EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012IP0246

Negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat- 13 ta' Ġunju 2012 dwar negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun ((2012/2651(RSP))

ĠU C 332E, 15.11.2013, p. 44–44 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

15.11.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CE 332/44


L-Erbgħa 13 ta’ Ġunju 2012
Negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun

P7_TA(2012)0246

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-13 ta' Ġunju 2012 dwar negozjati kummerċjali tal-UE mal-Ġappun ((2012/2651(RSP))

2013/C 332 E/06

Il-Parlament Ewropew,

wara li kkunsidra l-Artikolu 3(1)(e) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

wara li kkunsidra l-Artikolu 218(2) u (10) TFUE,

wara li kkunsidra r-rapport minn Copenhagen Economics bl-isem "Assessment of barriers to trade and investment between the EU and Japan", ippubblikat fit-30 ta' Novembru 2009,

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt id-dsatax-il Samit bejn UE u l-Ġappun li sar f'Tokjo fit-28 ta' April 2010,

wara li kkunsidra r-riżultati tal-konsultazzjoni pubblika tal-Kummissjoni dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn l-UE u l-Ġappun, ippubblikati fil-21 ta' Frar 2011,

wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 u tal-25 ta’ Marzu 2011,

wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Mejju 2011 dwar ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn UE u l-Ġappun (1),

wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta adottata waqt l-għoxrin Samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fi Brussell fit-28 ta' Mejju 2011,

wara li kkunsidra l-Artikoli 90(2) u 110(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.

billi kemm il-Kunsill kif ukoll il-Kummissjoni nnotaw li l-kapaċità tal-Ġappun li jneħħi l-ostakli regolatorji għall-kummerċ hija prekundizzjoni għall-varar ta’ negozjati dwar il-ftehim ta' kummerċ bejn l-UE u l-Ġappun, u b'hekk titrawwem integrazzjoni ekonomika eqreb bejn iż-żewġ sħab kummerċjali strateġiċi;

B.

billi waqt l-għoxrin Samit bejn l-UE u l-Ġappun li sar fit-28 ta’ Mejju 2011 fi Brussell, il-mexxejja tas-samit iddeċidew li ż-żewġ naħat jibdew diskussjonijiet bil-ħsieb li jiddefinixxu l-ambitu u l-livell ta’ ambizzjoni ta’ tali negozjati;

C.

billi l-Grupp ta’ Valutar (Scoping Group) ġie stabbilit biex jivvaluta l-fehim komuni dwar l-ambitu u l-livell ta’ ambizzjoni tan-negozjati kummerċjali potenzjali bejn il-Ġappun u l-UE;

1.

Jitlob lill-Kunsill biex ma jawtorizzax il-ftuħ tan-negozjati kummerċjali qabel ma l-Parlament ikun iddikjara l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mandat ta’ negozjar propost, fuq il-bażi ta’ rapport mill-kumitat responsabbli;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-informazzjoni.


(1)  Testi adottati, P7_TA(2011)0225.


Top