This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0475
Proposal for a COUNCIL DECISION amending Decisions 2009/791/EC and 2009/1013/EU authorising Germany and Austria respectively to continue to apply a measure derogating from Articles 168 and 168a of Directive 2006/112/EC on the common system of value added tax
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/791/KE u 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament li jkomplu japplikaw miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/791/KE u 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament li jkomplu japplikaw miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud
/* COM/2012/0475 final - 2012/0233 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/791/KE u 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament li jkomplu japplikaw miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud /* COM/2012/0475 final - 2012/0233 (NLE) */
MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI 1. IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA Raġunijiet għall-proposta u
l-għanijiet tagħha Skont l-Artikolu 395(1)
tad-Direttiva 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar
is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud, il-Kunsill, bi qbil unanimu
fuq proposta mill-Kummissjoni, jista' jawtorizza lil kwalunkwe Stat Membru biex
japplika miżuri speċjali ta' deroga mid-Direttiva msemmija biex
jissimplifika l-proċedura ta' ħlas tat-taxxa jew biex iwaqqaf milli
jsiru ċerti tipi ta' evażjoni jew evitar tat-taxxa. Bl-ittri rreġistrati mal-Kummissjoni
fil-5 ta’ Jannar 2012 u s-16 ta’ April 2012,
ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija
rispettivament talbu awtorizzazzjoni biex ikomplu japplikaw miżura li
tidderoga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, sabiex
tkun eskluża mid-dritt ta' tnaqqis, il-VAT fuq oġġetti u
servizzi li huma użati għal iktar mid-90% tal-każijiet għal
għanijiet mhux ta' negozzju. B'konformità mal-Artikolu 395(2)
tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri
l-oħra, permezz ta’ ittra datata l-4 ta April 2012,
bit-talba tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u permezz tal-ittra datata
l-20 ta’ April 2012 dwar it-talba tar-Repubblika tal-Awstrija.
Il-Kummissjoni nnotifikat lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja bl-ittra
datata l-11 ta' April 2012 u lir-Repubblika tal-Awstrija
bl-ittra datata t-23 ta' April 2012 li kellha l-informazzjoni
kollha neċessarja biex tikkunsidra t-talba. Kuntest Ġenerali L-Artikolu 168 tad-Direttiva 2006/112/KE
jistipula li persuna taxxabbli hija intitolata li tnaqqas il-VAT imħallsa
fuq dak li tkun xtrat għall-iskop tat-tranżazzjonijiet taxxabbli
tagħha. L-Artikolu 168a(1) tad-Direttiva 2006/112/KE tipprovdi
li l-VAT fuq in-nefqa relatat ma’ propjetà immobbli li tagħmel parti
mill-assi ta’ negozju ta’ persuna taxxabbli u użata kemm għal
skopijiet ta’ negozju u kemm le għandha tkun deduċibbli biss
sas-sehem tal-użu tal-propjetà għall-iskopijiet tan-negozju
tal-persuna taxxabbli. Skont l-Artikolu 168a(2) tad-Direttiva 2006/112/KE
l-Istati Membri jistgħu wkoll japplikaw din ir-regola fir-rigward
tan-nefqa relatata ma’ oġġetti oħra li jiffurmaw parti mill-assi
tan-negozju kif jispeċifikaw huma stess. Madankollu l-miżura segwita
mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u mir-Repubblika tal-Awstrija
tiddevja minn dawk il-prinċipji għax hija teskludi interament,
mid-dritt għat-tnaqqis tal-VAT, oġġetti u servizzi li huma
użati minn persuna taxxabbli għal iktar minn 90% tal-każijiet
għal skop privat jew mhux tan-negozju. Il-miżura li tidderoga tar-Repubblika
Federali tal-Ġermanja kienet inizjalment mogħtija
bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/186/KE
tat-28 ta’ Frar 2000[1]
għal perjodu sal-31 ta' Diċembru 2002 u kienet
mogħtija għal darb’oħra bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2003/354/KE tat-13 ta’ Mejju 2003[2]
sat-30 ta’ Ġunju 2004, bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2004/817/KE tad-19 ta’ Novembru 2004[3]
sal-31 ta' Diċembru 2009 u bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/791/KE tal-20 ta’ Ottubru 2009[4]
sal-31 ta' Diċembru 2012. Il-miżura li tidderoga tar-Repubblika
tal-Awstrija kienet inizjalment mogħtija bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2004/866/KE tat-13 ta’ Diċembru 2004[5] għall-perjodu
sal-31 ta' Diċembru 2009 u kienet mogħtija għal
darb’oħra bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/1013/UE
tat-22 ta’ Diċembru 2009[6]
sal-31 ta' Diċembru 2012. Fit-talbiet attwali tagħhom,
ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija infurmaw
lill-Kummisjjoni li sa issa kienu qed japplikaw din il-miżura
speċjali, li minnha ħadu l-esperjenza li hija utli ħafna fir-rigward
tas-simplifikazzjoni tal-ġbir tal-VAT u l-prevenzjoni tal-evażjoni u
l-evitar tat-taxxa. Ġeneralment, id-derogi jingħataw
għal żmien limitat bil-għan li ssir valutazzjoni dwar jekk
il-miżura speċjali hijiex xierqa u effikaċi. F’dan ir-rigward,
abbażi tal-informazzjoni pprovduta mir-Repubblika Federali
tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija, il-Kummissjoni tifhem li
t-tqassim 90%/10% bejn l-użu għan-negozju u dak mhux
għan-negozju għadha tirrapreżenta bażi soda biex jiġu
magħżula t-tranżazzjonijiet li dwarhom l-użu tan-negozju
jista’ jkun ikkunsidrat bħala negliġibbli. B’konsegwenza,
il-miżura speċjali inkwistjoni tipprovdi faċilitazzjoni kemm
għall-amministrazzjonijiet tat-taxxa kif ukoll għan-negozji
minħabba li ma hemm l-ebda bżonn għal kwalunkwe monitoraġġ
tal-użu sussegwenti tal-oġġetti u s-servizzi li għalihom
tkun applikat l-esklużjoni mit-tnaqqis meta saret l-akkwiżizzjoni
tagħhom, partikolarment fir-rigward ta’ tassazzjoni possibbli ta’ użu
privat skont l-Artikoli 16 jew 26 tad-Direttiva 2006/112/KE jew
l-aġġustamenti għat-tnaqqis kif meħtieġ skont
l-Artikoli 184-192 tad-Direttiva. L-ammont ta’ taxxa dovut fil-livell
tal-konsum finali huwa biss affettwat b’mod negliġibbli. Għalhekk,
huwa xieraq li l-miżura ta’ deroga tiġi estiża. Madankollu, kwalunkwe estensjoni għandha
tkun limitata fiż-żmien sabiex ikun jista’ jiġi valutat jekk
il-kundizzjonijiet, li fuqhom huma msejsa d-derogi, ikunux għadhom validi.
Għaldaqstant, huwa propost li d-derogi jiġu estiżi sal-aħħar
tal-2015 u li, flimkien mat-talba għall-estensjoni, ir-Repubblika Federali
tal-Ġermanja u r-Repubblika tal-Awstrija jintalbu jippreżentaw
rapport sa mhux aktar tard mill-1 ta’ April 2015 li jinkludi
analiżi tat-tqassim appplikat bejn l-użu għan-negozju u dak li
mhux li fuqu jkun ibbażat it-tnaqqis fil-każ li estensjoni ulterjuri
tkun prevista għal wara l-2015. Madanakollu, id-Deċiżjoni
tiskadi fi kwalunkwe każ meta r-regoli tal-Unjoni, adottati mill-Kunsill
wara li din id-Deċiżjoni ssir effettiva, u jistabbilixxu
restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’ tnaqqis li għandu jew jista’ jkun
applikat mill-Istati Membri. Id-dispożizzjonijiet eżistenti
fil-qasam tal-proposta L-Artikolu 176
tad-Direttiva 2006/112/KE jistipula li l-Kunsill għandu jiddetermina
n-nefqa li minnha ma tkunx tista’ titnaqqas il-VAT. Sakemm dan isir, l-Istati
Membri huma awtorizzati li jkomplu japplikaw l-esklużjonijiet li kienu
fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 1979. Għaldaqstant, hemm
għadd ta' dispożizzjonijiet ta' "status quo" li jillimitaw
id-dritt ta’ tnaqqis. Fl-2004, il-Kummissjoni għamlet proposta[7] li fiha r-regoli li bihom
kategoriji ta’ nefqa jistgħu jkunu suġġetti għal
restrizzjoni tad-dritt ta’ tnaqqis, iżda l-Kunsill għad ma rnexxilux
jilħaq ftehim dwar dik il-proposta. Il-konsistenza ma’ politiki u
għanijiet oħrajn tal-Unjoni Mhux applikabbli. 2. RIŻULTATI
TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT Il-konsultazzjoni mal-partijiet
interessati Mhux rilevanti. Il-ġbir u l-użu
tal-għarfien espert Ma kienx hemm bżonn ta’ għarfien
espert estern. Valutazzjoni tal-Impatt Il-proposta hija mfassla biex tħaffef
il-proċedura tal-intaxxar, u għaldaqstant għandha impatt
potenzjalment pożittiv fuq in-negozji kif ukoll fuq
l-amministrazzjonijiet. Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Repubblika
tal-Awstrija identifikaw din is-soluzzjoni bħala miżura xierqa, u
hija kompatibbli ma’ derogi oħrajn tal-imgħoddi u tal-preżent. 3. L-ELEMENTI LEGALI
TAL-PROPOSTA Sommarju tal-azzjoni proposta Il-proposta għandha l-għan li
tawtorizza lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u lir-Repubblika
tal-Awstrija biex japplikaw miżura li tidderoga mill-Artikoli 168 u
168a tad-Direttiva 2006/112/KE, sabiex tkun eskluża mid-dritt ta'
tnaqqis tal-VAT fuq oġġetti u servizzi li huma użati minn
persuna taxxabbli għal iktar mid-90% tal-każijiet għal
għanijiet mhux ta' negozzju. Din ir-rata ta’ tnaqqis flimkien
man-neċessità għal miżura ta’ deroga għandhom jiġu
riveduti u għandu jsir rapport dwarhom mir-Repubblika Federali
tal-Ġermanja u mir-Repubblika tal-Awstrija kull meta tintalab estensjoni.
Id-Deċiżjoni tiskadi fid-data l-iktar bikrija minn dik
speċifikata fid-Deċiżjoni jew dik li fiha jkunu adottai r-regoli
tal-Unjoni mill-Kunsill li jiggvernaw ir-restrizzjonijiet fuq id-dritt ta’
tnaqqis li għandhom ikunu applilkati jew li jistgħu jkunu applikati
mill-Istati Membri. Il-bażi legali L-Artikolu 395(1) tad-Direttiva
tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar
is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza
esklussiva tal-Unjoni. Għalhekk, il-prinċipju tas-sussidjarjetà ma
japplikax. Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju
tal-proporzjonalità għar-raġunijiet li ġejjin: Din id-Deċiżjoni tikkonċerna
awtorizzazzjoni mogħtija lil Stat Membru fuq it-talba tiegħu stess u
ma timplika l-ebda obbligu. Minħabba l-ambitu limitat tad-deroga,
il-miżura speċjali hija proporzjonata mal-għan mixtieq. L-għażla tal-istrumenti Strumenti proposti: Deċiżjoni
tal-Kunsill. Mezzi oħra ma jkunux adegwati
għar-raġunijiet li ġejjin: Skont l-Artikolu 395 tad-Direttiva
tal-Kunsill 2006/112/KE, deroga mir-regoli komuni tal-VAT hija possibbli
biss bl-awtorizzazzjoni tal-Kunsill li jkun qiegħed jaġixxi b'mod
unanimu fuq proposta mill-Kummissjoni. L-uniku strument xieraq huwa
Deċiżjoni tal-Kunsill peress li tista' tiġi indirizzata lil Stat
Membru individwali. 4. IMPLIKAZZJONIJIET
BAĠITARJI Il-proposta mhux ser ikollha impatt negattiv
fuq ir-riżorzi proprji tal-Unjoni mill-VAT, 5. ELEMENTI FAKULTATTIVI Il-proposta tinkludi klawżola ta’
reviżjoni u klawżola sunset. 2012/0233 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li temenda d-Deċiżjonijiet 2009/791/KE
u 2009/1013/UE li jawtorizzaw lill-Ġermanja u lill-Awstrija rispettivament
li jkomplu japplikaw miżura ta’ deroga mill-Artikoli 168 u 168a
tad-Direttiva 2006/112/KE dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur
miżjud IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidra d-Direttiva
tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta' Novembru 2006 dwar
is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud[8], u b’mod partikolari
l-Artikolu 395(1) tagħha, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Billi: (1) Bl-ittra rreġistrata
mal-Kummissjoni fil-5 ta’ Jannar 2012, il-Ġermanja talbet
l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura speċjali li kienet
preċedentament mogħtija bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/791/KE[9],
li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li
tiggverna d-dritt ta’ tnaqqis. (2) Bl-ittra rreġistrata
mal-Kummissjoni fis-16 ta’ April 2012, l-Awstrija talbet
l-awtorizzazzjoni biex tkompli tapplika miżura speċjali li kienet
preċedentament mogħtija bid-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2009/1013/EE[10],
li tidderoga mid-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE li tiggverna
d-dritt ta’ tnaqqis. (3) B’konformità mat-tieni
subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE,
il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-ittra datata
l-4 ta’ April 2012 bit-talba tal-Ġermanja. Permezz ta'
ittra datata l-11 ta' April 2012, il-Kummissjoni nnotifikat
lill-Ġermanja li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex
tqis it-talba. (4) B’konformità mat-tieni
subparagrafu tal-Artikolu 395(2) tad-Direttiva 2006/112/KE,
il-Kummissjoni infurmat lill-Istati Membri l-oħra permezz tal-ittra datata
l-20 ta’ April 2012 bit-talba tal-Awstrija. Permezz tal-ittra
datata t-23 ta' April 2012, il-Kummissjoni nnotifikat
lill-Awstrija li kellha l-informazzjoni kollha meħtieġa biex tqis
it-talba. (5) Il-miżura derogatorja
segwita miż-żewġ Stati Membri hija maħsuba biex teskludi
l-VAT fuq oġġetti u servizzi kompletament mid-dritt għat-tnaqqis
meta dawn l-oġġetti u s-servizzi jintużaw f'iktar minn 90%
tal-każijiet għal raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew
tal-impjegati tagħha, jew għal raġunijiet li mhumiex ta' negozju
inġenerali. (6) Il-miżura speċjali
tidderoga mill-Artikoli 168 u 168a tad-Direttiva 2006/112/KE li
tiggverna d-dritt tal-persuni taxxabbli biex inaqqsu l-VAT imposta fuq
oġġetti u servizzi fornuti lilhom għall-iskop
tat-tranżazzjonijiet intaxxati tagħhom. L-objettiv tal-miżura
speċjali huwa li tissimplifika l-proċedura tal-imposti u l-ġbir
tal-VAT. L-ammont ta’ taxxa dovut fil-livell tal-konsum finali huwa biss
affettwat b’mod negliġibbli. (7) Skont l-informazzjoni
provduta mill-Ġermanja u mill-Awstrija, is-sitwazzjoni legali u fattwali
li ġġustifikat l-applikazzjoni preċedenti tal-miżura
speċjali kkonċernata ma nbidlitx u għadha teżisti.
Il-Ġermanja u l-Awstrija għandhom għalhekk ikunu awtorizzati
jkomplu japplikaw din il-miżura speċjali matul perjodu addizzjonali,
iżda limitat fiż-żmien sa mhux iktar tard
mill-31 ta' Diċembru 2015 sabiex jippermettu għal
analiżi tan-neċessità u l-effikaċja tal-miżura li tidderoga
u r-rata ta’ tqassim bejn l-użu għan-negozju u mhux li hija
bbażata fuqu. (8) Fejn il-Ġermanja u
l-Awstrija jikkunsidraw li estensjoni ulterjuri lil hinn mill-2015 hi
meħtieġa, huma għandhom iressqu rapport dwar l-applikazzjoni
tal-miżura, li jinkludi analiżi tar-rata ta' tqassim applikata,
lill-Kummissjoni flimkien mat-talba għall-estensjoni mhux iktar tard
mill-31 ta' Marzu 2015 sabiex iħallu biżżejjed
żmien biex il-Kummissjoni teżamina t-talba u biex, f'każ li
l-Kummissjoni tressaq proposta, il-Kunsill jadottaha. (9) Fid-29 ta' Ottubru 2004,
il-Kummissjoni adottat proposta[11]
għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 77/388/KEE (issa
d-Direttiva 2006/112/KE) li tinkludi l-armonizzazzjoni tal-kategoriji ta’
nfiq li għalihom jistgħu japplikaw l-esklużjonijiet mid-dritt
tat-tnaqqis. Il-miżura ta’ deroga prevista f’din id-Deċiżjoni
għandha tiskadi fid-data li fiha l-Istati Membri għandhom jew
jistgħu japplikaw ir-regoli stabbiliti f’tali Direttiva emendatorja
adottata mill-Kunsill wara li d-Deċiżjoni ssir effettiva, jekk dik
id-data tkun qabel id-data ta’ skadenza prevista f’din id-Deċiżjoni. (10) Id-derogi se jkollhom biss
effett negliġibbli fuq l-ammont globali ta’ taxxa miġbura fl-istadju
tal-konsum finali u mhux se jkollhom effetti negattivi fuq ir-riżorsi
proprji tal-Unjoni li jinġabru mit-taxxa fuq il-valur miżjud. (11) Id-Deċiżjoni 2009/791/KE
u d-Deċiżjoni 2009/1013/UE għandhom għalhekk jiġu
emendati skont dan. ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Artikoli 1 u 2
tad-Deċiżjoni 2009/791/KE huma mibdula b'dan li ġej: - 'Artikolu 1 B’deroga mill-Artikolu 168 u
l-Artikolu 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, il-Ġermanja hija
awtorizzata li teskludi n-nefqa fuq oġġetti u servizzi mid-dritt ta’
tnaqqis tal-VAT meta f’iktar minn 90 % tal-każijiet
l-oġġetti u s-servizzi inkwistjoni huma użati għal
raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli, jew tal-impjegati tagħha,
jew, b’mod iktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta’ negozju. Artikolu 2 1. Din id-Deċiżjoni
għandha tiskadi fid-data li minnha l-Istati Membri għandhom jew
jistgħu japplikaw ir-regoli tal-Unjoni li jiggvernaw ir-restrizzjonijiet
fuq id-dritt tal-persuna taxxabbli għat-tnaqqis adottat mill-Kunsill wara
li din id-Deċiżjoni ssir effettiva, jew
fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont liema jkun l-ewwel. 2. Kwalunkwe talba għal
estensjoni tal-miżura speċjali prevista f’din id-Deċiżjoni
għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard
mill-31 ta’ Marzu 2015.
Tali talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport li jinkludi
reviżjoni tar-restrizzjoni tar-rata ta’ tqassim applikata fuq id-dritt
għal tnaqqis tal-VAT abbażi ta’ din id-Deċiżjoni.’ Artikolu 2 L-Artikoli 1 u 2
tad-Deċiżjoni 2009/1013/UE huma mibdula b'dan li ġej: 'Artikolu 1 B'deroga mill-Artikolu 168 u
l-Artikolu 168a tad-Direttiva 2006/112/KE, l-Awstrija hija
awtorizzata li teskludi n-nefqa fuq oġġetti u servizzi mid-dritt ta'
tnaqqis tal-VAT meta f’iktar minn 90 % tal-każijiet
l-oġġetti u s-servizzi inkwistjoni jintużaw għal
raġunijiet privati tal-persuna taxxabbli jew tal-impjegati tagħha,
jew, b'mod iktar ġenerali, għal skopijiet li mhumiex ta' negozju. Artikolu 2 1. Din id-Deċiżjoni
għandha tiskadi fid-data li minnha l-Istati Membri għandhom jew
jistgħu japplikaw ir-regoli tal-Unjoni li jiggvernaw ir-restrizzjonijiet
fuq id-dritt tal-persuna taxxabbli għat-tnaqqis adottat mill-Kunsill wara
li din id-Deċiżjoni ssir effettiva , jew
fil-31 ta’ Diċembru 2015, skont liema jkun l-ewwel. 2. Kwalunkwe talba għal
estensjoni tal-miżura speċjali prevista f’din id-Deċiżjoni
għandha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard
mill-31 ta’ Marzu 2015.
Tali talba għandha tkun akkumpanjata minn rapport li jinkludi
reviżjoni tar-restrizzjoni tal-perċentwali applikata fuq id-dritt
għal tnaqqis tal-VAT abbażi ta’ din id-Deċiżjoni. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni għandha
tapplika mill-1 ta' Jannar 2013. Artikolu 4 Din
id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Federali
tal-Ġermanja u lir-Repubblika tal-Awstrija. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 59, 4.3.2000, p. 12. [2] ĠU L 123, 17.5.2003, p. 47. [3] ĠU L 357, 2.12.2004, p. 33 (ĠU L 333M,
11.12.2008, p. 213). [4] ĠU L 283, 30.10.2009, p. 55. [5] ĠU L 371, 18.12.2004, p. 47. [6] ĠU L 348, 29.12.2009, p. 21. [7] COM(2004) 728 finali http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/com/2004/com2004_0728mt01.pdf [8] ĠU 347, 11.12.2006, p.1. [9] ĠU L 283, 30.10.2009, p. 55. [10] ĠU L 348, 29.12.2009, p. 21 [11] COM(2004) 728 finali http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/site/mt/com/2004/com2004_0728mt01.pdf