This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0266
Proposal for a COUNCIL DECISION concerning the conclusion of the Agreement between the European Union and Ukraine amending the Agreement between the European Community and Ukraine on the facilitation of the issuance of visas
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
/* COM/2012/0266 final - 2012/0138 (NLE) */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi /* COM/2012/0266 final - 2012/0138 (NLE) */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI I. IL-QAFAS POLITIKU U LEGALI Il-Ftehim dwar l-Iffaċilitar
tal-Viżi bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina[1] ilu fis-seħħ
mill-1 ta’ Jannar 2008. L-Artikolu 12 tal-Ftehim dwar
l-Iffaċilitar tal-Viża jistabbilixxi Kumitat Konġunt bl-impenn
li, inter alia, jissorvelja l-implimentazzjoni tal-Ftehim u
jissuġġerixxi emendi fil-Ftehim jew żidiet miegħu. Fis-sitt laqgħa tiegħu
tal-5 ta’ Mejju 2011 fi Brussell, il-Kumitat Konġunt
approva s-suġġerimenti għall-emendi u ż-żidiet
għall-Ftehim dwar l-Iffaċilitar tal-Viża. Fuq livell politiku, fit-tmien laqgħa
Ministerjali bejn l-UE-Ukraina dwar il-Ġustizzja, il-Libertà u s-Sigurtà
li saret fid-9 ta’ Ġunju 2010, il-Partijiet aspiraw
għal negozjati kostruttivi dwar l-emendi possibbli għall-Ftehim dwar
l-Iffaċilitar tal-Viża. Fuq dik il-bażi,
fid-29 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni ppreżentat
rakkomandazzjoni lill-Kunsill biex jawtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ
in-negozjati mal-Ukrajna dwar Ftehim li jemenda l-Ftehim dwar
l-Iffaċilitar tal-Viża. Wara l-awtorizzazzjoni mogħtija
mill-Kunsill fil-11 ta’ April 2011,
fis-6 ta’ Mejju 2011 infetħu n-negozjati mal-Ukraina fi
Brussell fir-rigward ta’ Ftehim li jemenda l-Ftehim dwar l-Iffaċilitar
tal-Viża. Fil-11 ta’ Lulju 2011
f’Kiev, u fid-9 ta’ Novembru 2011 u
fl-14 ta’ Diċembru 2011 fi Brussell, saru tliet
sessjonijiet oħra ta’ negozjati. Fi
Frar 2012, in-negozjaturi ewlenin bdew it-test finali tal-Ftehim
emendatorju. L-Istati Membri ġew mgħarrfa u
kkonsultati b’mod regolari fl-istadji kollha tan-negozjati waqt il-Gruppi ta’
Ħidma tal-Kunsill rilevanti. Min-naħa tal-Unjoni, il-bażi legali
għall-Ftehim emendatorju hi l-Artikolu 77(2)(a), flimkien
mal-Artikolu 218 tat-TFUE. Il-Kummissjoni
ffirmat il-Ftehim emendatroju fil-... F’konformità mal-Artikolu 218(6)(a)
tat-TFUE, il-kunsens tal-Parlament Ewropew għall-konklużjoni
tal-Ftehim emendatorju ngħata fil-... II. IR-RIŻULTAT
TAN-NEGOZJATI Il-Kummissjoni tikkunsidra li ntlaħqu
l-għanijiet stabbiliti mill-Kunsill fid-direttivi ta’ negozjati
tiegħu u li l-abbozz tal-Ftehim emendatorju hu aċċettabbli
għall-Unjoni. Il-kontenut finali tiegħu jista’
jiġi mqassar kif ġej: - rekwiżiti
ssimplifikati għad-dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati
dwar l-għan tal-vjaġġ għal dawn il-kategoriji ta’
applikanti li ġejjin: (a)
ix-xufiera li jwasslu t-tagħbija
internazzjonali u s-servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri u
l-ġurnalisti: ġew riveduti. (b)
il-membri tal-ekwipaġġ tekniku li
jakkumpanjaw lill-ġurnalisti, il-parteċipanti fi programmi
uffiċjali ta’ bdil organizzati minn entitajiet muniċipali apparti
l-ibliet ġemellati, il-qraba ta’ ċittadini tal-UE residenti
fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, il-persuni
li jakkumpanjaw lill-persuni li jivvjaġġaw għal raġunijiet
mediċi, ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà
ċivili li jagħmlu vjaġġi għall-għanijiet ta’
taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi, il-membri tal-professjonijiet
li jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars
jew avvenimenti oħrajn simili; ir-rappreżentanti tal-komunitajiet
reliġjużi, u l-parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-UE
ta’ kooperazzjoni transkonfinali: ġew introdotti; - kjarifika
tad-dispożizzjonijiet dwar il-perjodu ta’ validità tal-viżi ta’
diversi dħul għal dawn il-kategoriji tal-applikanti: (a)
il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 5(1)
tal-Ftehim dwar l-Iffaċilitar tal-Viża kif ukoll il-prosekuturi
nazzjonali u reġjonali u d-deputati tagħhom, il-konjugi, it-tfal u
l-ġenituri li jżuru liċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea
residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, u
l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanja lill-ġurnalisti
f’kapaċità professjonali: fil-prinċipju, se jinħarġu
viżi ta’ diversi dħul validi għal ħames snin. Il-viżi
ta’ diversi dħul b’perjodu iqsar ta’ validità għandhom
jinħarġu biss meta jkun meħtieġ minħabba d-data
tal-iskadenza tad-dokument tal-ivvjaġġar jew meta l-ħtieġa
jew l-intenzjoni għall-ivvjaġġar sikwit jew regolari tkun
manifestament limitata għal perjodu iqsar; (b)
il-kategoriji elenkati fl-Artikolu 5(2)
tal-Ftehim dwar l-Iffaċilitar tal-Viża kif ukoll il-parteċipanti
fi programmi uffiċjali ta’ bdil organizzati minn entitajiet
muniċipali apparti l-ibliet ġemellati, ir-rappreżentanti
tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jivvjaġġaw
b’mod regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta’
taħriġ edukattiv, seminars u konferenzi, il-parteċipanti fi
programmi uffiċjali tal-UE ta’ kooperazzjoni transkonfinali, l-istudenti u
l-istudenti gradwati li jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet
ta’ studju jew taħriġ edukattiv, ir-rappreżentanti
tal-komunitajiet reliġjużi, il-membri tal-professjonijiet li
jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji,
seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju
tal-Istati Membri, il-persuni li jeħtieġu li jagħmlu żjarat
regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni li jkunu
meħtieġa li jakkumpanjawhom: (c)
fil-prinċipju, se jinħarġu
b’viżi ta’ diversi dħul validi għal sena. Il-viżi ta’
diversi dħul b’perjodu iqsar ta’ validità għandhom jinħarġu
biss meta jkun meħtieġ minħabba d-data tal-iskadenza
tad-dokument tal-ivvjaġġar jew meta l-ħtieġa jew
l-intenzjoni għall-ivvjaġġar sikwit jew regolari tkun
manifestament limitata għal perjodu iqsar; - il-possibbiltà li jintalab
ħlas ta’ EUR 70 f’każ ta’ applikazzjonijiet urġenti: (a)
hi abbolita għal każijiet, meta
l-applikazzjoni għall-viża u d-dokumenti ta’ appoġġ ikunu
ppreżentati mill-applikant tal-viża tlett ijiem biss jew inqas qabel
it-tluq tiegħu/tagħha mingħajr ġustifikazzjoni; (b)
hi introdotta għal każijiet fejn, skont
id-distanza bejn il-post ta’ residenza tal-applikant u l-post fejn tkun
ġiet sottomessa l-applikazzjoni, l-applikant jitlob li tittieħed
deċiżjoni dwar l-applikazzjoni fi żmien tlett ijiem
mis-sottomissjoni tagħha, u l-konsulat ikun aċċetta li
jieħu deċiżjoni fi żmien tlett ijiem; - rinunzja sħiħa
tal-ħlas għall-viża għal dawn il-kategoriji addizzjonali
ta’ applikanti: il-qraba taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti
fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini, il-parteċipanti
fi programmi uffiċjali ta’ bdil organizzati minn entitajiet
muniċipali oħrajn apparti l-ibliet ġemellati,
l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanja lill-ġurnalisti
f’kapaċità professjonali, ir-rappreżentanti tal-komunitajiet
reliġjużi, il-membri tal-professjonijiet li jipparteċipaw f’wirjiet
internazzjonali, konferenzi, simpożji, seminars jew avvenimenti
oħrajn simili, il-parteċipanti li għandhom 25 sena jew anqas
f’seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali jew edukattivi,
organizzati minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ,
ir-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li
jivvjaġġaw għall-għanijiet ta’ taħriġ edukattiv,
seminars u konferenzi, il-parteċipanti fi programmi uffiċjali tal-UE
ta’ kooperazzjoni transkonfinali; - il-possibilità għal fornitur
tas-servizzi estern, li miegħu Stat Membru jkun qed jikkoopera bl-iskop li
tinħareġ viża, li jitlob ħlas għas-servizz sa mhux
aktar minn EUR 30, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà
għall-applikanti kollha biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet
tagħhom direttament lil konsulat; - ir-rekwiżit li l-appuntamenti
għall-preżentazzjoni ta’ applikazzjoni, fejn meħtieġ,
għandhom, bħala regola, isseħħu fi żmien
ġimagħtejn mid-data ta’ meta jkun intalab l-appuntament; - l-eżenzjoni
mill-ħtieġa tal-viża għal żjarat qosra
għaċ-ċittadini tal-Ukraina li huma titulari ta’ passaporti
bijometriċi ta’ servizz. Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar
id-dispożizzjoni li tinkludi din l-eżenzjoni mill-ħtieġa
tal-viża hi mehmuża mal-Ftehim emendatorju. Il-Ftehim emendatorju
jiċċara li dan ma jaffettwax l-applikabbiltà
tad-dispożizzjonijiet ta’ Ftehimiet bilaterali eżistenti jew
arranġamenti bejn l-Istati Membri individwali u l-Ukraina dwar
l-eżenzjoni tat-titulari ta’ passaporti mhux bijometriċi ta’ servizz
mill-ħtieġa tal-viża għal żjarat qosra; - wara talba speċifika
mill-Ukraina, ġiet mehmuża Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea
għall-Ftehim emendatorju dwar id-dokumenti li għandhom ikunu
ppreżentati meta ssir l-applikazzjoni għal viża għal
żjara qasira; - wara talbiet speċifiċi
mill-Ukraina, ġiet mehmuża Dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea
għall-Ftehim emendatroju dwar l-iffaċilitar għall-membri
tal-familja mhux koperti mid-dispożizzjonijiet legalment vinkolanti
tal-Ftehim dwar l-Iffaċilitar tal-Viża; - is-sitwazzjonijiet
speċifiċi tad-Danimarka, l-Irlanda u r-Renju Unit huma riflessi
fil-preambolu; - l-assoċjazzjoni tal-Isvizzera
u tal-Liechtenstein fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis
ta’ Schengen hi riflessa f’Dikjarazzjoni Konġunta mal-Ftehim emendatorju. III. KONKLUŻJONIJIET Fid-dawl tar-riżultati msemmija hawn fuq,
il-Kummissjoni tipproponi li l-Kunsill - japprova, wara li jirċievi
l-kunsens mill-Parlament Ewropew, il-Ftehim mehmuż bejn l-Unjoni Ewropea u
l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar
l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi. 2012/0138 (NLE) Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Ftehim
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea
u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni
Ewropea Wara li kkunsidra t-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2a),
flimkien mal-Artikolu 218 (6)(a), tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni
Ewropea, Wara li kkunsidra
l-kunsens tal-Parlament Ewropew[2], Billi: (1) Skont id-Deċiżjoni
tal-Kunsill 2012/XXX tal-[...][3],
il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn l-Unjoni
Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi
ġie ffirmat mill-Kummissjoni fil-[ ], soġġett
għall-konklużjoni tiegħu aktar tard. (2) Il-Ftehim għandu jkun
konkluż. (3) F’konformità mal-Protokoll
dwar l-acquis ta’ Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea u l-Protokoll
dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’
libertà, sigurtà u ġustizzja, annessi mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jikkonferma li
d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju Unit u
l-Irlanda, (4) F’konformità mal-Protokoll
dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea
u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, filwaqt li jikkonferma li
d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għad-Danimarka, ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn
l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u
l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi hu b’dan
konkluż. It-test tal-Ftehim jinsab mehmuż ma’ din
id-Deċiżjoni. Artikolu 2 Il-President
tal-Kunsill għandu jaħtar il-persuna bis-setgħa li
tipproċedi, f’isem l-Unjoni Ewropea, skont l-avviż previst
fl-Artikolu 2 tal-Ftehim, sabiex tesprimi l-kunsens tal-Unjoni Ewropea li
tkun marbuta bil-Ftehim. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni tidħol
fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha. Din għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Id-data tad-dħul fis-seħħ
tal-Ftehim għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal
Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmul fi Brussell, Għall-Kunsill Il-President ANNESS FTEHIM bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina li
jemenda l-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar
tal-ħruġ ta’ viżi L-UNJONI EWROPEA, min-naħa l-waħda, u L-UKRAINA, min-naħa l-oħra, minn hawn ’il quddiem imsejħa
‘il-Partijiet’, WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim bejn il-Komunità
Ewropea u l-Ukraina dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi,
li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2008, BIX-XEWQA li jkomplu jiffaċilitaw
il-kuntatti bejn il-persuni, FILWAQT LI JGĦARFU l-importanza
tal-introduzzjoni ta’ reġim ta’ vvjaġġar ħieles
mill-viża għaċ-ċittadini tal-Ukraina fiż-żmien
dovut, sakemm ikun hemm fis-seħħ il-kondizzjonijiet għall-mobbiltà
ġestita tajjeb u fiż-żgur, FILWAQT LI JQISU d-dħul
fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew
u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi
Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viża), li notevolment
jipprovdi li b’obbligu tingħata motivazzjoni
għaċ-ċaħda għall-viża u d-dritt ta’ appell
għall-applikanti f’każ ta’ rifjut, FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar
il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’
libertà, sigurtà u ġustizzja u l-Protokoll dwar l-acquis ta’
Schengen integrat fil-qafas tal-Unjoni Ewropea, annessi mat-Trattat tal-Unjoni
Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u jikkonfermaw
li d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim ma japplikawx għar-Renju
Unit u l-Irlanda, FILWAQT LI JQISU l-Protokoll dwar
il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u
t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u jikkonfermaw li
d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim ma japplikawx għad-Danimarka, FTIEHMU KIF ĠEJ: Artikolu 1 Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina
dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi, minn hawn ’il quddiem
imsejjaħ ‘il-Ftehim’, hu emendat skont id-disposizzjonijiet ta’ dan
l-Artikolu: [Titolu tal-Ftehim] (1)
Fit-titolu, il-kelma “Komunità” hi sostitwita
bil-kelma “Unjoni”. [L-Artikolu 1
tal-Ftehim Għan
u firxa ta’ applikazzjoni] (2)
Fl-Artikolu 1 il-paragrafu 2,
tiddaħħal l-ewwel sentenza li ġejja: L-Ukraina tista’
ddaħħal mill-ġdid il-ħtieġa tal-viża
għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji ta’ ċittadini tal-Istati
Membri kollha u mhux għaċ-ċittadini jew ċerti kategoriji
ta’ ċittadini ta’ Stati Membri individwali. [L-Artikolu 2
tal-Ftehim Klawżola
Ġenerali] (3)
Fl-Artikolu 2 il-paragrafi 1 u 2,
il-kelma “Komunità” hi sostitwita bil-kliem “Unjoni Ewropea”. [L-Artikolu 3
tal-Ftehim Definizzjonijiet] (4)
Fl-Artikolu 3 il-punt (e), il-kelma
“Komunitarja” hi sostitwita bil-kliem “tal-Unjoni Ewropea”. [L-Artikolu 4
tal-Ftehim Dokumenti
ta’ appoġġ dwar l-għan tal-vjaġġ] (5)
L-Artikolu 4, il-paragrafu 1 hu emendat
kif ġej: (a)
il-punt (ċ) jiġi ssostitwit b’dan li
ġej: “(ċ) għal xufiera li jwasslu
tagħbija internazzjonali u servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri
lejn it-territorji tal-Istati Membri f’vetturi reġistrati fl-Ukraina: - talba bil-miktub mill-assoċjazzjoni
nazzjonali tat-trasportaturi fl-Ukraina li tipprovdi għal trasport
internazzjonali bit-triq, li tistqarr l-għan, it-tul,
id-destinazzjoni(jiet) u l-frekwenza tal-vjaġġi;” (b)
il-punt (e) hu sostitwit b’dan li ġej: “(e) għall-ġurnalisti u
l-ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali: - ċertifikat jew dokument ieħor
maħruġ minn organizzazzjoni professjonali jew minn min iħaddem
lill-applikant li jixhed li l-persuna konċernata hi ġurnalist
kwalifikat u li jistqarr li l-għan tal-vjaġġ hu li jitwettaq xogħol
ġurnalistiku jew li jixhed li l-persuna hi membru tal-ekwipaġġ
tekniku li qed jakkumpanja l-ġurnalist f’kapaċità professjonali;” (c)
il-punt (i) hu sostitwit b’dan li ġej: “(i) għal parteċipanti fi programmi
uffiċjali ta’ bdil organizzati minn bliet ġemellati u entitajiet
muniċipali oħrajn: - talba bil-miktub mill-Kap
tal-Amministrazzjoni/mis-Sindku ta’ dawn l-ibliet jew tal-entitajiet
muniċipali oħrajn;” (d)
il-punt (j) hu sostitwit b’dan li ġej: “(j) għal qraba – konjugi, ulied
(inklużi dawk adottati), ġenituri (inklużi kustodji), nanniet u
neputijiet – li jżuru ċittadini tal-Ukraina legalment residenti
fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea
residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini: - talba bil-miktub mill-persuna li tospita;” (e)
il-punt (m) hu sostitwit b’dan li ġej: “(m) għal żjajjar fuq
raġunijiet mediċi u l-persuni meħtieġa li jakkumpanjawhom: - Dokument uffiċjali tal-istituzzjoni
medika li jikkonferma l-ħtieġa ta’ kura medika f'din l-istituzzjoni
il-ħtieġa li wieħed ikun akkumpanjat u evidenza ta’ mezzi
finanzjarji suffiċjenti sabiex jitħallas it-trattament mediku; (f)
jiddaħħlu l-punti (n) sa (q) kif
ġej: “(n) għar-rappreżentanti ta’
organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu
vjaġġi għall-għanijiet ta’ taħriġ edukattiv,
seminars, konferenzi, inklużi fil-qafas ta’ programmi ta’ bdil: - talba bil-miktub maħruġa
mill-organizzazzjoni li tospita, konferma li l-persuna qiegħda
tirrappreżenta l-organizzazzjoni tas-soċjetà ċivili u
ċ-ċertifikat dwar l-istabbiliment ta’ organizzazzjoni bħal din
mir-Reġistru rilevanti maħruġ minn awtorità tal-Istat skont
il-leġiżlazzjoni nazzjonali; (o) għall-membri tal-professjonijiet li
jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji,
seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju
tal-Istati Membri: - talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li qed
tospita li tikkonferma li l-persuna kkonċernata qed tipparteċipa
fl-avveniment; (p) għar-rappreżentanti
tal-komunitajiet reliġjużi: - talba bil-miktub mill-komunità
reliġjuża rreġistrata fl-Ukraina, li tispeċifika
l-għan, it-tul u l-frekwenza tal-vjaġġi; (q) għal parteċipanti fi programmi
uffiċjali tal-UE ta’ kooperazzjoni transkonfinali, bħall-programmi
tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI): - talba bil-miktub mill-organizzazzjoni li
tospita.” [L-Artikolu 5
tal-Ftehim Ħruġ
ta’ viżi ta’ diversi dħul] (6)
Fl-Artikolu 5, il-paragrafi 1 sa 3
huma mibdula b’dan li ġej: “1. Missjonijiet diplomatiċi u
pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu
viżi ta’ diversi dħul b’terminu ta’ validità ta’ ħames snin
għal dawn il-kategoriji ta’ persuni: (a) membri ta’ Gvernijiet u Parlamenti
nazzjonali u reġjonali, Qrati Kostituzzjonali u Qrati Supremi, prosekuturi
nazzjonali u reġjonali u d-deputati tagħhom, sakemm ma jkunux
eżentati mill-ħtieġa tal-viża bil-Ftehim preżenti,
fil-qadi ta’ dmirijiethom; (b) membri ta’ delegazzjonijiet uffiċjali
li, wara stedina uffiċjali indirizzata lill-Ukraina, ikollhom
jipparteċipaw f’laqgħat, konsultazzjonijiet, negozjati jew programmi
ta’ bdil, kif ukoll f’avvenimenti li jsiru fit-territorju ta’ wieħed
mill-Istati Membri minn organizzazzjonijiet intergovernattivi: (ċ) konjugi u tfal (inklużi dawk
adottati), li jkunu taħt l-età ta’ 21 jew ikunu dipendenti, u li jkunu qed
iżuru ċittadini tal-Ukraina li jkunu legalment residenti
fit-territorju tal-Istati Membri jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea
residenti fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini; (d) nies fin-negozju u rappreżentanti ta’
organizzazzjonijiet ta’ negozju li jivvjaġġaw regolarment lejn
l-Istati Membri; (e) ġurnalisti u ekwipaġġ
tekniku li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali. B’deroga mill-ewwel sentenza, fejn
il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew
regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-terminu
tal-validità tal-viża ta’ diversi dħul hu limitat għal dak
il-perjodu, partikolarment meta - fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt
a, it-tul ta’ żmien tal-kariga, - fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt
b, il-perjodu tal-validità tal-istatus bħala membru permanenti ta’
delegazzjoni uffiċjali, - fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt
ċ, il-perjodu ta’ validità tal-awtorizzazzjoni għal residenza legali
ta’ ċittadini tal-Ukraina legalment residenti fl-Unjoni Ewropea, - fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt
d, il-perjodu tal-validità tal-istatus bħala rappreżentant
tal-organizzazzjoni ta’ negozju jew tal-kuntratt tax-xogħol, - fil-każ tal-persuni msemmija fil-punt
e, il-kuntratt tax-xogħol ikun inqas minn ħames snin. 2. Missjonijiet diplomatiċi u
pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu
viżi ta’ diversi dħul b’perjodu ta’ validità ta’ sena għal dawn
il-kategoriji ta’ ċittadini, jekk kemm-il darba matul is-sena ta’ qabel
ikunu kisbu mill-inqas viża waħda, ikunu użawha skont
il-liġijiet ta’ dħul u residenza fit-territorju tal-Istat li
żaru: (a) xufiera li jwasslu tagħbija
internazzjonali u servizzi ta’ trasport ta’ passiġġieri lejn
it-territorji tal-Istati Membri f’vetturi reġistrati fl-Ukraina; (b) membri tal-ekwipaġġ ta’
ferroviji, refriġeraturi u lokomottivi f’ferroviji internazzjonali, li
jivvjaġġaw bejn it-territorji tal-Istati Membri; (ċ) persuni li jkunu qed
jipparteċipaw f’attivitajiet xjentifiċi, kulturali u artistiċi,
inklużi programmi universitarji u programmi oħra ta’ bdil, li
jivvjaġġaw regolarment lejn l-Istati Membri; (d) parteċipanti f’avvenimenti sportivi
internazzjonali u persuni li jakkumpanjawhom f’kapaċità professjonali; (e) parteċipanti fi programmi
uffiċjali ta’ bdil organizzati minn bliet ġemellati u minn entitajiet
muniċipali oħrajn; (f) rappreżentanti ta’
organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jivvjaġġaw b’mod
regolari lejn l-Istati Membri għall-għanijiet ta’ taħriġ edukattiv,
seminars, konferenzi, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ bdil; (ġ) għal parteċipanti fi
programmi uffiċjali tal-UE ta’ kooperazzjoni transkonfinali,
bħall-programmi tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija
(ENPI); (h) studenti u studenti gradwati li
jivvjaġġaw regolarment għall-għanijiet ta’ studju jew
taħriġ edukattiv, inkluż fil-qafas ta’ programmi ta’ bdil; (i) għar-rappreżentanti
tal-komunitajiet reliġjużi: (j) għall-membri tal-professjonijiet li
jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji,
seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju
tal-Istati Membri; (k) persuni li jeħtieġu li
jżuru regolarment għal raġunijiet mediċi u l-persuni
meħtieġa li jakkumpanjawhom. B’deroga mill-ewwel sentenza, fejn
il-ħtieġa jew l-intenzjoni li jivvjaġġaw sikwit jew
regolarment hija manifestament limitata għal perjodu iqsar, it-tul ta’
żmien tal-validità tal-viża ta’ diversi dħul hu limitat
għal dak il-perjodu. 3. Missjonijiet diplomatiċi u
pożizzjonijiet konsulari tal-Istati Membri għandhom joħorġu
viżi ta’ diversi dħul b’perjodu ta’ validità minimu ta’ sentejn u
massimu ta’ ħames snin għall-kategoriji ta’ ċittadini msemmija
fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, jekk kemm-il darba fis-sentejn ta’
qabel ikunu użaw tajjeb il-viżi ta’ diversi dħul għal sena,
skont il-liġijiet dwar id-dħul u r-residenza fit-territorju tal-Istat
li żaru sakemm il-ħtieġa jew l-intenzjoni li
jivvjaġġaw sikwit jew regolarment tkun manifestament limitata
għal perjodu iqsar, li f’dan il-każ il-perjodu tal-validità
tal-viża ta’ diversi dħul jkun limitat għal dak il-perjodu.” [L-Artikolu 6
tal-Ftehim Ħlas
għall-ipproċessar ta’ applikazzjonijiet għall-viża] (7)
L-Artikolu 6 għandu jiġi emendat kif
ġej: (a)
il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. L-Istati Membri għandhom jitolbu
ħlas ta’ EUR 70 għall-ipproċessar ta’ viżi
f’każijiet fejn, fuq il-bażi tad-distanza bejn il-post ta’ residenza
tal-applikant u l-post fejn tkun ġiet sottomessa l-applikazzjoni,
l-applikant jitlob li tittieħed deċiżjoni dwar l-applikazzjoni
fi żmien tlett ijiem mis-sottomissjoni tagħha, u l-konsulat ikun
aċċetta li jieħu deċiżjoni fi żmien tlett ijiem.” (b)
il-paragrafu 4 għandu jiġi emendat kif
ġej: (i) l-ewwel sentenza hi sostitwita b’dan li
ġej: “4. Mingħajr preġudizzju
għall-paragrafu 5 il-ħlasijiet għall-ipproċessar
tal-applikazzjoni għall-viża jitneħħew għal dawn
il-kategoriji ta’ persuni:" (ii) fil-punt (a), jiddaħħlu
l-kliem li ġejjin: “jew ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti
fit-territorju tal-Istat Membru li tiegħu huma ċittadini" (iii) fil-punt (i), jiddaħħlu
l-kliem li ġejjin: “u minn entitajiet muniċipali oħrajn” (iv) fil-punt (j), jiddaħħlu
l-kliem li ġejjin: “u ekwipaġġ tekniku li jakkumpanjhom
f’kapaċità professjonali.” (v) jiddaħħlu l-punti (o)
sa (s) kif ġej: “(o) rappreżentanti tal-komunitajiet
reliġjużi: (p) għall-membri tal-professjonijiet li
jipparteċipaw f’wirjiet internazzjonali, konferenzi, simpożji,
seminars jew avvenimenti oħrajn simili organizzati fit-territorju
tal-Istati Membri; (q) il-parteċipanti li għandhom 25 sena
jew anqas f’seminars, konferenzi, avvenimenti sportivi, kulturali jew
edukattivi, organizzati minn organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’
qligħ; (r) rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet
tas-soċjetà ċivili meta jagħmlu vjaġġi
għall-għanijiet ta’ taħriġ edukattiv, seminars, konferenzi,
inklużi fil-qafas ta’ programmi ta’ bdil; (s) għal parteċipanti fi programmi
uffiċjali tal-UE ta’ kooperazzjoni transkonfinali, bħall-programmi
tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI).” (vi) tiddaħħal is-sentenza li
ġejja: “L-ewwel sentenza tapplika wkoll meta l-għan
tal-vjaġġ huwa transitu.” (c)
jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “5. Jekk Stat Membru jikkoopera ma’ fornitur
tas-servizzi estern bl-iskop ta’ ħruġ ta’ viża, il-fornitur
tas-servizzi estern jista’ jitlob ħlas għas-servizz. Dan il-ħlas
għandu jkun proporzjonat ma’ kemm ikun nefaq il-fornitur tas-servizzi
estern waqt it-twettiq tal-ħidmiet tiegħu, u ma għandux ikun
aktar minn EUR 30. L-Istati Membri għandhom iżommu l-possibbiltà
għall-applikanti kollha biex jippreżentaw l-applikazzjonijiet
tagħhom direttament lill-konsulati tagħhom. Jekk l-applikanti jkunu
meħtieġa jiksbu appuntament għall-preżentazzjoni
tal-applikazzjoni, l-apuntament għandu, bħala regola, isseħħ
fi żmien ġimagħtejn mid-data ta’ meta ntalab l-appuntament.” [L-Artikolu 10 tal-Ftehim Passaporti
diplomatiċi] (8)
L-Artikolu 10 għandu jiġi emendat kif
ġej: (a)
it-titolu hu sostitwit b’dan li ġej: “Passaporti diplomatiċi u ta’ servizz”; (b)
fil-paragrafu 2, li jiġi nnumerat
mill-ġdid bħala 3, il-kliem “fil-paragrafu 1” huma
sostitwiti b’“fil-paragrafi 1 u 2”; (c)
qed jiġi miżjud il-paragrafu 2
ġdid kif gej: “2. Ċittadini tal-Ukraina, titulari ta’
passaporti bijometriċi validi ta’ servizz jistgħu jidħlu,
jħallu jew jivvjaġġaw fit-territorji tal-Istati Membri
mingħajr viżi.” [L-Artikolu 12 Kumitat
Konġunt għat-tmexxija tal-Ftehim] (9)
L-Artikolu 12, il-paragrafu 1 hu emendat
kif ġej: (a)
fl-ewwel sentenza, il-kelma “Komunità” hi
sostitwita bil-kelma “Unjoni”; (b)
fit-tieni sentenza, il-kelma “Il-Komunità” hi
sostitwita bil-kliem “L-Unjoni Ewropea”, u l-kliem “Kummissjoni
tal-Komunitajiet Ewropej” huma sostitwiti bil-kliem “Kummissjoni Ewropea”. [L-Artikolu 13 tal-Ftehim Ir-relazzjoni
ta’ dan il-Ftehim ma’ Ftehimiet bilaterali bejn Stati Membri u l-Ukraina] (10)
Il-paragrafu eżistenti qed jiġi nnumerat
bħala 1, u jiddaħħal dan il-paragrafu 2 ġdid li
ġej: “2. Id-dispożizzjonijiet ta’ Ftehimiet
bilaterali jew ta’ arranġamenti bejn l-Istati Membri individwali u
l-Ukraina li jkunu ġew konklużi qabel id-dħul fis-seħħ
ta’ dan il-Ftehim u li jipprovdu biex it-titulari ta’ passaporti mhux
bijometriċi ta’ servizz ikunu eżenti mill-ħtieġa
tal-viża għandhom ikomplu japplikaw mingħajr preġudizzju
għad-dritt tal-Istati Membri kkonċernati jew tal-Ukraina li
jiddenunzjaw jew jissospendu dawn il-ftehimiet bilaterali jew
arranġamenti.” Artikolu 2 Dan il-Ftehim għandu jiġi rratifikat
jew approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom u
jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data li fiha
l-aħħar Parti tinnotifika lill-oħra li l-proċeduri msemmija
hawn fuq ikunu tlestew. Magħmul fi XXX, fi XXX jum ta’ XXX
fis-sena elfejn u tnax, f’żewġ kopji bil-Bulgaru, biċ-Ċek,
bid-Daniż, bl-Olandiż, bl-Ingliż, bl-Estonjan,
bil-Finlandiż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bil-Grieg,
bl-Ungeriż, bit-Taljan, bil-Latvjan, bil-Litwan, bil-Malti, bil-Pollakk,
bil-Portugiż, bir-Rumen, bis-Slovakk, bis-Sloven, bl-Ispanjol,
bl-Isvediż, u bl-Ukrain, kull wieħed minn dawn it-testi huwa
awtentiku bl-istess mod. Għall-Unjoni Ewropea Għall-Ukraina ID-dikjarazzjoni tal-Unjoni Ewropea dwar
id-dokumenti li għandhom ikunu ppreżentati meta ssir l-applikazzjoni
għal viża għal żjara qAsIra L-Unjoni Ewropea se tistabbilixxi lista
armonizzata ta’ dokumenti ta’ appoġġ, skont il-punt a
tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 48 tal-Kodici dwar il-Viżi, sabiex
tiżgura li l-applikanti mill-Ukraina jkunu meħtieġa li
jippreżentaw, fil-prinċipju, l-istess dokumenti ta’ appoġġ. ID-DIKJARAZZJONI
TAL-UNJONI EWROPEA DWAR L-IFFAĊILITAR GĦALL-MEMBRI TAL-FAMILJA L-Unjoni Ewropea tinnota
s-suġġeriment tal-Ukraina biex tingħata definizzjoni usa’
tal-kunċett ta’ membri tal-familja li għandhom jibbenefikaw
mill-iffaċilitar ta’ viża kif ukoll tinnota l-importanza li l-Ukraina
tagħti lis-simplifikazzjoni tal-moviment ta’ din il-kategorija ta’
persuni. Sabiex tiġi ffaċilitata l-mobbiltà
ta’ għadd estiż ta’ persuni li għandhom konnessjonijiet
familjari (b’mod partikolari l-aħwa u wliedhom) ma’ ċittadini
tal-Ukraina legalment residenti fit-territorji tal-Istati Membri jew ma’
ċittadini tal-Unjoni Ewropea residenti fit-territorju tal-Istat Membru li
tiegħu huma ċittadini, l-Unjoni Ewropea tistieden
lill-uffiċċji konsulari tal-Istati Membri biex jagħmlu użu
sħiħ mill-possibbiltajiet eżistenti fil-Kodiċi dwar il-Viżi
biex jiġi ffaċilitat il-ħruġ ta’ viżi lil din il-kategorija
ta’ persuni, inkluż b’mod partikolari, is-simplifikazzjoni tad-dokumenti
ta’ prova mitluba għall-applikanti, l-eżenzjonijiet mit-tariffi
tal-ipproċessar u, fejn xieraq, il-ħruġ ta’ viżi ta’
diversi dħul. ID-Dikjarazzjoni taL-Unjoni Ewropea dwar
IL-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tal-Ftehim L-Unjoni Ewropea tista’ tinvoka sospensjoni
parzjali tal-Ftehim u partikolarment tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10,
skont il-proċedura stipulata permezz tal-paragrafu 5
tal-Artikolu 14 tal-Ftehim, jekk l-implimentazzjoni tal-paragrafu 2
tal-Artikolu 10 tkun abbużata mill-Ukraina jew twassal għal
theddida għas-sigurtà pubblika. Jekk l-implimentazzjoni
tal-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 tkun sospiża, l-Unjoni Ewropea
tibda konsultazzjonijiet fil-qafas tal-Kumitat imwaqqaf permezz tal-Ftehim
bil-ħsieb li ssolvi l-problemi li jkunu wasslu għas-sospensjoni. ID-Dikjarazzjoni Konġunta dwar
l-Isvizzera u l-Liechtenstein Il-Partijiet jinnotaw ir-relazzjoni mill-qrib
bejn l-Unjoni Ewropea u l-Isvizzera u l-Liechtenstein, partikolarment
bis-saħħa tal-Ftehim tat-26 ta’ Ottubru 2004 dwar
l-assoċazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi mal-implimentazzjoni,
l-applikazzjoni u l-progress tal-acquis ta’ Schengen. f’dawn iċ-ċirkostanzi, ikun mixtieq
li l-awtoritajiet tal-Isvizzera u tal-Liechtenstein u tal-Ukraina jikkonkludu,
bla dewmien, ftehimiet bilaterali dwar l-iffaċilitar tal-ħruġ
ta’ viżi għal żjajjar qosra b’termini simili għall-Ftehim
emendat. [1] Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar
l-iffaċilitar tal-ħruġ ta’ viżi, ĠU L 332, 18.12.2007,
p. 68. [2] ĠU C […], […], p. […]. [3] ĠU C […], […], p. […].