Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0221

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka tar-Reattur ta’ Fluss Għoli għall-2012-2015 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

/* COM/2012/0221 final - 2012/0111 (NLE) */

52012PC0221

Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka tar-Reattur ta’ Fluss Għoli għall-2012-2015 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika /* COM/2012/0221 final - 2012/0111 (NLE) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1. KUNTEST TAL-PROPOSTA

It-tħaddim tar-Reattur ta’ Fluss Għoli tal-Komunità (HFR) ġie appoġġat minn serje ta’ programmi supplimentari ta’ riċerka. Fil-25 ta’ Mejju 2009, il-Kunsill adotta programm supplimentari ta’ riċerka ta’ tliet snin (2009-2011) (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/410/Euratom - ĠU L 132/15, 29.5.2009) biex jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka (JRC) għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika fir-rigward tat-tħaddim tar-reattur li jinsab fl-Istitut tal-Enerġija tal-JRC, f’Petten, il-Pajjiżi l-Baxxi.

Il-kontribut għall-programm supplimentari ta’ riċerka 2009-2011 ġie minn tliet Stati Membri parteċipanti, il-Pajjiżi l-Baxxi, Franza u l-Belġju b’ammont totali ta’ EUR 35 miljun matul il-perjodu ta’ tliet snin. Dan l-ammont inkluda l-provvedimenti għall-kontributi annwali għall-fond għad-dekumissjonar tar-reattur (dan inkluda wkoll il-kontribut għall-fond tad-dekummissjonar għas-sena 2008, li matulha t-tħaddim tal-HFR ma kienx kopert mill-programm supplimentari preċedenti).

Il-programm ta’ riċerka supplimentari attwali se jiskadi fil-31 ta’ Diċembru 2011.

Din il-komunikazzjoni tirrigwarda programm ġdid ta’ erba’ snin għat-tħaddim tal-HFR (mill-2012 sal-2015).

L-HFR jintuża mill-Kummissjoni skont il-ftehim tal-25 ta’ Lulju 1961 li sar bejn il-Euratom u l-Pajjiżi l-Baxxi. Dan il-ftehim kien iffirmat għal perjodu ta' 99 sena. Sabiex iwettquh, fil-31 ta' Ottubru 1962, iż-żewġ partijiet ikkonkludew kuntratt ta’ kera fit-tul għal 99 sena li jikkonferixxi d-dritt in rem (“ċens”).

L-HFR għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea. L-għan ewlieni tal-programm supplimentari ta’ riċerka tal-HFR huwa li jipprovdi fluss ta’ newtroni stabbli u affidabbli għal skopijiet sperimentali. Id-dominji investigati huma: il-materjali nukleari u x-xjenza tal-fjuwil bil-għan li titjieb is-sikurezza tar-reatturi nukleari (kemm il-fissjoni kif ukoll il-fużjoni), investigazzjonijiet dwar kemm ir-reattur ikun qed jiqdiem u l-amministrazzjoni tal-ħajja tiegħu, riċerka dwar iċ-ċikli avvanzati tal-fjuwil u l-immaniġġjar tal-iskart. L-HFR iservi wkoll bħala faċilità ta’ taħriġ għal studenti li qed jistudjaw għal dottorat jew għal postdottorat li jkunu qed iwettqu l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom permezz ta' programmi nazzjonali jew Ewropej.

Ir-reattur jintuża wkoll għall-produzzjoni kummerċjali tal-isotopi radjuattivi li jkopru iktar minn 60 % tal-10 miljun dijanjosi medika kollha mwettqa kull sena fl-Ewropa. Huwa fornitur fundamentali għall-kumpaniji radjufarmaċewtiċi Ewropej f’dan il-qasam. Barra minn hekk, minħabba li jinsab fl-Ewropa, il-produzzjoni tar-reattur tiġi diretta b'ħeffa lejn iċ-ċentri mediċi fl-Ewropa. Dan huwa importanti ferm għall-isotopi ta' ħajja qasira li qed jintużaw l-iktar bħalissa.

2. KONSULTAZZJONI MAL-PARTIJIET INTERESSATI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Fost l-Istati Membri li ġew ikkonsultati minħabba l-attivitajiet tar-riċerka tagħhom fil-qasam nukleari, tliet Stati Membri (il-Pajjiżi l-Baxxi, Franza u l-Belġju) qablu li jagħtu kontribut għall-finanzjament tal-HFR.

3. ELEMENTI LEGALI TAL-PROPOSTA

Il-proposta tissejjes fuq l-Artikolu 7 tat-Trattat Euratom.

4. IMPLIKAZZJONIJIET BAĠITARJI

Fid-dikjarazzjoni finanzjarja tiegħu dan il-programm supplimentari ġdid juri l-kontribut li għandu jingħata mit-tliet Stati Membri parteċipanti, jiġifieri l-Pajjiżi l-Baxxi, Franza u l-Belġju. Il-kontributi ta’ dawn it-tliet Stati Membri jammontaw għal EUR 31.400 miljun. Dawn l-ammonti flimkien mal-livell mistenni ta’ dħul kummerċjali jiżguraw baġit suffiċjenti tat-tħaddim sabiex jibbilanċja l-ispejjeż imbassra tar-reattur matul il-perjodu 2012-2015. Wieħed għandu jinnota li l-baġit jinkludi dispożizzjonijiet għad-dekummissjonar tar-reattur, kif ukoll spejjeż marbuta mal-utilitajiet, l-assigurazzjonijiet u l-immaniġġjar tal-fjuwil użat:

Il-Kummissjoni tikkonferma d-dikjarazzjoni mniżżla fil-minuti tal-laqgħa tal-Kunsill tas-27 ta' Ġunju 1996, li permezz tagħha ddikjarat li "abbażi ta' finanzjament adegwat, l-HFR jista’ jagħti kontribut għat-twettiq ta' programmi tal-Komunità, li jkunu jew ma jkunux fil-kuntest tal-Programmi Qafas. Din il-parteċipazzjoni se sseħħ fuq bażi kompetittiva jew inkella permezz ta' servizzi ta' irradjazzjoni lill-Istituti tal-JRC waqt l-implimentazzjoni tal-attivitajiet rispettivi tagħhom.” Dan ifisser li l-Kummissjoni mhix se tikkontribwixxi għall-ispiża tat-tħaddim tal-HFR b’fondi mill-baġit istituzzjonali tagħha, inkluż kwalunkwe spiża għall-manutenzjoni jew għat-tiswija tar-reattur.

5. INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

Mhux applikabbli

2012/0111 (NLE)

Proposta għal

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

dwar l-adozzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka tar-Reattur ta’ Fluss Għoli għall-2012-2015 li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Wara li kkonsulta lill-Kumitat Xjentifiku u Tekniku[1]

Billi:

(1)       Fi ħdan il-qafas taż-Żona Ewropea tar-Riċerka, ir-Reattur ta' Fluss Għoli li jinsab f’Petten (minn hawn ’il quddiem “HFR”) kien, u se jibqa’ jkun għal xi żmien, mezz importanti disponibbli għall-Komunità biex tikkontribwixxi għax-xjenzi u għall-ittestjar tal-materjali, għall-mediċina nukleari u għar-riċerka dwar is-sikurezza tar-reatturi fil-qasam tal-enerġija nukleari.

(2)       It-tħaddim tal-HFR ġie appoġġat minn serje ta’ programmi supplimentari ta’ riċerka, li l-aħħar wieħed fosthom kien id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/410/Euratom tal-25 ta’ Mejju 2009 dwar l-adozzjoni ta’ programm supplimentari ta’ riċerka li għandu jiġi implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, li skada fil-31 ta’ Diċembru 2011[2].

(3)       Minħabba l-ħtieġa kontinwa tal-HFR bħala infrastruttura insostitwibbli għar-riċerka Komunitarja fl-oqsma tat-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari, tas-saħħa inkluż l-iżvilupp ta’ isotopi mediċi sabiex jitwieġbu mistoqsijiet tar-riċerka medika, tal-fużjoni nukleari, tar-riċerka fundamentali, tat-taħriġ u tal-immaniġġjar tal-iskart inkluż il-possibbiltà li tiġi studjata l-imġiba tas-sikurezza tal-fjuwils nukleari għal sistemi tar-reatturi li huma ta’ interess għall-Ewropa, it-tħaddim tiegħu għandu jitkompla taħt dan il-programm supplimentari ta’ riċerka sal-aħħar tal-2015.

(5)       Peress li għandhom interess partikulari fit-tkomplija tat-tħaddim tal-HFR, hekk kif indikat minnhom stess, il-Pajjiżi l-Baxxi, Franza u l-Belġju għandhom jiffinanzjaw dan il-programm permezz ta’ kontributi finanzjarji lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej fil-forma ta’ dħul assenjat.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-programm supplimentari ta' riċerka dwar it-tħaddim tal-HFR, (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "il-programm"), li l-għanijiet tiegħu huma stipulati fl-Anness I, qiegħed jiġi adottat għal perjodu ta' erba’ snin, li jibdew mill-1 ta' Jannar 2012.

Artikolu 2

Il-kontribut finanzjarju stmat li huwa meħtieġ biex jitwettaq il-programm jammonta għal EUR 31.400 miljun. It-tqassim ta’ dan l-ammont jinsab stipulat fl-Anness II. Dan il-kontribut għandu jitqies bħala dħul assenjat skont l-Artikolu 18(2) tar-Regolament tal-Kunsill 1605/2002[3].

Artikolu 3

1.           Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli mill-ġestjoni tal-programm. Għal dan il-għan, hija għandha tirrikorri għas-servizzi taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka.

2.           Il-Bord tal-Gvernaturi taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għandu jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tal-programm.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ta’ nofs it-terminu u rapport finali dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2012.

Artikolu 6

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Kunsill

Il-President

ANNESS I

GĦANIJIET XJENTIFIĊI U TEKNIĊI

L-għanijiet prinċipali tal-programm huma dawn li ġejjin:

1. Li jiġi żgurat it-tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR, sabiex tkun żgurata d-disponibbiltà tal-fluss tan-newtroni għal għanijiet sperimentali.

2. Li jkun possibbli użu effiċjenti tal-HFR mill-istituti tar-riċerka f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini: it-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari, is-saħħa inkluż l-iżvilupp ta’ isotopi mediċi, il-fużjoni nukleari, ir-riċerka fundamentali u t-taħriġ u l-immaniġġjar tal-iskart inkluż il-possibbiltà li jiġu studjati l-kwistjonijiet rigward is-sikurezza tal-fjuwils nukleari għas-sistemi tar-reatturi li huma ta’ interess għall-Ewropa.

___________________________________________________________________________

ANNESS II

TQASSIM TAL-KONTRIBUTI

Il-kontributi għall-programm ġejjin mill-Pajjiżi l-Baxxi, Franza u l-Belġju.

Dawn il-kontributi huma mqassma kif ġej:

Il-Pajjiżi l-Baxxi: EUR 29.000 miljun;

Franza: EUR 1.200 miljun;

Il-Belġju: EUR 1.200 miljun;

Total: EUR 31.400 miljun.

Dawn il-kontributi għandhom isiru lill-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej u għandhom jiġu assenjati għal dan il-programm.

Il-kontributi huma fissi u ma jistgħux jiġu riveduti fir-rigward tal-varjazzjonijiet marbuta mal-ispejjeż ta’ tħaddim, manutenzjoni u dekummisjonar.

.

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦAL PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              1.1.    Titolu tal-proposta/inizjattiva

              1.2.    Qasam/oqsma politiku/politiċi kkonċernat(i) fl-istruttura ABM/ABB

              1.3.    Natura tal-proposta/inizjattiva

              1.4.    Għan(ijiet)

              1.5.    Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

              1.6.    Tul ta' żmien u l-impatt finanzjarju

              1.7.    Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

              2.1.    Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

              2.2.    Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

              2.3.    Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

              3.1.    Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-intestatura/i tal-baġit tan-nefqa effettwata/i

              3.2.    Impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.1. Sommarju tal-impatt stmat fuq in-nefqa

              3.2.2. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operazzjonali

              3.2.3. Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

              3.2.4. Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

              3.2.5. Parteċipazzjoni minn partijiet terzi fil-finanzjament

              3.3.    Impatt stmat fuq id-dħul

DIKJARAZZJONI FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA GĦALL-PROPOSTI

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

Il-programm supplimentari ta’ riċerka tar-Reattur ta’ Fluss Għoli għall-2012-2015 li għandu jkun implimentat miċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka għall-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

1.2.        Qasam/oqsma tal-politika kkonċernat(i) fl-istruttura ĠAA/IAA

Titlu 10:          Attività ta’ Riċerka Diretta

Kapitlu 10 04:            Tlestija tal-programmi ta' qafas preċedenti u attivitajiet oħrajn

Artiklu 10 04 04:      Tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli (HFR)

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

x Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni ġdida li ssegwi proġett pilota/azzjoni preparatorja

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta’ azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma’ azzjoni diretta mill-ġdid lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġiku/ċi multiannwali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

L-HFR għandu rwol importanti fl-Unjoni Ewropea biex jappoġġa l-produzzjoni ta’ isotopi radjuattivi mediċi, teknoloġiji nukleari sikuri, fl-oqsma tar-riċerka tal-impjanti nukleari li qed jiqdiemu u l-estensjoni tal-ħajja tagħhom, it-trasmutazzjoni tal-attinidi b'ħajja twila bil-ħsieb ta’ sikurezza aħjar tal-ħżin tal-iskart, titjib tas-sikurezza tal-fjuwil u studji dwar is-sikurezza tal-fjuwil għar-reatturi l-ġodda aktar sikuri.

Barra minn hekk, ir-riċerka fundamentali tuża raġġi tan-newtroni għall-istudju tal-istruttura tal-materjali. Din l-attività tinsab taħt żvilupp permanenti u tikkontribwixxi għall-fehim tal-mekkaniżmi ta' degradazzjoni u t-taffija tagħhom li hija rilevanti għas-sikurezza tal-impjanti eżistenti. Fil-qafas tal-fużjoni termonukleari, qed jiġu implimentati diversi proġetti biex jiġu ttestjati materjali strutturali u ta’ riġenerazzjoni għar-reatturi tal-fużjoni tal-ġejjieni.

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi u l-attività(jiet) ĠAA/IAA kkonċernata/i

L-għan prinċipali tal-Programm Supplimentari ta’ Riċerka tal-HFR huwa t-tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR. Din l-attività tinvolvi l-użu normali tal-istallazzjoni għal perjodu massimu ta’ tħaddim, u l-forniment ta’ fluss tan-newtroni għall-esperimenti u l-produzzjoni tal-isotopi mediċi.

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistenni(ja)

Dejta u riżultati tal-irradjazzjoni f’firxa wiesgħa ta’ dixxiplini bħal: it-titjib tas-sikurezza tar-reatturi nukleari, l-iżvilupp tal-isotopi mediċi biex jitwieġbu l-mistoqsijiet u l-ħtiġijiet tar-riċerka medika, ir-riċerka dwar il-materjali tar-reattur tal-fużjoni, ir-riċerka nukleari fundamentali u t-taħriġ, il-kwistjonijiet dwar il-ġestjoni tal-iskart u l-fjuwils nukleari għal ġenerazzjoni ġdida aktar sikura ta’ sistemi tar-reatturi.

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u tal-impatt

L-obbligi tal-Kummissjoni jikkonsistu fil-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka u konsegwentement ir-rapportar dwar l-istat tekniku tat-tħaddim tar-reattur, l-użu xjentifiku tiegħu, u s-sitwazzjoni baġitarja tiegħu. Il-JRC (l-Istitut għall-Enerġija u t-Trasport) se jħejji rapport darbtejn fis-sena li se jkopri s-suġġetti li ġejjin:

(1) ir-rapportar tekniku li jipprovdi d-dejta dwar it-tħaddim tal-HFR;

(2) deskrizzjoni sommarja tal-kisbiet xjentifiċi prinċipali;

(3) l-istat tal-attivitajiet tal-manutenzjoni u t-tiswija;

(4) l-istat tal-baġit f’dak li jirrigwarda d-dħul mill-Istati Membri u l-użu tal-baġit tal-programm supplimentari ta’ riċerka (inklużi d-dispożizzjonijet għad-dekummissjonar, l-ispejjeż tal-ġestjoni, pagament lill-operatur, eċċ.).

1.5.        Bażi għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jrid(u) jiġi/u ssodisfat(i) fuq medda qasira jew medda twila ta’ żmien

L-HFR jimmira li jappoġġa l-attivitajiet ta’ riċerka u żvilupp tal-Istati Membri parteċipanti fl-oqsma ta’: tas-sikurezza tal-istallazzjonijiet nukleari u ċ-ċiklu tal-fjuwil, l-immaniġġjar tal-iskart, il-fużjoni termonukleari, ir-riċerka fundamentali u l-kapaċitajiet tat-taħriġ.

L-HFR jibqa’ attiv fit-titjib tas-sikurezza tar-reatturi. Il-koordinazzjoni tal-isforzi, it-tixrid tar-riżultati u l-appoġġ għall-armonizzazzjoni jitwettqu permezz ta' netwerks Ewropej.

L-HFR jimmira wkoll li jipprovdi isotopi radjuattivi mediċi.

1.5.2.     Il-valur miżjud tal-involviment tal-UE

Il-valur miżjud tal-attivitajiet tar-riċerka tal-HFR huwa marbut mal-effetti transkonfinali, l-ekonomiji tal-iskala, u l-kontribut għat-tnaqqis tal-investimenti nazzjonali fir-riċerka. L-intervent fil-livell Ewropew huwa ġustifikat fil-qasam nukleari.

Ir-reattur jintuża wkoll għall-produzzjoni kummerċjali tal-isotopi radjuattivi għal iktar minn 60 % tal-10 miljun dijanjosi medika mwettqa kull sena fl-Ewropa. Huwa faċilità importanti ħafna għas-Settur Mediku Ewropew (l-isptarijiet, il-kliniki, it-tobba...) għaliex l-isotopi radjuattivi jintużaw f'diversi oqsma mediċi iżda l-aktar għall-prevenzjoni u t-trattament tal-kanċer. Ftit li xejn hemm alternattivi, għaliex jipproduċi l-isotopi ta’ ħajja qasira li l-iktar li qed jintużaw bħalissa. Minħabba li jinsab fl-Ewropa, il-produzzjoni tar-reattur tiġi diretta b'ħeffa lejn iċ-ċentri mediċi fl-Ewropa.

1.5.3.     Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fil-passat

Il-provvista attwali tat-Teknezju Tc-99m għal skopijiet mediċi jiddependi fuq għadd baxx mhux sostenibbli ta’ reatturi tal-produzzjoni fosthom l-HFR. Peress li dawn ir-reatturi nbnew fis-snin ħamsin (1950s) u fis-snin sittin (1960s), issa qed joqorbu t-tmiem tal-ħajja tagħhom; liema fattur iwassal għall-ħtieġa dejjem tibker għal waqfien ippjanat għall-manutenzjoni u frekwenza dejjem tikber ta’ interruzzjonijiet mhux ippjanati fil-produzzjoni. F’nofs Mejju tal-2009, waqaf jaħdem ir-Reattur Kanadiż NRU (produttur tal-isotopi mediċi) u baqa’ magħluq għall-kumplament tal-2009, u dan ta bidu għal nuqqas dinji kontinwu ta’ isotopi mediċi. Fl-2010, l-HFR ingħalaq għal tiswija fil-Bottom Plug Liner u l-waqfien tiegħu influwenza l-provvista tal-isotopi mediċi.

1.5.4.     Koerenza u l-possibilità ta’ sinerġija ma’ strumenti rilevanti oħrajn

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka propost se jindirizza sfidi xjentifiċi u teknoloġiċi differenti sabiex ilaħħaq mal-miri fuq żmien qasir u fit-tul tal-Pjan tat-Teknoloġija Enerġetika Strateġika (SET-Plan), il-Pjattaforma tat-Teknoloġija Enerġetika Nukleari Strateġika (SNE-TP). Dan se jkollu wkoll attivitajiet marbuta mill-qrib mal-estensjoni tal-Euratom tal-FP7 (2012-2013) u l-Programmi qafas li ġejjin.

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

x Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

– x Proposta/inizjattiva fis-seħħ mill-[01/01]2012 sal-[31/12]2015

– x Impatt finanzjarju mill-2012 sal-2016

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[4]

x Ġestjoni diretta ċentralizzata mill-Kummissjoni

Kummenti

L-HFR huwa proprjetà tal-Kummissjoni skont il-ftehim tal-25 ta’ Lulju 1961 bejn il-Euratom u l-Pajjiżi l-Baxxi (kera ta’ 99 sena). It-tħaddim tal-HFR jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tad-detentur tal-liċenzja tat-tħaddim NRG (NL) li tippermetti tħaddim/sfruttament ibbażat fuq sistema legali indipendenti u sostenibbli. Il-programm supplimentari ta’ riċerka, ġestit mill-JRC, jipprovdi dħul żejjed iddedikat għar-riċerka għall-Istati Membri li qed jiffinanzjawh.

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rapportar

L-obbligi tal-Kummissjoni jikkonsistu fil-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka u konsegwentament fir-rapportar dwar

(i) L-istat tekniku tat-tħaddim tar-reattur,

(ii) L-użu xjentifiku tiegħu,

(iii) Is-sitwazzjoni baġitarja tiegħu fir-rigward tad-dħul finanzjarju mill-Istati Membri u

(iv) Il-pagamenti li saru.

Il-programm huwa inkluż fiċ-ċiklu ta’ ppjanar tal-ĠAA tal-JRC u fil-Pjan Annwali tal-Ġestjoni. Minħabba f’hekk, il-monitoraġġ tal-għanijiet imsemmija se jkun inkluż fir-Rapport Annwali dwar l-Attività tal-JRC.

Barra minn hekk il-JRC se jħejji rapport darbtejn fis-sena. Dan se jkun iddedikat għall-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka, u se jkopri s-suġġetti li ġejjin:

- Ir-rapportar tekniku li jipprovdi d-dejta dwar it-tħaddim tal-HFR;

- Deskrizzjoni sommarja tal-kisbiet xjentifiċi prinċipali;

- L-istat tal-attivitajiet tal-manutenzjoni;

- L-istat tal-baġit fir-rigward tad-dħul mill-Istati Membri u l-użu tal-baġit tal-programm supplimentari ta’ riċerka (inkluż il-provvedimenti għad-dekummissjonar, l-ispejjeż tal-ġestjoni, eċċ.).

2.2.        Sistema ta’ ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

Dan il-programm huwa kontinwazzjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka preċedenti. Il-preparazzjoni tiegħu kienet is-suġġett ta’ valutazzjoni interna mill-Istati Membri parteċipanti li evalwaw ir-riskji biex jipparteċipaw fih.

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

Ir-rapport ta’ nofs it-terminu u r-rapport finali se jkunu ddedikati għall-ġestjoni tal-programm supplimentari ta’ riċerka, u se jkopru l-kwistjonijiet tekniċi, xjentifiċi u baġitarji inkluż il-provvedimenti għad-dekummisjonar, eċċ.

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni ta’ frodi u irregolaritajiet

L-awditjar u l-kontroll intern tar-rapportar imsemmi hawn fuq se jitwettqu mill-uffiċjali tal-JRC, u se jkopru kemm l-aspett tekniku kif ukoll dak baġitarju. Il-Qorti tal-Awdituri se tingħata aċċess għall-awditi u l-kontrolli interni kollha.

Sejrin ikomplu jittieħdu miżuri xierqa biex ikunu evitati l-irregolaritajiet u l-frodi u għandhom jittieħdu l-passi meħtieġa biex jiġu rkuprati l-fondi mitlufa, imħallsa indebitament jew użati skorrettament skont ir-Regolamenttal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, EURATOM) Nru 2342/2002 tat-23 ta’ Diċembru 2002 li jippreskrivi regoli ddettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta’ Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea[5], (KE, Euratom) Nru 2185/96 tal-11 ta’ Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolarijiet oħra[6] u r-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF)[7].

Il-kontroll taċ-ċirkolazzjoni tal-materjali fissili huwa kopert mill-Euratom u mill-IAEA.

3.           STIMA TAL-IMPATT FINANZJARJU TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju multiannwali u l-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi tal-qafas finanzjarju multiannwali u tal-linji tal-baġit .

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribut

Numru - Deskrizzjoni …...… || AD/AMD ([8]) || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || skont it-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

1a || L-Artiklu 10 04 04 - Tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli (HFR) Partita 10 04 04 02 - Tħaddim tar-reattur ta' fluss għoli (HFR) - Programm supplimentari tal-HFR[9] || AD || LE || LE || LE || IVA

· Intestaturi ġodda tal-baġit mitluba

Mhux applikabbli

3.2.        Stima tal-impatt fuq in-nefqa

3.2.1.     Sommarju tal-istima tal-impatt fuq in-nefqa

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 1a || “Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi”

DĠ: JRC || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena ≥ 2016 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: 10 04 04 02 || Impenji || (1) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || (2) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || || || || || ||

Numru tal-linja tal-baġit: Mhux applikabbli || || (3) || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ JRC || Impenji || =1 +3 || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || =2 +3 || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || (5) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 1a tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || =4+ 6 || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || =5+ 6 || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Jekk il-proposta/l-inizjattiva taffettwa iktar minn intestatura waħda:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || (5) || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju multiannwali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || =5+ 6 || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Intestatura tal-qafas finanzjarju multiannwali: || 5 || "Nefqa amministrattiva"

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

DĠ: JRC || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena ≥ 2016 || TOTAL

Ÿ Riżorsi umani || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

TOTAL tad-DĠ JRC || Approprjazzjonijiet || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || (Total tal-impenji = Total tal-pagamenti) || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli || mhux applikabbli

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena ≥ 2016 || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || Impenji || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || || p.m.

Pagamenti || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

3.2.2.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– x Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet ta’ impenji f'miljuni ta’ EUR(sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika l-għanijiet u r-riżultati ò || || || Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || TOTAL

OUTPUTS

Tip ta’ riżultat || Medja ta’ kemm jiswa r-riżultat || Għadd ta’ ouputs || Kemm jiswew || Għadd ta’ ouputs || Kemm jiswew || Għadd ta’ ouputs || Kemm jiswew || Għadd ta’ ouputs || Kemm jiswew || Għadd totali ta’ riżultati || Total ta’ kemm jiswew

GĦAN SPEĊIFIKU: Tħaddim sikur u affidabbli tal-HFR

- Riżultat || Jiem ta’ tħaddim bil-qawwa kollha || mhux applikabbli || 250 || p.m. || 250 || p.m. || 250 || p.m. || 250 || p.m. || 1 000 || p.m.

Subtotal għall-għan speċifiku || 250 || p.m. || 250 || p.m. || 250 || p.m. || 250 || p.m. || 1 000 || p.m.

TOTAL TA’ KEMM JISWEW || || p.m. || || p.m. || || p.m. || || p.m. || || p.m.

3.2.3.     Stima tal-impatt fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Sommarju

– x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi, kif spjegat hawn taħt:

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Sena ≥ 2016 || TOTAL

INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || ||

Nefqa amministrattiva oħra || || || || || ||

Subtotal tal-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

Riżorsi umani || || || || || ||

Nefqa oħra ta’ natura amministrattiva || || || || || ||

Subtotal barra mill-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju multiannwali || || || || || ||

TOTAL || || || || || ||

3.2.3.2.  Stima tar-riżorsi umani meħtieġa

– x Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġ l-ebda użu ta’ riżorsi umani

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ riżorsi umani, kif spjegat hawn taħt:

L-istima għandha tingħata f’ammonti sħaħ (jew f’mhux aktar minn ċifra waħda wara l-punt deċimali)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015

Ÿ Karigi stabbiliti skont it-tabella tal-persunal (uffiċjali u aġenti temporanji)

XX 01 01 01 (Kwartieri ġenerali u l-Uffiċċji tar-Rappreżentanzi tal-Kummissjoni) || || || ||

XX 01 01 02 (Delegazzjonijiet) || || || ||

XX 01 05 01 (Riċerka indiretta) || || || ||

10 01 05 01 (Riċerka diretta) || || || ||

Ÿ Persunal estern (f’unità ekwivalenti għal full time: FTE)[10]

XX 01 02 01 (AK, INT, ENS mill-"pakkett globali") || || || ||

XX 01 02 02 (AK, INT, JED, AL u ENS fid-delegazzjonijiet) || || || ||

XX 01 04 yy || - fil-Kwartieri ġenerali || || || ||

- fid-delegazzjonijiet || || || ||

XX 01 05 02 (AK, INT, ENS - Riċerka indiretta) || || || ||

10 01 05 02 (AK, INT, ENS - Riċerka diretta) || || || ||

Linji oħra tal-baġit (speċifika) || || || ||

TOTAL || || || ||

XX huwa l-qasam tal-politika jew it-titlu tal-baġit ikkonċernat.

Ir-riżorsi umani meħtieġa se jiġu koperti mill-persunal tad-DĠ li diġà ġie assenjat għall-ġestjoni tal-azzjoni u/jew ġie assenjat mill-ġdid fid-DĠ stess, flimkien ma', jekk ikun meħtieġ, kwalunkwe allokazzjoni addizzjonali li tista' tingħata lid-DĠ responsabbli skont il-proċedura ta' allokazzjoni annwali u fid-dawl tal-limiti baġitarji.

Deskrizzjoni tal-kompiti li jridu jitwettqu:

Uffiċjali u aġenti temporanji || L-unika ħidma li se jwettaq il-JRC hija l-ġestjoni tal-Programm Supplimentari. Din issir permezz ta’ mezzi li huma kompletament iffinanzjati minn dħul assenjat li ġej mill-Programm Supplimentari ta’ Riċerka.

Persunal estern || Mhux applikabbli

3.2.4.     Kompatibbiltà mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali

– x Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzjarju multiannwali attwali.

– ¨  Il-proposta/inizjattiva se tinkludi r-riprogrammazzjoni tal-intestatura rilevanti fil-qafas finanzjarju multiannwali.

Mhux applikabbli

– ¨  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-applikazzjoni tal-istrument ta’ flessibbiltà jew ir-reviżjoni tal-qafas finanzjarju multiannwali.

Mhux applikabbli

3.2.5.     Kontributi minn partijiet terzi

– ¨ Il-proposta/inizjattiva ma tipprovdix għal kofinanzjament minn partijiet terzi

– x Il-proposta/inizjattiva tipprovdi għall-kofinanzjament stmat hawn taħt:

Approprjazzjonijiet f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

|| Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015 || Total

Il-Pajjiżi l-Baxxi || 7.250 || 7.250 || 7.250 || 7.250 || 29.000

Franza || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 1.200

Il-Belġju || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 0.300 || 1.200

TOTAL tal-approprjazzjonijiet kofinanzjati || 7.850 || 7.850 || 7.850 || 7.850 || 31.400

Il-Programm Supplimentari ta’ Riċerka jirrikjedi biss struttura baġitarja (p.m.) intenzjonata biex tirċievi l-approprjazzjonijiet li jkunu ġew allokati mill-parteċipanti. Dawn l-ammonti msemmija hawn fuq ġew ikkalkulati mill-Istati Membri kkonċernati sabiex jiġu bbilanċjati l-ispejjeż imbassra tar-reattur għall-perjodu mill-2012 sal-2015 filwaqt li tqies livell mistenni ta' dħul kummerċjali. Il-Kummissjoni fl-ebda każ mhi se tkopri kwalunkwe defiċit tat-tħaddim, inklużi spejjeż potenzjali għall-manutenzjoni jew għat-tiswija.

3.3.        Stima tal-impatt fuq id-dħul

– ¨  Il-proposta/inizjattiva ma għandha l-ebda impatt finanzjarju fuq id-dħul.

– x Il-proposta/inizjattiva għandha l-impatt finanzjarju li ġej:

– ¨         fuq ir-riżorsi proprji

– x        fuq dħul mixxelanju

f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Linja tad-dħul tal-baġit: || Approprjazzjonijiet disponibbli għall-eżerċizzju tal-baġi li jinsab għaddej bħalissat || Impatt tal-proposta/inizjattiva

Sena 2012 || Sena 2013 || Sena 2014 || Sena 2015

Partita 6 2 2 1 || || p.m. || p.m. || p.m. || p.m.

Fir-rigward tad-dħul assenjat mixxellanju, speċifika l-linja/i tal-baġit affettwata/i.

Partita 6 2 2 1 - Dħul mit-tħaddim tal-HFR li għandu jintuża jipprovdi approprjazzjonijiet addizzjonali - Dħul assenjat

Speċifika l-metodu tal-kalkolu tal-impatt fuq id-dħul.

Il-programm supplimentari ta’ riċerka huwa ffinanzjat minn kontributi li ġejjin mill-Istati Membri parteċipanti, ikkalkulati abbażi tal-baġit għall-perjodu 2009-2011, aġġornat skont l-inflazzjoni stmata għall-perjodu mill-2012 sal-2015.

[1]               Minuti tal-Laqgħa STC li saret fis-17 ta’ Frar 2012

[2]               ĠU L 132/15, 29.5.2009

[3]               Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, ĠU L 248, 16.09.2002, p. 1

[4]               Dettalji dwar il-modi ta’ ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju jinsabu fuq is-sit elettroniku BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[5]               ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1.

[6]               ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2.

[7]               ĠU L 136, 31.5.1999, p. 1.

[8]               AD= Approprjazzjonijiet differenzjati / AMD = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[9]               Il-partita 10 04 04 02 “Tħaddim tar-reattur ta’ fluss għoli (HFR) - Programmi supplimentari tal-HFR (mill-2009 sal-2011)” se jingħata isem ġdid “Tħaddim tar-reattur ta’ fluss għoli (HFR) – Programmi supplimentari tal-HFR” fejn titneħħa r-referenza temporali biex isir validu għal kwalunkwe programm supplimentari fil-ġejjieni li jista' jiġi adottat għat-tħaddim tal-HFR.

[10]             AK= Aġent Kuntrattwali; INT= persunal mill-aġenziji ("Intérimaire"); JED= "Jeune Expert en Délégation" (Esperti Żgħażagħ fid-Delegazzjonijiet); AL= Aġenti Lokali; ENS= Esperti Nazzjonali Ssekondati;

Top