This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012IP0113
European Endowment for Democracy European Parliament recommendation of 29 March 2012 to the Council on the modalities for the possible establishment of a European Endowment for Democracy (EED) (2011/2245(INI))
Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) (2011/2245(INI))
Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad- 29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) (2011/2245(INI))
ĠU C 257E, 6.9.2013, p. 13–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
6.9.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CE 257/13 |
Il-Ħamis 29 ta’ Marzu 2012
Il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED)
P7_TA(2012)0113
Rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2012 lill-Kunsill dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED) (2011/2245(INI))
2013/C 257 E/03
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta għal rakkomandazzjoni lill-Kunsill minn Alexander Graf Lambsdorff, f’isem il-Grupp ALDE, dwar il-modalitajiet għall-istabbiliment possibbli ta' Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (B7-0391/2011), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta’ Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-demokratizzazzjoni (1), |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 2, 6, 8 u 21 tat-Trattat dwar Unjoni Ewropea, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat (2) u b’mod partikolari l-paragrafu 10 tagħha, |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta’ April 2011 dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tal-Lvant (3) u dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat – Dimensjoni tan-Nofsinhar (4), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja fl-2009 u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni (5), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' April 2002 dwar il-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar is-sehem tal-Unjoni Ewropea fil-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokratizzazzjoni fil-pajjiżi terzi (6), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1889/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 dwar l-istabbiliment ta’ strument ta’ finanzjament għall-promozzjoni tad-demokrazija u tad-drittijiet tal-bniedem madwar id-dinja (EIDHR) (7), |
— |
wara li kkunsidra l-ftehimiet kollha bejn l-UE u pajjiżi terzi u l-klawsoli dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija inklużi fihom, |
— |
wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-18 ta’ Mejju 2009 dwar l-appoġġ għall-governanza demokratika: lejn titjib tal-qafas tal-UE, |
— |
wara li kkunsidra t-tliet settijiet ta' konklużjonijiet tal-Kunsill: dawk tat-22 ta' Ottubru 2009 dwar l-appoġġ għad-demokrazija fir-relazzjonijiet esterni tal-UE, tat-13 ta' Diċembru 2010 dwar ir-rapport tal-progress 2010 u lista ta’ pajjiżi pilota u dawk tal-20 ta' Ġunju 2011 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat, |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni u mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-25 ta' Mejju 2011 'Risposti ġodda għal Viċinat fi trasformazzjoni' (COM(2011)0303), |
— |
wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta mill-Kummissjoni bit-titolu 'Sħubija għad-demokrazija u l-prosperità komuni fin-nofsinhar tal-Mediterran' (COM(2011)0200), |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat adottati fl-20 ta' Ġunju 2011, fit-3101 laqgħa tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Barranin dwar id-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija adottati fl-1 ta’ Diċembru 2011, fit-3130 laqgħa tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-istrumenti tematiċi u ġeografiċi finanzjarji tal-Kummissjoni rigward id-demokratizzazzjoni u d-drittijiet tal-bniedem (bħall-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR), u l-Istrument Ewropew ta' Viċinat u Sħubija (ENPI), eċċ.), |
— |
wara li kkunsidra l-ittra ta’ appoġġ għall-istabbiliment tal-EED mibgħuta lill-President tal-PE Jerzy Buzek u lir-Rappreżentant Għoli/Viċi President Catherine Ashton, bid-data tal-25 ta' Novembru 2011, |
— |
wara li kkunsidra l-Artikoli 121(3) u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A7-0061/2012), |
A. |
billi t-Trattati tal-Unjoni jħaddnu d-drittijiet universali tal-bniedem u d-demokrazija bħala valuri fundaturi tal-Unjoni u bħala prinċipji u objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni; |
B. |
billi l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistabbilixxi l-prinċipju tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, billi jiddikjara li l-Unjoni għandha fl-azzjonijiet kollha tagħha tfittex li telimina l-inugwaljanzi, u li tinkoraġixxi ugwaljanza, bejn l-irġiel u n-nisa; |
C. |
billi fl-Aġenda ta’ Azzjoni għall-Appoġġ tad-Demokrazija fir-Relazzjonijiet Esterni tal-UE, il-Kunsill afferma r-rieda tiegħu li jtejjeb il-koerenza u l-effikaċja tal-appoġġ tiegħu, iżda billi sar progress limitat f’dan is-sens; |
D. |
billi l-Parlament laqa' l-inizjattiva tal-istabbiliment tal-Fond Ewropew għad-Demokratizzazzjoni fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2011 dwar il-politiki esterni tal-UE favur id-Demokratizzazzjoni; |
E. |
billi l-istabbiliment tal-EED kien appoġġat fl-ittra mibgħuta lill-President tal-PE Jerzy Buzek u lir-RGħ/VP Catherine Ashton minn bosta difensuri magħrufa tad-drittijiet tal-bniedem inklużi r-rebbieħa tal-Premju Sakharov Aung San Suu Kyi u Alaksandr Milinkievic; |
F. |
billi l-UE u l-Istati Membri tagħha għadhom ma ttraduċewx f'azzjoni approċċ verament koerenti u strateġiku għall-kwistjonijiet ta' demokratizzazzjoni li jirrikonoxxi l-appoġġ għad-demokrazija bħala kwistjoni importanti fiha nfisha; |
G. |
billi n-nisa għandhom rwol ewlieni fil-proċessi ta’ demokratizzazzjoni u fis-suċċess ta' movimenti soċjali; |
H. |
billi l-avvenimenti tar-'Rebbiegħa Għarbija' wrew il-ħtieġa ta' impenn strateġiku urġenti min-naħa tal-UE ma' pajjiżi awtoritarji u ma' dawk li qed iħabirku għar-riformi demokratiċi, ibbażat fuq approċċ ġdid u differenti sabiex terġa' tkun stabbilita l-kredibilità u tingħata assistenza f’waqtha lill-proċess ta' tranżizzjoni għad-demokrazija; billi l-istabbiliment tad-Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija jista’ jkun wieħed mill-aktar risponsi tanġibbli mill-UE għall-isfidi tad-demokratizzazzjoni, fil-viċinat tagħna u lil hinn; |
I. |
billi l-avvenimenti reċenti fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani wrew li n-nisa huma atturi determinanti għall-bidla demokratika u li d-drittijiet tan-nisa jinkisru ta' sikwit, bin-nisa jitqiegħdu f’riskju akbar ta’ faqar u ta’ marġinalizzazzjoni fil-ħajja politika, soċjali u ekonomika ta’ pajjiżhom; |
J. |
billi l-irvelli fl-Afrika ta’ Fuq u fil-Lvant Nofsani jenfasizzaw l-urġenza li tkun indirizzata l-instabilità u r-reġimi mhux demokratiċi fil-viċinat tal-UE bħala rilevanti għas-sigurtà u l-istabilità proprja tal-Ewropa; |
K. |
billi l-approċċ imsaħħaħ għall-appoġġ tad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem żviluppa fil-kuntest tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u tal-Aġenda tal-UE għall-Bidla jeħtieġ li jkun akkumpanjat minn kapaċità ikbar għal reazzjoni kemm rapida u kemm konsistenti għall-iżviluppi li jikkonċernaw id-demokrazija u l-istat tad-dritt; |
L. |
billi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) jiffoka fuq miżuri urġenti fir-rigward tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jinsabu fil-periklu, inklużi ġurnalisti u figuri tal-oppożizzjoni, u fuq miżuri maħsuba għal perjodu ta' żmien itwal li jikkomplementaw l-istrumenti ġeografiċi eżistenti tal-UE; |
M. |
billi l-partiti politiċi, il-personalitajiet politiċi eminenti (bħad-dissidenti, il-figuri tal-oppożizzjoni, il-mexxejja ta' organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ), il-movimenti soċjali, ir-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, il-qasam kulturali u l-midja (eż: ġurnalisti, bloggers, attivisti tal-midja soċjali u artisti) b’aġenda ċara bl-għan tat-titjib tad-demokrazija għad għandhom rwol ċentrali f'kull demokrazija u proċess ta' demokratizzazzjoni; billi, minħabba nuqqas ta' riżorsi, mandat ristrett u proċeduri twal tal-EIDHR, l-appoġġ għal dawn l-atturi fil-passat kien limitat; |
N. |
billi l-Kunsill għall-Affarijiet Barranin appoġġa l-inizjattiva li tinħoloq Dotazzjoni Ewropea għad-Demokrazija (EED); billi l-ħidma miexja b’pass mgħaġġel lejn l-istabbiliment tagħha u hemm il-bżonn urġenti li jintlaħaq ftehim dwar l-aspetti operazzjonali; |
1. |
Jindirizza din ir-rakkomandazzjoni li ġejja lill-Kunsill, u jħeġġu biex:
|
2. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri. |
(1) Testi adottati, P7_TA(2011)0334.
(2) Testi adottati, P7_TA(2011)0576.
(3) Testi adottati, P7_TA(2011)0153.
(4) Testi adottati, P7_TA(2011)0154.
(5) Testi adottati, P7_TA(2010)0489.
(6) ĠU C 131 E, 5.6.2003, p. 147.
(7) ĠU L 386, 29.12.2006, p. 1.