EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52013DC0254

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

/* COM/2013/0254 final - 2013/ () */

52013DC0254

ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013 DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea /* COM/2013/0254 final - 2013/ () */


ABBOZZ TAL-BAĠIT EMENDATORJU Nru 4 GĦALL-BAĠIT ĠENERALI TAL-2013

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA Taqsima III — Il-Kummissjoni Taqsima IV — Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Wara li kkunsidrat:

– it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314 tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

– ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni[1], u b’mod partikolari l-Artikolu 41 tiegħu,

– il-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, adottat fit-12 ta’ Diċembru 2012[2],

– l-abbozz tal-baġit emendatorju Nru 1/2013[3], adottat fiT-18 ta' Marzu 2013,

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2013[4], adottat fis-27 ta' Marzu 2013,

– l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3/2013[5], adottat fil-15 ta' April 2013,

Il-Kummissjoni Ewropea hawnhekk tippreżenta lill-awtorità tal-baġit l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4 għall-baġit tal-2013.

BIDLIET FID-DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL U N-NEFQA SKONT IT-TAQSIMA

Il-bidliet għad-dikjarazzjoni tad-dħul u n-nefqa skont it-taqsima huma disponibbli fuq EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/budget/www/index-mt.htm). Verżjoni bl-Ingliż tal-bidliet f’din id-dikjarazzjoni hija mehmuża għall-informazzjoni bħala anness baġitarju.

WERREJ

TOC 1.           Introduzzjoni

L-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju (ABE) Nru 4 għas-sena 2013 li jkopri l-elementi li ġejjin:

¾ il-modifika tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Ewropea GNSS (GSA), li tirrifletti talba għal 20 kariga addizzjonali għall-pjan ta' stabbiliment (kollha karigi AD). Iż-żieda korrispondenti fil-kontribuzzjoni tal-UE lill-GSA tammonta għal EUR 1 750 000, u qed jiġi propost li tiġi ffinanzjata minn riallokazzjoni interna tar-riżorsi fi ħdan il-pakkett baġitarju eżistenti tal-Programm tal-GNSS;

¾ il-modifika tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), li jirrifletti talba għal 2 karigi addizzjonali għall-pjan ta' stabbiliment fit-tabella tal-persunal (it-tnejn karigi AD), kumpensati b'2 karigi liberati fil-pjan ta’ stabbiliment tal-Kummissjoni. Dan huwa parti minn estensjoni tal-mandat tal-aġenzija, li jinvolvi wkoll trasferiment ta’ aġenti kuntrattwali (13-il FTE) mill-Kummissjoni lill-EACEA. Dan jissarraf f’żieda globali fil-kontribuzzjoni tal-UE għall-kostijiet operatorji tal-aġenzija, li jammontaw għal EUR 1 516 000, li huwa propost li jiġu ffinanzjati permezz ta’ tnaqqis korrispondenti ta’ approprjazzjonijiet għall-persunal u nefqa ta’ appoġġ amministrattiv fil-Kummissjoni;

¾ il-modifika tal-pjan ta’ stabbiliment tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, li tirrifletti l-ħolqien ta’ Avukat Ġenerali addizzjonali u talba korrispondenti għal 7 karigi addizzjonali fil-pjan ta' stabbiliment (4 karigi AD u 3 AST). Dan huwa propost li jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet disponibbli fi ħdan it-taqsima tal-baġit tal-Qorti.

Dawn l-aġġustamenti huma baġitarjament newtrali, minħabba li ż-żidiet proposti tal-kontribuzzjoni tal-UE lejn iż-żewġ aġenziji huma kompletament ibbilanċjati permezz ta’ tnaqqis korrispondenti f’nefqa relatata fit-taqsima tal-baġit tal-Kummissjoni, filwaqt li l-persunal addizzjonali għall-Qorti tal-Ġustizzja se jiġi ffinanzjat mill-approprjazzjonijiet disponibbli fi ħdan it-taqsima tagħha stess.

2.           L-Awtorità Ewropea GNSS

Fit-30 ta’ Novembru 2011, il-Kummissjoni adottat proposta ta’ Regolament tal-GNSS ġdid[6], li jipproponi struttura ġdida ta’ governanza għal EGNOS u Galileo u l-finanzjament tagħhom għall-perjodu 2014-2020. Taħt din l-istruttura, l-Aġenzija Ewropea GNSS (GSA) tkun fdata b'kompiti tal-immaniġġjar tal-programm, inkluż l-isfruttament taż-żewġ sistemi mill-1 ta’ Jannar 2014. Biex jinkisbu riżultati effettivi u jiġi evitat dewmien jew l-interruzzjoni tas-servizzi, diġà fl-201,3 il-GSA se jkollha twettaq kompiti preparatorji. F’dan ir-rigward, l-Aġenzija se tiżgura l-koordinazzjoni tal-ħidmiet kollha li jirrelataw mal-esplojtazzjoni tas-sistemi, bħall-manutenzjoni, l-operazzjonijiet u forniment ta’ servizz, kif ukoll tipprovdi rispons dwar eżiġenzi operazzjonali u rekwiżiti tal-utenti li qed jinbidlu għall-ġenerazzjonijiet futuri tas-sistemi.

Bil-ħsieb li tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bi stampa sħiħa tal-kondizzjonijiet li taħthom il-GSA se twettaq il-kompiti fdati lilha skont il-mudell ġdid tal-governanza, fis-6 ta’ Frar 2013, il-Kummissjoni adottat Regolament tal-GSA rivedut li jemenda r-Regolament (UE) Nru 912/2010[7]. Id-dikjarazzjoni finanzjarja li takkumpanja r-Regolament GSA rivedut tipprevedi 20 aġent temporanju addizzjonali fl-2013, li jżid l-għadd totali ta’ karigi fl-istabbiliment minn 57 għal 77 kariga. Il-kompiti dettaljati u d-deskrizzjonijiet tal-impjieg ta' kull aġent temporanju mitlub ġew analizzati bir-reqqa mis-servizzi tal-Kummissjoni.

Immedjatament wara l-adozzjoni tal-proposta għal reviżjoni tar-Regolament GSA, il-GSA nediet it-tħejjijiet meħtieġa, sabiex tiġi żgurata tnedija rapida ta’ kompiti preparatorji. Madankollu, ir-reklutaġġ formali se  jiġi ffinalizzat biss mal-adozzjoni ta’ dan l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju, minħabba li huwa meħtieġ ftehim minn qabel tal-Awtorità tal-Baġit għal tibdil fil-pjan ta’ stabbiliment tal-GSA qabel mal-aġenzija tkun tista’ tipproċedi b’reklutaġġ attwali.

Il-kostijiet addizzjonali totali meħtieġa għall-baġit tal-2013 tal-aġenzija huma stmati għal EUR 1 750 000, jekk wieħed jassumi r-reklutaġġi minn nofs Lulju 2013. Dan jitlob li jkun hemm tisħiħ korrispondenti tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-aġenzija. L-approprjazzjonijiet ta' impenji u ta' pagamenti huma proposti biex ikunu disponibbli permezz ta’ tqassim mill-ġdid permezz ta’ trasferiment intern tal-Kummissjoni fi ħdan il-kapitolu tal-baġit 02 05 mill-programm Galileo lill-aġenzija, aktar speċifikament mill-artikolu baġitarju 02 05 01 “Il-Programm Ewropew tan-navigazzjoni satellitari (EGNOS u Galileo)” għall-partita tal-baġit 02 05 02 01 'Aġenzija Ewropea GNSS ¾Kontribuzzjoni għat-Titoli 1 u 2'.

Il-pjan ta' stabbiliment emendat huwa inkluż fl-anness tal-baġit. Tinkorpora 20 kariga AD addizzjonali, li minnhom 3 AD 10, 3 AD 9, 6 AD 8, 7 AD 7 u 1 AD 6.

3.           L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Fl-2012, il-Kummissjoni adottat estensjoni tal-mandat tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), biex tkabbar il-kompiti tal-Aġenzija fl-implimentazzjoni tal-programm MEDIA Mundus, kif ukoll l-espansjoni tal-edukazzjoni skolastika tagħha u attivitajiet taż-żgħażagħ taħt l-intestatura 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali, u testendi l-programm YOUTH għal dawk l-attivitajiet li diġà timplimenta fi ħdan l-Unità Ewropea tal-Eurydice fil-qasam tal-edukazzjoni. Id-delega ta’ kompiti addizzjonali fil-ġestjoni ta’ programmi ta' nfiq tal-2007-2013 li qed jikbru għall-EACEA tipprovdi benefiċċji kwalitattivi u kwantitattivi ċari billi testendi l-kompetenza eżistenti tal-Aġenzija fl-oqsma ta’ politika rilevanti, li tipprovdi l-aktar kosteffiċjenti.

F’termini kwalitattivi, id-delegazzjoni ta’ kompiti addizzjonali li l-EACEA hija ġustifikata bir-rekord tajjeb tagħha fit-twettiq ta' kwalità għolja ta' ġestjoni tal-programmi. F’termini kwantitattivi, il-ġestjoni mill-EACEA twassal għal iffrankar fil-kostijiet fl-2013 li jammontaw għal EUR 574 000, meta mqabbla ma’ ġestjoni tal-Kummissjoni “in house”. Dan l-iffrankar tal-kostijiet huma ġġenerati prinċipalment minn kisbiet fl-effiċjenza f’EACEA, li ppermettew lill-Kummissjoni sabiex titnaqqas il-kontribuzzjoni addizzjonali għall-kostijiet operatorji tal-Aġenzija. Min-naħa tiegħu, dan jirriżulta f'rinfurzar tal-approprjazzjonijiet operazzjonali tal-programmi li għandhom ikunu ġestiti, fi ħdan il-pakkett finanzjarju globali ta’ kull wieħed mill-programmi kkonċernati. 

F’Ottubru 2012, l-estensjoni tal-mandat tal-aġenzija rċeviet opinjoni pożittiva mill-Kumitat għall-Aġenziji Eżekuttivi, u l-Parlament Ewropew ma qajjem l-ebda oġġezzjoni fi żmien il-perjodu stipulat mill- “arranġamenti ta’ ħidma”. B'hekk wara li rċeviet l-approvazzjoni kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kunsill, f’Diċembru 2012 il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni li testendi l-mandat tal-Aġenzija (C (2012) 9474 u 9475).

Dan l-Abbozz ta’ Baġit emendatorju jinkludi l-aspetti baġitarji tal-estensjoni tal-mandat tal-EACEA għall-2013, f’termini ta’ żieda tal-kontribuzzjoni tal-UE lill-Aġenzija u l-livelli tal-persunal tagħha, li huwa kompletament ibbilanċjat bi tnaqqis korrispondenti ta’ livelli ta’ persunal u dispożizzjonijiet relatati għall-persunal u nefqa ta’ appoġġ amministrattiv fil-Kummissjoni, kif stabbilit f’aktar dettall hawn taħt.

Il-kompiti addizzjonali delegati lill-EACEA relatati mal-estensjoni se jwasslu għal żieda fil-kontibuzzjoni tal-UE għall-Aġenzija Eżekuttiva, li jammontaw għal EUR 1 516 000, li minnhom EUR 458 000 għal programmi ġestiti taħt intestatura 3b (partita baġitarja 15 01 04 31 ‘L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura ¾ Kontibuzzjoni mill-programmi taħt l-Intestatura 3b') u EUR 1 058 000 għal programmi ġestiti taħt l-intestatura 4 (partita baġitarja 19 01 04 30 ‘L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura ¾ Kontibuzzjoni mill-programmi tar-relazzjonijiet esterni’). Din se tkun koperta mill-approprjazzjonijiet eżistenti taħt il-partiti XX 01 01 01 ‘Nefqa relatata mal-persunal’, 15 01 02 01 ‘Persunal estern fil-qasam ta' politika edukazzjoni u kultura’, 15 01 04 68 ‘MEDIA Mundus ¾ Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva’, 15 05 55 ‘Żgħażagħ Attivi’, 19 01 04 01 ‘Strument ta' finanzjament għall-kooperazzjoni fl-iżvilupp (DCI) ¾ Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva’, u 19 01 04 02 ‘Strument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI) ¾ Nefqa fuq il-ġestjoni amministrattiva’.

F’termini ta’ riżorsi umani, l-aġġustament segwenti huwa meħtieġ għall-persunal u l-pjanijiet ta' stabbiliment tal-aġenzija: 15 ekwivalenti għal full time addizzjonali (FTE), li minnhom 13-il aġent kuntrattwali (ikkalkulati fuq il-bażi tal-kostijiet medji fl-aġenzija) u 2 aġenti temporanji (2 AD 8), minħabba li t-trasferiment tal-programm 'Media Mundus' u l-attivitajiet tal-aġenzija għal “Żgħażagħ Attivi” jeħtieġu żewġ aġenti temporanji f'dan il-grad. L-għadd ta’ persunal addizzjonali meħtieġ fl-aġenzija huwa strettament ikkumpensat permezz ta’ tnaqqis tal-persunal korrispondenti fil-Kummissjoni. Approprjazzjonijiet li jikkorrispondu ma’ 13-il aġent kuntrattwali u 2 postijiet tal-pjan ta’ stabbiliment (2 AST 7) huma liberati u hawnhekk imneħħija mill-baġit tal-Kummissjoni.

Dettalji sħaħ tal-impatt tal-estensjoni tal-mandat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva u fuq il-persunal tal-Kummissjoni u l-EACEA huma mogħtija fl-anness baġitarju.

4.           Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

4.1.      Talba tal-Qorti tal-Ġustizzja

F’konformità mad-dikjarazzjoni Nru 38 annessa mal-Att Finali tal-Konferenza Intergovernattiva li adottat it-Trattat ta’ Lisbona, f’Jannar 2013 il-Qorti tal-Ġustizzja talbet tliet Avukati Ġenerali addizzjonali, li minnhom avukat ġenerali wieħed se jidħol fil-kariga fl-1 ta’ Lulju 2013, segwit minn żewġ avukati ġenerali oħra fis-7 ta’ Ottubru 2015. Sabiex l-ewwel avukat ġenerali addizzjonali jkun jista' jidħol fil-kariga fl-1 ta' Lulju 2013 (it-tnejn l-oħra huma mistennija li jieħdu l-kariga fl-2015), il-Qorti qed titlob modifika tal-pjan ta’ stabbiliment tagħha biex toħloq aktar karigi fil-pjan ta’ stabbiliment għall-persunal fl-uffiċċju privat (“Kabinett”) tal-Avukat Ġenerali, bħalissa seba’ persuni (1 AD 14, 1 AD 12, 1 AD 11, 1 AD 10, 1 AST 5, 1 AST 3 u 1 AST 2 ). Il-kost korrispondenti għall-baġit 2013 tal-Qorti huwa stmat għal EUR 910 000.

B’mod parallel, sabiex tlaħħaq max-xogħol li qiegħed dejjem jiżdied, il-Qorti talbet 9 skrivani legali addizzjonali ('référendaires', 1 AD 14, 3 AD 12, 3 AD 11 u 2 AD 10 ), wieħed għal kull Awla tal-Qorti. Il-Qorti tistima l-kostijiet addizzjonali korrispondenti għall-baġit tal-2013 għal EUR 930 000, li jwasslu il-kostijiet addizzjonali totali għall-baġit tal-Qorti tal-2013 tal-Avukat Ġenerali addizzjonali (kif ukoll il-Kabinett) u l-iskrivani legali addizzjonali għal EUR 1 840 000.

4.2.      Proposta tal-Kummissjoni

Bħala parti mill-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 4/2013, il-Kummissjoni tipproponi li timmodifika l-pjan ta' stabbiliment tal-Qorti biex tinkludi l-persunal fl-uffiċċju privat tal-Avukat Ġenerali addizzjonali (1 AD 14, 1 AD 12, 1 AD 11, 1 AD 10, 1 AST 5, 1 AST 3 u 1 AST 2) imma mhux li tinkludi approprjazzjonijiet addizzjonali korrispondenti fit-taqsima tal-baġit tal-Qorti 2013. Il-Kummissjoni tinnota l-intenzjoni tal-Qorti li tuża approprjazzjonijiet eżistenti taħt il-kapitolu 14 tal-baġit (persunal estern) tas-sezzjoni tal-Qorti tal-baġit għall-finanzjament ta’ aġent kuntrattwali wieħed addizzjonali (grupp ta’ funzjoni I), li huwa marbut mal-ħolqien ta’ kabinett ġdid.

Madankollu, il-Kummissjoni ma tipproponix li tinkludi fl-Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 4/2013 it-talba għal 9 skrivani legali addizzjonali. Il-Kummissjoni tfakkar, f’dan ir-rigward, l-ittra mibgħuta mill-Kummissarju għall-Ipprogrammar Finanzjarju u l-Baġit lill-Istituzzjonijiet l-oħra[8] dwar importanza politika ewlenija li ssegwi l-approċċ tal-Kummissjoni biex tapplika tnaqqis tal-persunal ta’ 1%, bħala segwitu għall-proposta tal-Kummissjoni biex jitnaqqsu l-livelli tal-persunal fl-istituzzjonijiet u l-korpi kollha tal-UE b’5% matul ħames snin. B’mod aktar partikolari, il-Kummissjoni tfakkar dwar l-inċertezza dwar il-proposta tal-Qorti li tmur lura għal Marzu 2011 biex toħloq tnax-il imħallef addizzjonali għall-Qorti Ġenerali biex tiffaċċja ż-żieda fix-xogħol, u tissuġġerixxi li wieħed jistenna d-deċiżjonijiet li jridu jittieħdu mill-awtorità leġiżlattiva f’dan ir-rigward.

Fir-rigward tal-approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 2/2013 ma jħalli l-ebda marġni taħt il-limitu massimu għall-ħlasijiet għall-2013, ħlief li jkopri l-ħtiġijiet tal-ħlasijiet relatati mal-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-UE, li għalih il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tippreżenta Abbozz tal-Baġit Emendatorju Nru 5/2013 dalwaqt. Barra minn hekk, meta wieħed iqis il-ħin meħtieġ normalment sabiex jiġi reklutat il-persunal addizzjonali rikjest fl-Abbozz ta’ Baġit Emendatorju Nru 4/2013, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-Qorti se tkun f’pożizzjoni li tirfina r-reklutaġġ skont l-approprjazzjonijiet attwalment disponibbli tal-baġit tal-Qorti għal din it-tip ta’ nefqa. Din hija r-raġuni għaliex il-Kummissjoni ma tinkludix approprjazzjonijiet addizzjonali marbuta mat-talba għall-Avukat Ġenerali u s-seba’ karigi addizzjonali korrispondenti. Għall-istess raġuni, huwa propost li ma jibbaġitjawx il-kontribuzzjonijiet addizzjonali tad-dħul li għandhom isiru biż-żieda ta' membri tal-Kabinett addizzjonali fl-2013, li l-Qorti tikkalkula li se jkunu EUR 121 000.

Il-pjan ta' stabbiliment emendat huwa inkluż fl-anness tal-baġit.

5.           Tabella sommarja skont l-intestatura tal-Qafas Finanzjarju

Qafas Finanzjarju Intestatura/sottointestatura || Il-Qafas finanzjarju tal-2007-2013 rivedut || Baġit 2013 (inkl. DAB 1-3/2013) || ABE 4/2013 || Baġit 2013 (inkl. ABE 1-4/2013)

AI || AP || AI || AP || AI || AP || AI || AP

1. TKABBIR SOSTENIBBLI || || || || || || || ||

1a. Kompetittivitа għat-tkabbir u l-impjiegi || 15 670 000 000 || || 16 168 150 291 || 12 886 628 095 || || || 16 168 150 291 || 12 886 628 095

Marġini || || || 1 849 709 || || || || 1 849 709 ||

1b. Koeżjoni għat-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi || 54 974 000 000 || || 54 958 049 037 || 56 349 544 736 || || || 54 958 049 037 || 56 349 544 736

Marġini || || || 15 950 963 || || || || 15 950 963 ||

Total || 70 644 000 000 || || 71 126 199 328 || 69 236 172 831 || || || 71 126 199 328 || 69 236 172 831

Marġini[9] || || || 17 800 672 || || || || 17 800 672 ||

2. KONSERVAZZJONI U ĠESTJONI TAR-RIŻORSI NATURALI || || || || || || || ||

Li minnhom nefqa relatata mas-suq u pagamenti diretti || 48 583 000 000 || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711 || || || 43 956 548 610 || 43 934 188 711

Total || 61 310 000 000 || || 60 159 241 416 || 58 095 492 961 || || || 60 159 241 416 || 58 095 492 961

Marġini || || || 1 150 758 584 || || || || 1 150 758 584 ||

3. ĊITTADINANZA, LIBERTÀ, SIGURTÀ U ĠUSTIZZJA || || || || || || || ||

3 a. Libertà, Sigurtà u Ġustizzja || 1 703 000 000 || || 1 440 827 200 || 1 046 033 652 || || || 1 440 827 200 || 1 046 033 652

Marġini || || || 262 172 800 || || || || 262 172 800 ||

3b. Ċittadinanza || 746 000 000 || || 738 364 000 || 654 249 615 || 316 000 || 316 000 || 738 680 000 || 654 565 615

Marġini || || || 7 636 000 || || || || 7 320 000 ||

Total || 2 449 000 000 || || 2 179 191 200 || 1 700 283 267 || 316 000 || 316 000 || 2 179 507 200 || 1 700 599 267

Marġini[10] || || || 269 808 800 || || || || 269 492 800 ||

4. L-UE BĦALA ATTUR GLOBALI || 9 595 000 000 || || 9 583 118 711 || 6 898 914 260 || || || 9 583 118 711 || 6 898 914 260

Marġini[11] || || || 275 996 289 || || || || 275 996 289 ||

5. AMMINISTRAZZJONI || 9 095 000 000 || || 8 430 690 740 || 8 430 365 740 || -316 000 || -316 000 || 8 430 374 740 || 8 430 049 740

Marġini[12] || || || 750 309 260 || || || || 750 625 260 ||

6. KUMPENS || 75 000 000 || || 75 000 000 || 75 000 000 || || || 75 000 000 || 75 000 000

Marġini || || || || || || || ||

TOTAL || 153 168 000 000 || 144 285 000 000 || 151 553 441 395 || 144 436 229 059 || || || 151 553 441 395 || 144 436 229 059

Marġini [13][14] || || || 2 464 673 605 || 14 770 941 || || || 2 464 673 605 || 14 770 941

[1]               ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

[2]               ĠU L 66, 8.3.2013, p. 1.

[3]               COM(2013) 156

[4]               COM(2013) 183

[5]               COM(2013) 224

[6]               COM(2011) 814

[7]               COM(2013) 40

[8]               Ref. Ares (2013) 14771, 7.1.2013.

[9]               Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) mhux inkluż fil-kalkolu tal-marġini taħt l-Intestatura 1a (EUR 500 miljun).

[10]             L-ammont tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) jiddaħħal apparti mill-intestaturi relevanti kif previst mill-IIA tas-17 ta’ Mejju 2006 (ĠU C 139 tal-14.6.2006 (mhux disponibbli bil-Malti))

[11]             Il-marġini 2013 għall-intestatura 4 ma tikkunsidrax l-approprjazzjonijiet relatati mar-Riżerva għall-Għajnuna ta’ Emerġenza (EUR 264,1 miljun).

[12]             Għall-kalkolu tal-marġini taħt il-limitu massimu tal-intestatura 5, ittieħed kont tan-nota (1) f'qiegħ il-paġna fil-qafas finanzjarju 2007-2013 għal ammont ta’ EUR 86 miljun għall-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjoni.

[13]             Il-marġni globali għall-impenji ma jqisx l-approprjazzjonijiet relatati mal-FEG (EUR 500 miljun), l-EAR (EUR 264,1 miljun) u l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun).

[14]             Il-marġni globali għall-pagamenti ma jqisx l-approprjazzjonijiet marbuta mal- EAR (EUR 80 miljun) u l-kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet (EUR 86 miljun).

Top