Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0643

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

    /* COM/2012/0643 final - 2012/0305 (COD) */

    52012PC0643

    Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra /* COM/2012/0643 final - 2012/0305 (COD) */


    MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

    1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

    Deskrizzjoni tal-problema u għanijiet

    Il-kunsens xjentifiku internazzjonali jitlob li ż-żieda fit-temperatura globali tiġi llimitata għal 2 ˚C sabiex jiġu pprevenuti effetti klimatiċi mhux mixtieqa[1]. Rigward dan il-għan, il-Kunsill Ewropew talab li l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra fl-UE jitnaqqsu bi 80-95 % sal-2050 meta mqabbla mal-livelli tal-1990 fil-kuntest ta’ azzjoni simili minn pajjiżi żviluppati. Il-Pjan Direzzjonali tal-UE għal Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju[2] juri li, sabiex jintlaħaq dan il-għan bl-inqas spiża, is-setturi u l-gassijiet b'effett ta' serra kollha jridu jagħtu kontribut, inklużi l-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra (gassijiet F) li l-potenzjal ta’ tisħin tagħhom jista’ jkun sa 23 000 darba akbar mid-diossidu tal-karbonju (CO2).

    F’Settembru 2011, il-Kummissjoni ppubblikat rapport[3] dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 842/2006[4]. Hija kkonkludiet li r-Regolament seta’ jwassal għal tnaqqis sinifikanti fl-emissjonijiet jekk jittejjeb iktar u jiġi applikat b’mod sħiħ. Hija ddikjarat ukoll li jeħtieġ li jsir iktar sabiex jitnaqqsu ulterjorment l-emissjonijiet tal-gassijiet F fl-UE. Billi jiġi żgurat li l-gassijiet F jiġu sostitwiti b’alternattivi sikuri bl-ebda impatt jew b’impatt iżgħar fuq il-klima, l-emissjonijiet annwali espressi f’ekwivalenti ta’ CO2 jistgħu jitnaqqsu b’żewġ terzi sal-2030 bi spiża relattivament baxxa[5].

    Jidher ċar li azzjoni bikrija sabiex jiġu sfruttati l-possibbiltajiet relattivament irħas ta’ tnaqqis tal-gassijiet F se jevitaw spejjeż potenzjalment ogħla marbuta mat-tnaqqis ta’ gassijiet b'effett ta' serra oħrajn f’setturi industrijali oħrajn[6]. Madankollu, uħud mill-partijiet interessati[7] ddikjaraw li huwa diffiċli li jiġu kkumerċjalizzati teknoloġiji alternattivi “iktar ekoloġiċi” fil-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. Fid-Danimarka, min-naħa l-oħra, fejn japplikaw regoli nazzjonali iktar stretti fir-rigward tal-gassijiet F, l-impriżi li għadhom jibdew u l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs) irnexxielhom iwettqu innovazzjoni f’teknoloġiji ekoloġiċi ġodda u kkummerċjalizzawhom, biex b’hekk saru kumpaniji prinċipali fis-suq.

    F’dan il-kuntest, din il-proposta għandha l-għan li

    (1) tissostitwixxi r-Regolament (KE) Nru 842/2006 dwar ċerti gassijiet fluworurati b'effett ta' serra sabiex jiġi żgurat kontribut iktar kosteffiċjenti u b'hekk jintlaħqu l-għanijiet klimatiċi tal-UE billi jiġi skoraġġit l-użu ta’ gassijiet b'effett ta' serra li jħalli impatt kbir fuq il-klima favur alternattivi effiċjenti fl-enerġija u sikuri, u billi jittejjeb iktar it-trażżin u t-trattament wara li jintemm l-użu tal-prodotti u tat-tagħmir li fihom gassijiet F;

    (2) ittejjeb it-tkabbir sostenibbli, tistimola l-innovazzjoni u tiżviluppa teknoloġiji ekoloġiċi billi ttejjeb l-opportunitjaiet tas-suq għal teknoloġiji alternattivi u għal gassijiet b’impatt żgħir fuq il-klima;

    (3) twassal biex l-UE tkun konformi mal-iktar sejbiet xjentifiċi riċenti fil-livell internazzjonali, kif deskritt fir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-IPCC tan-NU, pereżempju rigward is-sustanzi koperti minn dan ir-Regolament u l-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) tagħhom;

    (4) tgħin sabiex ikun hemm kunsens dwar ftehim internazzjonali għat-tnaqqis gradwali tal-idrofluworokarburi (HFCs), l-iktar grupp rilevanti ta’ gassijiet F, taħt il-Protokoll ta’ Montreal;

    (5) tissimplifika u tikkjarifika r-Regolament (KE) Nru 842/2006 sabiex tnaqqas il-piż amministrattiv f’konformità mal-impenn tal-Kummissjoni għal regolamentazzjoni aħjar.

    Sfond

    Skont il-pjan direzzjonali kosteffikaċi li jwassal biex l-ekonomija tal-UE tkun dekarbonizzata, l-emissjonijiet tal-gassijiet F għandhom jitnaqqsu b’70-78 % sal-2050 u b’72-73% sal-2030 bi spiża marġinali ta’ tnaqqis ta’ madwar EUR 50 għal kull tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2.2 B’kollox, il-gassijiet F jammontaw għal 2 % tal-gassijiet b'effett ta' serra kollha fl-UE llum imma għandhom potenzjal ferm akbar ta’ tisħin atmosferiku minn dak tas-CO2. Huma jintużaw f’għadd ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni u tal-arja kundizzjonata, f'foams ta’ iżolament u f’tagħmir tal-elettriku, fi sprejs tal-aerosols, bħala solventi u f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar. L-emissjonijiet iseħħu prinċipalment waqt użi emissivi (ta’ sprejs tal-aerosols jew ta’ solventi, pereżempju) jew minħabba tnixxija waqt it-tħaddim u r-rimi ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet F.

    Il-parti l-kbira tal-gassijiet F ġew żviluppati mill-industrija sabiex jissostitwixxu sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu (ODS) li qed jitneħħew b’mod gradwali taħt il-Protokoll ta’ Montreal. Minħabba żieda fil-ġid u tkabbir tal-popolazzjoni, qed jinbiegħu iktar prodotti u tagħmir li jużaw il-gassijiet F jew l-ODS. Għaldaqstant, sa mill-1990 kien hemm żieda f’daqqa madwar id-dinja kollha fil-produzzjoni u fl-użu tal-gassijiet F li, jekk ma tiġix indirizzata, se twassal għal emissjonijiet konsiderevoli fl-atmosfera. Peress li l-prodotti u t-tagħmir li fihom il-gassijiet F ta’ spiss idumu jintużaw, jekk illum ma tittieħed l-ebda azzjoni, l-emissjonijiet kbar li setgħu ġew ipprevenuti se jkomplu matul id-deċennji li ġejjin.

    Ir-Regolament attwali dwar il-gassijiet F jiffoka prinċipalment fuq it-trażżin u fuq l-ipproċessar wara li jintemm l-użu tal-prodotti u t-tagħmir li fihom gassijiet F. Huwa mistenni li l-politiki attwali tal-UE dwar il-gassijiet F jistabilizzaw l-emissjonijiet tal-gassijiet F fl-UE, jekk in-nuqqasijiet fl-applikazzjoni ta’ ċerti miżuri jiġu rrettifikati. Madankollu, mhuwiex probabbli li jkun hemm tnaqqis fl-emissjonijiet f’termini assoluti sakemm ma jiġux implimentati miżuri addizzjonali.

    Bħalissa hemm stabbiliti biss ftit miżuri sabiex jiġi evitat l-użu tal-gassijiet F. Madankollu, illum huwa possibbli, fi kważi s-setturi kollha li fihom jintużaw il-gassijiet F, li dawn jiġu kompletament jew parzjalment sostitwiti b’alternattivi li huma sikuri u, tal-inqas, daqstant effiċjenti fl-enerġija. Il-miżuri ta’ politika, madankollu, għandhom iqisu l-fatt li għadd ta’ tipi ta’ prodotti u ta’ tagħmir huma kkonċernati u li l-fattibbiltà teknika flimkien mal-ispejjeż u l-benefiċċji tas-sostituzzjoni tal-gassijiet F jistgħu jiddependu fuq id-daqs tal-prodott jew tat-tagħmir u fuq il-post fejn dan se jintuża.

    Mil-lat internazzjonali, il-problema dejjem ikbar tal-emissjonijiet tal-gassijiet F qed tingħata attenzjoni. Fl-2009, fl-2010, fl-2011 u fl-2012, diversi partijiet għall-Protokoll ta’ Montreal ressqu proposti sabiex il-provvista u l-konsum tal-HFCs fid-dinja kollha jitnaqqsu b’mod gradwali. Il-miżuri previsti taħt dan ir-Regolament għandhom jantiċipaw tnaqqis gradwali globali skont il-proposti attwali taħt il-Protokoll ta’ Montreal u b’hekk għandhom iħejju lill-UE għal obbligi futuri bħal dawn. L-UE tat l-appoġġ tagħha lil dawn il-proposti bħala azzjoni komplementari għal azzjoni sabiex jittaffa t-tibdil fil-klima taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC)[8]. Sa issa, ftit li xejn sar progress fin-negozjati għaliex iċ-Ċina, l-Indja, il-Brażil u pajjiżi oħrajn irrifjutaw li jiddiskutu din il-kwistjoni taħt il-Protokoll ta’ Montreal. Madankollu, il-Konferenza tal-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Iżvilupp Sostenibbli (Rio+20) dan l-aħħar esprimiet l-appoġġ tagħha għal tnaqqis gradwali fil-konsum u fil-produzzjoni tal-HFCs[9].

    Barra minn hekk, fl-2012 ġiet stabbilita l-'Climate and Clean Air Coalition on Short-Lived Climate Pollutants'. Il-G8, il-Programm tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ambjent (UNEP), il-Bank Dinji u l-Kummissjoni Ewropea ssieħbu fiha. Qasam prijoritarju għall-azzjoni huma l-emissjonijiet tal-HFCs[10]. Il-Parlament Ewropew talab ukoll kemm-il darba biex tittieħed azzjoni ambizzjuża fil-konfront tal-gassijiet F, b’mod partikolari l-HFCs[11].

    Il-leġiżlazzjoni attwali tal-UE dwar il-gassijiet F tikkonsisti f’żewġ atti leġiżlattivi prinċipali:

    (1) Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 li jiffoka fuq il-prevenzjoni tat-tnixxijiet waqt l-użu (trażżin) u fuq meta jispiċċa l-użu (prinċipalment) ta’ tagħmir stazzjonarju u fuq għadd limitat ta’ projbizzjonijiet ta’ gassijiet F fir-rigward ta’ applikazzjonijiet speċjalizzati ddefiniti b’mod strett (ir-Regolament dwar il-gassijiet F),

    (2) Id-Direttiva 2006/40/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tintroduċi restrizzjonijiet fuq l-użu ta’ gassijiet F b’potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) ta’ iktar minn 150 fis-sistemi ta' kundizzjonament tal-arja f'vetturi bil-mutur ġodda (id-Direttiva MAC).

    Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 huwa kkomplementat b’għaxar Regolamenti tal-Kummissjoni li jistabbilixxu l-format tar-rapporti[12], il-forma tat-tikketti u rekwiżiti addizzjonali ta’ tikkettar[13], rekwiżiti standard għall-kontroll ta’ tnixxija[14], [15], rekwiżiti għal programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni[16], [17], [18], [19], [20] u l-format biex dawn jiġu nnotifikati[21].

    Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħrajn tal-Unjoni

    Id-dritt tal-Unjoni Ewropea li taġixxi f’dan il-qasam huwa stabbilit fl-Artikoli 191 u 192 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE). L-Artikolu 191 jirreferi b’mod espliċitu għall-għan fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima bħala parti mill-politika ambjentali tagħha. L-azzjoni f’dan il-qasam tirrispetta b’mod sħiħ il-prinċipju ta’ sussidjarjetà. It-tibdil fil-klima hija kwistjoni transkonfinali li dwarha hija meħtieġa azzjoni mill-UE kollha, b’mod partikolari minħabba li l-UE għandha mira komuni għat-tnaqqis tal-emissjonijiet.

    It-tnaqqis kosteffiċjenti fl-emissjonijiet li huwa ppjanat huwa konsistenti mal-pjan direzzjonali deskritt fil-qosor fil-Pjan Direzzjonali tal-UE għal Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju fl-2050. L-appoġġ għal alternattivi ġodda se jgħin sabiex tinżamm il-kompetittività tal-ekonomija Ewropea u sabiex jingħata appoġġ lil tkabbir ekoloġiku b’mod partikolari, f’konformità mal-prijorità ta’ tkabbir sostenibbli tal-UE‑2020[22]. Jiġu introdotti miżuri għas-salvagwardja tal-interessi tal-SMEs simili għal “Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir”[23], filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali lill-impatti fuq l-effiċjenza enerġetika sabiex tiġi żgurata konsistenza konformi mal-ħidma li l-UE għamlet sabiex tinkoraġġixxi l-ekodisinn[24] u l-effiċjenza enerġetika[25]. Fl-aħħar nett, il-proposta għandha wkoll l-għan li tissimplifika l-leġiżlazzjoni u żżomm il-piż amministrattiv għall-awtoritajiet u l-kumpaniji pubbliċi (UE jew nazzjonali) fuq livell minimu.

    2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U L-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

    Konsultazzjoni tal-partijiet interessati u l-ġbir u l-użu tal-għarfien espert

    Il-Kummissjoni ġabret firxa wiesgħa ta’ pariri tekniċi minn għadd ta’ studji ta’ esperti[26], [27], [28], [29] inkluż studju preparatorju komprensiv5 għall-analiżi tar-Regolament (KE) Nru 842/2006. Grupp ta’ esperti magħmul minn 47 membru minn diversi setturi tal-industrija, mill-Istati Membri u mill-NGOs intalab jipprovdi gwida u input tekniku għal dan l-istudju. Iċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) għamel ukoll analiżi makroekonomika tal-għażliet ta’ politika.

    Il-Kummissjoni wettqet konsultazzjoni wiesgħa mal-partijiet interessati, inkluża konsultazzjoni pubblika onlajn ta’ tliet xhur, mis-26 ta’ Settembru sad-19 ta’ Diċembru 2011 u seduta pubblika fi Brussell fit-13 ta’ Frar 2012. Tliet kwarti mill-261 parti interessata li wieġbu fil-konsultazzjoni onlajn kienu mill-industrija. Fir-rigward tal-iktar approċċi ta’ politika adegwati fin-nuqqas ta’ tnaqqis gradwali dinji tal-HFCs, inqas minn 2 % tal-partijiet interessati wieġbu “l-ebda azzjoni ulterjuri”. L-iktar tliet għażliet ta’ politika li ntgħażlu ta’ spiss kienu t-tisħiħ ta’ miżuri għal trażżin u għal irkupru, ftehimiet volontarji u limiti kwantitattivi għat-tqegħid tal-HFCs fis-suq tal-UE (tnaqqis gradwali). Ħafna mill-partijiet interessati li wieġbu fil-konsultazzjoni kienu tal-fehma li diversi miżuri ta’ politika kienu adattati.

    Is-seduta tal-partijiet interessati, li għaliha attendew iktar minn 130 parti interessata, żvelat li maġġoranza kbira tal-industrija kienet tippreferi jew setgħet taċċetta tnaqqis gradwali fil-provvista ta’ gassijiet F. Dan jagħtiha ftit tal-flessibbiltà f’każijiet fejn it-teknoloġiji alternattivi ma kinux għadhom meqjusa bħala adattati. Min-naħa l-oħra, huma kienu tal-fehma li l-projbizzjonijiet fuq tagħmir ġdid kienu riġidi wisq jew kienu jeħtieġu sett kumpless ta’ eżenzjonijiet. Għall-utenti kummerċjali ta’ tagħmir bil-gassijiet F, kien kruċjali li t-tagħmir eżistenti ikun jista’ jibqa’ jintuża. L-NGOs u l-partijiet interessati mill-industrija li qed jaħdmu b’teknoloġiji alternattivi kienu tal-fehma li huwa essenzjali li jkun hemm projbizzjonijiet b’eżenzjonijiet minuri. Huma qiesu t-tnaqqis gradwali bħala żieda mal-projbizzjonijiet. Uħud mill-partijiet interessati xtaqu jiffokaw biss fuq applikazzjoni aħjar tar-Regolament. F’dak l-istadju, l-Istati Membri ma kellhom l-ebda pożizzjoni uffiċjali iżda appoġġaw it-tnaqqis gradwali. Netwerk ta’ Aġenziji għall-Protezzjoni tal-Ambjent[30] irrakkomanda li mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali jiġi kkombinat ma’ projbizzjonijiet biex jissaħħaħ it-tnaqqis gradwali.

    Valutazzjoni tal-impatt

    Il-Kummissjoni għamlet valutazzjoni tal-impatt tal-alternattivi ta’ politika f’termini tal-effikaċja tagħhom sabiex jintlaħqu l-għanijiet ta’ politika u tal-impatti ambjentali, ekonomiċi u soċjali tagħhom fuq il-partijiet interessati. Ġiet ikkunsidrata firxa wiesgħa ta’ miżuri ta’ politika sabiex jiġu kkomplementati l-miżuri eżistenti. L-għażliet finali kienu jinkludu biss miżuri li ġie ppruvat li jirriżultaw fi tnaqqis sostanzjali fl-emissjonijiet bi spejjeż baxxi ta’ tnaqqis u li huma konsistenti ma’ politiki oħrajn tal-UE.

    L-applikazzjoni sħiħa tar-Regolament dwar il-gassijiet F ġiet stabbilita bħala l-għażla bażi. Ġew ivvalutati b’mod dettaljat erba’ għażliet ta’ politika oħrajn:

    (a) Ftehimiet volontarji;

    (b) Ambitu estiż għal miżuri ta’ trażżin u ta’ rkupru;

    (c) Limiti kwantitattivi fuq il-provvista ta’ HFCs (tnaqqis gradwali);

    (d) Projbizzjoni fuq it-tqegħid ta’ ċerti prodotti u ta’ ċertu tagħmir li fihom gassijiet F fis-suq tal-UE.

    Il-bażi metodoloġika għall-valutazzjoni tal-impatt kienet analiżi ddettaljata tal-fattibbiltà li jiġu introdotti alternattivi sikuri u enerġetikament effiċjenti fit-28 settur prinċipali li jużaw il-gassijiet F. Peress li t-teknoloġiji alternattivi tqiesu biss jekk f'każ li ġew ikkunsidrati mill-inqas effiċjenti fl-enerġija daqs it-teknoloġiji konvenzjonali tal-gassijiet F, l-emissjonijiet indiretti mill-konsum tal-elettriku kienu indirizzati b’mod inerenti mill-bidu nett.

    Ġew ikkunsidrati l-impatti fi stadji differenti tal-katina ta’ produzzjoni u fi stadji differenti tal-użu, jiġifieri fuq il-produtturi tal-kimiċi; il-produtturi tal-prodotti u tat-tagħmir; il-bejjiegħa bl-ingrossa; l-utenti industrijali tal-prodotti u tat-tagħmir; il-kumpaniji li jagħmlu s-servis fuq it-tagħmir u l-konsumaturi finali.

    Il-valutazzjoni tal-impatt uriet li tnaqqis gradwali tal-HFCs li jintroduċi limiti gradwalment dejjem iktar baxxi sal-2030 għall-ammonti ta’ dawn il-gassijiet F li għandhom jitqiegħdu fis-suq fl-UE għandu jirriżulta fl-ikbar tnaqqis tal-emissjonijiet, filwaqt li, sal-2030, inaqqas l-emissjonijiet tal-lum b’żewġ terzi (bejn wieħed u ieħor 70 miljun tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2). Xi restrizzjonijiet fuq l-użu tal-gassijiet F huma xierqa, b’mod partikolari sabiex tiġi salvagwardjata l-integrità tat-tnaqqis gradwali u sabiex fil-mira jkun hemm gassijiet F li mhumiex koperti bit-tnaqqis gradwali. Il-miżuri dwar it-trażżin u l-irkupru għandhom jiġu estiżi għal xi mezzi tat-trasport. Flimkien, dawn l-għażliet għandhom jistimulaw l-iktar l-innovazzjoni u l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ekoloġiċi. L-ispiża għandha tkun baxxa għall-ekonomija u s-soċjetà kollha (effett massimu fuq il-PDG ta’ - 0.006 %), filwaqt li dawn l-għażliet jipprovdu flessibbiltà lill-industrija. Tnaqqis ta' żewġ terzi fl-emissjonijiet jkun konformi mal-proposti attwali taħt il-Protokoll ta’ Montreal u jħejji lill-industrija tal-UE għal tnaqqis gradwali. Dan għandu jwassal għal tnaqqis fl-ispejjeż minħabba penetrazzjoni ikbar fis-suq u għal ekonomiji ta’ skala għat-teknoloġiji alternattivi, biex b’hekk tingħata għajnuna ħalli jintlaħaq ftehim dwar il-proposti taħt il-Protokoll ta’ Montreal.

    L-ispejjeż amministrattivi jistgħu jinżammu relattivament baxxi (l-ispejjeż amministrattivi totali ta’ madwar EUR 2 miljun fis-sena għal tnaqqis gradwali). Ir-raġuni għal dan hija għaliex l-iskema ta’ rapportar taħt ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 diġà tipprovdi l-parti l-kbira tad-dejta meħtieġa sabiex tiġi implimentata kwalunkwe għażla ta’ politika fil-ġejjieni.

    3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

    Sommarju tal-azzjoni proposta

    Il-proposta żżomm id-dispożizzjonijiet attwali tar-Regolament dwar il-gassijiet F, b’xi aġġustamenti sabiex jiġu żgurati implimentazzjoni u infurzar aħjar tal-leġiżlazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali. Uħud mill-miżuri ta’ trażżin ġew estiżi anki għat-trakkijiet u għat-trejlers refriġerati. L-Anness IX, permezz ta’ tabella ta’ korrelazzjoni, jipprovdi ħarsa ġenerali lejn kif id-dispożizzjonijiet eżistenti ġew integrati fir-regolament propost.

    L-iktar miżura ġdida importanti hija l-introduzzjoni ta’ limiti kwantitattivi fuq il-provvista ta’ sostanzi HFC bl-ingrossa fl-UE, li tonqos maż-żmien. Dan it-tnaqqis gradwali jiġi kkomplementat b’miżuri li jiżguraw li l-kwantitajiet użati fil-prodotti u fit-tagħmir jiġu wkoll koperti minn dan il-mekkaniżmu.

    Il-mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali jinvolvi limitu massimu li jonqos b’mod gradwali fuq it-tqegħid totali tal-HFCs bl-ingrossa (f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ CO2) fis-suq fl-UE b’iffriżżar fl-2015, segwit mill-ewwel tnaqqis fl-2016 biex sal-2030 jintlaħqu 21 % tal-livelli mibjugħa fl-2008–11. Il-produtturi ta’ prodotti u ta’ tagħmir li jiffaċċjaw provvista ristretta ta’ gassijiet F se jaqilbu għal teknoloġiji alternattivi fejn dan ikun fattibbli.

    Il-mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali huwa bbażat fil-parti l-kbira fuq l-esperjenza miksuba mit-tnaqqis gradwali tal-konsum tal-ODS. Il-kumpaniji li jqiegħdu HFCs bl-ingrossa fis-suq tal-UE għandu jkollhom drittijiet li jqiegħdu sustanzi bl-ingrossa fis-suq tal-UE għall-ewwel darba. Il-Kummissjoni talloka kwoti b’xejn lill-kumpaniji abbażi ta’ dejta ta’ rapportar tal-imgħoddi, b’riżerva għal min jidħol ġdid. Il-kumpaniji jridu jkunu żguri li għandhom biżżejjed drittijiet sabiex ikopru t-tqegħid effettiv tal-prodotti u tat-tagħmir fis-suq min-naħa tagħhom. Huma jistgħu jitrasferixxu l-kwoti bejniethom. Il-Kummissjoni tikkontrolla l-konformità s-sena ta’ wara permezz ta' verifika indipendenti tar-rapporti. Madwar mitt (100) kumpanija mistennija jipparteċipaw u limitu għandu jiżgura li l-kumpaniji li jqiegħdu kwantitajiet żgħar fis-suq biss jiġu eżentati.

    L-HFCs importati f’tagħmir li jimtela minn qabel għandhom jingħaddu wkoll mat-tnaqqis gradwali u għalhekk miżuri komplementari huma indispensabbli sabiex dawn il-gassijiet jiġu indirizzati biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali[31] tal-mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali kif ukoll kundizzjonijiet ekwi fis-suq. Għalhekk, tagħmir bl-HFC li ma jkunx issiġillat ermetikament xorta għandu jkun jista’ jiġi prodott jew importat fl-UE imma jkollu jimtela fil-post tal-installazzjoni.[32] B’mod simili, it-tqegħid fis-suq ta’ kundizzjonaturi tal-arja mobbli li fihom l-HFCs se jiġi pprojbit mill-2020. Qed jiġu introdotti xi ftit projbizzjonijiet addizzjonali sabiex isostnu l-mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali u jillimtaw l-użu ta’ gassijiet F oħrajn li mhumiex koperti mill-mekkaniżmu u li nstab li huma kosteffikaċi b’rabta mal-livell meħtieġ ta’ tnaqqis fl-emissjonijiet globali. Ara t-tabella 1 għal ħarsa ġenerali.

    Tabella 1. Ħarsa ġenerali fil-qosor lejn ir-restrizzjonijiet il-ġodda fuq it-tagħmir

    Prodotti u tagħmir    || Data tal-projbizzjoni

    L-użu tal-HFC-23 f’sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u f’ċilindri għat-tifi tan-nar || L-1 ta’ Jannar 2015

    Refriġeraturi u friżers domestiċi b'HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar || L-1 ta’ Jannar 2015

    Refriġeraturi u friżers għal użu kummerċjali (sistemi ssiġillati ermetikament) || L-1 ta’ Jannar 2017 għal HFCs b’GWP ta’ 2500 jew iktar L-1 ta' Jannar 2020 għal HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar

    Tagħmir mobbli tal-arja kundizzjonata għall-kmamar (tagħmir issiġillat ermetikament) b'HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar || L-1 ta’ Jannar 2020

    Barra minn hekk, l-iċċarġjar mill-ġdid tat-tagħmir ta’ refriġerazzjoni eżistenti b’daqs ta’ ċarġ ta’ iktar minn 5 tunnellati ta’ ekwivalenti għal CO2 b’HFC li għandu GWP għoli ħafna (> 2500) mhux se jkun permess mill-2020 ’il quddiem peress li refriġeranti sostituti (drop-in) iktar adegwati u enerġetikament effiċjenti b’GWP iktar baxx diġà huma disponibbli b’mod wiesa’ fis-suq.

    Restrizzjonijiet fuq l-użu tal-SF6 f'die casting tal-manjeżju jiġu estiżi wkoll għall-faċilitajiet li jużaw inqas minn 850 kg fis-sena peress li minħabba l-progress dan l-użu għadda żmienu.

    Obbligi ta’ rapportar addizzjonali għandhom jippermettu l-monitoraġġ tal-użu ta’ gassijiet F li mhumiex koperti bil-leġiżlazzjoni attwali.

    Bażi legali

    L-għan primarju tar-Regolament huwa li jipprovdi livell għoli ta’ protezzjoni għall-ambjent, b’mod partikolari billi jiġġieled it-tibdil fil-klima. Din il-proposta, għalhekk, hija bbażata fuq l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    Prinċipju ta’ sussidjarjetà

    L-għanijiet tal-proposta ma jistgħux jintlaħqu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri. L-UE se tilħaq aħjar l-għanijiet għar-raġunijiet li ġejjin.

    Il-protezzjoni tas-sistema klimatika hija kwistjoni transkonfinali. L-Istati Membri individwali ma jistgħux isolvu l-problemi waħidhom. Id-daqs tal-problema titlob azzjoni mill-UE kollha u wkoll azzjoni mid-dinja kollha. Il-proposta għandha wkoll l-għan li toħloq il-qafas legali għall-implimentazzjoni ta’ ftehim internazzjonali dwar it-tnaqqis gradwali tal-HCFs, li l-UE tkun parti għalih. Bħalissa, il-ftehim qed jiġi diskuss fuq livell internazzjonali.

    Ir-Regolament jipprovdi għall-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq u tal-użu ta’ ċerti prodotti u ta’ ċertu tagħmir li fihom gassijiet F. Għalhekk huwa rilevanti għall-funzjonament tas-suq intern.

    Il-proposta tiffoka fuq l-emendar u l-ikkumplimentar tal-leġiżlazzjoni tal-UE kif ukoll fuq it-tisħiħ ta’ wħud mid-dispożizzjonijiet sabiex jittejbu l-implimentazzjoni u l-infurzar tal-proposta min-naħa tal-Istati Membri.

    Għaldaqstant, il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà.

    Il-prinċipju ta’ proporzjonalità

    Il-proposta hija konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-miżuri huma bbażati fuq valutazzjoni bir-reqqa tal-kosteffiċjenza tagħhom. Il-limiti għall-ispejjeż ta’ tnaqqis aċċettabbli huma konformi mal-Pjan Direzzjonali għal Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju[33], fejn tiġi stabbilita l-istrateġija globali għall-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima. Perjodi ta’ tranżizzjoni suffiċjentement twal se jippermettu lis-setturi kkonċernati li jadattaw irwieħhom b’mod ekonomikament effiċjenti.

    Fejn ikunu previsti r-restrizzjonijiet fuq ċerti applikazzjonijiet tal-gassijiet F, il-proposta tiżgura d-disponibbiltà ta’ alternattivi li jkunu teknikament u ekonomikament fattibbli. Jekk f’ċirkustanzi partikolari dan ma jkunx il-każ, hija tippermetti li jingħataw derogi.

    Ma qed tiġi proposta l-ebda dispożizzjoni ddettaljata f’oqsma fejn l-għanijiet jistgħu jintlaħqu aħjar b’azzjoni f’oqsma oħrajn tal-politika, pereżempju b’leġiżlazzjoni dwar l-iskart jew dwar l-ekodisinn. Ir-raġuni għal dan huwa sabiex jiġu evitati sovrapożizzjonijiet li jistgħu jwasslu għal allokazzjoni mhux ċara tar-responsabbiltajiet, li toħloq piż addizzjonali għall-awtoritajiet pubbliċi u għall-kumpaniji.

    Għażla tal-istrumenti

    L-istrument legali magħżul huwa Regolament għaliex il-proposta għandha l-għan li tissostitwixxi u ttejjeb ir-Regolament eżistenti u għaliex il-mekkaniżmu ta’ tnaqqis gradwali għandu jibni fuq is-sistema stabbilita fuq il-livell tal-UE għat-tnaqqis gradwali tas-sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu. Ġie ppruvat li din is-sistema taħdem b’mod effiċjenti. Kwalunkwe bidla fis-sistema tgħabbi b’piżijiet żejda kemm lill-Istati Membri kif ukoll lill-kumpaniji attivi f’dan is-settur.

    4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

    Il-proposta ma għandha l-ebda impatt inkrementali fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea.

    2012/0305 (COD)

    Proposta għal

    REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

    dwar gassijiet fluworurati b'effett ta' serra

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidraw t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 192(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni,

    Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[34],

    Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni[35],

    Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

    Billi:

    (1)       Ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni tal-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (“IPCC”) tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (“UNFCCC”), li l-Unjoni hija parti għaliha[36], iddikjara li, abbażi tad-dejta xjentifika eżistenti, il-pajjiżi żviluppati ikollhom bżonn inaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra bi 80 % sa 95 % taħt l-emissjonijiet tal-1990 sal-2050 sabiex it-tibdil fil-klima globali jiġi llimitat għal żieda fit-temperatura ta’ 2 ˚C u b’hekk jiġu pprevenuti effetti klimatiċi mhux mixtieqa[37].

    (2)       Sabiex tintlaħaq din il-mira, fil-Pjan Direzzjonali għal Ekonomija b’Livell Baxx ta’ Emissjonijiet tal-Karbonju, il-Kummissjoni Ewropea stabbiliet mod kosteffikaċi sabiex jinkiseb it-tnaqqis globali meħtieġ fl-emissjonijiet fl-Unjoni sal-2050[38]. Dan il-pjan direzzjonali jistabbilixxi l-kontribuzzjonijiet settorjali meħtieġa f’sitt oqsma. L-emissjonijiet mhux tas-CO2 (inklużi l-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra imma esklużi l-emissjonijiet mhux tas-CO2 mill-agrikoltura) għandhom jitnaqqsu bi 72 % sa 73 % sal-2030 u b’70 % sa 78 % sal-2050, meta mqabbla mal-livelli tal-1990. Jekk is-sena ta’ referenza 2005 tiġi kkunsidrata bħala bażi, huwa meħtieġ tnaqqis fl-emissjonijiet mhux tas-CO2, ħlief dawk mill-agrikoltura, ta’ 60 % sa 61 % sal-2030. Ġie kkalkulat li, fl-2005, l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra kienu ta’ 90 miljun tunnellata (Mt) ta’ ekwivalenti għal CO2. Tnaqqis ta’ 60 % ifisser li l-emissjonijiet ikollhom jitnaqqsu għal madwar 35 Mt ta’ ekwivalenti għal CO2 sal-2030. Fid-dawl tal-emissjonijiet ikkalkulati ta’ 104 Mt ta’ ekwivalenti għal CO2 fl-2030, abbażi ta’ applikazzjoni sħiħa tal-leġiżlazzjoni attwali, huwa meħtieġ tnaqqis ulterjuri ta’ madwar 70 Mt ta’ ekwivalenti ta’ CO2.

    (3)       Rapport mill-Kummissjoni[39] dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament (KE) Nru 842/2006[40] ikkonkluda li l-miżuri ta’ trażżin attwali, jekk jiġu applikati b’mod sħiħ, għandhom il-potenzjal li jnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Dawk il-miżuri, għaldaqstant, għandhom jinżammu u jiġu ċċarati abbażi tal-esperjenza miksuba bl-implimentazzjoni tagħhom. Ċerti miżuri għandhom ukoll jiġu estiżi għal tagħmir ieħor li fih jintużaw kwantitajiet sostanzjali ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, bħat-trakkijiet u t-trejlers refriġerati. L-obbligu li jiġu stabbiliti u jinżammu rekords tat-tagħmir li fih gassijiet bħal dawn, għandu jkopri wkoll tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear).

    (4)       Ir-rapport tal-Kummissjoni kkonkluda wkoll li jista’ jsir iktar sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-Unjoni, b’mod partikolari billi jiġi evitat l-użu ta’ dawk il-gassijiet fejn ikun hemm teknoloġiji alternattivi sikuri u enerġetikament effiċjenti bl-ebda impatt jew b’impatt iżgħar fuq il-klima. Tnaqqis li jlaħħaq iż-żewġ terzi tal-emissjonijiet tal-2010, u li jsir sal-2030, huwa kosteffikaċi għaliex alternattivi pprovati u ttestjati huma disponibbli f’bosta setturi.

    (5)       Sabiex jitħeġġeġ l-użu ta’ teknoloġiji bħal dawn, it-taħriġ ta’ persuni li jwettqu attivitajiet li jinvolvu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu jkopri teknoloġiji li jservu sabiex jissostitwixxu u jnaqqsu l-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra. Iċ-ċertifikati għandu jkollhom validità limitata u l-perjodu ta’ validità inizjali għandu jiġi estiż biss abbażi ta’ taħriġ perjodiku obbligatorju, sabiex jiġi żgurat li dawk il-persuni jkunu mgħarrfa bi żviluppi tekniċi ġodda.

    (6)       Sabiex tiġi żgurata koerenza mar-rekwiżiti ta’ monitoraġġ u ta’ rappurtar taħt l-UNFCCC u d-Deċiżjoni 4/CMP.7 tal-Konferenza tal-Partijiet li sservi bħala laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto, il-potenzjali ta’ tisħin globali għandhom jiġu kkalkulati f’termini ta’ potenzjal ta’ tisħin globali fuq mitt (100) sena ta’ kilogramma ta’ gass pparagunat ma’ kilogramma ta’ CO2. Fejn ikun possibbli, il-kalkolu għandu jkun ibbażat fuq ir-raba’ rapport ta’ valutazzjoni adottat mill-IPCC.

    (7)       Peress li hemm alternattivi xierqa, il-projbizzjoni attwali fuq l-użu tal-eżafluworur tal-kubrit fid-die casting tal-manjeżju u fuq ir-riċiklaġġ tal-ligi tad-die casting tal-manjeżju għandha tiġi estiża għall-faċilitajiet li jużaw inqas minn 850 kg fis-sena. Bl-istess mod, b’perjodu tranżitorju xieraq, l-użu ta’ refriġeranti b’potenzjal ta’ tisħin globali għoli ħafna (“GWP”) sabiex isir servis fuq it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni jew sabiex dan jinżamm b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit.

    (8)       Għandhom jiġu introdotti projbizzjonijiet addizzjonali fuq it-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir ġdid għar-refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u għall-protezzjoni kontra n-nar li jaħdmu billi jużaw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra speċifiċi fejn ikunu disponibbli alternattivi xierqa għall-użu ta’ dawk is-sustanzi. Fid-dawl ta’ żviluppi tekniċi futuri u tad-disponibbiltà ta’ alternattivi kosteffiċjenti għall-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa sabiex tinkludi prodotti u tagħmir oħrajn jew biex teskludi, anke temporanjament, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi jew ekonomiċi, inkluż provvista insuffiċjenti fis-suq ta' sustanzi alternattivi biex tintlaħaq id-domanda jew minħabba standards applikabbli ta' sikurezza li jeskludu l-użu ta' alternattivi rilevanti.

    (9)       Projbizzjonijiet tali għandhom jiġu introdotti fejn se jirriżultaw f'anqas emissjonijiet tal-gassijiet b'effett ta' serra b'mod ġenerali, partikolarment kemm mit-tnixxija ta' kwalunkwe gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u kemm mill-emissjonijiet tas-CO2 li jirriżultaw mill-konsum tal-enerġija. It-tagħmir li fih il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu għalhekk ikun permess jekk l-emissjonijiet ġenerali tal-gassijiet b'effett ta' serra jkunu anqas minn dawk li jirriżultaw minn tagħmir ekwivalenti mingħajr gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, li jkollu l-konsum massimu ta' enerġija permess stabbilit fil-miżuri ta' implimentazzjoni rilevanti adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE (Ekodisinn)[41].

    (10)     Sabiex jiġi żgurat li persuni li ġew debitament iċċertifikati biss jinstallaw tagħmir ta’ refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana mhux issiġillati ermetikament, għandu jkun hemm projbizzjoni fuq it-tqegħid fis-suq ta’ dan it-tagħmir mimli minn qabel bl-idrofluworokarburi. Din il-miżuri għandha tiżgura wkoll li l-kwantitajiet kollha użati għall-ewwel mili ta’ tagħmir bħal dawn ikunu soġġetti għall-miżuri ta’ tnaqqis.

    (11)     It-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi ġie identifikat bħala l-iktar mod effettiv u kosteffiċjenti sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet ta’ dawk is-sustanzi tul medda twila ta’ żmien.

    (12)     Sabiex jiġi implimentat it-tnaqqis gradwali tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, il-Kummissjoni għandha talloka kwoti lil produtturi u lil importaturi individwali sabiex iqiegħduhom fis-suq biex il-limitu kwantitattiv globali għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq fl-Unjoni ma jinqabiżx.

    (13)     L-allokazzjoni tal-kwoti lil kumpaniji individwali għandha tkun ibbażata fuq il-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi li jkunu pproduċew jew importaw waqt il-perjodu ta’ referenza mill-2008 sal-2011. Madankollu, sabiex l-operaturi żgħar ma jiġux esklużi, ħamsa fil-mija tal-limitu kwantitattiv globali għandu jiġi rriżervat għall-importaturi u għall-produtturi li ma importawx jew ma pproduċewx iktar minn 1 tunnellata ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fil-perjodu ta’ referenza.

    (14)     Billi terġa’ tikkalkula mill-ġdid il-kwoti b’mod regolari, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li operaturi ġodda jitħallew ikomplu l-attivitajiet tagħhom abbażi tal-volumi medji li qiegħdu fis-suq fl-imgħoddi reċenti.

    (15)     Il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha li jkun hemm stabbilit reġistru elettroniku ċentrali sabiex jiġu ġestiti l-kwoti, u li jkun ibbażat fuq is-sistema għal-liċenzjar tal-kummerċ fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 1005/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Settembru 2009 dwar sustanzi li jnaqqsu s-saff tal-ożonu[42].

    (16)     Sabiex tinżamm il-flessibbiltà tas-suq fl-idrofluworokarburi bil-massa, għandu jiġi permess it-trasferiment tal-kwoti anki lil produtturi u lil importaturi li ma kinux attivi qabel fis-settur.

    (17)     Sabiex tkun tista’ tiġi mmonitorjata l-effikaċja tar-Regolament, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi attwali ta’ rappurtar għandu jiġi estiż sabiex ikopri sustanzi fluworurati oħrajn li jkollhom GWP sinifikanti jew li huwa probabbli li jissostitwixxu l-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra elenkati fl-Anness I ukoll. Għall-istess raġuni, il-qerda tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-importazzjoni ta’ dawk il-gassijiet meta jkunu inklużi fi prodotti u f’tagħmir għandha tiġi rrapportata wkoll. Għandhom jiġu ffissati limiti de minimis sabiex jiġi evitat piż amministrattiv sproporzjonat, b’mod partikolari għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u għall-mikroimpriżi.

    (18)     Il-Kummissjoni għandha timmonitorja b’mod kontinwu l-effetti tat-tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi, inkluż l-effett tat-tnaqqis fuq il-provvista għat-tagħmir li fihom l-użu tal-idrofluworokarburi jirriżulta f’emissjonijiet tul ċiklu tal-ħajja iktar baxxi milli kieku ntużat teknoloġija alternattiva. Il-monitoraġġ għandu jiżgura wkoll l-individwazzjoni bikrija ta’ tħassib dwar is-saħħa jew is-sikurezza minħabba impatti negattivi fuq id-disponibbiltà tal-prodotti mediċinali. Qabel l-2030 għandha ssir reviżjoni komprensiva fi żmien xieraq sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament jiġu adattati fid-dawl tal-implimentazzjoni tiegħu u tal-iżviluppi ġodda u sabiex jiġu adottati, jekk ikun xieraq, iktar miżuri ta’ tnaqqis.

    (19)     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament, għandhom jiġu kkonferiti setgħat ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sabiex tiddetermina l-formati tar-rekords li għandhom jinżammu dwar it-tagħmir installat, li ngħata servis, li saritlu manutenzjoni, li ssewwa jew li ġie dekummissjonat, tan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni u tat-tikketti għall-prodotti għat-tagħmir; sabiex tiddetermina l-valuri ta’ referenza għall-importaturi u għall-produtturi abbażi tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi mqiegħda fis-suq fl-Unjoni u sabiex tiddetermina l-format u l-mezzi ta' sottomissjoni tar-rapporti. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[43].

    (20)     Sabiex jitqiesu l-progress teknoloġiku u l-iżvilupp tas-swieq affettwati minn dan ir-Regolament, u sabiex tiġi żgurata konformità mal-ftehimiet internazzjonali, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi ddelegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta’ dawn li ġejjin: l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti għal kontrolli standard ta’ tnixxija; l-estensjoni tal-lista ta’ tagħmir soġġett għal irkupru mandatorju tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; l-ispeċifikazzjoni tar-rekwiżiti minimi u tal-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-programmi ta’ taħriġ għall-persuni li jinstallaw, li jagħmlu manutenzjoni, isewwu jew jiddekummissjonaw it-tagħmir u li jikkontrollaw tnixxijiet u jirkupraw il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u għaċ-ċertifikazzjoni ta’ dawk il-persuni u tal-kumpaniji li jwettqu kompiti bħal dawn; l-emendi fir-rekwiżiti tat-tikkettar; il-projbizzjoni tat-tqegħid fis-suq ta’ iktar prodotti u tagħmir li fihom jew li jagħmlu użu minn gassijiet fluworurati b'effett ta' serra; l-emendi tal-kwantitajiet massimi ta’ idrofluworokarburi li jistgħu jitqiegħdu fis-suq u l-eżenzjoni tal-provvista ta’ idrofluworokarburi għal użi kritiċi speċifiċi mir-rekwiżit tal-kwota għal raġunijiet ta’ saħħa u sikurezza; id-determinazzjoni tar-regoli biex jerġgħu jiġu kkalkulati l-valuri ta’ referenza għat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi mill-impriżi individwali u l-emendi ta’ jew is-supplimenti għall-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti; l-analiżi tal-limiti għar-rekwiżiti ta’ rappurtar; l-istabbiliment ta’ rekwiżiti għas-sistema ta’ rappurtar dwar l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u l-użu tad-dejta dwar l-emissjonijiet miġbura mill-Istati Membri; l-inklużjoni ta’ sustanzi oħrajn b’potenzjal ta’ tisħin globali sinfikanti fil-listi ta’ sustanzi koperti minn dan ir-Regolament u l-aġġornament tal-listi abbażi ta’ sejbiet xjentifiċi ġodda, b’mod partikolari il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi elenkati fl-annessi tar-Regolament.

    (21)     Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa waqt il-ħidma ta’ tħejjija tagħha, inkluż fuq il-livell tal-esperti. Meta tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura ruħha minn trażmissjoni simultanja, f’waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    (22)     Dan ir-Regolament jemenda u jikkomplementa r-Regolament (KE) Nru 842/2006, li għaldaqstant għandu jiġi sostitwit,

    ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

    Kapitolu I Dispożizzjonijiet Ġenerali

    Artikolu 1 Definizzjonijiet

    Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

    (1) “gassijiet fluworurati b'effett ta' serra” tfisser l-idrofluworokarburi (“HFCs”), il-perfluworokarburi (“PFCs”), l-eżafluworur tal-kubrit (“SF6”) u gassijiet b'effett ta' serra oħrajn li fihom il-fluworu, kif ġew elenkati fl-Anness I, kemm jekk ikunu waħidhom kif ukoll jekk ikunu f’taħlita;

    (2) “potenzjal ta’ tisħin globali” (“GWP”) tfisser il-potenzjal ta’ tisħin klimatiku ta’ gass b'effett ta' serra meta mqabbel ma’ dak tad-diossidu tal-karbonju (“CO2”), ikkalkulat f’termini tal-potenzjal ta’ tisħin fuq mitt (100) sena, ta’ kilogramma ta’ gass meta mqabbel ma’ kilogramma ta’ CO2, kif ġie stabbilit fl-Annessi I, II u III;

    (3) “tunnellata(i) ta’ ekwivalenti għal CO2” tfisser kwantità ta’ gassijiet b'effett ta' serra jew ta’ taħlita li fiha gassijiet bħal dawn, espressa bħala l-prodott tal-piż tal-gassijiet b'effett ta' serra f’tunnellati metriċi u tal-potenzjal ta’ tisħin globali tagħhom;

    (4) “operatur” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li tipposjedi t-tagħmir u s-sistemi koperti minn dan ir-Regolament u li teżerċita setgħa effettiva fuq il-funzjonament tekniku tagħhom;

    (5) “użu” tfisser l-użu ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fil-produzzjoni, fil-manutenzjoni jew fl-għoti ta’ servis, inkluż il-mili mill-ġdid tal-prodotti u tat-tagħmir, jew fi proċessi oħrajn;

    (6) “tqegħid fis-suq” tfisser il-provvista jew it-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ parti oħra fl-Unjoni għall-ewwel darba, bi ħlas jew mingħajr ħlas, jew l-użu għalih innifsu fil-każ ta' produttur, jew l-importazzjoni fit-territorju doganali tal-Unjoni taħt proċedura doganali li tippermetti l-użu jew it-tħaddim tal-prodotti importati fl-Unjoni;

    (7) “sistema ssiġillata ermetikament” tfisser sistema li fiha l-partijiet kollha li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jkunu ġew issiġillati ermetikament waqt li kienu qed jiġu manifatturi billi ġew iwweldjati, miksija bir-ram jew billi ġew magħluqa sew b’xi mod ieħor permezz ta’ konnessjoni permanenti u fejn iċ-ċirkwit tar-refriġerant ma hemmx għalfejn jinfetaħ sabiex tibda titħaddem is-sistema;

    (8) “kontenitur li ma jistax jerġa’ jimtela” tfisser kontenitur maħsub esklużivament sabiex jittrasporta jew jaħżen gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u li ma jistax jerġa’ jimtela mingħajr ma jiġi adattat għal dak l-iskop jew jitqiegħed fis-suq mingħajr ma jkunu ttieħdu miżuri sabiex jiġi rritornat ħalli jkun jista’ jerġa’ jimtela;

    (9) “rkupru” tfisser il-ġbir u l-ħażna ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra minn prodotti, tagħmir jew kontenituri waqt il-manutenzjoni jew l-għoti ta’ servis jew qabel ir-rimi tal-prodotti, tat-tagħmir jew tal-kontenituri;

    (10) “riċiklaġġ” tfisser l-użu mill-ġdid ta’ gass fluworuat b'effett ta' serra irkuprat wara proċess bażiku ta’ tindif;

    (11) “reklamazzjoni” tfisser l-ipproċessar mill-ġdid ta’ gass fluworurat b'effett ta' serra irkuprat sabiex jissodisfa l-prestazzjoni ekwivalenti ta’ sustanza verġni, fejn jitqies l-użu previst tiegħu;

    (12) “qerda” tfisser il-proċess ta’ trasformazzjoni jew ta’ dekompożizzjoni permanenti tal-gass fluworurat b'effett ta' serra kollu jew ta’ parti kbira minnu f’sustanza iktar stabbli waħda jew iktar li ma tkunx gass fluworurat b'effett ta' serra;

    (13) “stazzjonarju” tfisser li mhuwiex qed jiċċaqlaq waqt li qed jaħdem;

    (14) “foam b’komponent uniku” tfisser kompożizzjoni ta’ fowm inkluża f’kontenitur tal-aerosol wieħed fi stat likwidu li ma jkunx ireaġixxa jew li jkun irreaġixxa b’mod parzjali u li tespandi u tibbies meta tħalli l-kontenitur;

    (15) “trakk refriġerat” tfisser vettura bil-mutur b’massa massima ta’ iktar minn 3.5 tunnellati li hija maħsuba u mibnija primarjament sabiex iġġorr merkanzija u li hija mgħammra b’unità ta’ refriġerazzjoni;

    (16) “trejler refriġerat” tfisser vettura li hija maħsuba u mibnija sabiex tiġi rmunkata minn trakk jew minn trattur, primarjament sabiex iġġorr merkanzija u li hija mgħammra b’unità ta’ refriġerazzjoni;

    Kapitolu II Trażżin

    Artikolu 2 Prevenzjoni tal-emissjonijiet

    1.           Ir-rilaxx intenzjonali ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra fl-atmosfera jiġi pprojbit fejn ir-rilaxx ma jkunx teknikament meħtieġ għall-użu previst.

    2.           L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jieħdu prekawzjonijiet sabiex jipprevjenu li dawn jiġu rilaxxati b’mod mhux intenzjonali (minn hawn ’il quddiem “tnixxija”).

    3.           Fejn tiġi individwata tnixxija ta’ dawk il-gassijiet, l-operaturi jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jissewwa mingħajr dewmien żejjed.

    Fejn tnixxija fit-tagħmir tkun issewwiet, l-operaturi jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jiġi kkontrollat minn persuni ċċertifikati fi żmien xahar wara t-tiswija sabiex jiġi vverifikat li t-tiswija kienet effettiva.

    4.           Il-persuni u l-impriżi li jwettqu l-kompiti li ġejjin jiġu ċċertifikati skont l-Artikolu 8:

    (a) installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1);

    (b) għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar ta’ tagħmir mobbli tal-arja kundizzjonata li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

    (c) installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6;

    (d) jagħmlu kunsinni jew jirċievu gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għall-kompiti elenkati fil-punti (a), (b) u (c).

    Meta jwettqu dawk il-kompiti, il-persuni u l-impriżi msemmija fl-ewwel subparagrafu jieħdu miżuri ta’ prekawzjoni sabiex jipprevjenu tnixxija ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

    5.           Kwalunkwe persuna li tassenja l-kompitu ta’ installazzjoni, għoti ta’ servis, manutenzjoni, tiswijiet jew dekummissjonar ta’ tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 jew tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1) lil parti oħra taċċerta ruhħa li l-parti l-oħra jkollha ċ-ċertifikati meħtieġa skont l-Artikolu 8 għall-kompiti meħtieġa.

    Artikolu 3 Kontrolli għal tnixxijiet

    1.           L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 li mhumiex inklużi f'foams għandhom jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jiġi kkontrollat għal tnixxijiet. Madankollu, tagħmir b’sistemi ssiġillati ermetikament li huma ttikkettati bħala tali, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal inqas minn 10 tunnellati ta’ CO2 ma għandux ikun soġġett għal kontrolli għal tnixxija fil-kuntest ta' dan l-Artikolu.

    Il-kontrolli jitwettqu minn persuni ċċertifikati skont ir-regoli pprovduti fl-Artikolu 8.

    Dan il-paragrafu japplika għall-operaturi tat-tagħmir li ġej li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra:

    (a) tagħmir ta’ refriġerazzjoni stazzjonarju;

    (b) tagħmir tal-arja kundizzjonata stazzjonarju;

    (c) pompi tas-sħana stazzjonarji;

    (d) sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar stazzjonarji;

    (e) trakkijiet refriġerati u trejlers refriġerati.

    2.           Il-kontrolli skont il-paragrafu 1 jitwettqu bil-frekwenza li ġejja:

    (a) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar imma għal inqas minn 50 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull 12-il xahar;

    (b)      tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar iżda għal inqas minn 500 tunnellata ta’ CO2, għandu jiġi kkontrollat għal tnixxija mill-inqas darba kull sitt xhur;

    (c) tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 500 tunnellata ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi kkontrollat għal tnixxijiet mill-inqas darba kull tliet xhur.

    3.           Fejn, fir-rigward tas-sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar kif jissemma fil-paragrafu 1(d), ikun hemm stabbilita skema ta’ spezzjonijiet eżistenti li tissodisfa l-istandard ISO 14520 jew EN 15004, u s-sistema ta’ protezzjoni min-nar tiġi spezzjonata ta’ spiss daqskemm ikun meħtieġ skont il-paragrafu 2, dawk l-ispezzjonijiet jiġu kkunsidrati bħala li jissodisfaw l-obbligi tal-paragrafu 1.

    4.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jispeċifikaw rekwiżiti għall-kontrolli għal tnixxijiet li għandhom jitwettqu skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għal kull tip ta’ tagħmir imsemmi f’dak il-paragrafu, li jidentifikaw dawk il-partijiet tat-tagħmir fejn l-aktar probabbli li sseħħ ir-tnixxija, u li jemendaw il-lista tat-tagħmir fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tat-tendenzi tas-suq u tal-progress teknoloġiku.

    Artikolu 4 Sistemi ta’ individwazzjoni ta’ tnixxija

    1.           L-operaturi tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(1) li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 500 tunnellata ta’ CO2 jew iktar jiżguraw irwieħhom li t-tagħmir jiġi pprovdut b’sistema ta’ individwazzjoni ta’ tnixxija li twissi lill-operatur bi kwalunkwe tnixxija.

                  Is-sistemi ta’ individwazzjoni ta’ tnixxija jiġu kkontrollati mill-inqas darba kull 12-il xahar sabiex jiġi żgurat li qed jaħdmu kif suppost.

    2.           Bħala deroga mill-Artikolu 3(2)(b), fejn it-tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’potenzjal ta’ tisħin globali ekwivalenti għal 50 tunnellata ta’ CO2 jew iktar, imma għal inqas minn 500 tunnellata ta’ CO2, ikun ipprovdut b’sistema ta’ individwazzjoni ta’ tnixxija, it-tagħmir jiġi kkontrollat għal tnixxija mill-inqas darba kull 12-il xahar.

    Artikolu 5 Żamma ta’ rekords

    1.           L-operaturi ta’ tagħmir li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li mhumiex inklużi f’foams, jistabbilixxu u jżommu rekords, għal kull biċċa tagħmir, bl-informazzjoni li ġejja li tidentifika dan it-tagħmir:

    (a) il-kwantità u t-tip ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra installati;

    (b) il-kwantitajiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra miżjuda u r-raġunijiet għaliex ġew miżjuda;

    (c) il-kwantità ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra rkuprati;

    (d) ir-rati ta’ tnixxija osservati;

    (e) identifikazzjoni tal-impriża u tal-persuna li installat, tat servis lil, għamlet manutenzjoni ta’ u, fejn ikun applikabbli, sewwiet jew iddekummissjonat it-tagħmir;

    (f) id-dati u r-riżultati tal-kontrolli mwettqa skont l-Artikolu 3(1) u (3);

    (g) jekk it-tagħmir ġie ddekummissjonat, il-miżuri meħuda għall-irkupru u għar-rimi tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

    Dan il-paragrafu għandu japplika għall-operaturi tat-tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6 u tat-tagħmir imsemmi fl-Artikolu 3(2).

    2.           Sakemm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux irreġistrati f’bażi tad-dejta stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, l-operaturi msemmija fil-paragrafu 1 iżommu r-rekords sa mill-inqas sentejn wara li t-tagħmir ikun ġie ddekummissjonat.

    Sakemm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 1 ma jkunux irreġistrati f’bażi tad-dejta stabbilita mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri, il-persuni jew l-impriżi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(e) għall-operaturi jżommu kopji tar-rekords għal mill-inqas ħames snin.

    Ir-rekords għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti jew tal-Kummissjoni, meta ssir talba għalihom.

    3.           Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina l-format tar-rekords msemmija fil-paragrafu 1 u tispeċifika kif dawn għandhom jiġu stabbiliti u jinżammu f’att ta’ implimentazzjoni. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

    Artikolu 6 Emissjonijiet mill-produzzjoni

    Il-produtturi ta’ komposti fluworurati jieħdu l-prekawzjonijiet kollha meħtieġa sabiex jillimitaw kemm jistgħu l-emissjonijiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra waqt il-produzzjoni, it-trasport u l-ħażna.

    Dawk il-produtturi jiżguraw irwieħhom li kwalunkwe trifluworometan (HFC-23) prodott bħala prodott sekondarju fi kwantitajiet sinifikanti jinqered bħala parti mill-proċess ta’ manifattura.

    Artikolu 7 Rkupru

    1.           L-operaturi ta’ tagħmir, inkluż tagħmir mobbli, li fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra mhux inklużi f’foams, jistabbilixxu arranġamenti għall-irkupru min-naħa tagħhom ta’ dawk il-gassijiet minn persuni u impriżi li jkollhom iċ-ċertifikati rilevanti pprovduti fl-Artikolu 8, sabiex jiġi żgurat li dawk il-gassijiet jiġu rriċiklati, reklamati jew meqruda.

    Dak l-obbligu japplika għall-operaturi ta’ kwalunkwe tagħmir li ġej:

    (a) iċ-ċirkwiti ta’ tkessiħ ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana;

    (b) tagħmir li fih solventi b’bażi ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

    (c) sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ċilindri għat-tifi tan-nar;

    (d) tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear).

    2.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati, skont l-Artikolu 20, li jemendaw il-lista ta’ tagħmir fil-paragrafu 1 sabiex jiġu inklużi tipi oħrajn ta’ tagħmir fid-dawl tar-rilevanza dejjem ikbar tagħhom minħabba żvilupp kummerċjali jew teknoloġiku.

    3.           Qabel ir-rimi ta’ kontenitur ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, il-persuna li użat il-kontenitur għat-trasport jew għall-ħażna għandha tagħmel arranġamenti għall-irkupru ta’ kwalunkwe gass residwu sabiex tkun żgura li dan jiġi rriċiklat, irreklamat jew meqrud.

    4.           L-utenti ta’ prodotti u l-operaturi ta’ tagħmir mhux elenkat fil-paragrafu 1 li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandhom jagħmlu arranġamenti għall-irkupru tal-gassijiet, sakemm dan ikun prattikabbli, minn persuni bi kwalifiki xierqa, sabiex ikunu żguri li dawn jiġu rriċiklati, irreklamati jew meqruda mingħajr irkupru preċedenti.

    Artikolu 8 Taħriġ u ċertifikazzjoni

    1.           L-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni għall-persuni li ġejjin:

    (a)     persuni li jinstallaw, jagħtu servis lil, jagħmlu manutenzjoni ta’, isewwu jew jiddekummissjonaw it-tagħmir elenkat fit-tielet subparagrafu tal-Artikolu 3(1);

    (b)     persuni li jinstallaw, jagħtu servis lil, jagħmlu manutenzjoni ta’, isewwu jew jiddekummissjonaw tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (switchgear) li fih l-SF6;

    (c)     persuni li jwettqu l-kontrolli għal tnixxijiet ipprovduti fl-Artikolu 3(1);

    (d)     persuni li jirkupraw gassijiet fluworurati b'effett ta' serra kif inhu pprovdut fl-Artikolu 7.

    2.           Il-programmi ta’ taħriġ ipprovduti fil-paragrafu 1 ikopru dan li ġej:

    (a)     ir-regolamenti u l-istandards tekniċi applikabbli;

    (b)     il-prevenzjoni tal-emissjonijiet;

    (c)     l-ikrupru tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

    (d)     l-immaniġġar sikur ta’ tagħmir tat-tip u tad-daqs koperti miċ-ċertifikat;

    (e)     it-teknoloġiji għas-sostituzzjoni jew għat-tnaqqis tal-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u għall-immaniġġar sikur tagħhom.

    3.           Iċ-ċertifikati taħt il-programmi ta’ ċertifikazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1 jinħarġu bil-kundizzjoni li l-applikant ikun temm programm ta’ taħriġ stabbilit skont il-paragrafi 1 u 2.

    4.           L-Istati Membri jistabbilixxu programmi ta’ ċertifikazzjoni għall-impriżi li jwettqu l-attivitajiet imsemmija fil-paragrafu 1(a) sa (d) għal partijiet oħrajn.

    5.           Iċ-ċertifikati pprovduti fil-paragrafi 1 u 3 huma validi għal mhux iktar minn ħames (5) snin. L-Istati Membri jistgħu jtawlu l-validità taċ-ċertifikati pprovduti fil-paragrafu 1 meta l-persuna kkonċernata tkun għaddejja b’taħriġ perjodiku obbligatorju kull ħames snin sabiex taġġorna l-għarfien tagħha dwar is-suġġetti msemmija fil-paragrafu 2.

    6.           L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni bil-programmi ta’ taħriġ u ta’ ċertifikazzjoni tagħhom sal-1 ta’ Jannar 2015. Huma għandhom jirrikonoxxu ċ-ċertifikati maħruġa fi Stat Membru ieħor. Huma ma jirrestrinġux il-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment għaliex ċertifikat ikun inħareġ fi Stat Membru ieħor.

    7.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jispeċifikaw ir-rekwiżiti minimi għat-taħriġ u għaċ-ċertifikazzjoni pprovduti fil-paragrafu 1 u li jispeċifikaw il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku taċ-ċertifikati.

    8.           Il-Kummissjoni tista’, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tiddetermina l-format tan-notifika msemmija fil-paragrafu 6. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

    Kapitolu III It-tqegħid fis-suq u l-kontroll tal-użu

    Artikolu 9 Restrizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq

    1.           It-tqegħid fis-suq tal-prodotti u tat-tagħmir speċifiċi elenkati fl-Anness III jiġi pprojbit mid-data speċifikata f’dak l-Anness u fejn ikun applikabbli issir differenzazzjoni skont it-tip jew il-potenzjal ta’ tisħin globali tal-gass fluworurat b'effett ta' serra inkluż.

    Għall-kalkolu tal-potenzjal ta’ tisħin globali tat-taħlitiet ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra inklużi f’dawk il-prodotti u f’dak it-tagħmir, jiġi applikat il-metodu stabbilit fl-Anness IV.

    2.           Il-projbizzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ma tapplikax għal tagħmir li għalih ikun ġie stabbilit, fir-rekwiżiti tal-ekodisinn adottati taħt id-Direttiva 2009/125/KE[44], li minħabba effiċjenza enerġetika ikbar waqt li jkun qed jitħaddem, l-emissjonijiet tas-CO2 matul iċ-ċiklu tal-ħajja jkunu anqas minn dak ta' tagħmir ekwivalenti li jissodisfa r-rekwiżiti ta' ekodisinn rilevanti u ma jkunx fih idrofluworokarburi.

    3.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw il-lista stabbilita fl-Anness III sabiex jiġu inklużi prodotti u tagħmir oħrajn li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar, jew li jagħmlu użu minnhom sabiex jaħdmu, jekk ikun ġie stabbilit li huma disponibbli alternattivi għall-użu tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jew għall-użu tat-tipi speċifiċi ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, u l-użu tagħhom jirriżulta f'emissjonijiet aktar baxxi ta' gassijiet b'effett ta' serra b'mod ġenerali u jiġu esklużi, fejn hu xieraq għal perjodu speċifiku ta' żmien, ċerti kategoriji ta' prodotti jew tagħmir li għalihom ma jkunux disponibbli sustanzi alternattivi li jaqgħu taħt il-limitu speċifikat ta' potenzjal ta' tisħin globali għal raġunijiet tekniċi, ekonimiċi jew ta' sikurezza.

    Artikolu 10 Tikkettar u informazzjoni dwar il-prodott

    1.           Il-prodotti u t-tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ma jitqiegħdux fis-suq sakemm ma jkunux tikkettati.

    Dan il-paragrafu japplika għat-tipi ta’ tagħmir li ġejjin:

    (a) tagħmir ta’ refriġerazzjoni;

    (b) tagħmir tal-arja kundizzjonata;

    (c) pompi tas-sħana;

    (d) sistemi ta’ protezzjoni min-nar;

    (e) tagħmir tat-tqassim tal-elettriku;

    (f) bottijiet tal-aerosols li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

    (g) il-kontenituri kollha tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

    2.           It-tikketta meħtieġa skont il-paragrafu 1 tindika dan li ġej:

    (a) informazzjoni li l-prodott jew it-tagħmir fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra;

    (b) l-ismijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra li jużaw id-denominazzjoni industrijali aċċettata, jew jekk ma tkun disponibbli l-ebda denominazzjoni bħal din, l-isem kimiku;

    (c) Mill-1 ta' Jannar 2017, il-kwantità ta’ gassijiet b'effett ta' serra inklużi fil-prodott jew fit-tagħmir, espressa f’termini ta’ piż u ta’ ekwivalenti għal CO2.

    Fejn il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jkunu inklużi f’sistema ssiġillata ermetikament, dan jiġi ddikjarat fuq it-tikketta.

    3.           It-tikketta għandha tkun tista’ tinqara b’mod ċar, ma għandhiex tkun tista’ titħassar u għandha titqiegħed biswit il-bokok għall-iċċarġjar jew għall-irkupru tal-gass fluworurat b'effett ta' serra, jew fuq dik il-parti tal-prodott jew tat-tagħmir li fih il-gass fluworurat b'effett ta' serra.

    4.           Il-foams li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ma jitqiegħdux fis-suq sakemm il-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra ma jkunux identifikati b’tikketta li tuża d-denominazzjoni industrijali aċċettata jew, jekk ma tkun disponibbli l-ebda denominazzjoni bħal din, l-isem kimiku. It-tikketta tindika b’mod ċar li l-foam fih gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

    Fil-każ tat-twavel tal-foam (foam boards), din l-informazzjoni tiġi ddikjarata b’mod ċar u li ma jistax jitħassar fuq it-twavel.

    5.           L-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 2 u 3 tiġi inkluża f’manwali ta’ struzzjonijiet għal prodotti u tagħmir bħal dawn. Fil-każ ta’ prodotti u ta’ tagħmir li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b'potenzjal ta' tisħin globali ta' 150 jew aktar, din l-informazzjoni tiġi inkluża wkoll fid-deskrizzjonijiet użati għar-reklamar.

    6.           Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-format tat-tikketti msemmija fil-paragrafi 1 u 3. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

    7.           Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw ir-rekwiżiti tat-tikkettar stabbiliti fil-paragrafi 1 u 3 u li jemendaw il-lista ta’ prodotti u ta’ tagħmir fil-paragrafu 1 sabiex jiġu inklużi prodotti u tagħmir oħrajn, fejn ikun xieraq, fid-dawl ta’ żvilupp kummerċjali jew teknoloġiku.

    Artikolu 11 Kontroll tal-użu

    1.           L-użu tal-SF6 fid-die-casting tal-manjeżju u fir-riċiklaġġ tal-ligi tad-die-casting tal-manjeżju għandu jiġi pprojbit. Fir-rigward tal-installazzjonijiet li jużaw kwantità ta’ SF6 taħt it-850 kg fis-sena, din il-projbizzjoni tapplika biss mill-1 ta’ Jannar [2015].

    2.           L-użu tal-SF6 sabiex jimtlew it-tajers tal-vetturi għandu jiġi pprojbit.

    3.           L-użu ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, jew ta’ taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra, b’potenzjal ta’ tisħin globali ta’ 2500 jew aktar, sabiex jingħata servis lil jew issir il-manutenzjoni ta’ tagħmir ta’ refriġerazzjoni b’daqs ta’ ċarġ ekwivalenti għal 5 tunnellati ta’ CO2 jew iktar għandu jiġi pprojbit mill-1 ta’ Jannar 2020.

    Għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, il-potenzjal ta’ tisħin globali tat-taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jiġi kkalkulat skont l-Anness IV.

    Artikolu 12 Iċċarġjar minn qabel tat-tagħmir

    1.           Mill-[jj/xx/ssss] [daħħal id-data tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], it-tagħmir ta’ refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata u tal-pompi tas-sħana ma jiġix iċċarġjat b’idrofluworokarburi qabel ma jitqiegħed fis-suq jew qabel ma jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-utent finali għall-ewwel installazzjoni tiegħu.

    It-tagħmir għandu jiġi ċċarġjat fejn ikun maħsub li jintuża, minn persuni ċċertifikati skont l-Artikolu 8.

    2.           Il-paragrafu 1 ma japplikax għal tagħmir issiġillat ermetikament jew għal tagħmir li fih kwantità ta’ idrofluworokarburi li tikkorrispondi għal inqas minn 2 % tal-kapaċità massima prevista tat-tagħmir.

    Kapitolu IV Tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi

    Artikolu 13 Tnaqqis tat-tqegħid fis-suq tal-idrofluworokarburi

    1.           Il-Kummissjoni tiżgura ruħha li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi li l-produtturi u l-importaturi huma intitolati li jqiegħdu fis-suq fl-Unjoni kull sena ma taqbiżx il-kwantità massima għas-sena inkwistjoni, ikkalkulata skont l-Anness V. Kull produttur u importatur jiżgura ruħu li l-kwantità ta’ idrofluworokarburi kkalkulata skont l-Anness V li jqiegħed fis-suq ma taqbiżx il-kwota allokata lilu skont l-Artikolu 14(5) jew li ġiet ittrasferita lilu skont l-Artikolu 16.

    2.           Dan l-Artikolu ma japplikax għall-idrofluworokarburi importati fl-Unjoni sabiex jinqerdu.

    Huwa ma japplikax għall-produtturi jew għall-importaturi ta’ inqas minn 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ idrofluworokarburi fis-sena.

    3.           Dan l-Artikolu u l-Artikoli 14, 16, 17 u 22 japplikaw ukoll għall-idrofluworokarburi inklużi f’taħlitiet ta’ poliol.

    4.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20

    (a) li jemendaw il-kwantitajiet massimi stabbiliti fl-Anness V fid-dawl tal-iżviluppi tas-suq fl-idrofluworokarburi u fl-emissjonijiet relatati; u

    (b) li jeżentaw it-tqegħid fis-suq għal użi speċifiċi mir-rekwiżit tal-kwota stabbilit fil-paragrafu 1 fejn l-użu tal-idrofluworokarburi huwa meħtieġ għal raġunijiet ta’ saħħa jew ta’ sikurezza għaliex inkella ma tkunx żgurata provvista suffiċjenti.

    Artikolu 14 Allokazzjoni ta’ kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq

    1.           Sal-31 ta’ Ottubru 2014 il-Kummissjoni għandha tiddetermina, permezz ta’ deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni, għal kull produttur jew importatur li jkun irrapporta dejta skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006, valur ta’ referenza bbażat fuq il-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi li l-produttur jew l-importatur ikun irrapporta li pproduċa jew importa mill-2008 sal-2011. Sabiex jiġi ddeterminat il-valur ta’ referenza, ma jitqiesux il-kwantitajiet irrapportati li jaqbżu l-kwota. Il-valuri ta’ referenza jiġu kkalkulati skont l-Anness V għal dan ir-Regolament.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

    2.           Il-produtturi u l-importaturi li ma jkunux irrapportaw il-produzzjoni jew l-importazzjonijiet skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 għall-perjodu ta’ referenza msemmi fil-paragrafu 1 jistgħu jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom għall-produzzjoni jew għall-importazzjoni tal-idrofluworokarburi fis-sena ta’ wara.

    Id-dikjarazzjoni tiġi indirizzata lill-Kummissjoni, u tispeċifika t-tipi ta’ idrofluworokarburi u l-kwantitajiet li huwa mistenni li jitqiegħdu fis-suq.

    Il-Kummissjoni għandha toħroġ avviż tal-limitu ta’ żmien sabiex jitressqu dawk id-dikjarazzjonijiet. Qabel ma jressqu dikjarazzjoni skont il-paragrafi 2 u 3, l-impriżi jirreġistraw irwieħhom fir-reġistru pprovdut fl-Artikolu 15.

    3.           Sal-31 ta’ Ottubru 2017 u sussegwentement kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha terġa’ tikkalkula l-valuri ta’ referenza għall-produtturi u għall-importaturi msemmija fil-paragrafi 1 u 2 abbażi tal-medja annwali tal-kwantitajiet ta’ idrofluworokarburi prodotti jew importati wara l-1 ta’ Jannar 2015, kif ġew irrapportati skont l-Artikolu 17. Hija tiddetermina dawk il-valuri ta’ referenza permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

    4.           Il-produtturi u l-importaturi li għalihom ikunu ġew iddeterminati l-valuri ta’ referenza jistgħu jiddikjaraw kwantitajiet antiċipati addizzjonali billi jsegwu l-proċedura stabbilita fil-paragrafu 2.

    5.           Il-Kummissjoni talloka kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq għal kull produttur u importatur għal kull sena li tibda mis-sena 2015 billi tapplika l-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni stabbilit fl-Anness VI.

    6.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jiddeterminaw il-mekkaniżmu sabiex jerġgħu jiġu kkalkulati l-valuri ta’ referenza skont il-paragrafu 3 u li jemendaw jew jissupplimentaw il-mekkaniżmu għall-allokazzjoni tal-kwoti stabbilit fl-Anness VI.

    Artikolu 15 Reġistru tal-kwoti

    1.           Għandu jiġi stabbilit reġistru elettroniku għall-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq. Il-Kummissjoni għandha tieħu miżuri sabiex tistabbilixxi dak ir-reġistru elettroniku u tiżgura ruħha li jkun qed jaħdem.

    Fir-reġistru elettroniku jiġu rreġistrati, meta ssir talba għal dan

    (a) il-produtturi u l-importaturi li lilhom tkun ġiet allokata kwota għat-tqegħid fis-suq skont l-Artikolu 14(5);

    (b) il-produtturi u l-importaturi li lihom tkun ġiet ittrasferita kwota skont l-Artikolu 16;

    (c) il-produtturi u l-importaturi li jiddikjaraw l-intenzjoni tagħhom li jressqu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 14(2).

    2.           Il-Kummissjoni tiżgura ruħha li l-produtturi u l-importaturi u l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiġu informati permezz ta’ dak ir-reġistru bil-kwota allokata u bi kwalunkwe bidla fiha waqt il-perjodu ta’ allokazzjoni.

    Artikolu 16 Trasferiment ta’ kwoti

    Kwalunkwe produttur jew importatur li jkun ġie ddeterminat valur ta’ referenza għalih skont l-Artikolu 14(1) jew (3) u li jkun ġie allokat kwota skont l-Artikolu 14(5), jista’ jitrasferixxi dik il-kwota għall-kwantitajiet kollha jew għal kwalunkwe kwantità lil impriża oħra fl-Unjoni li tkun irreġistrata fir-reġistru msemmi fl-Artikolu 15(1). Kwalunkwe trasferiment bħal dan għandu jiġi nnotifikat minn qabel lill-Kummissjoni.

    Kapitolu V

    Rapportar

    Artikolu 17 Rapportar dwar il-produzzjoni, l-importazzjoni, l-esportazzjoni u l-qerda

    1.           Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull produttur, importatur u esportatur li pproduċa, importa jew esporta iktar minn tunnellata metrika jew 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II waqt is-sena kalendarja preċedenti, għandu jirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.

    2.           Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull impriża li qerdet iktar minn tunnellata metrika jew 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II waqt is-sena kalendarja preċedenti tirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja

    3.           Sal-31 ta’ Marzu 2014 u sussegwentement kull sena, kull impriża li qiegħdet iktar minn 10 000 tunnellata ta’ ekwivalenti ta’ CO2 ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra u ta’ gassijiet elenkati fl-Anness II inklużi fi prodotti jew f’tagħmir fis-suq waqt is-sena kalendarja preċedenti għandha tirrapporta lill-Kummissjoni d-dejta speċifikata fl-Anness VII dwar kull waħda minn dawk is-sustanzi għal dik is-sena kalendarja.

    4.           Kull impriża li, taħt il-paragrafi 1 u 3, tirrapporta dwar it-tqegħid fis-suq ta’ iktar minn 10 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2 ta’ idrofluworokarburi matul is-sena kalendarja preċedenti , qabel ma jitressaq ir-rapport, tiżgura ruħha li l-preċiżjoni tad-dejta tiġi vverifikata minn awditur indipendenti, akkreditat skont id-Direttiva 2003/87/KE[45] jew akkreditat sabiex jivverifika d-dikjarazzjonijiet finanzjarji skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat.

    L-impriża żżomm ir-rapport ta’ verifika għal mill-inqas ħames snin. Ir-rapport ta’ verifika għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-awtorità kompetenti u tal-Kummissjoni, meta ssir talba għal dan.

    5.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw il-limiti għall-obbligi pprovduti fil-paragrafi 1, 2 u 3, fejn ikun xieraq, fid-dawl tal-iżvilupp tas-suq, sabiex jiġi evitat li kwantitajiet sostanzjali ta’ gassijiet fluworurati b'effett ta' serra prodotti, importati jew esportati ma jiġux immonitorjati jew sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi f’każijiet fejn il-kwantitajiet irrapportati jkunu insinifikanti.

    6.           Il-Kummissjoni tista’ tiddetermina, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-format u l-mezz kif jitressqu r-rapporti msemmija f’dan l-Artikolu.

    Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 21.

    7.           Il-Kummissjoni tieħu miżuri xierqa sabiex tipproteġi l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni mressqa quddiemha skont dan l-Artikolu.

    Artikolu 18 Ġbir ta’ dejta dwar l-emissjonijiet

    1.           L-Istati Membri jiġbru dejta dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

    Għal dak il-għan, huma jistabbilixxu waħda mis-sistemi li ġejjin, kif ikun xieraq:

    (a)     sistema fejn tinżamm bażi tad-dejta fuq il-livell nazzjonali għall-ġbir tad-dejta rreġistrata skont l-Artikolu 5(1);

    (b)     sistema fejn jitwettaq stħarriġ dwar l-emissjonijiet minn kampjun rappreżentattiv ta’ operaturi koperti mid-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 5(1), u r-riżultati jiġu estrapolati minn dak l-istħarriġ.

    2.           Id-dejta miġbura skont il-paragrafu 1 titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni, meta ssir talba għal dan. Il-Kummissjoni tista’ tikkondividi dik id-dejta mal-Istati Membri l-oħra.

    3.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jistabbilixxu rekwiżiti għas-sistemi ta’ ġbir ta’ dejta msemmjia fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u li jistabbilixxu jekk, għal setturi speċifiċi, għandhiex tiġi stabbilita sistema skont il-punt (a) jew il-punt (b) tat-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

    Kapitolu VI

    Dispożizzjonijiet finali

    Artikolu 19 Analiżi

    1.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jemendaw l-Anness I sabiex fil-lista jiġu inklużi sustanzi b’potenzjal ta’ tisħin globali sinifikanti li jintużaw bħala sostituti għas-sustanzi li diġà huma elenkati f’dak l-Anness u li jiġu esportati, importati, prodotti jew imqiegħda fis-suq fi kwantitajiet sinifikanti.

    2.           Il-Kummissjoni jkollha s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 20 li jaġġornaw l-Annessi I, II u IV abbażi ta’ sejbiet xjentifiċi ġodda, b’mod partikolari dwar il-potenzjal ta’ tisħin globali tas-sustanzi elenkati.

    3.           Abbażi tal-informazzjoni dwar it-tqegħid fis-suq irrapportata skont l-Artikolu 17 u dwar l-emissjonijiet tal-gassijiet fluworurati b'effett ta' serra mqiegħda għad-dispożizzjoni skont l-Artikolu 18(2), il-Kummissjoni timmonitorja l-applikazzjoni u l-effetti ta’ dan ir-Regolament.

    Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport dwar id-disponibbiltà tal-idrofluworokarburi fis-suq tal-Unjoni, b’mod partikolari għall-applikazzjonijiet mediċi.

    Mhux iktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2024, hija għandha tippubblika rapport komprensiv dwar l-effetti ta’ dan ir-Regolament, inkluż tbassir tad-domanda kontinwa għall-idrofluworokarburi wara l-2030.

    Artikolu 20 Eżerċizzju tad-delega

    1.           Is-setgħa li tadotta atti ddelegati qed tiġi kkonferita lill-Kummissjoni bla ħsara għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

    2.           Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandha tiġi kkonferita lill-Kummissjoni għal perjodu indeterminat ta’ żmien minn [jj/xx/ssss] [daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament].

    3.           Is-setgħa li tadotta atti ddelegati msemmija fl-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta’ revoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data sussegwenti speċifikata fiha. Hija ma taffettwax il-validità ta’ kwalunkwe att iddelegat li diġà jkun fis-seħħ.

    4.           Malli tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni tinnotifikah fl-istess ħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

    5.           Att iddelegat adottat skont l-Artikoli 3(4), 7(2), 8(7), 9(3), 10(7), 13(5), 14(6), 17(5), 18(3) u 19(1) u (2) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Palament Ewropew u lanqas mill-Kunsill f’perjodu ta’ xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta’ dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu informaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b’xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

    Artikolu 21 Proċedura ta’ kumitat

    1.           Il-Kummissjoni tiġi assistita minn kumitat. Dak il-kumitat ikun kumitat fit-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    2.           Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

    Artikolu 22 Penali

    1.           L-Istati Membri jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur ta’ dan ir-Regolament u jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw irwieħhom li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

    L-Istati Membri jinnotifikaw dawk id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni mhux iktar tard minn [jj/xx/ssss] [id-data tad-dħul fis-seħħ] u jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

    2.           Minbarra l-penali msemmija fil-paragrafu 1, l-impriżi li jkunu qabżu l-kwota tagħhom għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq, allokata skont l-Artikolu 14(5) jew ittrasferita lilhom skont l-Artikolu 16, jistgħu jiġu allokati biss allokazzjoni ta’ kwota mnaqqsa għall-perjodu ta’ allokazzjoni wara li jkun ġie individwat l-eċċess.

    L-ammont tat-tnaqqis jiġi kkalkulat bħala 200 % tal-ammont li bih inqabżet il-kwota. Jekk l-ammont tat-tnaqqis ikun ikbar mill-ammont li għandu jiġi allokat skont l-Artikolu 14(5) bħala kwota għall-perjodu ta’ allokazzjoni wara li jkun ġie individwat l-eċċess, l-ebda kwota ma tiġi allokata għal dak il-perjodu ta’ allokazzjoni u l-kwota għall-perjodi ta’ allokazzjoni segwenti għandha titnaqqas ukoll sakemm ikun tnaqqas l-ammont kollu.

    Artikolu 23 Tħassir

    Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 jitħassar.

    Ir-referenzi għar-Regolament irrevokat jiġu interpretati bħala referenzi għal dan ir-Regolament u jinqraw skont it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness VIII.

    Artikolu 24 Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

    Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell,

    Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

    Il-President                                                    Il-President

    ANNESS I

    Gassijiet fluworurati b'effett ta' serra msemmija fl-Artikolu 1(1)

     Sustanza || Potenzjal ta’ tisħin globali[46]

    Denominazzjoni industrijali || Isem kimiku (Isem komuni) || Formula kimika

    Taqsima 1:          Idrofluworokarburi (HFCs)

    HFC-23 || trifluworometan (fluworoform) || CHF3 || 14800

    HFC-32 || difluworometan || CH2F2 || 675

    HFC-41 || fluworometan (fluworur tal-metil) || CH3F || 92

    HFC-125 || pentafluworoetan || CHF2CF3 || 3 500

    HFC-134 || 1,1,2,2-tetrafluworoetan || CHF2CHF2 || 1 100

    HFC-134a || 1,1,1,2-tetrafluworoetan || CH2FCF3 || 1 430

    HFC-143 || 1,1,2-trifluworoetan || CH2FCHF2 || 353

    HFC-143a || 1,1,1-trifluworoetan || CH3CF3 || 4 470

    HFC-152 || 1,2-difluworoetan || CH2FCH2F || 53

    HFC-152a || 1,2-difluworoetan || CH3CHF2 || 124

    HFC-161 || fluworoetan (fluworur tal-etil) || CH3CH2F || 12

    HFC-227ea || 1,1,1,2,3,3,3-ettafluworopropan || CF3CHFCF3 || 3 220

    HFC-236cb || 1,1,1,2,2,3-eżafluworopropan || CH2FCF2CF3 || 1 340

    HFC-236ea || 1,1,1,2,3,3-eżafluworopropan || CHF2CHFCF3 || 1 370

    HFC-236fa || 1,1,1,3,3,3-eżafluworopropan || CF3CH2CF3 || 9 810

    HFC-245ca || 1,1,2,2,3-pentafluworopropan || CH2FCF2CHF2 || 693

    HFC-245fa || 1,1,1,3,3-pentafluworopropan || CHF2CH2CF3 || 1030

    HFC-365 mfc || 1,1,1,3,3-pentafluworobutan || CF3CH2CF2CH3 || 794

    HFC-43-10 mee || 1,1,1,2,2,3,4,5,5,5-dekafluworopentan || CF3CHFCHFCF2CF3 || 1 640

    Taqsima 2:          Perfluworokarburi (PFCs)

     PFC-14 || perfluworometan (tetrafluworur tal-karbonju) || CF4 || 7 390

     PFC-116 || eżafluworoetan (perfluworoetan) || C2F6 || 12 200

     PFC-218 || ottafluworopropan (perfluworopropan) || C3F8 || 8 830

     PFC-3-1-10 (R-31-10) || dekafluworobutan (perfluworobutan) || C4F10 || 8 860

     PFC-4-1-12 (R-41-12) || dodekafluworopentan (perfluworopentan) || C5F12 || 9 160

     PFC-5-1-14 (R-51-14) || tetradekafluworoeżan (perfluworoeżan) || C6F14 || 9 300

     PFC-c-318 || ottafluworoċiklobutan              (perfluworoċiklobutan) || c-C4F8 || 10 300

    Taqsima 3:          Komposti perfluworurati oħrajn

    || eżafluworur tal-kubrit || SF6 || 22 800

    ANNESS II

    Gassijiet fluworurati oħrajn soġġetti għal rapportar skont l-Artikolu 17

    Sustanza || Potenzjal ta’ tisħin globali[47]

    Isem komuni / denominazzjoni industrijali || Formula kimika

    Taqsima 1:          Idrofluworokarburi mhux saturati

    HFC-1234yf || CF3CF=CH2 || 4 Fn [48]

    HFC-1234ze || trans — CHF=CHCF3 || 7 Fn 48

    Taqsima 2:          Eteri fluworurati

    HFE-125 || CHF2OCF3 || 14 900

    HFE-134 || CHF2OCHF2 || 6 320

    HFE-143a || CH3OCF3 || 756

    HCFE-235da2 || CHF2OCHClCF3 || 350

    HFE-245cb2 || CH3OCF2CF3 || 708

    HFE-245fa2 || CHF2OCH2CF3 || 659

    HFE-254cb2 || CH3OCF2CHF2 || 359

    HFE-347 mcc3 || CH3OCF2CF2CF3 || 575

    HFE-347pcf2 || CHF2CF2OCH2CF3 || 580

    HFE-356pcc3 || CH3OCF2CF2CHF2 || 110

    HFE-449sl (HFE-7100) || C4F9OCH3 || 297

    HFE-569sf2 (HFE-7200) || C4F9OC2:5 || 59

    HFE-43-10pccc124 (H-Galden 1040x) || CHF2OCF2OC2F4OCHF2 || 1 870

    HFE-236ca12 (HG-10) || CHF2OCF2OCHF2 || 2 800

    HFE-338pcc13 (HG-01) || CHF2OCF2CF2OCHF2 || 1 500

    || (CF3)2CFOCH3 || 343

    || CF3CF2CH2OH || 42

    || (CF3)2CHOH || 195

    HFE-227ea || CF3CHFOCF3 || 1 540

    HFE-236ea2 || CHF2OCHFCF3 || 989

    HFE-236fa || CF3CH2OCF3 || 487

    HFE-245fa1 || CHF2CH2OCF3 || 286

    HFE 263fb2 || CF3CH2OCH3 || 11

    HFE-329 mcc2 || CHF2CF2OCF2CF3 || 919

    HFE-338 mcf2 || CF3CH2OCF2CF3 || 552

    HFE-347 mcf2 || CHF2CH2OCF2CF3 || 374

    HFE-356 mec3 || CH3OCF2CHFCF3 || 101

    HFE-356pcf2 || CHF2CH2OCF2CHF2 || 265

    HFE-356pcf3 || CHF2OCH2CF2CHF2 || 502

    HFE 365 mcf3 || CF3CF2CH2OCH3 || 11

    HFE-374pc2 || CHF2CF2OCH2CH3 || 557

    || - (CF2)4CH (OH) - || 73

    || (CF3)2CHOCHF2 || 380

    || (CF3)2CHOCH3 || 27

    Taqsima 3:          Komposti perfluworurati oħrajn

    PFPMIE || CF3OCF(CF3)CF2OCF2OCF3 || 10 300

    trifluworur tan-nitroġenu || NF3 || 17 200

    trifluworometil pentafluworur tal-kubrit || SF5CF3 || 17 700

    perfluworoċiklopropan || c-C3F6 || 17 340 Fn [49]

    ANNESS III

    Projbizzjonijiet fuq it-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 9(1)

    Prodotti u tagħmir Fejn hu xieraq, il-potenzjal ta' tisħin globali (GWP) ta' taħlitiet li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra għandu jiġi kkalkulat f'konformità mal-Anness IV, kif provdut fl-Artikolu 9(1), subparagrafu 2. || Data tal-projbizzjoni

    1.      Kontenituri li ma jistgħux jerġgħu jimtlew għal gassijiet fluworurati b'effett ta' serra użati sabiex jingħata servis, issir manutenzjoni jew jimtela tagħmir ta’ refriġerazzjoni, tal-arja kundizzjonata jew tal-pompi tas-sħana, sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar jew switchgear jew biex jintużaw bħala solventi || L-4 ta’ Lulju 2007

    2.      Sistemi ta’ evaporazzjoni diretta mhux imrażżna li fihom HFCs u PFCs bħala refriġeranti || L-4 ta’ Lulju 2007

    3.      Sistemi ta’ protezzjoni kontra n-nar u ċilindri għat-tifi tan-nar || li fihom PFCs || L-4 ta’ Lulju 2007

    li fihom l-HFC-23 || L-1 ta’ Jannar 2015

    4.      Twieqi għal użu domestiku li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra || L-4 ta’ Lulju 2007

    5.      Twieqi oħrajn li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra || L-4 ta’ Lulju 2008

    6.      Żraben li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra || L-4 ta’ Lulju 2006

    7.      Tajers li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra || L-4 ta’ Lulju 2007

    8.      Foams b’komponent uniku, ħlief fejn ikunu meħtieġa sabiex jiġu sodisfatti standards nazzjonali ta’ sikurezza, li fihom gassijiet fluworurati b'effett ta' serra b’GWP ta’ 150 jew iktar || L-4 ta’ Lulju 2008

    9.      Ġeneraturi tal-aerosols ikkummerċjalizzati u intiżi biex jinbiegħu lill-pubbliku ġenerali għal finijiet ta’ divertiment u ta’ dekorazzjoni, kif ġew elenkati fil-punt 40 tal-Anness XVII tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006[50], u ħornijiet ta' sinjal li fihom l-HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar || L-4 ta’ Lulju 2009

    10.    Refriġeraturi u friżers domestiċi li fihom l-HFCs b'GWP ta' 150 jew aktar || L-1 ta’ Jannar 2015

    11.    Refriġeraturi u friżers għall-ħżin, wiri jew distribuzzjoni tal-prodotti f'servizzi tal-klijenti u tal-ikel ("użu kummerċjali - sistemi ssiġillati ermetikament) || li fihom HFCs b’GWP ta’ 2500 jew aktar || L-1 ta’ Jannar 2017

    li fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar || L-1 ta’ Jannar 2020

    12.              Tagħmir mobbli tal-arja kundizzjonata għall-kmamar (tagħmir issiġillat ermetikament li jista' jiġi mċaqalaq bejn kamra u oħra mill-utent finali) li fihom HFCs b’GWP ta’ 150 jew aktar || L-1 ta' Jannar 2020

    ANNESS IV

    Metodu kif jiġi kkalkulat il-potenzjal ta’ tisħin globali totali ta’ taħlita msemmija fl-Artikoli 9(1) u 11(3)

    Il-potenzjal ta’ tisħin globali (GWP) totali ta’ taħlita li fiha gassijiet fluworurati b'effett ta' serra jiġi kkalkulat bħala medja peżata, derivata mis-somma tal-frazzjonijiet tal-piż tas-sustanzi individwali mmultiplikati bil-GWP tagħhom, sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor, inklużi s-sustanzi li mhumiex gassijiet fluworurati b'effett ta' serra.

    Σ (Sustanza X % x GWP) + (Sustanza Y % x GWP) + … (Sustanza N % x GWP),

    fejn % huwa l-kontribut skont il-piż b’tolleranza tal-piż ta’ +/- 1 %.

    Pereżempju: l-applikazzjoni tal-formula għal taħlita ta’ gassijiet li tikkonsisti f’60 % dimetiletere, 10 % HFC-152a u 30 % isobutan:

    Σ (60 % x 1) + (10 % x 125) + (30 % x 4)

    → GWP totali = 14.3

    Il-GWP tas-sustanzi mhux fluworurati li ġejjin jintużaw sabiex jiġi kkalkulat il-GWP tat-taħlitiet. Għal sustanzi oħrajn li mhumiex elenkati f’dan l-anness japplika valur predefinit ta’ 0.

    Sustanza || Potenzjal ta’ tisħin globali[51]

    Isem komuni || Denominazzjoni industrijali || Formula kimika

    Metan || || CH4 || 25

    Ossidu nitruż || || N2O || 298

    Dimetiletere || || CH3OCH3 || 1

    Klorur tal-metilen || || CH2Cl2 || 9

    Klorur tal-metil || || CH3Cl || 13

    Kloroform || || CHCl3 || 31

    Etan || R-170 || CH3CH3 || 6

    Propan || R-290 || CH3CH2CH3 || 3

    Butan || R-600 || CH3CH2CH2CH3 || 4

    Isobutan || R-600a || CH(CH3)2CH3 || 3

    Pentan || R-601 || CH3CH2CH2CH2CH3 || 20

    Isopentan || R-601a || (CH3)2CHCH2CH3 || 4

    Etossietan (Dietiletere) || R-610 || CH3CH2OCH2CH3 || 4

    Format tal-metil || R-611 || HCOOCH3 || 25

    Idroġenu || R-702 || H2 || 6

    Ammonja || R-717 || NH3 || 0

    Etilen || R-1150 || C2H5 || 4

    Propilen || R-1270 || C3H6 || 2

    ANNESS V

    Kalkolu tal-kwantità massima, tal-valuri ta’ referenza u tal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq

    Il-kwantità massima msemmija fl-Artikolu 13(1) għandha tiġi kkalkulata bl-applikazzjoni tal-perċentwali li ġejjin għall-medja annwali tal-kwantità totali prodotta u importata fl-Unjoni waqt il-perjodu mill-2008 sal-2011:

    Snin ||

    2015 || 100 %

    2016–17 || 93 %

    2018–20 || 63 %

    2021–23 || 45 %

    2024–26 || 31 %

    2027–29 || 24 %

    2030 || 21 %

    Il-kwantità massima, il-valuri ta’ referenza u l-kwoti għat-tqegħid tal-idrokarburi fis-suq imsemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandhom jiġu kkalkulati bħala l-kwantitajiet aggregati tat-tipi kollha ta’ idrofluworokarburi, espressi f’tunnellata(i) ta’ ekwivalenti għal CO2.

    Il-kalkolu tal-valuri ta’ referenza u tal-kwoti għat-tqegħid tal-idrofluworokarburi fis-suq imsemmija fl-Artikoli 13 u 14 għandhom ikunu bbażati fuq il-kwantitajiet tal-idrofluworokarburi li l-produtturi u l-importaturi qiegħdu fis-suq fl-Unjoni waqt perjodu tal-allokazzjoni.

    Il-kwantitajiet ittrasferiti lil impriża biex jiġu esportati fl-istess perjodu ta’ allokazzjoni ma jitqiesux għall-kalkolu ta’ kwota jew għall-valutazzjoni tal-konformità mal-Artikolu 13(2), sakemm l-esportazzjoni ssir waqt l-istess perjodu u l-esportatur jirrapportaha skont l-Artikolu 17(1). It-tranżazzjoni għandha tiġi vverifikata skont l-Artikolu 17(4) irrispettivament mill-kwantitajiet involuti.

    ANNESS VI

    Il-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni msemmi fl-Artikolu 14

    1.           Determinazzjoni tal-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi li għalihom ikun ġie stabbilit valur ta’ referenza skont l-Artikolu 14(1) u (3)

    Kull impriża li għaliha jkun ġie stabbilit valur ta’ referenza tirċievi kwota li tikkorrispondi għal 95 % tal-valur ta’ referenza mmultiplikat bil-perċentwal indikat fl-Anness V għas-sena rispettiva.

    2.           Determinazzjoni tal-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi li ressqu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 14(2)

    Is-somma tal-kwoti allokati taħt il-punt 1 titnaqqas mill-kwantità massima għas-sena partikolari stabbilita fl-Anness V sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi li għalihom ma jkun ġie stabbilit l-ebda valur ta’ referenza u li jkunu ressqu dikjarazzjoni taħt l-Artikolu 14(3) (il-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 1 tal-kalkolu).

    2.1.        Pass 1 tal-kalkolu

    Kull impriża tirċievi allokazzjoni li tikkorrispondi għall-kwantità mitluba fid-dikjarazzjoni tagħha, imma mhux iktar minn sehem pro rata tal-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 1.

    Is-sehem pro rata jiġi kkalkulat billi n-numru 100 jiġi diviż bl-għadd ta’ impriżi li ressqu dikjarazzjoni. Is-somma tal-kwoti allokati fil-pass 1 titnaqqas mill-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 1 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 2.

    2.2.        Pass 2 tal-kalkolu

    Kull impriża li ma kisbitx 100 % tal-kwantità mitluba fid-dikjarazzjoni tagħha fil-pass 1 tirċievi allokazzjoni addizzjonali li tikkorrispondi għad-differenza bejn il-kwantità mitluba u l-kwantità miksuba fil-pass 1. Madankollu, din ma għandhiex taqbeż is-sehem pro rata tal-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 2.

    Is-sehem pro rata jiġi kkalkulat billi n-numru 100 jiġi diviż bin-numru ta’ impriżi eliġibbli għal allokazzjoni fil-pass 2. Is-somma tal-kwoti allokati fil-pass 2 tiġi mnaqqsa mill-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 2 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata fil-pass 3.

    2.3.        Pass 3 tal-kalkolu

    Il-pass 2 jiġi ripetut sakemm il-kwantità li jifdal u li għandha tiġi allokata fil-fażi li jmiss tkun inqas minn 1 000 tunnellata ta’ ekwivalenti għal CO2.

    3.           Determinazzjoni tal-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi li jkunu ressqu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 13(4)

    Is-somma tal-kwoti allokati taħt il-punti 1 u 2 titnaqqas mill-kwantità massima għas-sena partikolari stabbilita fl-Anness V sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità li għandha tiġi allokata lill-impriżi li għalihom ikun ġie stabbilit valur ta’ referenza u li jkunu ressqu dikjarazzjoni skont l-Artikolu 14(4).

    Japplika l-mekkaniżmu ta’ allokazzjoni stabbilit fil-punti 2.1 u 2.2.

    ANNESS VII

    Dejta li għandha tiġi rrapportata skont l-Artikolu 17

    1.           Kull produttur imsemmi fl-Artikolu 17(1) għandu jirrapporta dwar:

    (a) il-produzzjoni totali ta’ kull sustanza fl-Unjoni, fejn jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza,

    (b) il-kwantitajiet ta’ kull sustanza li jkun qiegħed fis-suq fl-Unjoni,

    (c) il-kwantitajiet ta’ kull sustanza li ġew irriċiklati, irreklamati u meqruda, rispettivament,

    (d) kwalunkwe ħażna miżmuma fil-bidu u fit-tmiem tal-perjodu ta’ rapportar.

    2.           Kull importatur imsemmi fl-Artikolu 17(1) għandu jirrapporta dwar:

    (a) il-kwantità ta’ kull sustanza li jkun importa fl-Unjoni fejn jidentifika l-kategoriji prinċipali ta’ applikazzjoni fejn tintuża s-sustanza;

    (b) il-kwantitajiet ta’ kull sustanza rriċiklata, irreklamatia u meqruda, rispettivament.

    3.           Kull esportatur imsemmi fl-Artikolu 17(1) għandu jirrapporta dwar:

    (a) il-kwantitajiet ta’ kull sustanza li jkun esporta mill-UE għajr biex dawn jiġu rriċiklati, irreklamati jew meqruda;

    (b) kwalunkwe kwantità ta’ kull sustanza li jkun esporta sabiex tiġi rriċiklata, irreklamata u meqruda, rispettivament.

    4.           Kull impriża msemmija fl-Artikolu 17(2) għandha tirrapporta dwar:

    (a) Il-kwantitajiet ta’ kull sustanza meqruda, inklużi l-kwantitajiet inklużi fi prodotti jew f’tagħmir,

    (b) kwalunkwe ħażna ta’ kull sustanza li qed tistenna li tinqered, inklużi l-kwantitajiet inklużi fi prodotti jew f’tagħmir;

    (c) it-teknoloġija użata għall-qerda.

    5.           Kull impriża msemmija fl-Artikolu 17(3) għandha tirrapporta dwar:

    (a) il-kategoriji tal-prodotti jew tat-tagħmir;

    (b) l-għadd ta’ unitajiet;

    (c) kwalunkwe kwantità ta’ kull sustanza inkluża fil-prodotti jew fit-tagħmir.

    ANNESS VIII

    Tabella ta’ korrelazzjoni

    Regolament (KE) Nru 842/2006 || Dan ir-Regolament

    Artikolu 1 || -

    Artikolu 2 || Artikolu 1

    Artikolu 3(1) || Artikolu 2(2)

    Artikolu 3(2), l-ewwel subparagrafu || Artikolu 3(1)

    Artikolu 3(2), it-tieni subparagrafu || Artikolu 2(3), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 3(2), it-tielet subparagrafu || Artikolu 3(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 3(3) || Artikolu 3(3)

    Artikolu 3(4) || Artikolu 3(4)

    Artikolu 3(5) || Artikolu 3(5)

    Artikolu 3(6) || Artikolu 4(1)

    Artikolu 3(7) || Artikolu 3(6)

    Artikolu 4(1) || Artikolu 6(1)

    Artikolu 4(2) || Artikolu 6(3)

    Artikolu 4(3) || Artikolu 6(4)

    Artikolu 4(4) || Artikolu 6(5)

    Artikolu 5(1) || Artikolu 8(7)

    Artikolu 5(2), l-ewwel sentenza || Artikolu 8(1) u (4)

    Artikolu 5(2), it-tieni sentenza || Artikolu 8(6), l-ewwel sentenza

    Artikolu 5(2), it-tielet sentenza || Artikolu 8(6), it-tieni sentenza

    Artikolu 5(3) || Artikolu 2(5)

    Artikolu 5(4) || Artikolu 2(4) punt (d)

    Artikolu 5(5) || Artikolu 8(8)

    Artikolu 6(1), l-ewwel subparagrafu || Artikolu 17(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 6(1) || Artikolu 17(1) u l-Anness VII

    Artikolu 6(2) || Artikolu 17(5)

    Artikolu 6(3) || Artikolu 17(6)

    Artikolu 6(4) || Artikolu 18(1)

    Artikolu 7(1)         l-ewwel subparagrafu, l-ewwel     sentenza || Artikolu 10(1)

    Artikolu 7(1)         it-tieni subparagrafu,          it-tieni u t-tielet sentenza || Artikolu 10(2) u (3)

    Artikolu 7(2) || Artikolu 10(1), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 7(3), l-ewwel sentenza || Artikolu 10(6)

    Artikolu 7(3), it-tieni sentenza || Artikolu 10(7)

    Artikolu 8(1) || Artikolu 11(1)

    Artikolu 8(2) || Artikolu 11(2)

    Artikolu 9(1) || Artikolu 9(1)

    Artikolu 9(2) || -

    Artikolu 9(3) || -

    Artikolu 10 || Artikolu 19(3)

    Artikolu 11 || -

    Artikolu 12 || Artikolu 21

    Artikolu 13(1) || Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu

    Artikolu 13(2) || Artikolu 22(2), it-tieni subparagrafu

    Artikolu 14 || -

    Artikolu 15 || Artikolu 24

    Anness I — Parti 1 || Anness I

    Anness I — Parti 2 || Anness IV

    Anness II || Anness III

    [1]               Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), “Contribution of Working Group III to the Fourth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change, 2007”. www.ipcc.ch/publications_and_data/ar4/wg3/en/contents.html.

    [2]               “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050”, COM (2011)112.

                    http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52011DC0112:MT:NOT

    [3]               Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament dwar ċerti gassijiet serra flworinati (Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006), COM(2011) 581 finali.

    [4]               Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati , ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

    [5]               Schwarz et al., 2011, “Preparatory study for a review of Regulation (EC) No 842/2006 on certain fluorinated greenhouse gases”, Öko-Recherche et al.

    [6]               Biex tingħata perspettiva, it-tnaqqis kosteffiċjenti annwali fl-emissjonijiet tal-gassijiet F li jista’ jkun hemm sal-2030 jikkorrispondi, bejn wieħed u ieħor, għal dak li l-industriji koperti mis-Sistema għan-Negozjar ta’ Emissjonijiet tal-UE (ETS) bħalissa jridu jnaqqsu fuq sentejn.

    [7]               “How to bring natural refrigerants faster to market”, Rapport sommarju ta’ ATMOsphere 2010, International workshop on natural refrigerants.

    [8]               Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Ottubru 2011 dwar it-Tħejjijiet għas-17-il sessjoni tal-Konferenza tal-Partijiet (COP 17) għall-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u s-seba’ sessjoni tal-Laqgħa tal-Partijiet għall-Protokoll ta’ Kjoto f’Durban.

    [9]               http://www.uncsd2012.org/thefuturewewant.html.

    [10]             http://www.unep.org/CCAC/.

    [11]             Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Settembru 2011, “Approċċ komprensiv lejn l-emissjonijiet antropoġeniċi mhux tas-CO2 rilevanti għall-klima’, P7_TA-PROV(2011)0384 u Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Marzu 2012, “Ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050 — Riżoluzzjoni tal-PE dwar Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050”, P7_TA-PROV(2012)0086.

    [12]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1493/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007, ĠU L 332, 18.12.2007, p. 7.

    [13]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1494/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007, ĠU L 332, 18.12.2007, p. 25.

    [14]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1516/2007 tad-19 ta’ Diċembru 2007, ĠU L 335, 20.12.2007, p. 10.

    [15]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1497/2007 tat-18 ta’ Diċembru 2007, ĠU L 333, 19.12.2007, p. 4.

    [16]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008 tat-2 ta’ April 2008, ĠU L 92, 3.4.2008, p. 3.

    [17]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008 tat-2 ta’ April 2008, ĠU L 92, 3.4.2008, p. 12.

    [18]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008 tat-2 ta’ April 2008, ĠU L 92, 3.4.2008, p. 17.

    [19]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008 tat-2 ta’ April 2008, ĠU L 92, 3.4.2008, p. 21.

    [20]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008 tat-2 ta’ April 2008, ĠU L 92, 3.4.2008, p. 25.

    [21]             Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008 tat-2 ta’ April 2008, ĠU L 92, 3.4.2008, p. 28.

    [22]             http://ec.europa.eu/europe2020/europe-2020-in-a-nutshell/priorities/sustainable-growth/index_mt.htm.

    [23]             http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sme/small-business-act/index_en.htm.

    [24]             http://ec.europa.eu/enterprise/policies/sustainable-business/ecodesign/index_en.htm.

    [25]             http://ec.europa.eu/energy/efficiency/index_en.htm.

    [26]             SKM Enviros, 2012, “Further Assessment of Policy Options for the Management and Destruction of Banks of ODS and F-Gases in the UE” http://ec.europa.eu/clima/policies/ozone/research/docs/ods_f-gas_destruction_report_2012_en.pdf.

    [27]             Becken et al., 2010. “Avoiding Fluorinated Greenhouse Gases — Prospects for Phasing Out”, Umweltbundesamt, Dessau, il-Ġermanja. http://www.umweltbundesamt.de/uba-info-medien-e/3977.html.

    [28]             Panel għall-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija u l-Ekonomija tal-UNEP (UNEP Technology and Economic Assessment Panel -TEAP), Nairobi, 2009. “Assessment of Alternatives to HCFCs and HFCs and Update of the TEAP 2005 Supplement Report Data”, Protokoll ta’ Montreal, Rapport tal-Panel għall-Evalwazzjoni tat-Teknoloġija u l-Ekonomija tal-UNEP.

                    http://ozone.unep.org/teap/Reports/TEAP_Reports/teap-may-2009-decisionXX-8-task-force-report.pdf.

    [29]             Clodic et al., 2011, “1990 to 2010 Refrigerant Inventories for Europe — Previsions on banks and emissions from 2006 to 2030 for the European Union”, Armines/ERIE.

                    http://www.epeeglobal.org/refrigerants/F-Gas-review/.

    [30]             Ittra tan-Netwerk Ewropew tal-Kapijiet tal-Aġenziji għall-Protezzjoni tal-Ambjent lill-Kummissarji Potočnik, Hedegaard, Tajani u Oettinger, il-15 ta’ Mejju 2012.

    [31]             Qed jiġi kkalkulat li fl-2030, kważi 20 % tal-kwantitajiet tal-idrofluworkarburi mqiegħda fis-suq se jkunu fi ħdan tagħmir importat. Jekk it-tagħmir importat ma jkollux jiffaċċja l-istess restrizzjonijiet fuq il-provvista li hemm fuq il-gassijiet F bħat-tagħmir prodott fl-UE, huwa probabbli li s-sehem tat-tagħmir importat u b’hekk il-provvista mhux ikkontrollata tal-gassijiet F tkun saħansitra ikbar.

    [32]             Il-mili tat-tagħmir bl-HFC waqt l-installazzjoni fuq il-post għandu wkoll itaffi t-tħassib tal-industrija tas-servizzi (prinċipalment l-SMEs) li bħalissa t-tagħmir il-ġdid ta’ spiss ma jiġix installat sew, mingħajr l-użu ta’ esperti ċċertifikati kif inhu meħtieġ mir-Regolament dwar il-gassijiet F. Dan iwassal għal emissjonijiet addizzjonali. AREA, 2010, “Position paper: Review of Regulation (EC) No 842/2006 on certain fluorinated greenhouse gases — pre-charged non-monobloc air-conditioning equipment.” www.area-eur.be.

    [33]             Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, COM(2011) 112 finali.               

    [34]             ĠU C , , p. .

    [35]             ĠU C , , p. .

    [36]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-15 ta Diċembru 1993 dwar il-konklużjoni tal-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima, ĠU L 33, 7.2.1994, p. 11.

    [37]             Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC), “Contribution of Working Group III to the Fourth Assessment Report of the Intergovernmental Panel on Climate Change, 2007”, Mitigazzjoni tat-Tibdil fil-Klima, Kapitolu 13.3.3.

    [38]             Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050, COM(2011) 112 finali.

    [39]             Rapport mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni, l-effetti u l-adegwatezza tar-Regolament dwar ċerti gassijiet serra flworinati (Ir-Regolament (KE) Nru 842/2006), COM(2011) 581 finali.

    [40]             Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- 17 ta’ Mejju 2006 dwar ċerti gassijiet serra flworinati, ĠU L 161, 14.6.2006, p. 1.

    [41]             Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10

    [42]             ĠU L 286, 31.10.2009, p. 1.

    [43]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

    [44]             Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta’ rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija, ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10.

    [45]             Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità, ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32.

    [46]             Ibbażat fuq ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

    [47]             Ibbażat fuq ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

    [48]             GWP skont ir-Rapport tal-Valutazzjoni tal-2010 tal-Panel ta’ Valutazzjoni Xjentifika (SAP) tal-Protokoll ta’ Montreal, Tabelli 1‑11, fejn jiġu kkwotati żewġ referenzi xjentifiċi riveduti mill-pari.

                    http://ozone.unep.org/Assessment_Panels/SAP/Scientific_Assessment_2010/index.shtml.

    [49]             Valur minimu skont Talba għal Azzjoni Progressiva tal-UNFCCC.

    [50]             Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat- 18 ta Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

    [51]             Ibbażat fuq ir-Raba’ Rapport ta’ Valutazzjoni adottat mill-Grupp Intergovernattiv ta’ Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima, sakemm ma jiġix indikat mod ieħor.

    Top