Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0263

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li l-Unjoni Ewropea trid tieħu i ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 dwar is-serraturi u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

/* COM/2012/0263 final - 2012/0141 (NLE) */

52012PC0263

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar il-pożizzjoni li l-Unjoni Ewropea trid tieħu i ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 dwar is-serraturi u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa /* COM/2012/0263 final - 2012/0141 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

Fil-livell internazzjonali, il-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) tiżviluppa rekwiżiti armonizzati, li huma maħsubin biex ineħħu l-ostakoli tekniċi fil-kummerċ tal-vetturi bil-mutur bejn il-Partijiet Kontraenti għall-Ftehim Rivedut tal-1958 u biex jiżguraw li vetturi bħal dawn joffru livell għoli ta’ sikurezza u ħarsien ambjentali.

Bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa ("UNECE”) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għall-vetturi bir-roti, tagħmir u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jiġu użati fuq vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija fuq il-bażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet[1] [“il-Ftehim Rivedut tal-1958”) u bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim li jistabbilixxi regolamenti, tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim Parallel)[2] l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim Parallel;

Il-laqgħat tal-UNECE WP29, il-Forum Dinji għall-Armonizzazzjoni tar-Regolamenti tal-Vetturi, jittellgħu tliet darbiet fis-sena f’Marzu, Ġunju u Novembru ta’ kull sena kalendarja. F'kull sessjoni tal-laqgħa jiġu adottati emendi ġodda għal Regolamenti UNECE jew Regolamenti Globali Tekniċi eżistenti sabiex jippermettu l-progress tekniku. Qabel kull laqgħa tad-WP29, dawn l-emendi ġew adottati minn xi wieħed mis-sitt gruppi ta' ħidma (GRs) li huma attivi fid-WP29.

Sussegwentement, f'laqgħa tad-WP29 jseħħu il-vot finali għall-adozzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki, dment li jintlaħaq il-kworum u jkun hemm maġġoranza kwalifikata fost il-partijiet kontraenti. L-UE hija parti kontraenti f'żewġ ftehimiet (1958 u 1998) fi ħdan id-WP29 u tivvota f'isem l-Istati Membri. Deċiżjoni tal-Kunsill imsejħa l-"mega Deċiżjoni" li tħaddan fiha l-lista ta’ emendi, supplimenti u rettifiki, tiġi ppreparata kull darba u tippermetti lill-Kummissjoni tivvota f’isem l-Istati Membri f'kull laqgħa tad-WP29.

Din id-Deċiżjoni tal-Kunsill tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi, is-supplimenti u r-rettifiki sottomessi għall-vot fil-laqgħa tad-WP29 ta' Ġunju 2012 li se sseħħ bejn il-25 u d-29 ta' Ġunju 2012.

2.           IR-RIŻULTATI TAL-KONSULTAZZJONIJIET MAL-PARTIJIET INTERESSATI U TAL-VALUTAZZJONIJIET TAL-IMPATT

Il-Kumitat Tekniku dwar il-Vetturi bil-Mutur kien ikkonsultat fis-16 ta’ Mejju 2012 u ġew ikkunsidrati l-osservazzjonijiet minn esperti tal-Istati Membri.

3.           L-ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

· Sommarju tal-azzjoni proposta

Il-proposta tiddefinixxi l-pożizzjoni tal-Unjoni fil-votazzjoni tal-emendi għar-Regolamenti tal-UNECE Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u r-Regolament Tekniku Globali Nru 1 tal-UNECE.

· Il-bażi legali

Sabiex jiġu adottati l-ispeċifitajiet tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-bażijiet legali użati preċedentement li jissemmew fil-premessi 1 u 2 ġew sostitwiti b’referenza diretta għall-Artikolu 218(9), bil-ħtieġa ta’ proċessi preparatorji modifikati għal-laqgħat tad-WP29 u li jirriżultaw f’format legali mibdul, li huwa Deċiżjoni tal-Kunsill, minflok Deċiżjoni tal-Kummissjoni kif ġiet użata matul il-proċess preparatorju tul dawn l-aħħar 14-il sena;

· Il-prinċipju tas-sussidjarjetà

Il-vot favur strumenti internazzjonali, bħall-abbozz tar-Regolamenti tal-UNECE u r-Regolamenti Tekniċi Globali u l-inkorporazzjoni tagħhom fis-sistema tal-Unjoni għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi bil-mutur jista' jsir biss mill-Unjoni. Dan ma jipprevenix biss il-frammentazzjoni tas-Suq Intern, iżda jiżgura wkoll standards ugwali tas-saħħa u s-sigurtà madwar l-UE. Dan joffri wkoll vantaġġi ta’ ekonomiji tal-kobor: il-prodotti jistgħu jsiru għas-suq Ewropew kollu u anki għas-suq internazzjonali, minflok jiġu manifatturati apposta biex jingħataw l-approvazzjoni tat-tip f’kull Stat Membru.

Il-proposta għalhekk hija konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà.

· Il-prinċipju tal-proporzjonalità

Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità billi ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-iżgurar tal-funzjonament adegwat tas-Suq Intern, filwaqt li fl-istess ħin tipprovdi livell għoli ta’ sigurtà u protezzjoni pubblika.

· L-għażla tal-istrumenti

L-istrument propost: Deċiżjoni tal-Kunsill.

L-użu ta’ Deċiżjoni tal-Kunsill huwa kkunsidrat adegwat minħabba li hu f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 218(9) TFUE.

2012/0141 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar il-pożizzjoni li l-Unjoni Ewropea trid tieħu i ħdan il-Kumitati rilevanti tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolamenti Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u fir-rigward tal-adattament għall-progress tekniku tar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 dwar is-serraturi u l-komponenti għaż-żamma tal-bibien tal-Kummissjoni Ekonomika tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Ewropa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 114 u 218(9) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)       B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/836/KE tas-27 ta' Novembru 1997, l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (“UNECE”) dwar l-adozzjoni ta' preskrizzjonijiet tekniċi uniformi għal vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti u l-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent reċiproku tal-approvazzjonijiet mogħtija abbażi ta' dawn il-preskrizzjonijiet ("il-Ftehim Rivedut tal-1958"[3]);

(2)       B’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/125/KE tal-31 ta' Jannar 2000 l-Unjoni aderixxiet mal-Ftehim dwar l-istabbiliment ta' regolamenti tekniċi globali għall-vetturi bir-roti, apparat u partijiet li jistgħu jitwaħħlu u/jew jintużaw f'vetturi bir-roti (Ftehim Parallel)[4];

(3)       Id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru)[5] issostitwiet is-sistemi ta’ approvazzjoni tal-Istati Membri bi proċedura ta’ approvazzjoni tal-Unjoni, li stabbilixxiet qafas armonizzat li jinkludi d-dispożizzjonijiet amministrattivi u r-rekwiżiti tekniċi ġenerali għall-vetturi l-ġodda kollha, is-sistemi, il-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati. Din id-Direttiva inkorporat ir-Regolamenti tal-UNECE fis-sistema tal-UE għall-approvazzjoni tat-tip tal-vetturi, jew bħala rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip jew bħala alternattivi għal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Minn meta ġiet adottata d-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolamenti tal-UNECE, qegħdin jissostitwixxu dejjem aktar il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qafas tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-vetturi.

(4)       Fid-dawl tal-esperjenza u l-iżviluppi tekniċi, ir-rekwiżiti marbuta ma' ċerti elementi jew fatturi koperti mir-Regolamenti tal-UNECE Nri 11, 13H, 30, 44, 49, 54, 64, 101, 106 u 121 u r-Regolament Tekniku Globali Nru 1 tal-UNECE, jeħtieġ li jiġu adattati.

(5)       Huwa xieraq li tkun stabbilita l-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f'isem l-Unjoni fil-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u fil-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim tal-1998 dwar l-emendi li għandhom isiru għall-atti tal-UNECE msemmija aktar ’il fuq.

(6)       Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku - Vetturi bil-Mutur.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-pożizzjoni li l-Unjoni Ewropea trid tieħu fi ħdan il-Kumitat Amministrattiv tal-Ftehim Rivedut tal-1958 u l-Kumitat Eżekuttiv tal-Ftehim tal-1998 mill-25 sad-29 ta' Ġunju 2012 għandha tkun dik li tivvota favur l-emendi proposti li hemm fid-dokumenti elenkati fl-Anness.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell,

                                                                       Għall-Kunsill

                                                                       Il-President

ANNESS

Il-vot tal-Unjoni jirrigwarda d-dokumenti li ġejjin:

Proposta għas-Suppliment 3 għas-sensiela 03 ta’ emendi għar-Regolament Nru 11 (Lukketti u ċappetti tal-bibien) || ECE/TRANS/WP.29/2012/41

Proposta għas-Suppliment 14 għar-Regolament Nru 13-H (Brejkijiet ta' vetturi M1 u N1) || ECE/TRANS/WP.29/2012/47

Proposta għas-Suppliment 17 għas-serje 02 ta' emendi għar-Regolament Nru 30 (Tajers għall-karozzi tal-passiġġieri u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2012/48

Proposta għas-Suppliment 5 għas-serje 04 ta' emendi għar-Regolament Nru 44 (Sistemi tat-trażżin tat-tfal), || ECE/TRANS/WP.29/2012/44

Proposta għas-għas-serje 06 ta' emendi għar-Regolament tan-NU Nru 49 (Emissjonijiet ta’ magni C.I. u P.I. (LPG u CNG) || ECE/TRANS/WP.29/2012/45

Proposta għas-Suppliment 18 tar-Regolament Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2012/49

Proposta għar-Rettifika 3 tar-Reviżjoni 2 tar-Regolament Nru 54 (Tajers għal vetturi kummerċjali u l-karrijiet tagħhom) || ECE/TRANS/WP.29/2012/52

Proposta għas-Suppliment 2 għas-serje 02 tal-emendi għar-Regolament Nru 64 (Unità ta' emerġenza għal użu temporanju, tajers tat-tip run flat, sistema tat-tip run flat u sistema għall-monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers) || ECE/TRANS/WP.29/2012/50

Proposta għas-Suppliment 1 għas-serje 01 ta’ emendi għar-Regolament Nru 101 (Emissjonijiet tas-CO2/konsum tal-fjuwil) || ECE/TRANS/WP.29/2012/46

Proposta għas-Suppliment 9 għar-Regolament Nru 106 (Tajers għall-vetturi agrikoli) || ECE/TRANS/WP.29/2012/51

Proposta għas-serje 01 ta' emendi għar-Regolament Nru 121 (Identifikazzjoni tal-kontrolli, sinjali ta’ avvertiment u indikaturi), || ECE/TRANS/WP.29/2012/30

Proposta għall-Emenda 1 għar-Regolament Tekniku Globali Nru 1 (Serraturi tal-bibien u komponenti għaż-żamma tal-bibien) || ECE/TRANS/WP.29/2012/56 ECE/TRANS/WP.29/2012/57 ECE/TRANS/WP.29/2012/AC.3/18

[1]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[2]               ĠU L 35, 10.2.2000, p 12.

[3]               ĠU L 346, 17.12.1997, p. 78.

[4]               ĠU L 35, 10.02.2000, p. 12.

[5]               ĠU L 263, 24.02.2011, p. 1.

Top