EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0451

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja)

/* COM/2012/0451 final - 2012/ () */

52012PC0451

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja) /* COM/2012/0451 final - 2012/ () */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, bil-limitu massimu annwali ta' EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas finanzjarju.

Ir-regoli applikabbli għall-kontribuzzjonijiet mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[2].

Fit-28 ta’ Diċembru 2011, Spanja ressqet l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara li ngħataw sensji f'35 intrapriża li joperaw f'Diviżjoni 25 tan-NACE Reviżjoni 2 ("Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir")[3] fir-reġjun NUTS II ta' Galicia (ES11) fi Spanja.

Wara analiżi bir-reqqa ta' din l-applikazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 li l-kundizzjonijiet għal kontribuzzjoni finanzjarja skont dan ir-Regolament, ġew issodisfati.

TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI

Dejta ewlenija: ||

Nru ta' Referenza tal-FEG || EGF/2011/019

Stat Membru || Spanja

Artikolu 2 || (b)

Intrapriżi kkonċernati || 35

Reġjun NUTS II || Galicia (ES11)

Diviżjoni NACE Reviżjoni 2 || 25 ("Manifatturar ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir")

Perjodu ta' referenza || 23.3.2011 – 23.12.2011

Data ta' bidu għas-servizzi personalizzati || 23.3.2012

Data tal-applikazzjoni || 28.12.2011

Sensji matul il-perjodu ta’ referenza || 878

Ħaddiema ssensjati li mistennija jipparteċipaw fil-miżuri || 450

Nefqa għas-servizzi personalizzati (EUR) || 3 001 900

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG[4] (EUR) || 120 000

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (%) || 3,84

Baġit totali (EUR) || 3 121 900

Kontribuzzjoni tal-FEG (65 %) (EUR) || 2 029 235

1.           L-applikazzjoni tressqet quddiem il-Kummissjoni fit-28 ta’ Diċembru 2011 u kienet sostnuta b'tagħrif addizzjonali sat-28 ta’ Mejju 2012.

2.           L-applikazzjoni tissodisfa l-kundizzjonijiet għall-użu tal-FEG kif stabbilit fl-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, u tressqet fil-limitu ta' żmien ta' 10 ġimgħat kif imsemmi fl-Artikolu 5 ta' dak ir-Regolament.

Ir-rabta bejn is-sensji u l-bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni jew il-kriżi finanzjarja u ekonomika globali

3.           Sabiex tistabbilixxi r-rabta bejn is-sensji u l-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, Spanja tispjega li l-industrija tal-bini tal-vapuri tikkonsisti fi tliet oqsma ewlenin ta’ attività: il-manifattura ta’ tagħmir ieħor ta' trasport (NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 30), it-tiswija u l-installazzjoni ta’ makkinarju u tagħmir (NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 33) u l-manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, ħlief għal makkinarju u tagħmir (NACE Reviżjoni 2 Diviżjoni 25). L-intrapriżi kkonċernati permezz tal-applikazzjoni huma l-manifatturi ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat li joperaw fl-industrija anċillari tal-bini tal-bastimenti. Skont dejta mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità tat-Tarznari Ewropej (CESA)[5] u Gerencia del Sector Naval (GSN)[6], li huwa korp taħt il-Ministeru Spanjol tal-industrija, l-awtoritajiet Spanjoli jisħqu li l-kriżi finanzjarja globali bidlet bosta mill-kundizzjonijiet u l-istennijiet għall-iżvilupp futur tas-suq tal-bini tal-bastimenti. Il-kotba tal-ordnijiet tat-tarzni Ewropej naqsu kemm inkwantu ta' TGK[7] kif ukoll f'termini ta' valur bħala effett tal-kriżi ekonomika globali. Il-ktieb Ewropew tal-ordnijiet naqas minn 13,69 miljun TGK għal 9,47 miljun TGK bejn l-2008 u l-2009, u kompla jonqos għal 6,39 miljun TGK fl-2010. F’Settembru 2011 il-ktieb tal-ordnijiet kien juri 5,95 miljun TGK. F'termini ta' valur il-ktieb Ewropew tal-ordnijiet naqas minn EUR 52 616 miljun għal EUR 36 558 miljun bejn l-2008 u l-2009, u kompla jonqos għal EUR 27 031 miljun fl-2010.

4.           L-ordnijiet ġodda, wara li minn 2 144 000 TGK naqsu għal 561 000 TGK bejn l-2008 u l-2009, irkupraw għal 2 459 000 TGK fl-2010 u reġgħu naqsu fl-2011. F’Settembru tal-2011 l-ordnijiet ġodda kienu jammontaw għal 1 402 000. Dan kollu huwa 'l bogħod ħafna mil-livell ta' qabel il-kriżi ta' 5 425 000 TGK fl-2007.

5.           Ir-rapporti annwali ta' CESA għall-2009, l-2010 u l-2011 juru li l-forza tax-xogħol fil-bini tal-bastimenti fl-Ewropa naqset bi 23 % matul l-aħħar tliet snin, minn 148 792 ħaddiem fl-2007 għal 114 491 fl-2010. Il-forza tax-xogħol fuq bini ġdid naqset saħansitra aktar drastikament, bi 33 %, minn 93 832 fl-2007 għal 62 854 fl-2010.

6.           L-evoluzzjoni tal-bini tal-bastimenti fi Spanja segwiet ix-xejra negattiva osservata fil-livell Ewropew. Il-ktieb Ewropew tal-ordnijiet naqas minn 1 052 805 TGK għal 815 134 TGK bejn l-2008 u l-2009, u kompla jonqos għal 549 963 TGK fl-2010. F’Settembru 2011 il-ktieb tal-ordnijiet kien juri 282 339 TGK. Dan jirrappreżenta tnaqqis akkumulat ta' 73,18 % meta mqabbel mal-2008.

7.           L-ordnijiet ġodda, wara li naqsu minn 363 595 TGK għal 61 880 TGK bejn l-2008 u l-2009, irkupraw għal 148 051 TGK fl-2010 u reġgħu naqsu fl-2011. F’Settembru tal-2011 l-ordnijiet ġodda ammontaw għal 9 477 TGK biss.

8.           Is-settur tal-bini tal-bastimenti ta' Galicia jirrappreżenta 45 % tas-settur Spanjol tal-bini tal-bastimenti. B'konsegwenza diretta tat-tnaqqis ta’ ordinijiet ġodda, il-forza tax-xogħol tal-bini tal-bastimenti f'Galicia naqset bi 30 % matul l-aħħar tliet snin, minn 10 000 ħaddiem (3 500 impjieg dirett u 6 500 impjieg fl-industrija anċillari) fi tmiem l-2008 għal 7 000 f'Ottubru 2011.

9.           Minbarra l-argumenti ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli, dawk żviluppati f’każijiet preċedenti relatati mal-bini tal-bastimenti u industriji relatati (EGF/2010/001 DK/Nordjylland, EGF/2010/006 PL/H. Cegielski-Poznan, EGF/2010/025 DK/Odense Steel Shipyard u EGF/2011/008 DK/Odense Steel Shipyard[8]) jibqgħu validi.

Prova tal-għadd ta’ sensji u konformità mal-kriterji tal-Artikolu 2(b)

10.         Spanja ressqet din l-applikazzjoni skont il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 2(b) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, li jirrikjedi mill-anqas 500 sensja fuq perjodu ta' disa' xhur f'intrapriżi li joperaw fl-istess Diviżjoni tan-NACE Reviżjoni 2 f'reġjun wieħed jew żewġ reġjuni kontigwi fil-livell tan-NUTS II fi Stat Membru.

11.         L-applikazzjoni ssemmi 878 sensja f'35 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 25 tan-NACE Reviżjoni 2 ("Manifattura ta' prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir") fir-reġjun NUTS II fir-reġjun ta' Galicia (ES11) matul il-perjodu ta' referenza ta' disa' xhur mit-23 ta' Marzu 2011 sat-23 ta' Diċembru 2011. Dawn is-sensji kollha ġew ikkalkulati skont it-tieni inċiż tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

Spjegazzjoni tan-natura mhux prevista ta' dawk is-sensji

12.         L-awtoritajiet Spanjoli jargumentaw li l-previżjoni fil-livell tal-UE dwar l-irkupru tas-settur tal-bini tal-bastimenti kienet raġonevolment ottimista. Dawn l-istennijiet pożittivi kienu ssodisfati fl-2010 meta wara li fl-2009 l-ordnijiet ġodda kienu waqgħu b'76 % meta mqabbla mal-2008, dawn żdiedu b'tali mod li qabżu n-numru ta’ ordnijiet ġodda fl-2008 b'16 %. Madankollu t-tendenza li jiżdiedu daret mill-ġdid għall-għarrieda fl-2011 meta l-ordnijiet ġodda naqsu bi 43 %. Din ir-riċessjoni ġdida fis-settur kienet impossibbli li titbassar.

Identifikazzjoni tal-intrapriżi li taw is-sensji u l-ħaddiema li se jingħataw l-għajnuna

13.         L-applikazzjoni hija rigward it-878 sensja fil-35 intrapriża li ġejjin.

Intrapriżi u għadd ta' sensji

Aluminios Alca S.L. || 20 || Inasus S.L. || 5

Ardagh Metal Packaging Iberica, SAU || 72 || Industria de Ferralla El Casar S.L. || 7

Baysega S.L. || 4 || Industrias Pesadas de Galicia || 1

Bodeal SLU || 43 || Islas Montajes y Talleres || 68

Calderería y Estructuras del Noroeste SLU || 1 || Cabinas Betancar S.L. || 11

Cerceda Estructuras Metálicas, S.A. || 13 || MRF – Mecanizados Rodríguez Fernández S.L. || 30

Clavimar Galicia S.L. || 2 || Metal-Moaña S.L. || 8

Construcciones y Transformaciones Navales, S.A. || 67 || Mintucal, S.L. || 29

Cometal Laro || 5 || Montajes Industriales Catisa || 22

CTM Montajes S.L. || 85 || Navaliber, S.L. || 16

Dalp Ingeniería y Automatización, S.L. || 3 || Sumtec, S.L. || 15

Demacar S.L. || 7 || Talleres Bastos Redondela, S.L. || 5

Elaborados Metálicos EMESA, S.L. || 86 || Talleres Hermida S.L. || 1

Elaborados y Montajes S.A. || 104 || Talleres Navales Vinacal, S.A. || 14

Estampaciones Tácnicas de Galicia S.L. || 1 || Tuycalde S.L. || 7

Ferralla Taboada, S.L.L. || 1 || Vallados y Enrejados del Noroeste, S.L. || 11

Formoso Estructuras metálicas, S.L. || 84 || Xanela Arquitectura en Aluminio || 20

Hierros Santa Cruz Santiago, S.L. || 10 || ||

Total ta' intrapriżi: 35 || Total ta' sensji: 878 ||

14.         Il-ħaddiema kollha li ngħataw is-sensja se jiġu offruti l-possibbiltà li jipparteċipaw fil-miżuri. Madankollu, l-awtoritajiet Spanjoli, abbażi tal-esperjenza preċedenti tagħhom fil-ġestjoni tal-każijiet tal-FEG, jistmaw li madwar 450 ħaddiem se jagħżlu li jipparteċipaw fil-miżuri tal-FEG.

15.         It-tqassim tal-ħaddiema ssensjati huwa kif ġej:

Kategorija || Numru || Perċentwal

Irġiel || 825 || 93,96

Nisa || 53 || 6,04

Ċittadini tal-UE || 878 || 100,00

Ċittadini mhux tal-UE || 0 || 0,00

Minn 15 sa 24 sena || 18 || 2,05

Minn 25 sa 54 sena || 808 || 92,02

Minn 55 sa 60 sena || 35 || 3,99

Minn 60 sena 'l fuq || 17 || 1,94

16.         Fir-rigward ta' kategoriji ta’ xogħol, it-tqassim huwa kif ġej:

Kategorija || Numru || Perċentwal

Maniġers || 9 || 1

Professjonisti tax-xjenza tal-fiżika, tal-matematika u tal-inġinerija || 35 || 4

Professjonisti oħra || 9 || 1

Skrivani || 105 || 12

Kapijiet ta' timijiet speċjalizzati ta' ħidma || 88 || 10

Welders u qattiegħa bil-fjamma (flame cutters) || 123 || 14

Landiera (sheet-metal workers) || 141 || 16

Ħaddiema li jimmuntaw l-istrutturi tal-metall (assemblers) || 123 || 14

Mekkaniks u fitters tat-tagħmir elettriku u elettroniku. || 96 || 11

Ħaddiema fi snajja' oħra relatati || 105 || 12

Operaturi ta’ impjanti mobbli || 44 || 5

17.         F'termini ta' livell edukattiv[9], it-tqassim huwa kif ġej:

Livell edukattiv || Numru || Perċentwal

Edukazzjoni bażika (sa tmiem l-edukazzjoni obbligatorja) || 465 || 52,96

Edukazzjoni sekondarja għolja || 151 || 17,20

Edukazzjoni terzjarja || 132 || 15,03

Nies li ma segwew l-ebda forma ta' edukazzjoni jew li telqu kmieni mill-iskola || 130 || 14,81

18.         Skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, Spanja kkonfermat li ġiet applikata u se tkompli tiġi applikata politika ta' ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel kif ukoll waħda ta' nondiskriminazzjoni, matul l-istadji varji tal-implimentazzjoni tal-FEG u, b'mod partikolari, fl-aċċess għalih.

Deskrizzjoni tat-territorju kkonċernat u l-awtoritajiet u l-partijiet interessati tiegħu

19.         Galicia hija s-seba' reġjun ta' Spanja bħala daqs u l-ħames bħala popolazzjoni. Din tinsab fit-tarf tal-punent tal-Peniżola Iberika; fit-tramuntana u fil-punent hija konfinata mill-Oċean Atlantiku, fin-nofsinhar mill-Portugall u fil-lvant minn Castilla y León u l-Principado de Asturias. Galicia tista' titqies bħala suq żgħir tax-xogħol minħabba l-lok periferiku tagħha u l-aċċess diffiċli, minħabba l-medda ta' muntanji li tissepara dan ir-reġjun mill-bqija ta' Spanja, u s-sitwazzjoni tagħha bħala reġjun konfinali.

20.         Galicia tikkontribwixxi 5,2 % tal-PDG Spanjol. Il-kontribuzzjoni mis-settur għall-PDG reġjonali huwa kif ġej: is-settur tas-servizzi 65,9 %, l-industrija 12,5 %, il-kostruzzjoni 12,2 %, l-enerġija 4,9 %, u l-agrikoltura u s-sajd 4,5 %. Il-mudell tan-negozju f'Galicia huwa kkaratterizzat minn preżenza għolja ta' intrapriżi żgħar u medji (98,6 % tal-intrapriżi għandhom inqas minn 100 impjegat).

21.         L-awtorità pubblika ewlenija kkonċernata hija Xunta de Galicia (il-gvern awtonomu ta' Galicia) u b'mod partikolari "Conselleria de Traballo e Benestar" (il-ministeru reġjonali tax-xogħol u l-benessri) u "Conselleria de Economia e Industria" (il-ministeru reġjonali għall-ekonomija u l-industrija).

22.         Il-partijiet interessati jinkludu ASIME[10] (l-assoċjazzjoni tal-kumpaniji tal-metall ta' Galicia); CEG[11] (il-konfederazzjoni ta' min iħaddem f'Galicia); FORMEGA[12] (il-fondazzjoni għat-taħriġ, il-ħiliet u l-impjiegi ta' Galicia) kif ukoll it-trejdjunjins MCA-UGT[13] Galicia, CCOO-Galicia[14] u CIG[15].

L-impatt mistenni tas-sensji fir-rigward tal-impjiegi lokali, reġjonali jew nazzjonali

23.         Is-sensji fl-industrija anċillari tal-bini tal-bastimenti se jkomplu jħarrxu s-sitwazzjoni diffiċli tal-impjiegi fir-reġjun. F'Galicia, mill-2008 s'issa għalqu 6 839 intrapriża minn 203 374 u konsegwentament żdied il-qgħad. Ir-rata tal-qgħad żdiedet minn 8 % fi tmiem l-2008 għal 17,25 % fi Q3/2011. Il-kriżi ekonomika u finanzjarja u l-konsegwenzi tagħha jidhru li laqtu l-impjiegi maskili aktar. Fis-snin ta' qabel il-kriżi il-qgħad femminili f'Galicia kien 11,79 % filwaqt li dak maskili kien 6,26 %. Madankollu fi Q3/2011 id-differenza fil-qgħad bejn l-irġiel u n-nisa kien biss ta' 2 %, peress li l-qgħad fost in-nisa kien 18.18 % waqt li l-qgħad maskili kien 16,32 %.

24.         Tradizzjonalment is-setturi ekonomiċi ewlenin f'Galiċja kienu s-sajd flimkien mal-industriji tal-karozzi, tat-tessuti, tal-ġebla naturali (minjieri u barrieri tal-lavanja u l-granit) u t-tarzni. Madankollu, minħabba l-impatt tal-kriżi fuq is-setturi relatati mal-kostruzzjoni bħall-ġebla naturali u s-setturi tradizzjonali bħat-tessuti jew l-industrija tal-karozzi, il-perspettivi futuri għall-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg tal-ħaddiema ssensjati f’dan it-territorju ma jidhrux inkoraġġanti wisq.

25.         Barra minn hekk, wara li kien hemm sensji tal-massa fis-settur tat-tessuti f'Galicia, fi Frar 2010 Spanja ppreżentat applikazzjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG għal dawn il-ħaddiema[16].

Pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati li għandhom jiġu ffinanzjati u t-tqassim tal-ispejjeż stmati tiegħu, inkluża l-komplementarjetà tiegħu mal-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali

26.         Il-miżuri kollha li ġejjin jiffurmaw flimkien pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati mmirat lejn l-intgrazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema fis-suq tax-xogħol:

Attivitajiet ta' tħejjija

– Informazzjoni u sessjoni ta' merħba: L-ewwel miżura pprovduta lill-parteċipanti kollha tikkonċerna preżentazzjoni ġenerali dwar il-miżuri tal-FEG, tagħrif dwar il-programmi ta' taħriġ disponibbli, dwar ir-rekwiżiti tal-ħiliet u t-taħriġ, u l-ġbir inizjali ta' profili tal-ħaddiema.

– Sessjonijiet ta' ħidma preparatorji: Bħala parti mill-attivitajiet preparatorji se jkun hemm erba' sessjonijiet ta' ħidma: (1) Ġestjoni tal-bidla maħsuba biex tgħin lill-ħaddiema jaċċettaw li tilfu l-impjieg tagħhom u biex tippreparhom jiffaċċjaw il-futur b'aktar fiduċja fihom infushom. (2) L-għarfien u ċ-ċertifikazzjoni ta' esperjenza preċedenti: Il-parteċipanti se jkunu infurmati dwar il-vantaġġi li wieħed ikollu attestazzjoni uffiċjali tal-ħiliet u l-għarfien li tkopri l-attivitajiet imwettqa matul il-ħajja tax-xogħol u se jkunu mħeġġa jipparteċipaw fil-proċedura ta' attestazzjoni. (3) Lura l-iskola: Il-parteċipanti se jkunu infurmati dwar il-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol dwar l-edukazzjoni obbligatorja; kif jista' wieħed jikseb iċ-ċertifikat tal-edukazzjoni obbligatorja (iċ-ċertifikat ESO[17]) u liema huma l-miżuri, fi ħdan il-pakkett kofinanzjat tal-FEG, li jistgħu jgħinuhom jiksbu ċ-ċertifikat ESO. (4) Introduzzjoni għall-intraprenditorija din is-sessjoni ta' ħidma se tkun iffukata fuq il-promozzjoni tal-inizjattivi għal impjieg indipendenti permezz tan-negozju. Madwar 280 ħaddiem, 70 għal kull sessjoni ta' ħidma, se jipparteċipaw f'din il-miżura.

Gwida

– Gwida dwar ix-xogħol: Dan jinkludi l-ġbir tal-profili tal-ħaddiema, l-identifikazzjoni u t-tħejjija ta’ itinerarji ta’ ri-integrazzjoni personalizzati tal-ħaddiema mmirati għall-għajnuna. Abbażi ta' dawn il-linji gwida, ħaddiema individwali jingħataw pariri dwar kif jistgħu jtejbu l-kapaċitajiet professjonali tagħhom u b’hekk itejbu l-opportunitajiet tagħhom fl-aċċess għas-suq tax-xogħol.

– Akkompanjament lejn il-ħolqien tan-negozju jew l-impjieg indipendenti: Il-parteċipanti li matul il-fażi tat-tfassil tal-profili juru interess li jibdew jaħdmu għal rashom se jkunu iggwidati permezz ta' diversi passi lejn il-ħolqien tan-negozju jew l-impjieg indipendenti. L-għan ta' dan huwa li jiżviluppa, jipproduċi u jiggwida proġetti ta' negozji jew ta' impjieg indipendenti li huma vijabbli.

Taħriġ

– Taħriġ lejn ċertifikazzjoni ESO. L-għan ta' din il-miżura huwa li jħarreġ lill-parteċipanti biex jgħaddu mill-eżamijiet u jiksbu ċertifikazzjoni ta’ Gradwazzjoni fl-Edukazzjoni Sekondarja, għal persuni minn tmintax-il sena 'l fuq.

– Taħriġ dwar it-tekniki tat-tiftix tax-xogħol: Il-ħaddiema se jkunu kkowċjati fit-tiftix attiv għall-impjiegi, in-netwerking, il-promozzjoni personali, eċċ. Din il-miżura għandha l-għan li ttejjeb l-għarfien tal-parteċipanti dwarhom stess u l-ħiliet soċjali tagħhom flimkien mat-tisħiħ tal-awtostima personali.

– Taħriġ dwar kompetenzi orizzontali: Din il-miżura għandha fil-mira t-taħriġ ta' ħaddiema f'kompetenzi ewlenin għat-tagħlim tul il-ħajja[18] bħall-komunikazzjoni fil-lingwa materna; il-komunikazzjoni b’ilsna barranin; il-kompetenza diġitali, eċċ. Il-parteċipanti se jingħataw l-opportunità li jsegwu wieħed jew aktar minn dawn il-korsijiet qosra ta' taħriġ.

– Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali: Il-parteċipanti se jitħarrġu f'kompetenzi meħtieġa għall-impjiegi li attwalment hemm domanda għalihom. Il-korsijiet ta' taħriġ se jkunu orjentati lejn attivitajiet ta' taħriġ ċertifikabbli li hemm referenza għalihom fil-katalgu nazzjonali tal-kwalifiki tal-impjiegi u li huma mfasslin biex jidentifikaw il-bżonnijiet ta' intrapriżi lokali.

– Taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet: Il-ħaddiema bl-aħjar perspettivi għall-integrazzjoni mill-ġdid f'impjieg fl-istess settur se jkunu mħarrġa biex isaħħu jew jaġġornaw il-ħiliet eżistenti. It-taħriġ se jiffoka l-aktar fuq il-ħiliet li hemm domanda għalihom minħabba avvanzi teknoloġiċi fl-industrija tax-xogħol tal-metall.

– It-taħriġ fl-intraprenditorija u l-amministrazzjoni tan-negozju: Dan il-kors għandu fil-mira 30 ħaddiem u l-għan li jipprovdi lill-parteċipanti bil-ħiliet bażiċi għat-tmexxija ta' negozju żgħir. Dan se jkopri elementi bħall-ippjanar, it-twettiq ta' studji ta' fattibilità, preparazzjoni ta' pjanijiet ta' negozju u kif wieħed joħloq il-finanzi.

Miżuri ta’ akkumpanjament

– Għajnuna intensiva għat-tiftix tax-xogħol: Dan se jinvolvi tiftix intensiv għall-impjieg (inkluża riċerka attiva għall-opportunitajiet ta' xogħol lokali u reġjonali) u t-tqabbil ta’ impjiegi disponibbli ma' dawk li qed ifittxu impjieg. Dan se jinkludi l-possibbiltà li wieħed ikun akkumpanjat minn konsulent tal-pariri matul it-tħejjija għall-intervisti għax-xogħol.

– Tutelaġġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol: Dan se jipprevjeni l-possibiltà ta' problemi fl-impjiegi l-ġodda: il-ħaddiema integrati mill-ġdid fid-dinja tax-xogħol se jkunu ggwidati matul l-ewwel xhur tal-impjiegi l-ġodda tagħhom bħala impjegati jew ħaddiema indipendenti.

– Akkompanjament lejn ċertifikazzjoni ta' esperjenza preċedenti. Dan ikopri l-evalwazzjoni tat-tagħrif li l-ħaddiem kellu minn qabel u l-esperjenza ta' kull ħaddiem individwali kif ukoll l-identifikazzjoni tal-oqsma li jeħtieġu aktar taħriġ.

– Għajnuna għat-tiftix ta' opportunitajiet ta' impjieg indipendenti. Il-ħaddiema li jixtiequ jibdew mill-ġdid bħala impjegati għal rashom se jiġu offruti dan is-servizz li jinkludi riċerka attiva tal-opportunitajiet ta' impjieg indipendenti lokali u reġjonali u t-tqabbil tal-opportunitajiet disponibbli mal-kandidati.

– Taħriġ fuq il-post tax-xogħol: Il-parteċipanti se jitħarrġu f'ħiliet professjonali ġodda minn għalliema pprovduti mill-intapriżi li jipparteċipaw fil-miżura. Se jingħataw ukoll l-opportunità li jiksbu ftit esperjenza permezz ta' skema ta' apprentistat ta' bejn xahar u tliet xhur.

Inċentivi

– Benefiċċju għat-tiftix ta’ impjieg: Il-ħaddiema li jispiċċaw ir-rotta miftiehma għall-inseriment mill-ġdid fl-impjieg se jirċievu benefiċċju ta' EUR 400. Il-benefiċċju ser jinqasam f’diversi porzjonijiet li għandhom jitħallsu ladarba l-parteċipant jilħaq stadji rilevanti fir-rotta personalizzata tiegħu/tagħha.

– Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar: Il-ħaddiema li jipparteċipaw fil-miżuri se jirċievu sa EUR 180 bħala kontribuzzjoni għall-ispejjeż tagħhom tal-ivvjaġġar.

– Inċentivi għar-rikollokament: Se jitħallas sussidju ta' EUR 200 fix-xahar mal-paga għal massimu ta' sitt xhur lil dawk il-ħaddiema li jmorru lura għax-xogħol bħala impjegati jew bħala ħaddiema indipendenti. Is-sussidju huwa maħsub biex jinkoraġġixxi r-riintegrazzjoni mgħaġġla tagħhom fis-suq tax-xogħol u biex jistimula lill-ħaddiema, partikolarment dawk li huma mdaħħlin fl-età, biex dawn jibqgħu fis-suq tax-xogħol.

– Għajnuna għal dawk li jieħdu ħsieb ta' persuni dipendenti: Ħaddiema b'persuni dipendenti (tfal, anzjani jew persuni b'diżabbiltà) se jirċievu 50 % tal-ispejjeż involuti kull xahar sa massimu ta' EUR 300, bil-kundizzjoni li jipparteċipaw fil-miżuri. Dan għandu l-għan li jkopri l-ispejjeż addizzjonali li jiffaċċjaw il-ħaddiema li għandhom responsabbiltajiet ta' kura sabiex jagħmlu użu mit-taħriġ jew miżuri oħra.

– Benefiċċju għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol: Il-parteċipanti fil-miżura tat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol se jirċievu EUR 300 fix-xahar waqt li jkunu qed jipparteċipaw fil-miżura.

27.         In-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG, li hija inkluża fl-applikazzjoni skont l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, tkopri attivitajiet ta' ġestjoni u kontroll kif ukoll tagħrif u pubbliċità.

28.         Is-servizzi personalizzati ppreżentati mill-awtoritajiet Spanjoli huma miżuri attivi għas-suq tax-xogħol fi ħdan l-azzjonijiet eliġibbli definiti permezz tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. L-awtoritajiet Spanjoli jistmaw li l-ispejjeż totali se jkunu EUR 3 121 900, li minnhom in-nefqa għal servizzi personalizzati tkun EUR 3 001 900 u dik għall-implimentazzjoni tal-FEG tkun EUR 120 000 (3,84 % tal-ammont totali). Il-kontribuzzjoni totali mitluba mill-FEG hija ta’ EUR 2 029 235 (65 % tal-ispejjeż totali).

Azzjonijiet || Għadd stmat ta’ ħaddiema identifikati || Spiża stmata għal kull ħaddiem identifikat (f’EUR) || Spejjeż totali (il-FEG u l-kofinanzjament nazzjonali) (f'EUR)

Servizzi personalizzati (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Informazzjoni u sessjoni ta' merħba: (Acogida y diagnóstico inicial) || 450 || 90 || 40 500

Sessjonijiet ta' ħidma preparatorja: (Medidas de sensibilización) || 280 || 180 || 50 400

Pariri dwar ix-xogħol (Orientación laboral por cuenta agena) || 400 || 600 || 240 000

Akkompanjament lejn il-ħolqien tan-negozju jew l-impjieg indipendenti: (Orientación laboral para el autoempleo) || 50 || 800 || 40 000

Taħriġ lejn ċertifikazzjoni ESO. (Formación en competencias básicas). || 50 || 3 600 || 180 000

Taħriġ dwar it-tekniki tat-tiftix tax-xogħol: (Formación para la activación laboral) || 250 || 400 || 100 000

Taħriġ dwar kompetenzi orizzontali: (Formación transversal) || 150 || 1 800 || 270 000

Taħriġ f'ħiliet vokazzjonali (Formación para la recualificación profesional fuera del sector) || 180 || 2 400 || 432 000

Taħriġ għall-aġġornament tal-ħiliet (Formación de especialización dentro del sector) || 80 || 3 600 || 288 000

It-taħriġ fl-intraprenditorija u l-amministrazzjoni tan-negozju: (Formación en autoempleo) || 30 || 2 400 || 72 000

Għajnuna intensiva fit-tiftix tax-xogħol (Apoyo a la recolocación) || 350 || 1 600 || 560 000

Tutelaġġ wara l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol: (Seguimiento en el empleo) || 180 || 300 || 54 000

Akkompanjament lejn iċ-ċertifikazzjoni ta' esperjenza preċedenti. (Dispositivo de acreditación de certificaciones) || 150 || 300 || 45 000

Għajnuna għat-tiftix ta' opportunitajiet ta' impjieg indipendenti. (Búsqueda de oportunidades de negocio) || 30 || 3 000 || 90 000

Taħriġ fuq il-post tax-xogħol (Prácticas en empresas) || 100 || 300 || 30 000

Benefiċċju għat-tiftix tax-xogħol (Incentivo a la participación activa) || 300 || 400 || 120 000

Kontribuzzjoni għall-ispejjeż tal-ivvjaġġar (Beca de desplazamiento) || 400 || 180 || 72 000

Inċentivi għar-rikollokament (Incentivo para la reinserción laboral) || 150 || 1 200 || 180 000

Għajnuna għal min jieħu ħsieb persuni dipendenti: (Incentivo para la conciliación) || 40 || 1 200 || 48 000

Benefiċċju għat-taħriġ fuq il-post tax-xogħol: (Beca para periodos de prácticas en empresas) || 100 || 900 || 90 000

Subtotal tas-servizzi personalizzati || || 3 001 900

Nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG (it-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006)

Ġestjoni || || 66 000

Tagħrif u pubbliċità || || 22 000

Attivitajiet ta’ kontroll || || 32 000

Subtotal tan-nefqa għall-implimentazzjoni tal-FEG || || 120 000

Total tal-ispejjeż stmati || || 3 121 900

Kontribuzzjoni tal-FEG (65 % tal-ispejjeż totali) || || 2 029 235

29.         Spanja tikkonferma li l-miżuri deskritti hawn fuq huma kumplimentari għall-azzjonijiet iffinanzjati mill-Fondi Strutturali u li l-miżuri qegħdin hemm biex jipprevjenu l-għoti doppju ta' fondi.

Id-data/dati ta' meta bdew jew meta huwa maħsub li jibdew is-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati

30.         Spanja bdiet toffri s-servizzi personalizzati għall-ħaddiema affettwati li huma inklużi fil-pakkett koordinat propost lill-FEG għall-kofinanzjament fit-23 ta' Marzu 2012. Din id-data, għalhekk, tirrappreżenta l-bidu tal-perjodu ta' eliġibbiltà għal kull għajnuna li tista' tingħata mill-FEG.

Proċeduri għall-konsultazzjoni mal-imsieħba soċjali

31.         Il-pakkett ta’ miżuri mmirat lejn l-integrazzjoni mill-ġdid fix-xogħol tal-ħaddiema ssensjati fl-intrapriżi tal-manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir, f’Galicia kien ippjanat b'kollaborazzjoni mal-kumitat nru 2 tad-Djalogu Soċjali f'Galicia li huwa l-kumitat inkarigat mill-miżuri ta' sostenn għall-industrija tal-bini tal-vapuri f'Galicia. Id-Djalogu Soċjali f’Galicia huwa trijalogu bejn it-trejdjunjins UGT, CCOO u CIG, l-għaqda tal-impjegati CEG u l-Xunta de Galicia. Is-sottokumitat tal-bini tal-bastimenti fi ħdan id-Djalogu Soċjali f’Galicia se jissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri u r-riżultati tagħhom.

32.         L-awtoritajiet Spanjoli kkonfermaw li kien hemm konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali u dawk tal-UE dwar is-sensji kollettivi.

Tagħrif dwar azzjonijiet li huma obbligatorji skont il-liġi nazzjonali jew skont il-ftehimiet kollettivi

33.         Fir-rigward tal-kriterji li jinsabu fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, l-awtoritajiet Spanjoli fl-applikazzjoni tagħhom:

· ikkonfermaw li l-kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG ma tissostitwixxix miżuri li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji bis-saħħa tal-liġi nazzjonali jew ftehimiet kollettivi;

· urew bil-provi li l-azzjonijiet jipprovdu appoġġ għall-ħaddiema individwali u mhumiex se jintużaw għar-ristrutturar tal-kumpaniji jew tas-setturi;

· ikkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli msemmija hawn fuq ma jirċevux assistenza minn strumenti finanzjarji oħra tal-UE.

Sistemi ta' ġestjoni u kontroll

34.         Spanja nnotifikat lill-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni finanzjarja se tkun ġestita u kkontrollata mill-istess entitajiet li jiġġestixxu u jikkontrollaw il-fondi tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) fi Spanja. Il-Xunta de Galicia u partikolarment il-Consellería de Facenda - Dirección Xeral de Planificación e Fondos bil-koperazzjoni ma' Consellería de Traballo e Benestar - Dirección Xeral de Relacións Laborais se tkun l-entità intermedjarja għall-awtorità amministrattiva.

Finanzjament

35.         Fuq il-bażi tal-applikazzjoni ta' Spanja, il-kontribuzzjoni proposta mill-FEG għall-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati (inkluża n-nefqa biex jiġi implimentat il-FEG) hija ta' EUR 2 029 235, li tirrappreżenta 65 % tal-ispiża totali. L-allokazzjoni proposta mill-Kummissjoni minn dan il-Fond hija bbażata fuq it-tagħrif li tat Spanja.

36.         B'kunsiderazzjoni tal-ammont massimu possibbli ta' kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif ukoll tal-kamp ta' applikazzjoni tal-allokazzjoni mill-ġdid ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li għandu jiġi allokat skont l-intestatura 1a tal-qafas finanzjarju.

37.         L-ammont propost ta' kontribuzzjoni finanzjarja jippermetti li aktar minn 25 % tal-ammont annwali massimu allokat għall-FEG jibqa' disponibbli biex ikun allokat matul l-aħħar erba' xhur tas-sena, kif stipulat fl-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

38.         Permezz tal-preżentazzjoni ta' din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni qiegħda tniedi l-proċedura ssimplifikata ta' trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ. Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell politiku xieraq, tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu.

39.         B’mod separat, il-Kummissjoni tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2012 iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji, kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006.

Sors tal-approprjazzjonijiet għall-ħlas

40.         Se jintużaw approprjazzjonijiet mil-linja baġitarja tal-FEG biex ikopru l-ammont meħtieġ għal din l-applikazzjoni ta' EUR 2 029 235.

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (l-applikazzjoni EGF/2011/019 ES/Galicia Metal, imressqa minn Spanja)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-amministrazzjoni finanzjarja tajba[19], u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[20], u b'mod partikulari l-Artikolu 12(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea[21],

Billi:

(1)       Il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf biex jipprovdi appoġġ addizzjonali għall-ħaddiema li ngħataw is-sensja minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji minħabba l-globalizzazzjoni u sabiex jiġu megħjuna fir-reintegrazzjoni tagħhom fis-suq tax-xogħol.

(2)       Il-kamp ta' applikazzjoni tal-FEG twessa’ għall-applikazzjonijiet imressqa mill-1 ta’ Mejju 2009 sat-30 ta' Diċembru 2011 biex jinkludi appoġġ għall-ħaddiema li jingħataw is-sensja bħala riżultat dirett tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali.

(3)       Il-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fi ħdan il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun.

(4)       Spanja ressqet applikazzjoni għall-mobilizzazzjoni tal-FEG, fir-rigward tat-878 sensja f'35 intrapriża li joperaw fid-Diviżjoni 25 Reviżjoni 2 tan-NACE ("Manifattura ta’ prodotti tal-metall iffabbrikat, għajr makkinarju u tagħmir") fir-reġjun NUTS II ta' Galicia (ES11), fit-28 ta’ Diċembru 2011 u ssupplimentata b'informazzjoni addizzjonali sat-28 ta' Mejju 2012. Din l-applikazzjoni hija konformi mar-rekwiżiti għad-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji kif stabbilit fl-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006. Il-Kummissjoni għalhekk ressqet proposta biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 2 029 235.

(5)       Il-FEG għandu, għalhekk, jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja għall-applikazzjoni mressqa minn Spanja,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 2 029 235 f'approprjazzjonijiet għall-impenji u għall-pagamenti.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew,                          Għall-Kunsill,

Il-President                                                    Il-President

[1]               ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[2]               ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni tal-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi tal-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1).

[4]               B'konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006.

[5]               http://www.cesa.eu/links_downloads# (rapporti annwali).

[6]               http://www.gernaval.org/ (rapporti annwali).

[7]               It-Tunnellaġġ Gross Kumpensat (TGK) jindika l-ammont ta' xogħol meħtieġ sabiex jinbena vapur u huwa kkalkulat bil-multiplikazzjoni tat-tunnellaġġ ta' vapur b'koeffiċjent, li huwa ddeterminat skont it-tip u d-daqs tal-vapur partikolari.

[8]               COM(2010) 451, COM(2010) 631, COM(2011) 251 u COM(2012) 272 rispettivament.

[9]               Il-kategoriji huma msejsa fuq l-Istandard Internazzjonali għall-Klassifikazzjoni tal-Edukazzjoni (ISCED-97).

[10]             Asociación de Industriales Metalúrgicos de Galicia (ASIME).

[11]             Confederación de Empresarios de Galicia (CEG).

[12]             Fundación Galega do Metal para a Formación, Cualificación e Emprego.

[13]             Federación del Metal, Construcción y Afines de la Unión General de Trabajadores de Galicia (MCA-UGT Galicia).

[14]             Comisiones Obreras Galicia (CCOO Galicia).

[15]             Confederación Intersindical Galega.

[16]             COM(2010) 437 finali

[17]             Título de graduado en educación secundaria obligatoria para personas mayores de dieciocho años.

[18]             Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar il-Kompetenzi Ewlenin għat-Tagħlim Tul il-Ħajja. ĠU L 394/10, 30.12.2006.

[19]             ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.

[20]             ĠU L 406, 30.12.2006, p. 1.

[21]             ĠU C […], […], p. […].

Top