Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0505

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

/* COM/2012/0505 final - 2012/0238 (NLE) */

52012PC0505

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet /* COM/2012/0505 final - 2012/0238 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           KUNTEST TAL-PROPOSTA

Abbażi tal-mandat mill-Kunsill[1], il-Kummissjoni Ewropea nnegozjat mar-Repubblika tal-Madagaskar bil-ħsieb li jiġġedded il-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar. Wara dawn in-negozjati, ġie inizjalat Protokoll ġdid fl-10 ta' Mejju 2012. Il-Protokoll il-ġdid ikopri perjodu ta' sentejn (2) li jibda mid-data tal-iffirmar tiegħu.

L-għan prinċipali tal-Protokoll tal-Ftehim huwa li joffri opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Madagaskar, filwaqt li jiġu rrispettati l-pariri xjentifiċi u r-riżoluzzjonijiet tal-Organizzazzjoni Reġjonali tas-sajd rilevanti, jiġifieri tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).

L-għan ġenerali huwa li tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar favur l-istabbiliment ta’ qafas ta’ sħubija għall-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli u l-isfruttar responsabbli tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fl-interess taż-żewġ Partijiet.

B’mod aktar partikolari, il-Protokoll jipprevedi opportunitajiet tas-sajd għal 96 bastiment, skont l-allokazzjoni li ġejja:

– 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

– 34 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ akbar minn 100 TG

– 22 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ inqas minn 100 TG

Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill, bil-kunsens tal-Parlament, jadotta dan il-Protokoll il-ġdid permezz ta' Deċiżjoni.

2.           RIŻULTATI TA’ KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

L-Istati Membri ġew ikkonsultati qabel in-negozjati fil-kuntest tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Kunsill dwar is-Sajd kif ukoll fil-kuntest ta’ laqgħat tekniċi. Dawn il-konsultazzjonijiet ikkonkludew li ż-żamma ta' protokoll tas-sajd mal-Madagaskar għandha tkun ta' benefiċċju. Minbarra dan, il-Kummissjoni bbażat xogħolha, fost l-oħrajn, fuq ir-riżultati ta’ evalwazzjoni ex-post li twettqet minn esperti esterni indipendenti u li ġiet iffinalizzata f’Novembru 2011.

3.           ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Din il-proċedura inbdiet b’mod parallel mal-proċeduri dwar id-Deċiżjoni tal-Kunsill li tadotta l-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll innifsu, kif ukoll mar-Regolament tal-Kunsill dwar l-allokazzjoni tal-opportunitajiet tas-sajd bejn l-Istati Membri tal-UE.

4.           IMPLIKAZZJONI GĦALL-BAĠIT

Il-kontribuzzjoni finanzjarja totali tal-Protokoll hija ta’ EUR 3 050 000 (jiġifieri EUR 1 525 000 kull sena). Dan l-ammont jikkorrispondi għal: a) EUR 975 000 kull sena għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, li huwa ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 15 000 tunnellata fis-sena; u b) EUR 550 000 fis-sena għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar. Dan l-appoġġ settorjali jilħaq l-għanijiet tal-politika nazzjonali tas-sajd.

5.           ELEMENTI MHUX OBBLIGATORJI

2012/0238 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew[2],

Billi:

(1)       Fil-15 ta' Novembru 2007 il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 31/2008 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar[3].

(2)       L-Unjoni Ewropea nnegozjat Protokoll ġdid mar-Repubblika tal-Madagaskar li joffri opportunitajiet tas-sajd lill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet li fihom il-Madagaskar jeżerċita s-sovranità jew il-ġuriżdizzjoni tiegħu fuq is-sajd.

(3)       B’riżultat ta’ dawn in-negozjati, ġie inizjalat il-Protokoll il-ġdid fl-10 ta’ Mejju 2012.

(4)       Dan il-Protokoll il-ġdid ġie ffirmat abbażi tad-Deċiżjoni Nru …/2012/UE[4] u għandu japplika provviżorjament mid-data tal-iffirmar tiegħu.

(5)       Dan il-Protokoll għandu jiġi konkluż,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti mill-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet[5] huwa approvat f’isem l-Unjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jinnomina l-persuna/i li għandu/għandhom is-setgħa jipproċedi/u, f’isem l-Unjoni, bin-notifika prevista fl-Artikolu 19 tal-Protokoll sabiex ikun espress il-kunsens tal-Unjoni li tkun marbuta bil-Protokoll[6].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

PROTOKOLL

Protokoll li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar

Artikolu 1 Perjodu ta’ applikazzjoni u opportunitajiet tas-sajd

1.           Għal perjodu ta' sentejn (2), l-opportunitajiet tas-sajd mogħtija skont l-Artikolu 5 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom ikunu kif ġej:

L-ispeċijiet li jpassu ħafna (l-ispeċijiet elenkati fl-Anness 1 tal-Konvenzjoni tal-1982 tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar) minbarra l-familji Alopiidae u Sphyrnidae, kif ukoll l-ispeċijiet li ġejjin: Cethorinus maximus, Rhincodon typus, Carcharodon carcharias, Carcharinus falciformis, Carcharinus longimanus.

(a)     40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, u

(b)     34 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ akbar minn 100 TG.

(c)     22 bastiment tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ inqas jew ugwali għal 100 TG.

2.           Il-paragrafu 1 għandu japplika suġġett għall-Artikolu 5 u l-Artikolu 6 ta’ dan il-Protokoll.

3.           Skont l-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd u l-Artikolu 7 ta’ dan il-Protokoll, il-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Madagaskar biss jekk ikunu fuq il-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) u jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd maħruġa skont il-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan il-Protokoll u skont l-Anness tiegħu.

Artikolu 2 Kontribuzzjoni finanzjarja – Metodi ta’ pagament

1.           Għall-perjodu msemmi fl-Artikolu 1, il-kontribuzzjoni finanzjarja totali msemmija fl-Artikolu 7 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandha tkun ta’ EUR 3 050 000 għat-tul kollu tal-Protokoll.

2.           Din il-kontribuzzjoni finanzjarja totali għandha tiġbor fiha:

(a)     ammont annwali ta’ EUR 975 000 għall-aċċess għaż-żona tas-sajd tal-Madagaskar ekwivalenti għal tunnellaġġ ta’ referenza ta’ 15 000 tunnellata fis-sena, u

(b)     ammont speċifiku ta' EUR 550 000 fis-sena għall-appoġġ u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali tas-sajd u dik marittima tal-Madagaskar.

3.           Il-paragrafu 1 japplika suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 3, l-Artikolu 5, l-Artikolu 6, l-Artikolu 8 u l-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll.

4.           L-Unjoni Ewropea għandha tħallas il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 1 bir-rata ta’ EUR 1 525 000 fis-sena matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ dan il-Protokoll, li jikkorrispondi għall-ammont totali stabbilit fil-paragrafu 2(a) u (b) ta’ dan l-Artikolu (jiġifieri EUR 975 000 u EUR 550 000 rispettivament).

5.           Jekk il-kwantità totali ta’ tonn maqbud mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar taqbeż il-15 000 tunnellata fis-sena, l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja annwali għad-drittijiet tal-aċċess għandu jkun ta’ EUR 65 għal kull tunnellata addizzjonali maqbuda. Madankollu, l-ammont totali annwali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fil-paragrafu 2(a) (jiġifieri EUR 1 950 000). Jekk il-kwantitajiet maqbuda mill-bastimenti tal-Unjoni Ewropea fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar jaqbżu l-kwantitajiet li jikkorrispondu għad-doppju tal-ammont totali annwali, l-ammont dovut għall-kwantità li tkun ogħla minn dak il-limitu għandu jitħallas is-sena ta’ wara skont id-dispożizzjonijiet tal-Anness. Sabiex jiġi antiċipat kull qbiż eventwali tal-limitu tat-tunnellaġġ ta’ referenza, iż-żewġ Partijiet għandhom jadottaw sistema ta’ monitoraġġ regolari tal-qbid.

6.           Il-pagament għandu jsir sa mhux iktar tard minn 90 jum wara l-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll kif imsemmi fl-Artikolu 15 għall-ewwel sena, u sa mhux iktar tard mid-data tal-anniversarju ta’ dan il-Protokoll għas-snin ta’ wara.

7.           Il-Madagaskar għandu jkollu diskrezzjoni sħiħa dwar l-użu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifikata fil-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 2.

8.           Il-kontribuzzjoni finanzjarja għandha tiġi ddepożitata jew ittrasferita fil-kont uniku tat-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar miżmum mal-Bank Ċentrali tal-Madagaskar. Id-dettalji tal-kont huma: Agence Comptable Centrale du Trésor public mal-Banque Centrale de Madagascar Antaninarenina, Antananarivo, Madagascar - numru tal-kont 213 101 000 125 TP EUR.:

Artikolu 3 Promozzjoni ta’ sajd responsabbli u attivitajiet ta’ sajd sostenibbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar

1.           Mad-data tal-applikazzjoni provviżorja ta’ dan il-Protokoll u mhux aktar tard minn tliet xhur wara dik id-data, l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom jiftehmu, fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, dwar programm settorjali multiannwali, skont l-istrateġija nazzjonali tal-Madagaskar fis-settur tas-sajd u l-qafas ta’ politika tal-Kummissjoni Ewropea, u r-regoli dettaljati ta’ implimentazzjoni li jkopru, b’mod partikolari:

a)      il-linji gwida annwali u multiannwali għall-użu tal-ammont speċifiku tal-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(b);

b)      l-għanijiet, kemm dawk annwali kif ukoll dawk multiannwali, li għandhom jintlaħqu bil-ħsieb li jiġi introdott is-sajd responsabbli u l-attivitajiet ta’ sajd sostenibbli, filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet espressi mill-Madagaskar fil-politika nazzjonali tas-sajd tiegħu u politiki oħrajn relatati mal-promozzjoni tas-sajd responsabbli u tal-attivajiet ta’ sajd sostenibbli, l-aktar dawk li għandhom x’jaqsmu maż-żoni tal-baħar protetti, jew li għandhom impatt fuq din il-promozzjoni;

c)      il-kriterji u l-proċeduri, fosthom, fejn ikun xieraq, l-indikaturi baġitarji u finanzjarji, sabiex issir l-evalwazzjoni tar-riżultati miksuba fuq bażi annwali.

2.           Kwalunkwe emenda proposta għall-programm settorjali multiannwali trid tiġi approvata miż-żewġ Partijiet fi ħdan il-Kumitat Konġunt.

Artikolu 4  Kooperazzjoni xjentifika għal sajd responsabbli

1.           Iż-żewġ Partijiet b’dan jieħdu l-impenn li jippromwovu sajd responsabbli fl-ilmijiet tal-Madagaskar abbażi tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni bejn il-flotot differenti li jistadu f’dawk l-ilmijiet.

2.           Sakemm idum japplika dan il-Protokoll, l-Unjoni Ewropea u l-Madagaskar għandhom ifittxu li jimmonitorjaw il-qagħda tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

3.           Iż-żewġ Partijiet jintrabtu li jirrispettaw ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC) kif ukoll il-pjanijiet ta’ ġestjoni adottati minnha fir-rigward tal-konservazzjoni u l-ġestjoni responsabbli tas-sajd. Iż-żewġ Partijiet jintrabtu wkoll li jirrispettaw il-parir tal-grupp xjentifiku konġunt ta’ ħidma previst fl-Artikolu 4(2) tal-Ftehim.

4.           Skont l-Artikolu 4 tal-Ftehim, abbażi tar-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet adottati fl-IOTC u fid-dawl tal-aqwa parir xjentifiku disponibbli u, fejn ikun xieraq, tar-riżultati tal-laqgħa xjentifika konġunta prevista fl-Artikolu 4 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, iż-żewġ Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Sħubija dwar is-Sajd u, fejn ikun meħtieġ, jiftehmu dwar il-miżuri sabiex tiġi żgurata l-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd tal-Madagaskar.

Artikolu 5 Aġġustament tal-opportunitajiet tas-sajd permezz ta’ ftehim reċiproku

1.           L-opportunitajiet tas-sajd imsemmija fl-Artikolu 1 jistgħu jiġu emendati bi ftehim reċiproku sakemm ir-rakkomandazzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-IOTC u tal-grupp xjentifiku konġunt ta’ ħidma jimplikaw li emenda bħal din se tiżgura l-ġestjoni sostenibbli tat-tonn u ta’ speċijiet oħra simili għat-tonn fl-Oċean Indjan.

2.           F'dan il-każ, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) għandha tiġi aġġustata b’mod proporzjonat u pro rata temporis. [Madankollu, l-ammont annwali totali mħallas mill-Unjoni Ewropea ma għandux ikun iktar mid-doppju tal-ammont indikat fl-Artikolu 2(2)(a)].

3.           Iż-żewġ Partijiet għandhom jinnotifikaw lil xulxin b’kull bidla fil-politika u fil-leġiżlazzjoni tas-sajd rispettiva tagħhom.

Artikolu 6 Opportunitajiet tas-sajd ġodda

1.           F’każ li bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea jkunu interessati jwettqu attivitajiet ta’ sajd li mhumiex previst fl-Artikolu 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma tingħata kwalunkwe awtorizzazzjoni possibbli għal kull attività bħal din u, fejn ikun xieraq, għandhom jiftehmu dwar il-kundizzjonijiet għal sajd bħal dan, inkluż li jwettqu l-emendi rilevanti għal dan il-Protokoll u għall-Anness tiegħu.

2.           Il-Partijiet għandhom jinkoraġġixxu s-sajd sperimentali, speċjalment fir-rigward tal-ispeċijiet li mhumiex sfruttati biżżejjed fl-ilmijiet tal-Madagaskar. Għal dan il-għan, u fuq it-talba ta’ Parti minnhom, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw ma’ xulxin bil-għan li jiddeċiedu, każ b’każ, l-ispeċijiet, il-kundizzjonijiet u l-parametri rilevanti l-oħra.

3.           Il-Partijiet għandhom iwettqu s-sajd sperimentali skont il-parametri li jiġu miftehma bejn iż-żewġ Partijiet fi ftehim amministrattiv fejn dan ikun xieraq. Għall-Madagaskar, iċ-Ċentru Nazzjonali tar-Riċerka Oċeanografika u l-Istitut tas-Sajd u tax-Xjenzi tal-Baħar huma assoċjati mad-definizzjoni ta’ dawn il-parametri.

4.           L-awtorizzazzjonijiet għas-sajd sperimentali għandhom jiġu miftehma għal perjodu massimu ta’ sitt xhur.

5.           Fil-każ li l-Partijiet iqisu li l-kampanji sperimentali taw riżultati pożittivi, il-Gvern tal-Madagaskar jista’ jalloka opportunitajiet tas-sajd għall-ispeċijiet il-ġodda lill-flotta tal-Unjoni Ewropea sa ma jiskadi dan il-Protokoll. Konsegwentement tiżdied il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) ta’ dan il-Protokoll. Il-pagamenti u l-kundizzjonijiet applikabbli għas-sidien tal-bastimenti kif previsti fl-Anness għandhom jiġu emendati skont dan.

Artikolu 7 Kundizzjonijiet li jirregolaw l-attivitajiet tas-sajd – klawżola tal-esklużività

Bla ħsara għall-Artikolu 6 tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd, il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar biss jekk ikollhom awtorizzazzjoni tas-sajd valida maħruġa mill-Ministeru responsabbli għas-sajd tal-Madagaskar skont dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu.

Artikolu 8 Sospensjoni u reviżjoni tal-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja

1.           Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 9 ta’ dan il-Protokoll, il-kontribuzzjoni finanzjarja msemmija fl-Artikolu 2(2)(a) u (b) għandha tiġi riveduta jew sospiża wara konsultazzjoni bejn iż-żewġ Partijiet:

a)      jekk, fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd għal raġunijiet minbarra fenomeni naturali;

b)      wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

c)      jekk l-Unjoni Ewropea tiddetermina ksur tal-elementi essenzjali u fundamentali tad-drittijiet tal-Bniedem kif previst mill-Artikolu 9 tal-Ftehim ta' Cotonou u wara l-proċedura stabbilita mill-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tal-imsemmi Ftehim. F’dan il-każ, l-attivitajiet kollha tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Madagaskar għandhom jiġu sospiżi.

2.           L-Unjoni Ewropea tirriżerva d-dritt li tissospendi parti mill-pagament jew il-pagament kollu tal-kontribuzzjoni finanzjarja speċifika prevista fl-Artikolu 2(2)(b) ta’ dan il-Protokoll:

(a)     jekk ir-riżultati miksuba ma jkunux konformi mal-ipprogrammar, wara evalwazzjoni mill-Ministeru responsabbli għas-Sajd, u analizzata mill-Kumitat konġunt;

(b)     f’każ li ma titwettaqx din il-kontribuzzjoni finanzjarja.

3.           Il-pagament tal-kontribuzzjoni finanzjarja jerġa' jibda mill-ġdid wara konsultazzjoni u ftehim bejn iż-żewġ Partijiet malli tiġi stabbilita mill-ġdid is-sitwazzjoni ta’ qabel l-avvenimenti msemmija fil-paragrafu 1, u/jew meta r-riżultati tal-implimentazzjoni finanzjarja msemmija fil-paragrafu 2 jiġġustifikawh.

Artikolu 9 Sospensjoni tal-implimentazzjoni tal-Protokoll

1.           L-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha tiġi sospiża fuq inizjattiva ta’ waħda mill-Partijiet, suġġett għal konsultazzjonijiet u qbil bejniethom fi ħdan il-Kumitat Konġunt previst fl-Artikolu 9 tal-Ftehim:

a)      jekk minħabba ċirkustanzi eċċezzjonali, minbarra fenomeni naturali, ma jkunux jistgħu jsiru attivitajiet tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar;

b)      f’każ li l-Unjoni Ewropea tonqos milli tagħmel il-pagamenti previsti fl-Artikolu 2(2)(a) għal raġunijiet li mhumiex koperti mill-Artikolu 8 ta’ dan il-Protokoll;

c)      fejn tinqala’ tilwima bejn il-Partijiet dwar l-interpretazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu li għaliha ma tistax tinstab soluzzjoni;

d)      jekk waħda mill-Partijiet ma tirrispettax id-dispożizzjonijiet stipulati f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu;

e)      wara tibdil sinifikanti fil-linji gwida tal-politika ta’ waħda mill-Partijiet li jaffettwa d-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dan il-Protokoll;

f)       jekk waħda mill-Partijiet issir taf b’ċertezza li kien hemm ksur ta’ elementi fundamentali u essenzjali tad-drittijiet umani kif stipulati fl-Artikolu 9 tal-Ftehim ta’ Cotonou, u skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 8 u l-Artikolu 96 tiegħu;

g)      f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità mad-Dikjarazzjoni dwar il-Prinċipji u d-Drittijiet Fundamentali dwar ix-Xogħol tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol kif previst fl-Artikolu 3(5) tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd.

2.           Is-sospensjoni tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll għandha teħtieġ notifika bil-miktub mill-Parti kkonċernata tal-intenzjoni tagħha mill-inqas tliet xhur qabel id-data meta din is-sospensjoni tkun se tidħol fis-seħħ.

3.           Fil-każ ta’ sospensjoni tal-implimentazzjoni, il-Partijiet għandhom ikomplu bil-konsultazzjonijiet bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni amikevoli għat-tilwima tagħhom. Fejn tinstab soluzzjoni bħal din, il-Protokoll għandu jerġa’ jibda jiġi implimentat u l-ammont tal-kontribuzzjoni finanzjarja għandu jitnaqqas b’mod proporzjonat u pro rata temporis skont il-perjodu li fih kienet sospiża l-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll.

Artikolu 10 Liġi nazzjonali

1.           L-attivitajiet tal-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea fl-ilmijiet tal-Madagaskar huma suġġetti għal-liġijiet u r-regolamenti tal-Madagaskar, sakemm ma jkunx previst mod ieħor f’dan il-Protokoll u fl-Anness tiegħu.

2.           L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni Ewropea bi kwalunkwe tibdil jew leġiżlazzjoni ġdida fir-rigward tal-politika tas-sajd.

Artikolu 11 Kunfidenzjalità

Il-Partijiet għandhom jiżguraw li, f’kull waqt, id-dejta kollha dwar il-bastimenti tal-UE u l-attivitajiet tas-sajd tagħhom fl-ilmijiet tal-Madagaskar tiġi ttrattata bħala kunfidenzjali. Din id-dejta għandha tintuża esklussivament għall-implimentazzjoni tal-Ftehim u għall-finijiet tal-ġestjoni, il-monitoraġġ, il-kontroll u s-sorveljanza tas-sajd mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Artikolu 12 Skambju elettroniku tad-dejta

Il-Madagaskar u l-Unjoni Ewropea jieħdu l-impenn li jimplimentaw mingħajr dewmien is-sistemi meħtieġa għall-iskambju elettroniku tal-informazzjoni u d-dokumenti kollha marbutin mal-implimentazzjoni tal-Ftehim. L-iskambji elettroniċi kollha jrid ikollhom konferma li ġew riċevuti. F’kull waqt, il-forma elettronika ta’ dokument se titqies bħala ekwivalenti għall-verżjoni stampata tiegħu.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jgħarrfu lil xulxin b’mod immedjat dwar kwalunkwe tfixkil fis-sistema tal-kompjuter li ma jħallix li jsiru skambji bħal dawn. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-informazzjoni u d-dokumenti relatati mal-implimentazzjoni tal-Ftehim għandhom jinbidlu b’mod awtomatiku bil-verżjoni stampata tagħhom, kif iddefinit fl-Anness.

Artikolu 13 Tul ta’ żmien

Dan il-Protokoll u l-Anness tiegħu japplikaw għal perjodu ta’ sentejn (2) mill-applikazzjoni provviżorja tagħhom skont l-Artikolu 15, sakemm ma jingħatax avviż tat-terminazzjoni skont l-Artikolu 14.

Artikolu 14 Terminazzjoni

1.           F’każ ta’ terminazzjoni ta’ dan il-Protokoll, il-Parti kkonċernata għandha tinnotifika bil-miktub lill-Parti l-oħra bl-intenzjoni tagħha li ttemm il-Protokoll mill-inqas sitt xhur qabel id-data meta għandha sseħħ it-tali terminazzjoni.

2.           Il-konsultazzjonijiet bejn il-Partijiet għandhom jinbdew hekk kif tintbagħat in-notifika msemmija fil-paragrafu ta’ qabel.

Artikolu 15 Applikazzjoni provviżorja

Dan il-Protokoll għandu jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu, iżda mhux qabel l-1 ta’ Jannar 2013.

Artikolu 16 Dħul fis-seħħ

Dan il-Protokoll, flimkien mal-Anness tiegħu, għandhom jidħlu fis-seħħ fid-data li fiha l-Partijiet jinnotifikaw lil xulxin li jkunu tlestew il-proċeduri meħtieġa għal dak il-għan.

ANNESS

KUNDIZZJONIJIET GĦALL-EŻERĊIZZJU TAL-ATTIVITAJIET TAS-SAJD MILL-BASTIMENTI TAL-UNJONI EWROPEA FIŻ-ŻONA TAS-SAJD TAL-MADAGASKAR

KAPITOLU I

Dispożizzjonijiet ġenerali

1.           Għażla tal-awtorità kompetenti

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u sakemm ma’ jkunx indikat mod ieħor, kull referenza għall-Unjoni Ewropea (l-UE) jew għall-Madagaskar bħala awtorità kompetenti għandha tfisser:

– għall-UE: il-Kummissjoni Ewropea, fejn applikabbli permezz tad-delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar;

– għall-Madagaskar: il-Ministeru responsabbli għas-Sajd.

2.           Żona tas-sajd tal-Madagaskar

Id-dispożizzjonijiet kollha tal-Protokoll u l-Anness tiegħu għandhom japplikaw esklussivament fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar kif indikat fl-Appendiċi 3 u fl-Appendiċi 4, bla ħsara għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

Il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea jistgħu jwettqu attivitajiet tas-sajd fl-ilmijiet lil hinn mill-20 mil nawtiku mil-linja bażi fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ.

Trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkapti nazzjonali biex jinġema’ l-ħut

Barra dan, sabiex jiġi ppreservat l-isfruttar sostenibbli ta’ ċerti speċijiet demersali mill-operaturi nazzjonali, fiż-żoni ta’ Banc de Leven u Banc de Castor, li l-koordinati tagħhom huma indikati fl-Appendiċi 5, mhux permess li jsiru attivitajiet tas-sajd mill-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konz tal-wiċċ kopruti minn dan il-Protokoll.

3.           Għażla ta’ aġent lokali

Kull bastiment tal-UE li jkun beħsiebu jikseb awtorizzazzjoni tas-sajd skont dan il-Protokoll għandu jiġi rrappreżentat minn aġent residenti fil-Madagaskar.

4.           Kontijiet Bankarji

Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE, qabel id-data tal-applikazzjoni provviżorja tal-Protokoll, bid-dettalji tal-kont/tal-kontijiet bankarju/i li fih(om) għandhom jitħallsu s-somom finanzjarji dovuti mill-bastimenti tal-UE skont il-Ftehim. L-ispejjeż marbutin mat-trasferimenti bankarji għandhom jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti.

KAPITOLU II

Awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn

1.           Kundizzjoni għall-ksib ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd għat-tonn – bastimenti eliġibbli.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għat-tonn imsemmija fl-Artikolu 6 tal-Ftehim għandhom jinħarġu bil-kundizzjoni li l-bastiment huwa inkluż fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-UE fil-lista tal-bastimenti tas-sajd awtorizzati tal-IOTC u li jkunu ntlaħqu l-obbligi l-oħra kollha ta’ qabel tas-sid tal-bastiment, tal-kaptan, jew tal-bastiment innifsu li jkunu ġejjin mill-attivitajiet tas-sajd fil-Madagaskar skont il-Ftehim u skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar dwar is-sajd.

2.           Applikazzjoni għal awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-UE għandha tissottometti applikazzjoni lill-Madagaskar għal awtorizzazzjoni tas-sajd għal kull bastiment li jkun jixtieq jistad skont il-Ftehim mill-inqas 15-il jum tax-xogħol qabel jibda l-perjodu ta’ validità mitlub, billi tuża l-formola mehmuża ma’ dan l-Anness bħala l-Appendiċi 1.

L-applikazzjoni għandha tiġi ttajpjata jew miktuba b’mod li tkun tista tinqara b’ittri kapitali.

Għal kull applikazzjoni tal-bidu għal awtorizzazzjoni tas-sajd abbażi tal-Protokoll fis-seħħ, jew wara tibdil tekniku fil-bastiment ikkonċernat, l-applikazzjoni għandu jkollha magħha:

i.          il-prova tal-ħlas tat-tariffa tal-ħlas minn qabel għall-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd mitluba;

ii           l-isem, l-indirizz u d-dettalji ta’ kuntatt:

· ta’ sid il-bastiment tas-sajd;

· tal-operatur tal-bastiment tas-sajd;

· tal-aġent lokali tal-bastiment;

iii.         ritratt riċenti bil-kulur tal-bastiment, li juri veduta laterali tiegħu, li jkun kbir mill-inqas 15-il ċentimetru b’10 ċentimetri;

iv.         iċ-ċertifikat ta’ kemm il-bastiment ikun jiflaħ jivvjaġġa;

v.         in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment;

vi.         iċ-ċertifikat tas-saħħa tal-bastiment, maħruġ mill-awtorità kompetenti tal-UE;

vii.        id-dettalji ta’ kuntatt tal-bastiment tas-sajd (in-numru tal-faks, l-indirizz elettroniku, eċċ.).

Għat-tiġdid ta’ awtorizzazzjoni tas-sajd skont il-Protokoll fis-seħħ għal bastiment li l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tiegħu ma jkunux inbidlu, l-applikazzjoni għat-tiġdid għandu jkollha magħha biss il-prova tal-ħlas tat-tariffa.

3.           Tariffa tal-ħlas minn qabel

L-ammont tat-tariffa tal-ħlas minn qabel hija stabbilita abbażi tar-rata annwali speċifikata fid-dikjarazzjonijiet tekniċi inklużi fl-Appendiċi 2 għal dan l-Anness. Għandha tinkludi t-taxxi lokali u nazzjonali kollha, minbarra t-taxxi portwali, it-taxxi tal-ħatt l-art, it-taxxi tat-trażbord u l-imposti għall-provvista tas-servizzi.

4.           Lista provviżorja tal-bastimenti li qed japplikaw għal liċenzja

Ladarba jirċievi l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jfassal minnufih, għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista provviżorja ta’ bastimenti li jkunu qegħdin japplikaw. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE mill-awtorità kompetenti tal-Madagaskar.

L-UE għandha tgħaddi l-lista provviżorja lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali. Jekk l-uffiċċji tal-UE jkunu magħluqa, il-Madagaskar jista’ jibgħat il-lista provviżorja direttament lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu u jibgħat kopja lill-UE.

5.           Ħruġ tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għall-bastimenti kollha għandhom jinħarġu mill-awtorità kompetenti lis-sidien tal-bastimenti jew lill-aġent lokali tagħhom fi żmien ħmistax-il (15) jum tax-xogħol minn meta tasal l-applikazzjoni sħiħa. Kopja ta’ din l-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tintbagħat minnufih lid-Delegazzjoni tal-UE.

6.           Lista tal-bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu

Ladarba tinħareġ l-awtorizzazzjoni tas-sajd, il-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tal-attivitajiet tas-sajd għandu jistabbilixxi minnufih għal kull kategorija ta’ bastimenti, il-lista finali ta’ bastimenti li jkunu awtorizzati jistadu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. Din il-lista għandha tintbagħat minnufih lill-UE u għandha tieħu post il-lista provviżorja msemmija hawn fuq.

7.           Perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd.

L-awtorizzazzjonijiet tas-sajd għandhom ikunu validi għal sena mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru u għandhom ikunu jistgħu jiġġeddu.

8.           Dokumenti li għandhom jinżammu abbord

Waqt li bastiment tas-sajd ikun fl-ilmijiet tal-Madagaskar jew f’port tal-Madagaskar, għandu jżomm abbord f’kull ħin id-dokumenti li ġejjin:

(a) l-oriġinali tal-awtorizzazzjoni tas-sajd; madankollu, għal mhux iktar minn xahar sakemm tasal dik l-oriġinali, kopja tal-lista tal-bastimenti awtorizzati biex jistadu kif previst fil-punt 6 tal-Kapitolu II ta' dan l-Anness, għandha titqies bħala awtentika;

(b) id-dokumenti maħruġin minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tat-tali bastiment tas-sajd, li juru:

- in-numru ta’ reġistrazzjoni tal-bastiment tas-sajd u ċ-ċertifikat tar-reġistru tal-bastiment;

- iċ-ċertifikat ta’ konformità previst mill-Konvenzjoni ta’ Torremolinos tal-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali (l-IMO);

(c) tpinġijiet jew deskrizzjonijiet iċċertifikati aġġornati tal-arranġament tal-bastiment tas-sajd u b’mod partikolari, l-għadd ta’ stivi tal-ħut tal-bastimenti tas-sajd, bil-kapaċità ta’ ħżin espressa f’metri kubi;

(d) jekk ikun sar kwalunkwe tibdil fil-karatteristiċi tal-bastiment tas-sajd rigward it-tul kumplessiv tiegħu, it-tunnellaġġ gross irreġistrat tiegħu, il-potenza taż-żwiemel tal-magna ewlenija jew tal-magni ewlenin tiegħu jew il-kapaċità tal-istiva tiegħu, ċertifikat, li jkun ġie ċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment tas-sajd, li jiddeskrivi n-natura tat-tali tibdil;

(e) jekk il-bastiment tas-sajd ikun mgħammar b’tankijiet tal-ilma baħar imkessħa, dokument iċċertifikat minn awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment li jindika l-kalibrazzjoni tat-tankijiet f’metri kubi;

(f) fejn applikabbli, għandu jinżamm ġurnal aġġornat dwar il-ġestjoni tal-ilmijet tas-saborra (id-dati u l-ħinijiet tat-teħid tal-ilma flimkien mal-pożizzjonijiet u l-volumi, id-dati u l-ħinijiet tat-tneħħija tal-ilma flimkien mal-pożizzjonijiet u l-volumi, it-trattamenti effettwati fuq dan l-ilma).

(g) awtorizzazzjoni sabiex isir sajd barra l-ilmijiet li jaqgħu taħt il-ġuriżdizzjoni tal-Istat tal-bandiera maħruġa għall-bastiment tas-sajd jew estratt mir-reġistru tal-bastimenti awtorizzati mill-IOTC;

(h) kopja tal-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ fis-settur tas-sajd.

9.           Trasferiment tal-awtorizzazzjoni tas-sajd

L-awtorizzazzjoni tas-sajd għandha tinħareġ għal bastiment partikolari u ma għandhiex tkun trasferibbli.

Madankollu, fejn ikun hemm provi ta’ force majeure, wara talba tal-UE, l-awtorizzazzjoni tas-sajd ta’ bastiment tista’ tinbidel b’awtorizzazzjoni ġdida, maħruġa għal bastiment ieħor simili jew għal bastiment li jissostitwixxih, mingħajr il-pagament ta’ ħlas ġdid minn qabel. F’każ bħal dan, id-dikjarazzjoni tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun bil-friża skont il-Kapitolu IV għandha tqis il-qabda totali taż-żewġ tipi ta’ bastimenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

It-trasferiment għandu jinvolvi l-għoti lura tal-awtorizzazzjoni tas-sajd li tkun se tinbidel minn sid il-bastiment jew mill-aġent lokali tiegħu fil-Madagaskar u l-istabbiliment minnufih min-naħa tal-Madagaskar tal-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni mill-aktar fis possibbli. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tinħareġ mingħajr dewmien lil sid il-bastiment jew lill-aġent lokali tiegħu meta l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura. L-awtorizzazzjoni ta’ sostituzzjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum li fih l-awtorizzazzjoni li tkun se tinbidel tingħata lura.

Il-Madagaskar għandu jaġġorna, mill-aktar fis possibbli, il-lista tal-bastimenti li huma awtorizzati jistadu. Il-lista l-ġdida għandha tintbagħat mingħajr dewmien lill-korp nazzjonali responsabbli għas-superviżjoni tas-sajd u lill-UE.

10.         Bastimenti ta’ appoġġ

(1) Il-bastimenti ta’ appoġġ li jtajru l-bandiera tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu awtorizzati skont id-dispożizzjonijiet u l-kundizzjonijiet previsti fil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar.

It-tariffa annwali applikabbli tal-liċenzja għall-bastiment ta’ appoġġ hija ta’ EUR 2 500/sena.

(2) L-awtoritajiet kompetenti tal-Madagaskar għandhom jibagħtu l-lista ta’ dawn l-awtorizzazzjonijiet lill-Kummissjoni fuq bażi regolari, permezz tad-Delegazzjoni tal-UE fil-Madagaskar.

KAPITOLU III

Miżuri tekniċi

Il-miżuri tekniċi applikabbli għall-bastimenti li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd, marbuta maż-żona, mal-irkaptu tas-sajd u l-qbid inċidentali, għandhom jiġu ddefiniti għal kull kategorija tas-sajd fid-dikjarazzjonijiet tekniċi mogħtija fl-Appendiċi 2 ta’ dan l-Anness.

Il-bastimenti għandhom jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar dwar is-sajd u r-riżoluzzjonijiet kollha adottati mill-Kummissjoni għat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC).

KAPITOLU IV

Dikjarazzjoni dwar il-qbid

1.           Definizzjoni tal-vjaġġ tas-sajd

Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, it-tul ta’ vjaġġ tas-sajd minn bastiment tal-UE għandu jiġi ddefinit kif ġej:

– il-perjodu li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u l-ħruġ minnha, jew

– iż-żmien li jgħaddi bejn id-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar u t-trażbord fil-port u/jew il-ħatt l-art fil-Madagaskar.

2.           Ġurnal ta’ abbord tas-sajd

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jistad skont il-Ftehim għandu jżomm ġurnal ta’ abbord tas-sajd tal-IOTC, skont il-mudelli għal kull kategorija tas-sajd fl-Appendiċi 6 u l-Appendiċi 7 ta' dan l-Anness.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jkun konformi mar-Riżoluzzjoni tal-IOTC 08/04 għall-bastimenti tas-sajd bil-konz u r-Riżoluzzjoni 10/03 għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela mill-kaptan għal kull jum li fih il-bastiment ikun fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-kaptan għandu jikteb kuljum, fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-kwantità ta’ kull speċi, identifikata bil-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha, maqbuda u miżmuma abbord, espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, fejn ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali. Għal kull speċi ewlenija, il-kaptan għandu jsemmi wkoll il-qabdiet inċidentali u l-iskartar tal-ħut.

Il-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandu jimtela b’mod li jkun jista’ jinqara, b’ittri kapitali, u għandu jiġi ffirmat mill-kaptan.

Il-kaptan għandu jkun responsabbli għall-preċiżjoni tad-dejta rreġistrata fil-ġurnal ta’ abbord tas-sajd.

3.           Dikjarazzjoni dwar il-qbid

Il-kaptan għandu jinnotifika l-qabdiet tal-bastiment billi jibgħat lill-Madagaskar il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd tiegħu għall-perjodu li fih kien preżenti fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-ġurnali ta’ abbord tas-sajd għandhom jintbagħtu b’wieħed mill-modi li ġejjin:

i           meta bastiment tas-sajd ikun għaddej minn port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lir-rappreżentant lokali tal-Madagaskar, li għandu jikkonferma bil-miktub li rċieva dan id-dokument; kopja tal-ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tingħata lill-grupp ta’ spezzjoni tal-Madagaskar;

ii           meta bastiment tas-sajd ikun ħiereġ miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jgħaddi l-ewwel minn port tal-Madagaskar, l-oriġinali ta’ kull ġurnal ta’ abbord tas-sajd għandha tintbagħat fi żmien 7 (sebat) ijiem tax-xogħol wara l-wasla fi kwalunkwe port ieħor, u f’kull każ fi żmien 15 (ħmistax-il) jum tax-xogħol wara t-tluq miż-żona tas-sajd tal-Madagaskar:

(a) bil-posta elettronika, fl-indirizz tal-posta elettronika mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd;

(b) jew permezz ta’ faks, lin-numru mogħti mill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd;

(c) jew permezz ta’ ittra mibgħuta lill-korp nazzjonali li jkun qed jissorvelja l-attivitajiet tas-sajd.

Ir-ritorn tal-bastiment fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fil-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tiegħu għandu jwassal għal dikjarazzjoni dwar il-qbid ġdida.

Iż-żewġ Partijiet għandhom jistabbilixxu, mill-1 ta’ Lulju 2013, protokoll għall-iskambju elettroniku tad-dejta kollha dwar il-qbid u d-dikjarazzjonijiet ibbażati fuq ġurnal ta’ abbord tas-sajd elettroniku: wara, iż-żewġ Partijiet għandhom jippjanaw l-implimentazzjoni tal-protokoll u s-sostituzzjoni tal-verżjoni stampata tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid b’verżjoni elettronika sal-1 ta’ Jannar 2014.

Il-kaptan għandu jibgħat kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-UE u lill-awtorità kompetenti tal-Istat tal-bandiera tiegħu. Fil-każ tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn u bil-konz tal-wiċċ, il-kaptan għandu jibgħat ukoll kopja tal-ġurnali ta’ abbord tas-sajd kollha lill-Istituti nazzjonali kompetenti:

(USTA) - Unità Statistika dwar it-Tonn ta’ Antsiranana u ĊMS (Ċentru ta' Monitoraġġ tas-Sajd)

u lil wieħed mill-istituti xjentifiċi li ġejjin:

.i          IRD (Institut de recherche pour le développement);

ii.          IEO (Instituto Español de Oceanografía);

iii.         IPIMAR (Instituto Português de Investigação Maritima).

Fejn id-dispożizzjonijiet dwar id-dikjarazzjoni dwar il-qbid ma jitħarsux, il-Madagaskar jista’ jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat sakemm tinkiseb id-dikjarazzjoni dwar il-qbid li tkun nieqsa u jista’ jippenalizza lil sid il-bastiment skont id-dispożizzjonijiet rilevanti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ. Jekk ir-reat jiġi ripetut, il-Madagaskar jista’ jirrifjuta li jġedded l-awtorizzazzjoni tas-sajd. Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull sanzjoni li tiġi applikata f’dan il-kuntest.

4.           Dikjarazzjoni finali tat-tariffi għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn u għall-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Għal kull bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ, l-UE għandha tistabbilixxi, abbażi tad-dikjarazzjoni dwar il-qbid tiegħu ikkonfermata mill-istituti xjentifiċi msemmija hawn fuq, dikjarazzjoni finali tat-tariffi li jkunu jridu jitħallsu mill-bastiment għall-istaġun annwali tiegħu għas-sena kalendarja ta’ qabel.

L-UE għandha tibgħat din id-dikjarazzjoni finali lill-Madagaskar u lil sid il-bastiment qabel il-31 ta’ Lulju tas-sena li tkun għaddejja. Il-Madagaskar jista’ jikkuntesta d-dikjarazzjoni finali, abbażi tal-evidenza dokumentata, fi żmien 30 jum tax-xogħol minn meta tintbagħat. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw lil xulxin fi ħdan il-Kumitat Konġunt. Jekk il-Madagaskar ma joġġezzjonax fi żmien 30 jum tax-xogħol, għandu jitqies li d-dikjarazzjoni finali tkun ġiet adottata.

Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun ikbar mit-tariffa b’rata fissa antiċipata mħallsa biex tinkiseb l-awtorizzazzjoni tas-sajd, sid il-bastiment għandu jħallas il-bilanċ pendenti lill-Madagaskar sat-30 ta’ Settembru tas-sena li tkun għaddejja. Fejn id-dikjarazzjoni finali tkun inqas mit-tariffa b’rata fissa mistennija, l-ammont li jifdal ma jistax jiġi kklejmjat mill-ġdid minn sid il-bastiment.

KAPITOLU V

Ħatt l-art u trażbord

It-trażbord fuq il-baħar huwa pprojbit. L-operazzjonijiet kollha tat-trażbord fil-port huma mmonitorjati fil-preżenza ta’ spetturi tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkun jixtieq iħott l-art il-qabdiet jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord għandu jinnotifika liċ-ĊMS u, fl-istess ħin, lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar, mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħatt l-art jew it-trażbord, b’dan li ġej:

(a) isem il-bastiment tas-sajd li se jħott il-qabdiet l-art jew jagħmel operazzjoni ta’ trażbord u n-numru ta' reġistrazzjoni tiegħu fir-reġistru tal-bastimenti tas-sajd tal-IOTC;

(b) il-port li fih se jsir il-ħatt l-art jew it-trażbord;

(c) id-data u l-ħin skedati għall-ħatt l-art jew għat-trażbord;

(d) il-kwantità (espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali) ta’ kull speċi li għandha tinħatt l-art jew li għandha tiġi ttrażbordata (identifikata mill-Kodiċi Alfa 3 tal-FAO tagħha);

L-operazzjoni ta’ trażbord hija suġġetta għal awtorizzazzjoni minn qabel li tingħata miċ-ĊMS tal-Madagaskar lill-kaptan jew lill-aġent lokali tiegħu fi żmien 24 siegħa wara n-notifika msemmija hawn fuq. L-operazzjoni ta’ trażbord trid titwettaq f’port tal-Madagaskar li jkun awtorizzat għal dan il-għan.

F’każ ta’ trażbord, minbarra l-informazzjoni msemmija fil-punt a sal-punt d hawn fuq, il-kaptan għandu jikkomunika wkoll l-isem tal-bastiment riċevitur.

Il-kaptan tal-bastiment tal-ġarr riċevitur għandu jinforma lill-awtoritajiet tal-Madagaskar (iċ-ĊMS u l-awtorità tal-port) bil-kwantitajiet tat-tonn u ta’ speċijiet simili għat-tonn ittrażbordati fuq il-bastiment tiegħu u jimla u jibgħat id-dikjarazzjoni dwar it-trażbord liċ-ĊMS u lill-awtorità tal-port tal-Madagaskar f'24 siegħa.

Il-portijiet tas-sajd magħżula fejn huma awtorizzati operazzjonijiet tat-trażbord fil-Madagaskar huma Antsiranana għall-bastimenti tas-sajd bit-tartarun u Toliary, Ehoala u Toamasina għall-bastimenti tas-sajd bil-konz.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawn id-dispożizzjonijiet għandha twassal għall-applikazzjoni tas-sanzjonijiet rilevanti previsti skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar.

Il-bastimenti tal-UE li jħottu l-qabdiet l-art f’port tal-Madagaskar għandhom ifittxu li jagħmlu l-qabdiet inċidentali tagħhom disponibbli għall-kumpaniji lokali tal-ipproċessar bil-prezz tas-suq lokali. Fuq talba tal-kumpaniji tas-sajd tal-UE, id-Direttorati Reġjonali tal-Ministeru responsabbli għas-Sajd għandhom jipprovdu lista u dettalji tal-kuntatt tal-kumpaniji lokali tal-ipproċessar.

Il-bastimenti tas-sajd għat-tonn tal-Unjoni Ewropea li jħottu l-art minn jeddhom f'port fil-Madagaskar, jibbenefikaw minn tnaqqis ta' EUR 5 għal kull tunnellata maqbuda fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar fuq it-tariffa indikata fl-Appendiċi 2 għall-kategorija tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.

Jingħata tnaqqis supplimentari ta’ EUR 5 fil-każ li l-prodotti tas-sajd jinbiegħu lil fabbrika tal-ipproċessar fil-Madagaskar.

KAPITOLU VI

Kontrolli

1.           Dħul fiż-żona u ħruġ minnha

Kull dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagskar jew ħruġ minnha minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jiġi nnotifikat lill-Madagskar fi żmien tliet sigħat mid-dħul jew mill-ħruġ.

Meta jkun qed jinnotifika d-dħul jew il-ħruġ tiegħu, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

i.          id-data, il-ħin u l-punt tal-passaġġ skedati;

ii.          il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

iii          il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord, identifikata bil-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi tal-piż ħaj tagħha jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown jew numru tal-faks ikkomunikat miċ-ĊMS, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 8. Iċ-ĊMS għandu jikkonferma li rċieva din in-notifika minnufih permezz tal-posta elettronika jew faks tar-ritorn.

Iċ-ĊMS għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kwalunkwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jkun innotifika l-preżenza tiegħu minn qabel għandu jitqies bhala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat.

Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-liġi fis-seħħ tal-Madagaskar.

Id-dikjarazzjonijiet tad-dħul/tal-ħruġ għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tad-dikjarazzjoni.

Il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea mhux awtorizzati jistadu għandhom ikollhom fil-pussess dikjarazzjoni ta' passaġġ innoċenti. Il-kontenut ta’ dik id-dikjarazzjoni hija l-istess bħal dik preċiżata fil-paragrafu 1

2. Kooperazzjoni fil-ġlieda kontra s-sajd IUU

Bil-għan li jissaħħu l-monitoraġġ tas-sajd u l-ġlieda kontra s-sajd IUU (illegali, mhux rapportat u mhux regolat), il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea huma mħeġġa jissenjalaw il-preżenza ta' kull bastiment ieħor madwarhom liċ-ĊMS.

3.           Dikjarazzjoni perjodika dwar il-qbid

Meta bastiment tal-UE jkun qed jopera fl-ilmijiet tal-Madagaskar, il-kaptan ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd għandu jinnotifika liċ-ĊMS, kull tlett ijiem, bil-qabdiet magħmula fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar. L-ewwel dikjarazzjoni dwar il-qbid għandha tibda tlett ijiem wara d-data tad-dħul fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Kull tlett ijiem mad-dikjarazzjoni perjodika tiegħu dwar il-qbid, il-bastiment għandu jinnotifika b’mod partikolari:

i.          id-data, il-ħin u l-pożizzjoni meta tkun qed issir id-dikjarazzjoni;

ii.          il-kwantità ta’ kull speċi fil-mira maqbuda u miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

iii.         il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi miżmuma abbord waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

iv.         il-kwantità ta’ kull qabda inċidentali ta’ speċi skartata l-baħar waqt il-perjodu ta’ tlett ijiem, identifikata mill-kodiċi alfa 3 tal-FAO tagħha u espressa f’kilogrammi ta’ piż ħaj jew, jekk ikun meħtieġ, l-għadd ta’ ħut individwali;

v.         il-preżentazzjoni tal-prodotti;

vi.         għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun:

            - l-għadd ta’ kalati bl-użu tal-irkaptu biex jinġema’ l-ħut (l-FAD) li rnexxew mill-aħħar dikjarazzjoni;

            - l-għadd ta’ kalati fuq ġliba ta’ ħut ħielsa li rnexxew mill-aħħar dikjarazzjoni;

            - l-għadd ta’ kalati li ma rnexxewx.

vii.        għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet:

            - l-għadd ta’ kalati mill-aħħar dikjarazzjoni;

            - l-għadd ta’ snanar li ntużaw mill-aħħar rapport.

Huwa preferibbli li n-notifika tintbagħat bil-posta elettronika jew, jekk dan ma jsirx, permezz ta’ faks, f’indirizz tal-posta elettronika jew lil numru tat-telefown ikkomunikat miċ-ĊMS, billi tintuża l-formola mehmuża mal-Anness bħala l-Appendiċi 8. Iċ-ĊMS għandu jgħarraf minnufih lill-bastimenti kkonċernati u lill-UE b’kull tibdil fl-indirizz elettroniku, fin-numru tat-telefown jew fil-frekwenza tat-trażmissjonijiet.

Kwalunwe bastiment li jinstab jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar mingħajr ma jkun innotifika d-dikjarazzjoni perjodika tiegħu dwar il-qbid tat-tlett ijiem kollha, għandu jitqies bħala bastiment tas-sajd mhux awtorizzat. Kull persuna li tkun qiegħda tikser din id-dispożizzjoni għandha tkun suġġetta għall-pieni u s-sanzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni fis-seħħ tal-Madagaskar.

Id-dikjarazzjonijiet perjodiċi dwar il-qbid għandhom jinżammu abbord għal mill-inqas sena mid-data tat-trażmissjoni tar-rapport.

4.           Spezzjoni fuq il-baħar

L-ispezzjoni fuq il-baħar fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar tal-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandha ssir minn spetturi tal-Madagaskar li jkunu identifikati b’mod ċar bħala dawk maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

Qabel ma jitilgħu abbord, l-ispetturi awtorizzati għandhom jinfurmaw lill-bastiment tal-UE, fuq il-kanal VHF 16, bid-deċiżjoni tagħhom li jwettqu spezzjoni. L-ispezzjoni għandha ssir mill-ispetturi tas-sajd, li jridu jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss. Għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, l-attività tas-sajd u l-merkanzija tiegħu.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi awtorizzati għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

L-ispetturi awtorizzati għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE qabel ma jħallu l-bastiment. F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.

5.           Spezzjoni fil-port fil-każ tal-ħatt l-art u tat-trażbord

L-ispezzjoni f’port tal-Madagaskar ta’ bastimenti tas-sajd tal-UE li jħottu l-art jew jittrażbordaw il-qabda tagħhom għandha ssir minn spetturi tal-Madagaskar li jkunu identifikati b’mod ċar bħala spetturi maħtura sabiex iwettqu verifiki tas-sajd.

L-ispetturi għandhom jipprovdu evidenza tal-identità u l-pożizzjoni uffiċjali tagħhom bħala spetturi qabel ma jwettqu l-ispezzjoni. L-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jibqgħu abbord il-bastiment tal-UE għall-ħin meħtieġ sabiex iwettqu l-kompiti marbutin mal-ispezzjoni biss u għandhom iwettqu l-ispezzjoni b’mod li jnaqqas kemm jista’ jkun l-impatt fuq il-bastiment, il-ħatt l-art jew l-operazzjoni tat-trażbord u l-merkanzija.

Fi tmiem kull spezzjoni, l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom ifasslu rapport tal-ispezzjoni. Il-kaptan tal-bastiment tal-UE għandu d-dritt jinkludi l-kummenti tiegħu fir-rapport tal-ispezzjoni. Ir-rapport tal-ispezzjoni għandu jiġi ffirmat mill-ispettur li jkun qed ifasslu u mill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

Fi tmiem l-ispezzjoni l-ispetturi tal-Madagaskar għandhom jagħtu kopja tar-rapport tal-ispezzjoni lill-kaptan tal-bastiment tal-UE.

F’każ ta’ ksur, kopja tan-notifika tal-ksur għandha tiġi trażmessa wkoll lill-UE kif previst fil-Kapitolu VIII.

KAPITOLU VII

Sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (VMS)

1.           Messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti – is-sistema tal-VMS

Il-bastimenti tal-UE li jkollhom awtorizzazzjoni tas-sajd għandhom ikunu mgħammra b’sistema ta’ monitoraġġ bis-satellita (Sistema ta’ Monitoraġġ tal-Bastimenti – VMS) li tippermetti l-komunikazzjoni awtomatika u kontinwa tal-pożizzjoni tagħhom, f’kull ħin, liċ-ċentru għall-kontroll tas-sajd (iċ-Ċentru għall-Monitoraġġ tas-Sajd – ĊMS) tal-Istat tal-bandiera tagħhom.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jinkludi:

a.         l-identifikazzjoni tal-bastiment;

b.         il-pożizzjoni ġeografika l-iżjed riċenti tal-bastiment (il-lonġitudni, il-latitudni), b’marġni ta’ żball tal-pożizzjoni ta’ inqas minn 500 metru, u b’intervall ta’ fiduċja ta’ 99 %;

c.         id-data u l-ħin li fiha tkun ġiet irreġistrata l-pożizzjoni;

d.         il-veloċità u r-rotta tal-bastiment.

Kull messaġġ dwar il-pożizzjoni għandu jiġi kkonfigurat skont il-format inkluż fl-Appendiċi 9 ta’ dan l-Anness.

L-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara d-dħul fiż-żona tal-Madagaskar għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “ENT”. Il-pożizzjonijiet kollha ta’ wara għandhom jiġu identifikati bil-kodiċi “POS”, bl-eċċezzjoni tal-ewwel pożizzjoni rreġistrata wara l-ħruġ miż-żona tal-Madagaskar, li għandha tiġi identifikata bil-kodiċi “EXI”. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jiżgura l-ipproċessar awtomatiku u, jekk ikun meħtieġ, it-trażmissjoni elettronika tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni. Il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għandhom jiġu rreġistrati b’mod sigur u għandhom jinżammu għal perjodu ta’ tliet snin.

2.           Trażmissjoni min-naħa tal-bastiment f’każ ta’ ħsara fis-sistema tal-VMS

Il-kaptan għandu jiżgura f’kull ħin li s-sistema tal-VMS tal-bastiment tiegħu tkun qed taħdem bis-sħiħ u li l-messaġġi dwar il-pożizzjoni jkunu qed jiġu trażmessi b’mod korrett liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera.

Il-bastimenti tal-UE li jistadu b’sistemi tal-VMS difettużi mhumiex awtorizzati jidħlu fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Jekk il-bastiment diġà qed iwettaq attività tas-sajd ġewwa ż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, fil-każ ta’ ħsara, is-sistema tal-VMS tal-bastimenti għandha tissewwa jew tiġi sostitwita mill-aktar fis possibbli, u mhux aktar tard minn 15-il jum. Wara dak il-perjodu, il-bastiment ma għandux jibqa’ awtorizzat jistad fiż-żona tal-Madagaskar.

Il-bastimenti li jkunu qegħdin jistadu fiż-żona tal-Madagaskar b’sistema tal-VMS difettuża għandhom jikkomunikaw il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tagħhom permezz tal-posta elettronika jew faks liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madgaskar, mill-inqas kull sitt sigħat, u għandhom jipprovdu l-informazzjoni obbligatorja kollha.

3.           Komunikazzjoni sigura tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni lill-Madagaskar

Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat awtomatikament il-messaġġi dwar il-pożizzjoni tal-bastimenti kkonċernati liċ-ĊMS tal-Madagaskar. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandhom jiskambjaw l-indirizzi elettroniċi ta’ kuntatt tagħhom u għandhom jgħarrfu minnufih lil xulxin b’kull tibdil f’dawn l-indirizzi.

It-trażmissjoni tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bejn iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u tal-Madagaskar għandha ssir b’mod elettroniku bl-użu ta’ sistema sigura ta’ komunikazzjoni.

Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull interruzzjoni fil-wasla tal-messaġġi konsekuttivi dwar il-pożizzjoni minn bastiment li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, meta l-bastiment ikkonċernat ma jkunx innotifika l-ħruġ tiegħu miż-żona.

4.           Funzjonament ħażin tas-sistema ta’ komunikazzjoni

Il-Madagaskar għandu jiżgura li t-tagħmir elettroniku tiegħu ikun kompatibbli ma’ dak taċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u għandu jgħarraf lill-UE minnufih b’kull nuqqas ta’ funzjonament rigward il-komunikazzjoni u l-wasla tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni bil-għan li tinstab soluzzjoni teknika mill-aktar fis possibbli. Il-Kumitat Konġunt għandu jipprova jsolvi kwalunkwe tilwim li jista’ jirriżulta minn dan.

Il-kaptan għandu jitqies bħala responsabbli għal kull manipulazzjoni ppruvata tas-sistema tal-VMS tal-bastiment li jkollha l-għan li tfixkel l-operat tagħha jew li tiffalsifika l-messaġġi tagħha dwar il-pożizzjoni tal-bastiment. Kull ksur għandu jkun suġġett għall-pieni previsti mil-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar li tkun fis-seħħ.

5.           Reviżjoni tal-frekwenza tal-messaġġi dwar il-pożizzjoni

Abbażi ta’ evidenza ddokumentata li tipprova ksur, iċ-ĊMS tal-Madagaskar jista’ jsaqsi liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera, filwaqt li jibgħat kopja wkoll lill-UE, biex inaqqas l-intervall biex il-bastiment jibgħat il-messaġġi dwar il-pożizzjoni għal kull tletin minuta għall-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni. Iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jibgħat din l-evidenza ddokumentata liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE. Iċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera għandu jibgħat minnufih il-messaġġi dwar il-pożizzjoni liċ-ĊMS tal-Madagaskar skont il-frekwenza l-ġdida.

Wara, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jinnotifika minnufih liċ-Ċentru tal-Kontroll tal-Istat tal-bandiera u lill-Kummissjoni Ewropea bit-tmiem tal-proċedura ta’ spezzjoni.

Fi tmiem il-perjodu stabbilit tal-investigazzjoni, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jgħarraf liċ-ĊMS tal-Istat tal-bandiera u lill-UE b’kull segwitu li jkun meħtieġ.

KAPITOLU VIII

Ksur tar-regoli

In-nuqqas ta’ ħarsien ta’ kwalunkwe waħda mir-regoli u d-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, il-miżuri ta’ ġestjoni u konservazzjoni tar-riżorsi ħajjin tal-baħar jew il-leġiżlazzjoni dwar is-sajd tal-Madagaskar jista’ jiġi ppenalizzat b’multi, b'sospensjoni, b'revoka jew bin-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment.

1.           Trattament tal-ksur

Kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Anness għandu jissemma f’rapport (tal-ispezzjoni).

Fil-każ ta’ spezzjoni abbord, il-firma tar-rapport ta’ spezzjoni min-naħa tal-kaptan għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt ta’ difiża ta’ sid il-bastiment rigward il-ksur misjub. Fejn il-kaptan jirrifjuta li jiffirma r-rapport ta’ spezzjoni, huwa għandu jikteb fir-rapport ta’ spezzjoni r-raġunijiet għar-rifjut tiegħu u jniżżel il-frażi “rifjut ta’ firma”.

Għal kull ksur imwettaq fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar minn bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd, in-notifika tal-ksur iddefinit u s-sanzjonijiet marbutin miegħu imposti fuq il-kaptan jew il-kumpanija tas-sajd għandhom jintbagħtu direttament lis-sidien tal-bastimenti skont il-proċeduri stabbiliti fil-Leġiżlazzjoni dwar is-Sajd tal-Madagaskar. Kopja tan-notifika għandha tintbagħat lill-Istat tal-bandiera tal-bastiment u lill-UE fi żmien 72 siegħa.

2.           Detenzjoni tal-bastiment

F’każ ta’ ksur misjub, kull bastiment tal-UE li jkun wettaq ksur jista’ jiġi mġiegħel iwaqqaf l-attività tas-sajd tiegħu u, jekk il-bastiment ikun fuq il-baħar, jirritorna lejn port tal-Madagaskar, skont il-leġiżlazzjoni tal-Madagaskar fis-seħħ.

Il-Madagaskar għandu jinnotifika lill-UE, b’mod elettroniku, fi żmien 24 siegħa b’kull detenzjoni ta’ bastiment tal-UE li jkollu awtorizzazzjoni tas-sajd. In-notifika għandha tipprovdi r-raġunijiet għall-arrest u/jew għad-detenzjoni.

Qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura kontra l-bastiment, il-kaptan, l-ekwipaġġ jew il-merkanzija, bl-eċċezzjoni ta’ miżuri mmirati għall-ħarsien tal-evidenza, iċ-ĊMS tal-Madagaskar għandu jorganizza, mhux aktar tard minn jum ta’ xogħol wara n-notifika ta’ detenzjoni tal-bastiment, laqgħa ta’ informazzjoni sabiex jiġu ċċarati l-fatti li jkunu wasslu għad-detenzjoni tal-bastiment u sabiex jiġi spjegat x’azzjoni oħra tista’ tittieħed. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera u ta’ sid il-bastiment jista’ jattendi din il-laqgħa ta’ informazzjoni.

3.           Penalitajiet għall-ksur – Proċedura ta’ kompromess

Il-penalità għall-ksur stabbilit għandha tiġi ffissata mill-Madagaskar skont id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali fis-seħħ.

Għandu jingħata bidu għal proċedura ta’ kompromess qabel il-proċeduri ġudizzjarji bejn l-awtoritajiet tal-Madagaskar u l-bastiment tal-UE sabiex tinstab soluzzjoni amikevoli. Rappreżentant tal-Istat tal-bandiera tal-bastiment jista’ jipparteċipa f’din il-proċedura ta’ kompromess. Il-proċedura ta’ kompromess għandha tintemm mhux aktar tard minn 72 siegħa wara n-notifika tad-detenzjoni tal-bastiment.

4.           Proċedimenti legali – Garanzija bankarja

Jekk il-proċedura ta’ kompromess imsemmija hawn fuq tfalli u l-ksur jitressaq quddiem il-qorti kompetenti, sid il-bastiment li jkun wettaq il-ksur għandu jiddepożita garanzija bankarja mat-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar, li l-ammont tagħha, kif stabbilit mill-Madagaskar, ikun ikopri l-ispejjeż marbutin mad-detenzjoni tal-bastiment, il-multa stmata u kwalunkwe kumpens. Il-garanzija bankarja ma tistax tiġi rkuprata qabel ma jkunu ġew konklużi l-proċedimenti legali.

Il-garanzija bankarja għandha tiġi rrilaxxata u mogħtija lura lil sid il-bastiment mingħajr dewmien wara l-qtugħ tas-sentenza:

a.         kollha kemm hi, jekk ma tkun ġiet imposta l-ebda piena;

b.         skont l-ammont tal-bilanċ li jkun fadal, jekk il-penalità tkun multa li tkun iżjed baxxa mill-ammont tal-garanzija bankarja.

Il-Madagaskar għandu jgħarraf lill-UE bir-riżultat tal-proċedimenti legali fi żmien 8 ijiem minn meta jingħata l-ġudizzju.

5.           Rilaxx tal-bastiment u tal-ekwipaġġ

Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port wara l-ħlas tal-penalità stabbilita fil-proċedura ta' kompromess, jew wara d-depożitu tal-garanzija fit-Teżor Pubbliku tal-Madagaskar. Il-bastiment għandu jinħeles u l-ekwipaġġ tiegħu jitħalla jitlaq mill-port:

- hekk kif l-obbligazzjonijiet li jkunu ġew deċiżi meta jintlaħaq kompromess jiġu ssodisfati, jew,

- wara d-depożitu tal-garanzija msemmija hawn fuq u l-aċċettatazzjoni tagħha mill-Ministeru responsabbli għas-Sajd, sakemm titlesta l-proċedura ġudizzjarja.

KAPITOLU IX

Tlugħ abbord ta’ baħrin

1.           Għadd ta’ baħrin li għandhom jittellgħu abbord

Is-sidien tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun u tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bil-konzijiet tal-wiċċ jieħdu l-impenn li jimpjegaw ċittadini mill-pajjjiżi AKP bil-kundizzjonijiet u fil-limiti li ġejjin:

–          għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP,

–          għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20 % tal-baħrin li jitilgħu abbord matul l-istaġun tas-sajd fiż-żona tas-sajd tal-pajjiż terz għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP.

Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrim supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar.

2.           Kuntratti tal-baħrin

Id-Dikjarazzjoni tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar Prinċipji u Drittijiet Fundamentali tax-Xogħol għandha tapplika bi dritt għall-baħrin li jitilgħu abbord bastimenti tal-Unjoni Ewropea. Tirrigwarda, b’mod partikolari, l-applikazzjoni tad-dritt ta’ assoċjazzjoni u tal-għarfien effettiv tad-dritt għan-negozjar kollettiv tal-ħaddiema u l-eliminazzjoni tad-diskriminazzjoni fil-qasam tal-impjiegi u tal-professjonijiet.

Il-kuntratti tax-xogħol tal-baħrin tal-AKP, li kopja tagħhom għandha tingħata lill-firmatarji ta' dawn il-kuntratti, isiru bejn ir-rappreżentant(i) tas-sidien tal-bastimenti u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Dawn il-kuntratti għandhom jiggarantixxu lill-baħrin il-benefiċċju ta’ sistema ta’ sigurtà soċjali applikabbli għalihom, li tinkludi assigurazzjoni f’każ ta’ mewt, mard u f'każ ta' inċident.

3.           Salarju tal-baħrin

Is-salarju tal-baħrin tal-AKP għandu jitħallas mis-sidien tal-bastimenti. Għandu jiġi ffissat bi qbil komuni bejn is-sidien tal-bastimenti jew ir-rappreżentanti tagħhom u l-baħrin u/jew it-trejdjunjins jew ir-rappreżentanti tagħhom. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ ħlas tal-baħrin tal-AKP ma jistgħux ikunu agħar minn dawk applikabbli għall-ekwipaġġi tal-pajjiż rispettiv tagħhom u fi kwalunkwe każ ma jistgħux ikunu inferjuri għall-istandards tal-ILO.

4.           Obbligi tal-baħrin

Il-baħrin kollha impjegati abbord il-bastimenti tal-Unjoni Ewropea għandhom jirrappurtaw lill-kaptan maħtur tal-bastiment lejlet id-data proposta għat-tlugħ abbord tagħhom. Jekk baħri jonqos milli jirrappurta fid-data u l-ħin previsti għat-tlugħ abbord, sid il-bastiment jinħall awtomatikament mill-obbligu tal-imbarkazzjoni ta' dak il-baħri.

KAPITOLU X

Osservaturi

1.           Osservazzjoni tal-attivitajiet tas-sajd

Iż-żewġ Partijiet jirrikonoxxu l-importanza li jirrispettaw l-obbligi li ġejjin mir-riżoluzzjonijiet tal-IOTC fir-rigward tal-Programm tal-Osservatur Xjentifiku.

Għall-finijiet ta' konformità ma' dawn l-obbligi, id-dispożizzjonijiet applikabbli għall-osservaturi huma kif ġej, għajr fil-każ ta' limitazzjoni ta' spazju minħabba rekwiżiti ta' sigurtà.

Il-bastimenti awtorizzati li jistadu fl-ilmijiet tal-Madagaskar taħt il-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd għandhom itellgħu abbord l-osservaturi maħtura mill-awtoritajiet tal-Madagaskar skont it-termini stabbiliti hawn taħt.

Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti liċenzjati. Madankollu, il-bastimenti b’inqas minn 100 TG mhumiex soġġetti għal din il-miżura.

2.           Bastimenti u osservaturi magħżulin

L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jistabbilixxu lista ta’ bastimenti magħżulin biex itellgħu osservatur abbord. Din il-lista għandha tinżamm aġġornata. Għandha tintbagħat lill-Kummissjoni Ewropea hekk kif tiġi stabbilita.

L-awtoritajiet tal-Madagaskar għandhom jgħarrfu lis-sidien tal-bastimenti kkonċernati b’isem l-osservatur magħżul biex jittella’ abbord il-bastiment tagħhom sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel id-data ta’ imbark ippjanata tal-osservatur.

L-osservaturi m’għandhomx iqattgħu iżjed ħin abbord il-bastiment milli għandhom bżonn biex iwettqu dmirijiethom.

3.           Salarju tal-osservatur

L-ispejjeż tat-tlugħ abbord u tal-inżul mill-bastiment tal-osservatur barra mill-Madagaskar jitħallsu minn sid il-bastiment. Is-salarju u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-osservatur jitħallsu mill-awtoritajiet tal-Madagaskar.

Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS.

4.           Kundizzjonijiet tal-imbark

Il-kundizzjonijiet tal-imbark tal-osservatur, b’mod partikolari t-tul ta’ żmien preżenti abbord, għandhom jiġu ddefiniti bi ftehim reċiproku bejn sid il-bastiment jew l-aġent lokali tiegħu u l-Madagaskar.

Waqt li jkun abbord, l-osservatur għandu jiġi ttrattat bħala uffiċjal. Madankollu, l-akkomodazzjoni tal-osservatur abbord għandha tqis l-istruttura teknika tal-bastiment.

Sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel għall-osservatur abbord il-bastiment.

Il-kaptan għandu jieħu l-miżuri kollha li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tiegħu sabiex jiżgura s-sigurtà fiżika u l-benesseri ġenerali tal-osservatur.

L-osservaturi għandhom jingħataw aċċess għal kull faċilita meħtieġa sabiex iwettqu dmirijiethom. Huma għandu jkollhom aċċess għall-mezzi ta’ komunikazzjoni u għal kwalunkwe dokument abbord, u għad-dokumenti marbutin mal-attivitajiet tas-sajd tal-bastiment, b’mod partikolari l-ġurnal ta’ abbord tas-sajd, il-ġurnal tal-iffriżar u l-ġurnal tan-navigazzjoni, kif ukoll għall-partijiet tal-bastiment marbutin b’mod dirett ma’ dmirijiethom.

5.           Imbark u żbark tal-osservatur

L-osservatur għandu jitla’ abbord f’port magħżul minn sid il-bastiment.

Sid il-bastiment jew ir-rappreżentant tiegħu għandu jinnotifika lill-Madagaskar, b’perjodu ta’ notifika ta’ 10 ijiem qabel l-imbark, dwar id-data, il-ħin u l-port tal-imbark tal-osservatur. Jekk l-osservatur jitla’ abbord f’pajjiż barrani, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tiegħu lejn il-port tal-imbark għandhom jitħallsu minn sid il-bastiment.

Jekk l-osservatur ma jasalx għall-imbark fi żmien 12-il siegħa mid-data u l-ħin stabbiliti, sid il-bastiment għandu jinħeles awtomatikament mill-obbligu tiegħu li jtella’ abbord lill-osservatur.

Huwa għandu jkun ħieles li jħalli l-port u jibda l-operazzjonijiet tas-sajd.

Meta l-osservatur ma jiżbarkax f’port tal-Madagaskar, sid il-bastiment għandu jħallas l-ispejjeż tal-akkomodazzjoni u tal-ikel tiegħu meta dan ikun qed jistenna t-titjira tar-ripatrijazzjoni.

Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu fil-mument stabbilit f'port magħżul minn qabel għall-imbark ta' osservatur, sid il-bastiment huwa obbligat iħallas l-ispejjeż tan-nuqqas tal-imbark tal-osservatur matul l-istennija fil-port (l-akkomodazzjoni, l-ikel).

Fil-każ li l-bastiment ma jippreżentax ruħu u ma jkunx ta notifika minn qabel liċ-ĊMS, il-Madagaskar jista' jissospendi l-awtorizzazzjoni tas-sajd tal-bastiment ikkonċernat.

6.           Obbligi tal-osservatur

Waqt li jkun abbord l-osservatur għandu:

a.         jieħu l-miżuri x-xierqa kollha sabiex ma jinterrompix jew ifixkel l-operazzjonijiet tas-sajd;

b.         jirrispetta l-proprjetà u t-tagħmir li jkun hemm abbord;

c.         jirrispetta n-natura kunfidenzjali ta’ kull dokument li jappartjeni għall-bastiment.

L-osservatur għandu jikkomunika l-osservazzjonijiet tiegħu bir-radju, b’faks jew bil-posta elettronika mill-inqas darba fil-ġimgħa waqt li l-bastiment ikun qed jistad fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, inkluż il-kwantità ta’ qbid u qbid inċidentali abbord u kwalunkwe kompitu ieħor kif meħtieġ mill-awtorità.

7.           Rapport tal-osservatur

Qabel ma jħalli l-bastiment, l-osservatur għandu jissottometti rapport tal-osservazzjonijiet tiegħu lill-kaptan tal-bastiment. Il-kaptan tal-bastiment għandu jkollu d-dritt jagħmel kummenti fir-rapport tal-osservatur. Ir-rapport għandu jiġi ffirmat mill-osservatur u mill-kaptan. Il-kaptan għandu jirċievi kopja tar-rapport tal-osservatur.

L-osservatur għandu jibgħat ir-rapport tiegħu lill-Madagaskar, li għandu jibgħat kopja tiegħu lill-UE fi żmien 15-il jum tax-xogħol mill-iżbark tal-osservatur.

LISTA TA' APPENDIĊI

Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

Appendiċi 2 – Dikjarazzjoni teknika

Appendiċi 3 – Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar

Appendiċi 4 – Mappa taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar

Appendiċi 5 – Koordinati ġeografiċi u mappa taż-żona tas-sajd fejn huwa pprojbit is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Appendiċi 6 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Appendiċi 7 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd bil-konz

Appendiċi 8 – Formola għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha

Appendiċi 9 – Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS

Appendiċi 1 – Formola tal-applikazzjoni għal liċenzja

MINISTERU RESPONSABBLI GĦAS-SAJD FIL-MADAGASKAR

APPLIKAZZJONI GĦAL LIĊENZJA GĦALL-BASTIMENTI BARRANIN TAS-SAJD INDUSTRIJALI

1.             Isem tas-sid tal-bastiment:....................................................................................................................................

2.             Indirizz tas-sid tal-bastiment:................................................................................................................................

3.             Isem tar-rappreżentant jew tal-aġent:..................................................................................................................

4.             Indirizz tar-rappreżentant jew tal-aġent lokali tas-sid tal-bastiment:...............................................................

                ………………………………………………………………………………………..

5.             Isem tal-kaptan:.......................................................................................................................................................

6.             Isem tal-bastiment:.................................................................................................................................................

7.             Numru ta’ reġistrazzjoni:........................................................................................................................................

8.             Numru tal-faks:………………………………………………………………...

9.             Indirizz tal-posta elettronika: ………………………………………………………..

10.           Kodiċi tar-radju: …………………………………………………………………………..

11.           Data u post ta’ kostruzzjoni:.................................................................................................................................

12.           Pajjiż tal-bandiera:...................................................................................................................................................

13.           Port ta’ reġistrazzjoni:............................................................................................................................................

14.           Port ta’ manutenzjoni:............................................................................................................................................

15.           Tul (L.O.A.):............................................................................................................................................................

16.           Wisgħa (L.O.A.):....................................................................................................................................................

17.           Tunnellaġġ Gross (UMS):.....................................................................................................................................

18.           Kapaċità tal-istiva:..................................................................................................................................................

19.           Kapaċità tar-refriġerazzjoni u l-friża:....................................................................................................................

20.           Tip u qawwa tal-magna:.........................................................................................................................................

21.           Irkaptu tas-sajd:......................................................................................................................................................

22.           Għadd ta' baħrin:.....................................................................................................................................................

23.           Sistema ta' kommunikazzjoni.................................................................................................................................

24.           Kodiċi tar-radju:......................................................................................................................................................

25.           Sinjali ta' identifikazzjoni:.......................................................................................................................................

26.           Attivitajiet tas-sajd li se jitwettqu:.......................................................................................................................

27.           Post tal-ħatt l-art:....................................................................................................................................................

28.           Żoni tas-sajd:..........................................................................................................................................................

29.           Speċijiet fil-mira:......................................................................................................................................................

30.           Perjodu ta’ validità:................................................................................................................................................

31.           Kundizzjonijiet speċjali:.........................................................................................................................................

Opinjoni tad-Direttorat Ġenerali għas-Sajd u l-Akkwakultura:........................................................................................

Osservazzjonijiet tal-Ministeru responsabbli għas-Sajd:.................................................................................................

Appendiċi 2 – DIKJARAZZJONI TEKNIKA

Żona tas-sajd:

- Lil hinn minn 20 mil nawtiku mil-linja bażi. Żona indikata fl-Appendiċi 3 u fl-Appendiċi 4: - Trid tiġi rispettata żona ta’ protezzjoni ta’ 3 mili madwar irkaptu nazzjonali biex jinġema’ l-ħut. - L-attivitajiet tas-sajd tal-bastimenti tas-sajd bil-konz koperti minn dan il-Protokoll huma pprojbiti fiż-żoni ta’ Banc de Leven u Banc de Caston, li l-koordinati tagħhom huma mogħtija fl-Appendiċi 5.

Irkaptu awtorizzat:

· Tartaruni · Konz tal-wiċċ

Qabdiet inċidentali:

· Għandhom jiġu rispettati r-rakkomandazzjoni tal-IOTC

Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien/qabdiet ekwivalenti:

Tariffi li jridu jitħallsu mis-sidien tal-bastimenti għal kull tunnellata li tinqabad || EUR 35/tunnellata

Pagamenti li jridu jitħallsu bil-quddiem kull sena mis-sidien tal-bastimenti || · EUR 4 900 għal 140 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bit-tartarun · EUR 3 675 għal 105 tunnellati għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ akbar minn 100 TG · EUR 1 750 għal 50 tunnellata għal kull bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ ta’ inqas minn 100 TG

Għadd ta’ bastimenti awtorizzati għas-sajd || 40 bastiment tas-sajd għat-tonn bit-tartarun 34 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ > 100 TG 22 bastiment tas-sajd bil-konz tal-wiċċ </ 100 TG

Oħrajn

· Tariffa għal kull bastiment ta’ appoġġ: EUR 2 500 għal kull bastiment

· Baħrin - għall-flotta tal-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd għat-tonn fiż-żona tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP, - għall-flotta tal-bastimenti bil-konzijiet tal-wiċċ, mill-inqas 20% tal-baħrin li jitilgħu abbord matul il-kampanja tas-sajd fiż-żona tas-sajd ta’ pajjiżi terzi għandhom ikunu ġejjin minn pajjiżi tal-AKP. - Is-sidien tal-bastimenti għandhom jagħmlu ħilithom biex itellgħu abbord aktar baħrin supplimentari li ġejjin mill-Madagaskar.

· Osservaturi: - Fuq talba tal-awtoritajiet tal-Madagaskar, il-bastimenti tas-sajd tal-Unjoni Ewropea għandhom itellgħu abbord osservatur bil-għan li tintlaħaq rata ta’ kopertura ta’ 10 % tal-bastimenti liċenzjati. Madankollu, il-bastimenti b’inqas minn 100 TG mhumiex marbuta minn dik il-miżura. - Għal kull bastiment li jtella' osservatur abbord, sid il-bastiment huwa mitlub jikkontribwixxi EUR 20 għal kull jum li l-osservatur ikun abbord. Dan l-ammont huwa ddepożitat fil-Programm tal-Osservaturi mmaniġġjat miċ-ĊMS.

Appendiċi 3 – Koordinati (latitudnijiet u lonġitudnijiet) taż-żona tas-sajd tal-Madagaskar

LIMITI TAŻ-ŻONA FEJN HU PPROJBIT IS-SAJD (f'minuti gradi)

Punt || Latitudni || Lonġitudni

1 || 12°18.44S || 47°35.63

2 || 11°56.64S || 47°51.38E

3 || 11°53S || 48°00E

4 || 12°18S || 48°14E

5 || 12°30S || 48°05E

6 || 12°32S || 47°58E

7 || 12°56S || 47°47E

8 || 13°01S || 47°31E

9 || 12°53S || 47°26E

Appendiċi 5 – Koordinati ġeografiċi u mappa taż-żona tas-sajd fejn huwa pprojbit is-sajd mill-bastimenti tas-sajd bil-konz tal-wiċċ

Punt || Latitudni || Lonġitudni

1 || 12°18.44S || 47°35.63

2 || 11°56.64S || 47°51.38E

3 || 11°53S || 48°00E

4 || 12°18S || 48°14E

5 || 12°30S || 48°05E

6 || 12°32S || 47°58E

7 || 12°56S || 47°47E

8 || 13°01S || 47°31E

9 || 12°53S || 47°26E

Appendiċi 6 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn bit-tartarun

Statement of catch form for tuna seiners / Fiche de déclaration de captures pour thoniers senneurs

DEPART / SALIDA / DEPARTURE || ARRIVEE / LLEGADA / ARRIVAL || NAVIRE / BARCO / VESSEL || PATRON / PATRON / MASTER || FEUILLE

PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH || PORT / PUERTO / PORT DATE / FECHA / DATE HEURE / HORA / HOUR LOCH / CORREDERA / LOCH || || || HOJA / SHEET N°

DATE FECHA DATE || POSITION (chaque calée ou midi) POSICION (cada lance o mediadia) POSITION (each set or midday) || CALEE LANCE SET || CAPTURE ESTIMEE ESTIMACION DE LA CAPTURA ESTIMATED CATCH || ASSOCIATION ASSOCIACION ASSOCIATION || COMMENTAIRES OBSERVATIONES COMMENTS || || COURANT CORRIENTE CURRENT

|| || || || || || 1 ALBACORE RABIL YELLOWFIN || 2 LISTAO LISTADO SKIPJACK || 3 PATUDO PATUDO BIGEYE || AUTRE ESPECE préciser le/les nom(s) OTRA ESPECIE dar el/los nombre(s) OTHER SPECIES give name(s) || REJETS préciser le/les nom(s) DESCARTES dar el/los nombre(s) DISCARDS give name(s) || || || || || || || Route/Recherche, problèmes divers, type d'épave (naturelle/artificielle, balisée, bateau), prise accessoire, taille du banc, autres associations, … Ruta/Busca, problemas varios, tipo de objeto (natural/artificial, con baliza, barco), captura accesoria, talla del banco, otras asociaciones, … Steaming/Searching, miscellaneous problems, log type (natural/artificial, with radio beacon, vessel), by catch, school size, other associations, … || || ||

|| || || || || || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Nom Nombre Name || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || Nom Nombre Name || Taille Talla Size || Capture Captura Catch || || || || || || || || || ||

Une calée par ligne / Uno lance cada línea / One set by line

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

|| || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

SIGNATURE   DATE

Appendiċi 7 – Ġurnal ta’ abbord tas-sajd – Dikjarazzjoni dwar il-qbid għall-bastimenti tas-sajd bil-konz

Appendiċi 8 – Formola għad-dikjarazzjonijiet tad-dħul fiż-żona tas-sajd u l-ħruġ minnha

FORMAT TAR-RAPPORTI

1. FORMAT TAR-RAPPORT TAD-DĦUL (TLIET SIGĦAT QABEL ID-DĦUL)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: DĦUL

ISEM TAL-BASTIMENT:

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:

STAT TAL-BANDIERA:

TIP TA’ BASTIMENT:

NUMRU TAL-LIĊENZJA:

POŻIZZJONI MAD-DĦUL:

DATA U ĦIN (UTC) TAD-DĦUL:

KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:

- YFT (Tonna Safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f’KG:

- SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f’KG:

- BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f’KG:

- ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f’KG:

- OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG:

2. FORMAT TAR-RAPPORT TAL-ĦRUĠ (TLIET SIGĦAT QABEL IL-ĦRUĠ)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: ĦRUĠ

ISEM TAL-BASTIMENT:

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:

STAT TAL-BANDIERA:

TIP TA’ BASTIMENT:

NUMRU TAL-LIĊENZJA:

POŻIZZJONI MAL-ĦRUĠ:

DATA U ĦIN (UTC) TAL-ĦRUĠ:

KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:

- YFT (Tonna Safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f’KG:

- SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f’KG:

- BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f’KG:

- ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f’KG:

- OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG:

3. FORMAT TAR-RAPPORT TAL-QABDA TA’ KULL ĠIMGĦA (KULL TLETT IJIEM META L-BASTIMENT IKUN QED JISTAD FL-ILMIJIET TAL-MADAGASKAR)

DESTINATARJU: IĊ-ĊMS TAL-MADAGASKAR

KODIĊI TAL-AZZJONI: ATTIVITÀ TAS-SAJD

ISEM TAL-BASTIMENT:

KODIĊI INTERNAZZJONALI TAR-RADJU:

STAT TAL-BANDIERA:

TIP TA’ BASTIMENT:

NUMRU TAL-LIĊENZJA:

KWANTITÀ TOTALI TA’ ĦUT ABBORD F’KG:

- YFT (Tonna safra/ Yellowfin tuna/ Thunnus albacares) f’KG:

- SKJ (Palamit/ Skipjack/ Katsuwonus pelamis) f’KG :

- BET (Tonn għajnu kbira/ Bigeye tuna/ Thunnus obesus) f’KG :

- ALB (Alonga/ Albacore tuna/ Thunnus alalunga) f’KG:

- OĦRAJN (SPEĊIFIKA) f’KG:

- GĦADD TA’ KALATI LI NTEFGĦU MILL-AĦĦAR RAPPORT:

Ir-rapporti kollha għandhom ikunu trażmessi lill-awtorità kompetenti f’dan in-numru tal-faks jew fl-indirizz tal-posta elettronika li ġejjin:

Numru tal-faks: +261 20 22 490 14

Posta elettronika : csp-mprh@blueline.mg

Centre de Surveillance des Pêches de Madagascar, B.P.60 114 Antananarivo

Appendiċi 9 – Format tal-messaġġ tal-pożizzjoni VMS

KOMUNIKAZZJONI TAL-MESSAĠĠI TAL-VMS LILL-MADAGASKAR RAPPORT DWAR IL-POŻIZZJONI

Element tad-Dejta || Kodiċi || Obbligatorju/Fakultattiv || Kontenut

Bidu tar-reġistrazzjoni || SR || O || Dettall dwar is-sistema – jindika l-bidu tar-reġistrazzjoni

Destinatarju || AD || O || Dettall dwar il-messaġġ – destinatarju. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż

Mingħand || FR || O || Dettall dwar il-messaġġ – min qed jinbgħat. Kodiċi ISO Alfa 3 tal-pajjiż

Stat tal-bandiera || FS || F ||

Tip ta’ messaġġ || TM || O || Dettall dwar il-messaġġ – tip ta’ messaġġ “POS”

Kodiċi tar-Radju || RC || O || Dettall dwar il-bastiment – kodiċi internazzjonali tar-radju tal-bastiment

Numru ta’ referenza intern tal-Parti Kontraenti || IR || F || Dettall dwar il-bastiment – numru uniku tal-Parti Kontraenti (kodiċi ISO-3 tal-Istat tal-bandiera segwit b'numru)

Numru tar-reġistrazzjoni esterna || XR || O || Dettall dwar il-bastiment – numru li jidher fuq il-ġenb tal-bastiment

Latitudni || LA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti N/S DDMM (WGS-84)

Lonġitudni || LO || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – pożizzjoni fi gradi u minuti E/W DDDMM (WGS-84)

Rotta || CO || O || Rotta tal-bastiment fuq skala ta’ 360°

Veloċità || SP || O || Veloċità tal-bastimenti f’wieħed minn kull għaxar mili nawtiċi

Data || DA || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – data tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSSSXXJJ)

Ħin || TI || O || Dettall dwar il-pożizzjoni tal-bastiment – ħin tar-reġistrazzjoni tal-pożizzjoni UTC (SSMM)

Tmiem tar-reġistrazzjoni || ER || O || Dettall dwar is-sistema – jindika t-tmiem tar-reġistrazzjoni

Sett ta’ karattri: ISO 8859.1

Kull trażmissjoni tad-dejta hija strutturata kif ġej:

– linja mmejla doppja (//) u kodiċi jindikaw il-bidu tat-trażmissjoni,

– linja mmejla waħda (/) tifred il-kodiċi mid-dejta.

Id-dejta fakultattiva għandha tiddaħħal bejn il-bidu u t-tmiem tar-reġistrazzjoni.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.         DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

              3.2.    Stima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

              3.2.2. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

              3.2.3. Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

              3.3.    Stima tal-impatt fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titolu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll miftiehem bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Madagaskar li jistipula l-opportunitajiet tas-sajd u l-kontribuzzjoni finanzjarja previsti fil-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd fis-seħħ bejn iż-żewġ Partijiet.

1.2.        Qasam/oqsma ta’ politika kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB[7]

11. – Affarijiet Marittimi u s-Sajd

11.03 - Sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija reletata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida b'segwitu għal proġett bi prova/azzjoni preparatorja[8]

X Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/l-inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni orjentata mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għan(ijiet)

1.4.1.     Għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

In-negozjar u l-konklużjoni ta’ ftehimiet tas-sajd ma’ pajjiżi terzi jilħqu l-għan ġenerali taż-żamma u s-salvagwardja tal-attivitajiet tas-sajd tal-flotta tal-Unjoni Ewropea, inkluża l-flotta tas-sajd f'ilmijiet imbiegħda, u l-iżvilupp tar-relazzjonijiet fi spirtu ta’ sħubija mal-Pajjiżi Terzi bl-għan li jissaħħaħ l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd barra mill-ilmijiet tal-UE.

Il-Ftehimiet ta’ Sħubija dwar is-Sajd (FPAs) jiżguraw ukoll il-koerenza bejn il-prinċipji li jirregolaw il-Politika Komuni tas-Sajd u l-impenji li jittieħdu f'politiki oħra Ewropej (l-isfruttar sostenibbli ta' riżorsi ta' Stati terzi, il-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux rappurtat u mhux regolat (IUU), l-integrazzjoni tal-pajjiżi msieħba fl-ekonomija globali, kif ukoll governanza aħjar tas-sajd fuq il-livell politiku u finanzjarju).

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u l-attività/attivitajiet ABM/ABB kkonċernata/i

Għan speċifiku Nru 1

Sabiex jingħata kontribut għas-sajd sostenibbli fl-ilmijiet li mhumiex tal-Unjoni, tinżamm preżenza Ewropea fis-sajd fl-ilmijiet imbiegħda u jitħarsu l-interessi tas-settur tas-sajd Ewropew u tal-konsumaturi billi jiġu nnegozjati u konklużi FPAs ma’ Stati kostali, b’mod li jkunu konsistenti ma’ politiki Ewropej oħrajn.

L-attività/attivitajiet ABM/ABB ikkonċernata(i)

L-affarijiet marittimi u s-sajd, is-sajd internazzjonali u l-liġi tal-baħar, il-ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd (il-linja baġitarja 11.0301)

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt(i) mistennija

Speċifika l-effetti li l-proposta/inizjattiva mistennija jkollha fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Il-konklużjoni tal-Protokoll se tgħin sabiex jinżamm livell sostenibbli ta’ opportunitajiet tas-sajd għall-bastimenti Ewropej fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar.

Il-Protokoll jikkontribwixxi wkoll għall-ġestjoni u konservazzjoni aħjar tar-riżorsi tas-sajd, permezz ta’ appoġġ finanzjarju (appoġġ settorjali) għall-implimentazzjoni ta’ programmi adottati fuq livell nazzjonali mill-pajjiż imsieħeb.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatti

Speċifika l-indikaturi għall-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

Rata ta’ użu tal-opportunitajiet tas-sajd (% tal-awtorizzazzjonijiet tas-sajd użati meta mqabbla mad-disponibbiltà offruta mill-Protokoll);

Ġbir u analiżi tad-dejta dwar il-qbid u l-valur kummmerċjali tal-Ftehim;

Kontribuzzjoni għall-impjiegi u għall-valur miżjud fl-UE u għall-istabbilizzazzjoni tas-suq tal-UE (fuq livell aggregat ma’ FPAs oħra);

Għadd ta’ laqgħat tekniċi u ta’ laqgħat tal-Kumitati konġunti.

1.5.        Raġuni(jiet) għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/jiġu sodisfat(i) fuq medda qasira jew twila ta’ żmien

Il-Protokoll għall-perjodu 2007-2012 se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2012. Huwa previst li l-Protokoll il-ġdid jiġi applikat b’mod provviżorju mid-data tal-firma tiegħu. Proċedura dwar l-adozzjoni mill-Kunsill ta’ Deċiżjoni għall-applikazzjoni provviżorja tiegħu inbdiet b’mod parallel ma’ din il-proċedura.

Il-Protokoll il-ġdid se jippermetti li jiġi pprovdut qafas għall-attivitajiet tas-sajd tal-flotta Ewropea u b'mod partikolari, se jippermetti lis-sidien tal-bastimenti jkomplu jiksbu awtorizzazzjonijiet tas-sajd fiż-żoni tas-sajd tal-Madagaskar. Barra minn hekk, il-Protokoll il-ġdid isaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Madagaskar bl-għan li jippromwovi l-iżvilupp ta’ politika tas-sajd sostenibbli. B’mod partikolari jipprovdi għall-monitoraġġ tal-bastimenti permezz tal-VMS u l-komunikazzjoni tad-dejta dwar il-qbid b'mezzi elettroniċi kif ukoll klawżoli speċifiċi dwar l-imbark ta' baħrin u osservaturi.

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

Fir-rigward ta’ dan il-Protokoll il-ġdid, in-nuqqas ta’ azzjoni mill-UE iwassal għal ftehimiet privati li ma jagħtux garanzija ta’ sajd sostenibbli. L-Unjoni Ewropea tispera wkoll li, b’dan il-Protokoll, il-Madagaskar se jkompli jikkoopera b’mod effettiv mal-Unjoni għal sajd sostenibbli.

Il-fondi tal-Protokoll se jippermettu wkoll lill-Madagaskar sabiex ikompli l-isforzi ta' ppjanar strateġiku għall-implimentazzjoni tal-politiki tiegħu fil-qasam tas-sajd.

1.5.3.     Tagħlimiet minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

L-evalwazzjoni ex-post tal-Protokoll preċedenti rrakkomandat it-tiġdid tiegħu għar-raġunijiet li ġejjin:

- Il-Ftehim jippermetti l-aċċess għal riżorsa mhux sfruttata mis-settur nazzjonali u jiżgura t-tħaddim tal-industrija nazzjonali tal-ipproċessar tat-tonn u b'hekk għandu importanza soċjoekonomika diretta u indiretta li hija importanti għar-reġjun kollu tat-Tramuntana tal-Madagaskar.

- Il-Ftehim jippermetti wkoll lill-awtoritajiet tal-Madagaskar li jiżguraw il-funzjonijiet ta' monitoraġġ, kontroll u sorveljanza kif ukoll il-kontroll tal-kwalitajiet li jagħmlu l-prodotti tajbin għas-saħħa għall-profit tas-settur kollu tal-prodotti tal-baħar tal-Madagaskar, tas-sajd u tal-akkwakultura.

- Il-Ftehim għandu impatt dirett fuq l-attività ekonomika mwettqa fil-Madagaskar mill-operaturi kollha tas-settur u jippermettilhom l-isfruttar tar-riżorsi fil-qafas ta' ġestjoni kontrollata, jiżgura l-kontroll tal-kwalitajiet li jagħmlu l-prodotti tajbin għas-saħħa tkun xi tkun id-destinazzjoni u finalment jippermetti lill-impriżi ta' esportazzjoni sabiex jipprovdu għad-domanda għall-prodotti tagħhom, b’mod partikolari tas-suq tal-UE.

- Il-Ftehim tas-sajd imur lil hinn mid-dimensjoni inizjali ta’ aċċess għal riżorsa fil-qafas ta' kundizzjonijiet tekniċi u finanzjarji ekwilibrati biex sar fattur ewlieni għaż-żamma tas-settur tas-sajd/akkwakultura tal-pajjiż u l-eluf ta’ impjiegi marbutin mas-settur.

- L-attività tas-sajd żviluppata fil-qafas tal-Ftehim ma għandhiex x'taqsam mas-sajd nazzjonali, minbarra s-sajd bil-konz li se jkollu jadatta għall-iżvilupp ta' flotta tal-Madagaskar.

- Il-Ftehim għandu ekwilibru finanzjarju f’termini ta’ tunnellaġġ ta’ referenza u livell ta’ tariffi. Is-sħubija settorjali fis-seħħ hija xhieda tal-fiduċja li hemm bejn iż-żewġ Partijiet.

- Il-Ftehim huwa importanti ukoll bħala appoġġ għall-azzjoni tal-UE, l-aktar kontra s-sajd IUU. Dan jagħti qafas għal djalogu settorjali bilaterali li jikkomplementa b’mod effikaċi l-oqfsa ta' djalogi bilaterali u multilaterali li jeżistu fir-reġjun.

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti oħra rilevanti

Il-fondi mħallsa skont l-FPAs jikkonsistu fi dħul funġibbli fil-baġits tal-pajjiżi terzi msieħba. Madankollu, l-allokazzjoni ta’ wħud minn dawn il-fondi għall-implimentazzjoni tal-miżuri fil-qafas tal-politika settorjali tal-pajjiż hija kundizzjoni għall-konklużjoni u l-monitoraġġ tal-FPAs. Dawn ir-riżorsi finanzjarji huma kompatibbli ma' sorsi oħra ta' finanzjament minn donaturi oħra ta’ fondi internazzjonali għat-twettiq ta’ proġetti u/jew programmi fuq livell nazzjonali fis-settur tas-sajd.

1.6.        Tul ta’ żmien u impatt finanzjarju

X Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien limitat

– X  Proposta/inizjattiva fis-seħħ mid-data tal-firma tal-Protokoll u għal tul ta' sentejn (2).

– X  Impatt finanzjarju mill-2013 sal-2014.

¨ Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien mhux limitat

– Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu minn SSSS sa SSSS,

– segwita minn operazzjoni sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[9]

X Ġestjoni ċentralizzata diretta mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni ċentralizzata indiretta b’delega tal-kompiti ta’ implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[10]

– ¨  korpi nazzjonali tas-settur pubbliku/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni inkarigati bl-implimentazzjoni ta' azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (jekk jogħġbok speċifika liema)

Jekk jiġi indikat aktar minn mod wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok ipprovdi d-dettalji fit-Taqsima “Kummenti”.

Kummenti

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

Il-Kummissjoni (DĠ MARE, b’kollaborazzjoni mal-espert tas-sajd tagħha bbażat fil-Mawrizju u d-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Madagaskar) se tiżgura l-monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni ta’ dan il-Protokoll, partikolarment fir-rigward tal-użu tal-opportunitajiet tas-sajd mill-operaturi u f’termini ta’ dejta dwar il-qbid.

Barra minn hekk, l-FPA jipprevedi mill-inqas laqgħa annwali waħda tal-Kumitat Konġunt li matulha l-Kummissjoni u l-pajjiż terz jevalwaw l-implimentazzjoni tal-Ftehim u tal-Protokoll tiegħu u jagħmlu, fejn ikun meħtieġ, aġġustamenti fil-programmar u, fejn xieraq, fil-kontribuzzjoni finanzjarja.

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Jeżistu ċerti riskji fit-twaqqif ta’ protokoll dwar is-sajd, partikolarment dwar l-ammonti maħsubin għall-finanzjament tal-politika settorjali tas-sajd (sottoprogrammar)

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Huwa previst djalogu bbażat fuq l-ipprogrammar u l-implimentazzjoni tal-politika settorjali. L-analiżi konġunta tar-riżultati msemmija fil-paragrafu 2.1 tagħmel ukoll parti minn dawn il-metodi ta’ kontroll.

Barra minn hekk, il-Protokoll fih klawżoli speċifiċi għas-sospensjoni tiegħu, taħt ċerti kundizzjonijiet u f’ċirkostanzi determinati.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u tal-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ protezzjoni eżistenti jew previsti.

Il-Kummissjoni tintrabat li tipprova tistabbilixxi djalogu politiku permanenti u kooperazzjoni bil-għan li ttejjeb il-ġestjoni tal-Ftehim u li jissaħħaħ il-kontribut tal-UE għall-ġestjoni sostenibbli tar-riżorsi. F'kull każ, kull pagament li jsir mill-Kummissjoni fil-kuntest ta’ FPA huwa suġġett għar-regoli u l-proċeduri baġitarji u finanzjarji standard tal-Kummissjoni. Dan jippermetti, b’mod partikolari, li jiġu identifikati bis-sħiħ il-kontijiet bankarji tal-pajjiżi terzi li fihom jitħallsu l-ammonti tal-kontribuzzjoni finanzjarja. Għal dan il-Protokoll partikolari, l-Artikolu 2(6) jistipula li l-kontribuzzjoni finanzjarja kollha għandha titħallas f’kont tat-Teżor Pubbliku li jkun infetaħ minn istituzzjoni finanzjarja maħtura mill-awtoritajiet tal-Madagaskar.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linji tal-baġit.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta’ nefqa || Kontribuzzjoni

Numru … [Deskrizzjoni ………………...……………] || AD/AMD ([11]) || minn pajjiżi tal-EFTA[12] || mill-pajjiżi kandidati[13] || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

2 || 11.0301 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd || AD || LE || LE || LE || LE

2 || 11.010404 Ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd - Nefqa għall-ġestjoni amministrattiva || AMD || LE || LE || LE || LE

· Linji ġodda tal-baġit mitluba

(mhux applikabbli)

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 2 || Preservazzjoni u ġestjoni tar-riżorsi naturali

DĠ: MARE || || || Sena N[14] 2013 || Sena N+1 2014 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 11.0301 || Impenji || (1) || 1,525 || 1,525 || 3,050

Pagamenti || (2) || 1,525 || 1,525 || 3,050

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett ta’ programmi speċifiċi[15] || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 11.010404 || || (3) || 0,031 || 0,071 || 0,102

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għal DĠ MARE || Impenji || =1+3 || 1,556 || 1,596 || 3,152

Pagamenti || =2+3 || 1,556 || 1,596 || 3,152

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi[16] || Impenji || (4) || 1,525 || 1,525 || 3,050

Pagamenti || (5) || 1,525 || 1,525 || 3,050

Ÿ TOTAL ta' approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għall-programmi speċifiċi || (6) || 0,031 || 0,071 || 0,102

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 2 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || 1,556 || 1,596 || 3,152

Pagamenti || =5+ 6 || 1,556 || 1,596 || 3,152

Jekk aktar minn intestatura waħda hija affetwata mill-proposta / inizjattiva: (mhux applikabbli)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || TOTAL

DĠ: MARE ||

Ÿ Riżorsi umani || 0,082 || 0,082 || 0,164

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || 0,010 || 0,010 || 0,020

TOTAL DĠ MARE || || 0,092 || 0,092 || 0,184

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || 0,092 || 0,092 || 0,184

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena N[17] 2013 || Sena N+1 2014 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || 1,648 || 1,688 || 3,336

Pagamenti || 1,648 || 1,688 || 3,336

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨   Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– X    Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjoni għall-impenji f'miljuni ta' EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena N 2013 || Sena N+1 2014 || TOTAL ||

RIŻULTATI (tipi ta’ riżultati) ||

|| Tip ta’ riżultat[18] || Spiża medja tar-riżultat || Numru || Spiża || Numru || Spiża || Għadd totali ta’ riżultati || Spiża totali ||

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[19]: || || || || || || || || || || || || || || ||

Liċenzji għall-bastimenti tas-sajd għat-tonn || Tunnellaġġ || 65 EUR/t || 15000 || 0,975 || 15000 || 0,975 || 30000 || 1,950 ||

Appoġġ settorjali || || 0,550 || 1 || 0,550 || 1 || 0,550 || 2 || 1,100 ||

SPIŻA TOTALI || || 1,525 || || 1,525 || || 3,050 ||

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta' natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta' approprazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

– X  Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva, kif spjegat hawn taħt:

f'miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena N[20] 2013 || Sena N+1 2014 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || ||

Riżorsi umani || 0,082 || 0,082 || 0,164

Spejjeż amministrattivi oħra || 0,010 || 0,010 || 0,020

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,092 || 0,092 || 0,184

Barra l-INTESTATURA 5[21] tal-qafas finanzjarju multiannwali || || ||

Riżorsi umani || 0,031 || 0,031 || 0,062

Spejjeż oħra ta’ natura amministrattiva || 0,000 || 0,040 || 0,040

Subtotal barra l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || 0,031 || 0,071 || 0,102

TOTAL || 0,123 || 0,163 || 0,286

3.2.3.2. 

3.2.3.3.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– ¨  Il-proposta/l-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ riżorsi umani

– x   Il-proposta/l-inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew sa mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Sena N 2013 || Sena N+1 2014

Karigi fil-pjan ta' stabbiliment (uffiċjali u aġenti temporanji) || ||

XX 01 01 01 (Kwartieri Ġenerali u Uffiċċji ta’ Rappreżentanza tal-Kummissjoni) || 0,65 || 0,65

XX 01 01 02 (fid-Delegazzjoni) || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || ||

Ÿ Persunal estern (f’ekwivalenti għall-full-time – FTE[22]) || ||

XX 01 02 01 (AK, INT, SNE mill-"pakkett globali") || ||

XX 01 02 02 (AK, AL, SNE, INT u JED fid-Delegazzjonijiet) || ||

XX 01 04 yy[23] 11010104 || - fil-Kwartieri Ġenerali[24] || ||

- fid-Delegazzjonijiet || 0,25 || 0,25 ||

XX 01 05 02 (AK, INT, SNE - Riċerka indiretta) || ||

10 01 05 02 (AK, INT, SNE - Riċerka diretta) || ||

11010404 (AK, responsabbli għalll-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali) || ||

TOTAL || 0,90 || 0,90

XX hija l-qasam tal-politika jew it-titolu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ingħata l-kariga band’oħra fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ li jkun qed imexxi skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tar-restrizzjonijiet baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || Il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-proċess ta’ negozjar jew negozjar mill-ġdid tal-FPA u tal-approvazzjoni tar-riżultat tan-negozjati mill-istituzzjonijiet; il-ġestjoni tal-FPA fis-seħħ, inkluż il-monitoraġġ finanzjarju u operattiv permanenti; il-ġestjoni tal-liċenzji.

Persunal estern || Il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-appoġġ settorjali – AK f’Delegazzjoni (il-Mawrizju) stima ġenerali ta' 0.3 persuni/sena

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– X Il-proposta/l-inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

3.2.5.     Kontribuzzjoni minn partijiet terzi

– X Il-proposta/l-inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi.

3.3.        Stima tal-impatt fuq id-dħul

– X  Il-proposta/l-inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

[1]               Adottat fl-24 ta' April 2012 mill-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali

[2]               ĠU C , , p. .

[3]               ĠU L 15, 18.1.2008, p. 1.

[4]               ĠU C …

[5]               It-test tal-Protokoll ġie ppubblikat fi ĠU … flimkien mad-Deċiżjoni dwar l-iffirmar.

[6]               Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll se tkun ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

[7]               ABM: Ġestjoni Abbażi tal-Attività (‘Activity-Based Management’) – ABB: Baġit Abbażi tal-Attività (‘Activity-Based Budgeting').

[8]               Kif jissemma fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju.

[9]               Id-dettalji dwar il-metodi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fs-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[10]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[11]             AD = Approprjazzjonijiet Differenzjati/ AMD – Approprjazzjonijiet Mhux Differenzjati

[12]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[13]             Pajjiżi kandidati u, fejn huwa applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[14]             Is-Sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[15]             L-assistenza u n-nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta. Fil-każ speċifiku ta’ dan il-Protokoll, ammont annwali ta’ EUR 0,031 miljun (għall-2013 u l-2014) se jintuża biex ikopri l-ispejjeż ta’ aġent kuntrattwali u aġent lokali fid-delegazzjoni u ammont stmat ta’ EUR 0,040 miljun huwa mmirat biex ikopri l-ispejjeż tal-evalwazzjoni ex-post u ex-ante fl-2014.

[16]             Il-kontribuzzjoni finanzjarja tinkludi: a) EUR 975 000 għad-dritt tal-aċċess fiż-żona tas-sajd tal-Madagaskar, u b) EUR 550 000 li jikkorrispondu għall-appoġġ għall-iżvilupp tal-politika settorjali tas-sajd tar-Repubblika tal-Madagaskar.

[17]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[18]             Ir-riżultati huma l-prodotti u s-servizzi li għandhom jiġu pprovduti (pereżempju: l-għadd ta’ skambji ta’ studenti ffinanzjati, l-għadd ta’ kilometri ta’ toroq mibnija, eċċ.).

[19]             Kif ġie deskritt fit-Taqsima 1.4.2. “Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi”.

[20]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[21]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni tal-programmi u/jew l-azzjonijiet tal-UE (dawk li qabel kienu linji “BA”), ir-riċerka indiretta u r-riċerka diretta.

[22]             AK = Aġent Kuntrattwali; AL = Aġent Lokali; SNE = espert nazzjonali ssekondat; INT = persunal tal-aġenzija (intérimaire); JED= ’Jeune Expert en Délégation’ (Espert Żagħżugħ fid-Delegazzjoni ).

[23]             Sublimitu massimu għal persunal estern minn approprjazzjonijiet operattivi (dawk li qabel kienu linji "BA").

[24]             Għall-Fondi Strutturali, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u l-Fond Ewropew għas-Sajd (FES).

Top