażati fuq bidla modali
(esklużi azzjonijiet Komuni ta’ Tagħlim u l-għanijiet
speċifiċi tal-azzjonijiet ta’ Kataliżi) il-pagament jiġi
limitat għall-massimu ta’ tkm miksuba. [9] Ir-Regolament
(KE) Nru 923/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU
L 266/2, 9/10/2009). [10] Il-metrika għall-evalwazzjoni ta' azzjonijiet ta’
evitar tat-traffiku hija espressa f’kilometri tal-vettura iktar milli
f'kilometri-tunnellati.
Il-kilometri tal-vettura (vkm) jistgħu jiġu konvertiti
f’kilometri-tunnellati (tkm) fejn 1 vkm jkun ugwali għal 20 tkm [11] Huwa previst
li l-aħħar proġetti tal-Marco Polo II se jkunu qed joperaw sa
2020 [12] Fis-settur
tat-trasport tal-merkanzija kien hemm tnaqqis ġenerali tal-volumi
tat-trasport. Għal aktar dettalji ara d-Dokument ta’ Ħidma
tal-Persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanja l-Komunikazzjoni. [13] 11-il proġett li mhux mibdi
jew mitmum taħt MP I (sejħiet 2003-2006) u 30 proġett mhux
mibdija jew mitmuma s’issa taħt MP II (sejħiet 2007-2010) [14] Il-kalkolatur
Marco Polo (ara aktar fuq http://ec.europa.eu/transport/marcopolo/index_en.htm) [15] Il-koeffiċjenti
u l-metodoloġija użata fil-kalkolatur ġew aġġustati
matul iż-żmien. Il-verżjonijiet reċenti tal-kalkolatur huma
bbażati fuq il- “Manwal dwar l-estimi tal-ispejjeż esterni fis-settur
tat-trasport” (IMPATT 2008) [16] Il-valuri
prodott minn kalkolatur jista’ jitqies biss bħala indikattiv. [17] L-effiċjenza mistennija
mill-proġetti magħżula titkejjel qabel ma jseħħ
kwalunkwe pagament lill-proġetti; għalhekk huwa bbażat fuq fondi
impenjati [18] Fl-2003,
l-2004, l-2005 u l-2006 [19] Ibbażat
fuq fondi impenjati [20] Dwar
proġetti magħżula taħt is-sejħiet għal proposti:
2007, 2008, 2009, 2010 u 2011 [21] Inkluż
il-piż ta’ trasport intermodali vojt u vetturi tat-triq [22] Evalwazzjoni
tal-Programm Marco Polo (2003-2006), Ecorys, 2007; Evalwazzjoni tal-Programm
Marco Polo 2003-2010, ‘Europe economics’, April 2011 [23] Dawn
l-ilmenti ġew eżaminati mill-Kummissjoni/EACI. Bħala konsegwenza
ġie introdott rinfurzar tal-proċedura tal-evalwazzjoni interna
rigward il-kwistjoni tal-kompetizzjoni sa mis-Sejħa għall-Proposti
tal-2011. [24] Ara
n-nota 8 f'qiegħ il-paġna. [25] L-infrastruttura
meħtieġa u biżżejjed biex jitwettqu l-għanijiet
tal-azzjonijiet, inklużi l-installazzjonijiet
tal-merkanzija-passiġġieri [26] Il-porzjon
tad-deprezzament tal-infrastruttura biss ikun jikkorrispondi ma’ kemm iddum
l-azzjoni u r-rata tal-użu attwali għall-finijiet tal-azzjoni tista’
titqies bħala spiża eliġibbli. L-ispejjeż eliġibbli
relatati mal-infrastruttura anċillari ma għandhomx ikunu akbar
minn 20% tat-total tal-ispejjeż eliġibbli għall-azzjoni. [27] Ara
n-nota 22 f'qiegħ il-paġna. [28] Din iċ-ċifra tirrappreżenta biss SMEs
awtonomi (mhux marbuta ma’ intrapriżi oħra); Sors: Dejta EACI [29] White Paper –
Pjan direzzjonali għal Żona Ewropea Unika tat-Trasport – Lejn sistema
tat-trasport kompetittiva u b'użu effiċjenti tar-riżorsi
(COM(2011) 0144) [30] Proposta
għal Regolament fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp
tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew, COM(2011) 650/2 [31] Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (COM (2011) 665) [32] Proposta
għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi
l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni – Orizzont 2020
(2014-2020), COM(2011) 809. [33] It-test
tal-Linji Gwida tat-TEN-T u dan l-artikolu bħalissa huma
soġġetti għal proċedura leġiżlattiva u
jistgħu għalhekk jiġu emendati. [34] Kif spjegat
fin-nota 8 ta’ qiegħ il-paġna, is-sussidju tal-programm attwali ta’
Marco Polo II huwa kkalkulat fuq il-bażi ta’: (1) kilometri-tunnellati
mibdula; (2) telfiet kumulattivi esperjenzati fuq perjodu ta' finanzjament; u
(3) l-ispejjeż eliġibbli. Ibbażata fuq l-evidenza mill-proġetti
appoġġati, ir-rata ta’ finanzjament attwali fil-programm bħala
medja ma taqbiżx l-10 % tal-ispejjeż totali eliġibbli.