EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012PC0160
Proposal for a DECISION OF THE EUROPEAN PARLIAMENT AND OF THE COUNCIL on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund in accordance with point 28 of the Interinstitutional Agreement of 17 May 2006 between the European Parliament, the Council and the Commission on budgetary discipline and sound financial management (EGF/2012/000 TA 2012 - Technical assistance at the initiative of the Commission)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (FEG/2012/000 TA 2012 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (FEG/2012/000 TA 2012 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)
/* COM/2012/0160 final */
Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (FEG/2012/000 TA 2012 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) /* COM/2012/0160 final */
MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI Il-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u
l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja
soda[1] jippermetti l-mobilizzazzjoni
tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG)
permezz ta' mekkaniżmu ta' flessibbiltà, bil-limitu massimu annwali ta'
EUR 500 miljun lil hinn mill-intestaturi rilevanti tal-qafas
finanzjarju. Ir-regoli applikabbli għall-għotjiet
mill-FEG huma stipulati fir-Regolament (KE) Nru 1927/2006 tal-Parlament
Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li
jistabbilixxi l-Fond Ewropew ta' Aġġustament
għall-Globalizzazzjoni[2]. TAQSIRA TAL-APPLIKAZZJONI U ANALIŻI Dejta essenzjali: Nru ta' Referenza tal-FEG FEG/2012/000 Il-Kummissjoni Ewropea Għajnuna
teknika Nefqa amministrattiva: baġit f'EUR 1 120 000 % nefqa amministrattiva (limitu :
0,35 %) 0.22 % Skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, il-proporzjon li jikkorrispondi għal 0,35 %
tal-ammont annwali massimu tal-FEG jista' jkun disponibbli kull sena għal
għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Għajnuna teknika li se tkun
iffinanzjata u analiżi tal-ispejjeż stmati tagħha 1. L-għotja se tkun
użata għan-nefqa msemmija fl-Artikoli 8(1) u (4) kif ukoll
fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006, kif spjegat hawn
taħt. 2. Monitoraġġ:
Il-Kummissjoni se tiġbor id-dejta dwar l-applikazzjonijiet li waslu u
tħallsu, u l-miżuri proposti u implimentati, u se taġġorna
u tistampa l-Istampa tal-Istatistika tal-FEG b'informazzjoni sa tmiem l-2012.
L-ispiża hi stmata li se tiswa EUR 20 000. 3. Informazzjoni:
Il-websajt dwar il-FEG[3],
li l-Kummissjoni waqqfet fi ħdan il-qasam tagħha tal-Impjieg,
l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, u li hija qed iżżomm
skont kif meħtieġ mill-Artikolu 9(2) tar-Regolament (KE)
Nru 1927/2006, se tkun aġġornata b’mod regolari, se jiżdied
il-kontenut tagħha u kull element ġdid se jkun tradott ukoll
fil-lingwi kollha tal-UE. Se jiġu stampati fowlders ta’ informazzjoni, u
r-rapport annwali tal-FEG se jiġi prodott, tradott, stampat u mqassam. Se
tittejjeb il-kuxjenza ġenerali tal-FEG u l-viżibilità tiegħu,
fost affarijiet oħra bil-produzzjoni ta' vidjow ibbażat fuq bosta
każijiet tal-FEG li qed jiġu implimentati jew li ġew
konklużi dan l-aħħar. Il-FEG se jkun kopert b’pubblikazzjonijiet
u f’attivitajiet awdjoviżivi varji tal-Kummissjoni. Dawn kollha huwa stmat
li se jiġu jiswew EUR 200 000. 4. Il-ħolqien ta'
bażi tal-għarfien: Il-Kummissjoni għadha għaddejja
bil-ħidma tagħha bil-ħsieb li twaqqaf proċeduri
standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ipproċessar
tagħhom, li se jippermetti li l-applikazzjonijiet fil-ġejjieni jkunu
ssimplifikati, li l-ipproċessar tagħhom jitħaffef u r-rapporti
jinħarġu aktar faċilment għal diversi ħtiġijiet.
Huwa stmat li l-ispiża se tkun EUR 60 000. Hija se toħloq u tirrazzjonalizza bażi
ta’ dejta li fiha fatti u ċifri ta’ każijiet tal-FEG, inkluż
ħaddiema, miżuri u riżultati. Huwa stmat li l-ispiża se
tkun EUR 60 000. Il-Kummissjoni se tiġbor ukoll dejta dwar
l-iskadenzi tar-redundancies fl-Istati Membri, b’mod partikolari skont
id-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE tal-20 ta’ Lulju 1998
dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies
kollettivi[4];
l-istima ta’ dan hija ta’ EUR 60 000. 5. Għajnuna
amministrattiva u teknika: Il-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt
tal-FEG, b’membru wieħed minn kull Stat Membru, se jsejjaħ
żewġ laqgħat, li flimkien huma stmati li se jammontaw għal
EUR 70 000. 6. Barra minn hekk,
il-Kummissjoni se torganizza netwerking u l-iskambju tal-prassi t-tajba fost
l-Istati Membri, b’hekk tkun qed tagħti l-opportunità
lill-parteċipanti b’esperjenza fl-implimentazzjoni tal-FEG li
jitgħallmu minn xulxin u jagħtu pariri lil xulxin. Din l-attività ta’
netwerking se jkun fiha żewġ seminars. L-ispiża totali huwa
stmat li se tkun EUR 250 000. 7. Evalwazzjoni:
Il-Kummissjoni se tibda tħejji l-evalwazzjoni finali tal-FEG permezz ta’
kuntratt ma’ konsulent estern li jevalwa l-każijiet FEG hekk kif u meta
jingħalqu matul is-sentejn li ġejjin, u filwaqt li tiffoka fuq
sistemi ta’ ġestjoni, parteċipanti fil-miżuri u eżiti.
L-ispiża għall-ewwel sena ta’ din l-evalwazzjoni ta’ tħejjija
huwa stmat li tkun EUR 400 000, li se tkopri xi 32 każ, li
jridu jiġu evalwati hekk kif jaslu r-rapporti finali għand
il-Kummissjoni. Lista || Numru stmat || Nefqa stmata għal kull oġġett (f’EUR) || L-ispejjeż totali (f’EUR) Monitoraġġ || 1 || 20 000 || 20 000 Attivitajiet ta' informazzjoni || Varji || Varji || 200 000 Ħolqien ta' bażi ta' għarfien || 3 || 60 000 || 180 000 Għajnuna amministrattiva u teknika: Laqgħat tal-Grupp Espert tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG || 2 || 35 000 || 70 000 Għajnuna amministrattiva u teknika: Netwerking dwar l-implimentazzjoni tal-FEG || Varji || Varji || 250 000 Evalwazzjoni: Studji ta’ każijiet ta’ tħejjija || 32 || 12 500 || 400 000 Total tal-ispejjeż stmati || || 1 120 000 Finanzjament 8. Il-baġit annwali totali
disponibbli għall-FEG huwa ta’ EUR 500 miljun.
L-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 jiddikjara li
0,35 % ta' dan l-ammont (jiġifieri EUR 1 750 000)
jista' jsir disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq
l-inizjattiva tal-Kummissjoni. Attwalment, l-ammont sħiħ
għall-2012 jibqa' disponibbli; s'issa xejn għadu ma ġie allokat
għal għajnuna teknika. 9. L-għotja proposta
għall-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni fl-2012 hija
ta' EUR 1,120,000. Wara l-mobilizzazzjoni ta' dan l-ammont, l-ammont ta'
EUR 630 000 jibqa' potenzjalment disponibbli f'każ li
jerġa' jiġi meħtieġ aktar tard fis-sena. 10. Filwaqt li tqis l-ammont
massimu possibbli ta' għotja mill-FEG skont l-Artikolu 8(1)
tar-Regolament (KE) Nru 1927/2006 kif ukoll il-kamp ta' applikazzjoni
tar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet, il-Kummissjoni qiegħda
tipproponi li timmobilizza l-FEG għall-ammont totali msemmi hawn fuq, li
għandu jiġi allokat taħt l-intestatura 1a tal-qafas
finanzjarju. 11. Bil-preżentazzjoni ta'
din il-proposta sabiex timmobilizza l-FEG, il-Kummissjoni qiegħda tniedi
l-proċedura ssimplifikata tat-trijalogu, kif mitlub mill-Punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006, sabiex
tikseb il-qbil taż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja
dwar il-ħtieġa li jintuża l-FEG u l-ammont meħtieġ.
Il-Kummissjoni tistieden lill-ewwel waħda miż-żewġ
fergħat tal-awtorità baġitarja li tilħaq ftehim dwar l-abbozz
tal-proposta għall-mobilizzazzjoni biex, f'livell politiku xieraq,
tgħarraf lill-fergħa l-oħra u lill-Kummissjoni bl-intenzjonijiet
tagħha. F'każ ta' nuqqas ta' qbil minn xi waħda
miż-żewġ fergħat tal-awtorità baġitarja, għandha
tissejjaħ laqgħa formali ta' trijalogu. 12. B’mod separat, il-Kummissjoni
tippreżenta talba ta' trasferiment sabiex fil-baġit għall-2012
iddaħħal approprjazzjonijiet speċifiċi għall-impenji,
kif mitlub mill-Punt 28 tal-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta' Mejju 2006. Sors tal-approprjazzjonijiet
għall-ħlas 13. Approprjazzjonijiet mil-linja
baġitarja tal-FEG se jintużaw biex ikopru l-ammont ta'
EUR 1 120 000 meħtieġ għall-għajnuna
teknika. Proposta għal DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
U TAL-KUNSILL dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni skont il-punt 28
tal-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn
il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina
baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja soda (FEG/2012/000 TA 2012 -
Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni) IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL
TAL-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar
il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Wara li kkunsidraw il-Ftehim
Interistituzzjonali tas-17 ta' Mejju 2006 bejn il-Parlament
Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u
l-ġestjoni finanzjarja soda[5],
u b'mod partikolari l-punt 28 tiegħu, Wara li kkunsidraw ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew
ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[6], u b'mod partikolari
l-Artikolu 8(2) tiegħu, Wara li kkunsidraw il-proposta
mill-Kummissjoni[7], Billi: (1) Il-Fond Ewropew ta’
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) twaqqaf sabiex
jipprovdi sostenn addizzjonali lil ħaddiema ssensjati li jbatu
l-konsegwenzi ta’ bidliet strutturali ewlenin fix-xejriet kummerċjali
dinjin, u sabiex jgħinhom fl-integrazzjoni mill-ġdid tagħhom
fis-suq tax-xogħol. (2) Il-Ftehim Interistituzzjonali
tas-17 ta’ Mejju 2006 jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-FEG fi
ħdan il-limitu massimu annwali ta’ EUR 500 miljun. (3) Ir-Regolament (KE)
Nru 1927/2006 jistipula li 0,35 % tal-ammont massimu annwali jista'
jsir disponibbli kull sena għal assistenza teknika fuq l-inizjattiva
tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għalhekk qiegħda tressaq proposta
biex timmobilizza l-ammont ta' EUR 1 120 000. (4) Il-FEG għandu,
għaldaqstant, jiġi mmobilizzat biex jipprovdi għajnuna teknika
fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni. ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni
Ewropea għas-sena finanzjarja 2012, il-Fond Ewropew ta'
Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (FEG) għandu jiġi
mobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 120 000
f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' ħlas. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha
tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Magħmula fi Brussell, Għall-Parlament Ewropew, Għall-Kunsill, Il-President Il-President [1] ĠU C 139, 14.6.2006,
p. 1. [2] ĠU L 406, tat-30.12.2006,
p. 1. [3] http://ec.europa.eu/egf [4] ĠU L 225, 12.8.1998, p. 16. [5] ĠU C 139, 14.6.2006,
p. 1. [6] ĠU L 406, 30.12.2006,
p. 1. [7] ĠU C […], […],
p. […].