Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0735

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi fl-UE: il-mudell Ewropew għall-Iskambju tal-Informazzjoni (EIXM)

    /* COM/2012/0735 final */

    52012DC0735

    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL It-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi fl-UE: il-mudell Ewropew għall-Iskambju tal-Informazzjoni (EIXM) /* COM/2012/0735 final */


    KOMUNIKAZZJONI TAL-KUMMISSJONI LILL-PARLAMENT EWROPEW U LILL-KUNSILL

    It-tisħiħ tal-kooperazzjoni għall-infurzar tal-liġi fl-UE: il-mudell Ewropew għall-Iskambju tal-Informazzjoni (EIXM)

    1.           Introduzzjoni

    L-iżgurar ta’ livell għoli ta' sigurtà fl-UE u fiż-żona Schengen jeħtieġ li n-netwerks kriminali jiġu ttrattati permezz ta’ azzjoni komuni Ewropea[1]. Din hija meħtieġa biex tiġi indirizzata mhux biss kriminalità serja u organizzata, bħat-traffikar tal-bnedmin, id-drogi illeċiti jew armi tan-nar, iżda wkoll reati anqas serji kommessi fuq skala kbira minn gruppi kriminali organizzati mobbli u reati mwettqa minn trasgressuri individwali mal-fruntieri kollha tal-Istati Membri.

    L-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-Istati Membri f'dan il-kuntest huwa għodda essenzjali għall-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi. Arranġamenti internazzjonali u bilaterali għalhekk ġew supplimentati minn strumenti u sistemi tal-UE, bħas-sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen u s-Sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol, b’salvagwardji intrinsiċi biex jipproteġu l-privatezza u d-dejta personali f'konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Din il-Komunikazzjoni tqis kif skambju ta' informazzjoni transkonfinali li jirriżulta fl-UE jaħdem illum, u jagħmel rakkomandazzjonijiet dwar kif jista’ jsir titjib.

    Hija tikkonkludi li l-iskambju tal-informazzjoni ġeneralment jiffunzjona sew, u eżempji ta’ riżultati sodisfaċenti huma mogħtija hawn taħt biex juru dan. F’dan l-istadju mhuma meħtieġa l-ebda bażijiet tad-dejta ġodda jew strumenti ta' skambju ta’ informazzjoni fuq livell tal-UE. Madankollu, l-istrumenti eżistenti tal-UE jistgħu u għandhom jiġu implimentati aħjar, u l-iskambji jeħtieġu li jiġu organizzati b’mod iktar konsistenti.

    Din il-Komunikazzjoni għalhekk b’mod xieraq tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet lill-Istati Membri dwar kif jistgħu jtejbu l-implimentazzjoni tal-istrumenti eżistenti u tissimplifika l-mod ta’ kif il-kanali ta’ komunikazzjoni jiġu użati. Din tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata dejta, sigurtà u protezzjoni ta’ kwalità għolja. Tispjega wkoll kif il-Kummissjoni se tipprovdi appoġġ, inkluż finanzjament u taħriġ, għall-Istati Membri. B’dan il-mod, din tipprovdi Mudell biex tiggwida l-UE u l-attività tal-Istati Membri.

    Din il-Komunikazzjoni twieġeb għall-istedina fil-Programm ta’ Stokkolma biex il-Kummissjoni tivvaluta l-ħtieġa ta' Mudell Ewropew għall-Iskambjar tal-Informazzjoni bbażati fuq evalwazzjoni ta’ strumenti eżistenti. Hija tkompli tibni fuq il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2010 li tagħti ħarsa ġenerali tal-ġestjoni tal-informazzjoni fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja (“2010 Ħarsa Ġenerali tal-Komunikazzjoni”)[2] u l-Istrateġija tal-UE għall-Ġestjoni tal-Informazzjoni għas-sigurtà interna miftiehma fl-2009[3], flimkien ma’ azzjonijiet meħuda mill-Istati Membri, il-Kummissjoni u l-Europol biex jimplimentawha (“Azzjonijiet tal-IMS”). Din tkompli tiġbed minn eżerċizzju ta’ mmappjar ta’ skambju ta' informazzjoni tal-UE li jinvolvi esperti nazzjonali u oħrajn (EDPS, l-aġenziji tal-UE, Interpol), studju fuq l-iskambju tal-informazzjoni fost l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi[4], u d-diskussjonijiet mal-partijiet interessati, fosthom l-awtoritajiet tal-protezzjoni tad-dejta.

    2.           Il-kuntest attwali

    L-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiskambjaw informazzjoni għal skopijiet differenti: għall-investigazzjoni kriminali, għall-prevenzjoni tal-kriminalità, għal kxif ta’ kriminalità (eż. bl-użu ta’ operazzjonijiet ta' intelliġenza kriminali) u biex jiżguraw l-ordni u s-sigurtà pubblika. Fir-rigward tal-iskala tal-iskambji transkonfinali, l-istudju msemmi hawn fuq mill-2010 rrapporta tweġibiet minn aġenziji fuq livell nazzjonali fl-Istati Membri li f'madwar ¼ tal-investigazzjonijiet tagħhom u operazzjonijiet ta' intelliġenza kriminali ntbagħtu talbiet lil Stati Membri tal-UE jew ta' Schengen oħrajn.

    2.1.        Strumenti

    Il-Ħarsa Ġenerali tal-2010 tal-miżuri ddeskriviet il-miżuri kollha fil-livell tal-UE li jirregolaw il-ġbir, iż-żamma u l-iskambju transkonfinali ta’ informazzjoni personali għall-iskop tal-infurzar tal-liġi jew tal-ġestjoni tal-migrazzjoni. Din il-Komunikazzjoni tiffoka fuq strumenti użati għal skambji transkonfinali bejn l-Istati Membri. Eżempji ta’ kif jintużaw strumenti ġew mogħtija mill-Istati Membri.

    L-Inizjattiva Svediża[5] tistabbilixxi regoli, fosthom l-iskadenzi, għall-iskambju ta' informazzjoni u intelliġenza bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri sabiex jitwettqu investigazzjonijiet kriminali jew operazzjonijiet ta' intelliġenza kriminali. Hija tapplika l-prinċipju ta’“ aċċess ekwivalenti”: l-informazzjoni trid tingħata fl-Istati Membri li jitlobuha b'kundizzjonijiet mhux aktar stretti minn dawk applikabbli fil-livell nazzjonali. L-informazzjoni għandha wkoll tiġi skambjata mal-Europol u l-Eurojust sakemm l-iskambju jirreferi għal reati fi ħdan il-mandat tagħhom.

    Fl-2012 kumpanija Svediża kienet mqarrqa minn frodista Taljan magħruf biex tħallas EUR 65 000 f’kont Taljan. Is-SPOC Svediż (ara 3.2 hawn taħt) irċieva talba mill-Italja, permezz tal-kanal SIRENE (ara hawn taħt), sabiex jikkuntattja d-direttur tal-kumpanija biex jiċċekkja jekk kienx sar il-pagament, f'liema każ l-Italja se tiffriża l-flus. L-Isvezja ħadet azzjoni u wieġbet bl-Inizjattiva Svediża f'inqas minn 24 siegħa. Minħabba din l-azzjoni rapida, il-pulizija Svediża rċeviet informazzjoni li kumpanija kienet vittma ta’ frodi u l-awtoritajiet Taljani kisbu l-informazzjoni meħtieġa biex jieħdu azzjoni u l-flus probabbilment se jiġu rkuprati.

    Fl-2012 fid-dipartiment tal-emerġenza ta’ sptar viċin Pariġi, raġel imwieled il-Belġju ta verżjonijiet imħawwdin ta' kif hu kien safa feriti serji ta’ sparatura. Id-dikjarazzjonijiet ta’ sieħbu ġibdu l-attenzjoni tal-investigaturi lejn atti possibbli fil-Belġju. L-ewwel stħarriġ wera li r-raġel kien magħruf fil-BE, inkluż għal qtil. L-awtoritajiet Franċiżi immedjatament bl-Inizjattiva Svediża bagħtu informazzjoni spontanja lill-pulizija Belġjana li malajr għamlet konnessjoni ma’ avvenimenti ta’ jumejn qabel fil-Belġju meta erbat irġiel armati kienu ħatfu impjegat ta’ ħanut tal-ġojjellerija. L-intervent tal-pulizija wassal biex l-irġiel jaħarbu; l-irġiel ħarbu, iżda wieħed ġie milqut f'skambju ta' nar mal-pulizija. Din l-informazzjoni wasslet lill-awtoritajiet Franċiżi biex ipoġġu r-raġel taħt sorveljanza sakemm jinħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew (MAE), li nħareġ fl-istess jum fil-Belġju u mogħti lil Franza permezz ta' SIRENE.

    Id-Deċiżjoni ta’ Prüm[6] tipprovdi għall-iskambju awtomatizzat ta' profili tad-DNA, marki tas-swaba' (FP) u dejta dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi (VRD) għall-investigazzjoni tar-reati kriminali (għal DNA, FP, VRD), tal-prevenzjoni ta’ reati kriminali (FP, VRD) u ż-żamma tas-sigurtà pubblika (VRD). It-tqabbil ta’ dejta bijometrika (DNA, FP) jaħdem fuq bażi ta' “tqabbil/nuqqas ta' tqabbil”: tqabbil awtomat jipproduċi ‘tqabbil’ anonimu jekk id-DNA jew FP dejta miżmuma mill-Istat Membru rikjedenti taqbel mad-dejta miżmuma minn Stat Membru ieħor. Id-dejta personali relatata jew tal-każ hija pprovduta biss b'reazzjoni għal talba ta’ segwitu separata.

    Raġel kien misjub minfud għall-mewt f'appartament f’belt Ġermaniż. Il-marki tas-swaba' nstabu fuq ix-xambrelli tal-bieb. Tiftix awtomatizzat Prüm wassal għal tqabbil fil-bażi tad-dejta Bulgara. Informazzjoni ta’ segwitu mitluba mill-Bulgarija l-ġurnata ta’ wara ġiet ippreżentata fi żmien tliet sigħat u immedjatament mdaħħla fis-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen (SIS – ara hawn taħt). Il-jum ta’ wara l-individwu kkonċernat ġie arrestat fl-Awstrija.

    Fl-2007, fil-bidu tal-iskambji Prüm, kien misruq tagħmir minn karozza tal-pulizija fi Vjenna. Traċċa tat-DNA mill-karozza tqabblet mal-bażi ta’ dejta Awstrijaka b’traċċa minn każ simili, iżda kien tqabbil tal-Prüm fil-bażi ta’ dejta Ġermaniża li wasslet għall-identifikazzjoni tal-ħalliel Pollakk. Ġie maħruġ MAE fl-Awstrija. Is-suspettat ġie arrestat fil-Polonja (minħabba tqabbil dwar twissija tas-SIS) u kien iżjed tard ikkundannat fl-Awstrija.

    Il-Europol jappoġġa l-azzjoni tal-Istati Membri u l-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata, it-terroriżmu u forom oħrajn ta’ kriminalità serja (kif elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Europol[7]) li tolqot żewġ Stati Membri jew aktar. Huwa jipprovdi pjattaforma għall-Istati Membri — permezz tal-Unitajiet Nazzjonali tal-Europol (“l-ENUs”) — li jagħmlu skambju ta' intelliġenza u informazzjoni. Is-sistema ta’ Informazzjoni tal-Europol hija bażi ta’ dejta ta’ informazzjoni (183 000 punt) pprovduta mill-Istati Membri dwar il-kriminalità transkonfinali fi ħdan il-mandat tal-Europol, l-individwi involuti (41 000) u dejta oħra relatata. Il-Europol tużaha għall-analiżi tiegħu u l-Istati Membri jistgħu jużawha għall-investigazzjonijiet. Mill-2011 l-Istati Membri jistgħu jinnominaw l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi minbarra l-ENUs biex jingħataw aċċess li jsir tiftix fuq bażi ta’ tqabbil/nuqqas ta’ tqabbil. Fajls ta’ analiżi ta’ xogħol jippermettu lill-Europol biex jipprovdu għall-analiżi operattiva biex jappoġġaw investigazzjonijiet transkonfinali.

    Karti ta’ pagament foloz kienu użati biex ikunu irtirati somom kbar ta’ flus kontanti minn distributuri awtomatiċi madwar is-Slovenja. Żewġ ċittadini Bulgari kienu qed jiġu investigati; l-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni Europol (EIS) wassal għal sejba li turi li wieħed minnhom kien ikkommetta reati simili fi Franza u l-Italja. Franza pprovdiet informazzjoni dettaljata fuq l-EIS. Minħabba t-tweġiba rapida minn Franza permezz ta’ SIENA (ara hawn taħt), segwita b'verifika tal-marki tas-swaba' u t-tneħħija tar-restrizzjoni ta’ mmaniġġar, l-awtoritajiet fis-Slovenja setgħu jużaw id-dejta bħala evidenza fil-qrati. Fajl ta’ analiżi ta’ ħidma tal-Europol żvela rabtiet bejn il-każijiet f’SI, BG, FR, IE, IT u NO.

    Is-Sistema ta’ Informazzjoni ta' Schengen (SIS) fiha allerti dwar persuni u oġġetti. Bħala miżura kumpensatorja għat-tneħħija tal-kontrolli interni fil-fruntieri, tista’ tiġi użata kemm fiż-żona ta’ Schengen u kemm fil-fruntieri esterni tagħha bil-għan li jinżamm livell għoli ta' sigurtà fiż-żona. Hija sistema fuq skala kbira (aktar minn 43 miljun twissija) aċċessibbli fuq bażi ta’ tqabbil/nuqqas ta’ tqabbil għal uffiċjali li jinsabu fuq quddiem. Wara t-tqabbil (jiġifieri d-dettalji ta’ persuna jew oġġett jaqblu mat-twissija), tista’ tinkiseb informazzjoni supplimentari permezz tal-Uffiċċji SIRENE (ara hawn taħt). Is-SIS se tkun sostitwita mis-SIS II, li se ġġib benefiċċji bħall-possibbiltà li jintrabtu ma’ allerti relatati (eż. allert dwar persuna u vettura), kategoriji ġodda ta’ twissijiet, u faċilità li jinżammu l-marki tas-swaba', ritratti u kopji ta' Mandati ta’ Arrest Ewropew. Is-SIS II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill[8] tiddefinixxi kategoriji ta’ twissijiet li jappoġġaw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija u dawk ġudizzjarji fi kwistjonijiet kriminali. Għal dawn, l-Istati Membri kollha tal-UE se jipparteċipaw fis-SIS II, filwaqt li l-Europol u l-Eurojust se jkomplu jkollhom aċċess. Il-ġestjoni ta' partijiet ċentrali tas-SIS II se tiġi trasferita lill-Aġenzija tal-IT[9].

    Strumenti oħrajn tal-UE jew sistemi tal-IT jipprovdu għal skambju ta’ informazzjoni tal-infurzar tal-liġi bejn awtoritajiet tad-dwana (il-Konvenzjoni Naples II; is-Sistema ta' Informazzjoni Doganali bħala parti mill-bażijiet ta’ dejta tas-Sistema ta' Informazzjoni għal Kontra l-Frodi mħaddma mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi – l-OLAF), Unitajiet tal-Intelligence Finanzjarja, Uffiċċji għall-Irkupru tal-Assi u Pjattaformi ta’ Twissija taċ-Ċiberkriminalità[10]. Qed jiġi pprovdut aċċess għall-infurzar tal-liġi għal sistemi oħrajn fuq skala kbira tal-UE (is-Sistema ta’ Informazzjoni dwar il-Viża) jew qed jiġi propost (EURODAC[11]) għall-prevenzjoni, l-iskoperta u l-investigazzjoni ta’ terroriżmu u reati serji oħra. Il-kwistjoni li jingħata aċċess għall-infurzar tal-liġi u, jekk isir hekk, b'liema kundizzjonijiet, hija wkoll parti mix-xogħol ta’ tħejjija li attwalment qed isir fid-dawl tal-proposta għal sistema ta’ Dħul/ta’ Ħruġ li se tiġi ppreżentata fi żmien qasir.

    Qed tiġi żviluppata Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (EUROSUR) għal skambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni operattiva bejn Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni u mal-Frontex biex ittejjeb l-għarfien sitwazzjonali u l-kapaċità tar-reazzjoni għall-prevenzjoni tal-migrazzjoni rregolari u l-kriminalità transkonfinali fil-fruntieri esterni tal-UE. Qed ikun żvilippat Ambjent Komuni għall-Iskambju ta’ Informazzjoni (CISE) għas-sorveljanza tad-dominju marittimu tal-UE li jimmira fost oħrajn biex jissaħħaħ l-għarfien tas-sitwazzjoni marittima sabiex jippermetti skambji ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi ta' seba’ setturi rilevanti (inkluż l-infurzar ġenerali tal-liġi) u bejn il-fruntieri filwaqt li jistabbilixxi l-interoperabbiltà bejn sistemi ta' sorveljanza eżistenti u futuri bħal EUROSUR.

    L-Istati Membri jiskambjaw ukoll informazzjoni skont il-liġijiet nazzjonali u ftehimiet bilaterali. Huma wkoll il-membri kollha tal-Interpol, li permezz tiegħu l-informazzjoni tista' tiġi skambjata ma’ pajjiżi fid-dinja kollha jew bis-saħħa ta’ avviżi u bażijiet ta’ dejta tal-Interpol (eż. Dokumenti tal-Ivvjaġġar Misruqa jew Mitlufa) jew bilateralment permezz tal-kanal tal-Interpol.

    2.2.        Kanali u għodod ta’ komunikazzjoni

    Tliet kanali ewlenin huma użati għall-iskambju ta’ informazzjoni transkonfinali, kull wieħed ibbażat fuq unitajiet nazzjonali f'kull Stat Membru li juża l-għodda ta' komunikazzjoni relatata:

    (1) L-Uffiċċji SIRENE[12] jistgħu, wara tqabbil dwar twissija fis-SIS, jiksbu informazzjoni supplementari mill-Istat Membru li jkun ħareġ it-twissija. Dawn joperaw 24/7 u jsegwu l-proċeduri fil-Manwal SIRENE. Bħalissa, huma jiskambjaw informazzjoni permezz ta’ sistema msejħa SISNET, li se tkun sostitwita minn netwerk ta’ komunikazzjoni tas-SIS II sal-aħħar ta' Marzu 2013.

    (2) L-unitajiet nazzjonali tal-Europol (ENUs) jiskambjaw informazzjoni mal-Europol. Huma jistgħu wkoll jiskambjaw informazzjoni bilateralment dwar il-kriminalità 'il barra mill-mandat tal-Europol u mingħajr ma jinvolvu l-Europol. L-ENUs jistgħu jiskambjaw l-informazzjoni direttament jew permezz tal-Uffiċjali ta’ Komunikazzjoni tal-Europol, li huma parti minn ENU iżda stazzjonati fil-Kwartieri Ġenerali tal-Europol. Għodda ta' komunikazzjoni sikura, SIENA[13], ġiet żviluppata mill-Europol għal skambji mal-Europol u bejn l-Istati Membri. Fl-2011, l-Istati Membri użaw SIENA għall-iskambju ta’ 222 000 messaġġ; fejn fi 53% ta’ dawk l-iskambji l-informazzjoni fil-messaġġ kienet kondiviża mal-Europol.

    (3) L-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, li joperaw 24/7, jiskambjaw informazzjoni mal-Interpol kif ukoll bilateralment mingħajr ma jinvolvu l-Interpol. L-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali jużaw l-istrument ta’ komunikazzjoni I-24/7 żviluppat mill-Interpol.

    Kanali oħrajn jinkludu l-Uffiċjali ta’ Komunikazzjoni bilaterali (stazzjonati fi Stati Membri oħrajn u li tipikament jintużaw f'każijiet aktar kumplessi) u ċentri ta' kooperazzjoni tal-pulizija u tad-dwana (mwaqqfa minn Stati Membri ġirien li jappoġġaw l-iskambju ta’ informazzjoni u kooperazzjoni operattiva f'żoni konfinali).

    L-għażla ta’ kanal hija parzjalment irregolata mil-liġi tal-UE: Talbiet tas-SIS għal informazzjoni supplimentari ta’ wara t-tqabbil iridu jsiru permezz tal-uffiċċji SIRENE, u l-iskambju ta’ informazzjoni mal-Europol permezz ta’ ENUs. Inkella l-għażla hija f'idejn l-Istati Membri.

    2.3.        L-interazzjoni tal-istrumenti differenti, kanali u għodod

    Teżisti diversità ta’ strumenti, kanali u għodod, kull wieħed u waħda mfassla għal skopijiet partikulari. Investigazzjoni kriminali paralleli jew sekwenzjali jistgħu jinvolvu l-użu ta’ aktar minn strument wieħed. F’każ transkonfinali serju jew ta’ kriminalità organizzata, persuna jew oġġett jista’ jiġi ċċekkjat kontra kemm is-sistema ta’ Informazzjoni Europol u s-SIS, u fejn ikun hemm "tqabbil", talbiet ta' segwitu jistgħu jsiru permezz tal-Europol jew tal-kanali SIRENE, rispettivament. Traċċa bijometrika tista’ tkun is-suġġett ta’ skambju Prüm segwit minn talba ta’ wara tqabbil mill-Inizjattiva Svediża bl-użu tal-għodda SIENA.

    Ikun xi jkun il-kombinament jew is-sekwenza, ir-regoli ta’ kull strument għandhom jiġu rispettati. Dawn jinkludu regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta, dwar is-sigurtà tad-dejta u l-kwalità, u fuq l-għan li l-istrumenti jistgħu jintużaw. Ipproċessar nazzjonali tad-dejta għal skambji transkonfinali għandhom ukoll jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali[14]. Il-proporzjonalità għandha tiġi rispettata, eż. it-talbiet jistgħu jiġu miċħuda bl-Inizjattiva Svediża jekk li tipprovdi informazzjoni tkun biċ-ċar sproporzjonata għall-għan tat-talba. Ir-rispett ta’ dawn ir-regoli jeħtieġ li t-talbiet u t-tweġibiet jiġu vvalidati minn persunal kwalifikat sew li jaħdmu ma’ għodod ta' informazzjoni xierqa.

    2.4.        Interfaċċa b'kooperazzjoni ġudizzjarja

    Il-proċess tal-ġustizzja kriminali jinvolvi kemm l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u dawk ġudizzjarji, iżda d-differenzi bejn l-Istati Membri jinkludu l-punt sa fejn investigazzjoni kriminali hija diretta jew sorveljata minn awtoritajiet ġudizzjarji (inklużi prosekuturi). Fejn l-awtoritajiet ġudizzjarji qegħdin fuq quddiem, kif ukoll fejn ikun hemm bżonn ta' informazzjoni bħala evidenza, il-proċeduri ta' kooperazzjoni ġudizzjarja ta’ assistenza legali reċiproka (MLA) huma tipikament meħtieġa.

    Barra minn hekk, informazzjoni direttament aċċessibbli għall-infurzar tal-liġi fi Stat Membru wieħed, jistgħu jinħtieġu awtorizzazzjoni ġudizzjarja f'ieħor. L-Inizjattiva Svediża teżiġi li meta informazzjoni mitluba teżiġi awtorizzazzjoni ġudizzjarja, l-awtorità tal-infurzar tal-liġi mitluba għandha tagħmel talba lill-awtorità ġudizzjarja li għandha tapplika l-istess regoli bħal f'każ purament intern.

    Madankollu, l-eżerċizzju ta’ ppjanar sab li esperti tal-infurzar tal-liġi jaraw ir-regoli differenti bħala sors ta’ dewmien f’investigazzjonijiet transkonfinali. Għalkemm ma jaqgħux fl-ambitu ta’ din il-Komunikazzjoni, wieħed jista' jinnota li l-Eurojust huwa disponibbli biex jiffaċilita l-kooperazzjoni ġudizzjarja. Ukoll rilevanti tkun Ordni ta' Investigazzjoni Ewropea, li bħalissa qed tiġi diskussa, li tista' tieħu post regoli eżistenti għall-ksib transkonfinali ta’ evidenza li timplimenta l-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku. Ikun meħtieġ li jiġu rikonoxxuti u eżegwiti bl-istess rapidità hekk kif għal kawża simili nazzjonali, u, fi kwalunkwe każ, fl-iskadenzi stipulati.

    2.5.        Prinċipji

    Fil-ħarsa ġenerali tagħha għall-2010 il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni stipulat prinċipji sostantivi u orjentati lejn il-proċess għall-iżvilupp ta’ inizjattivi ġodda u l-evalwazzjoni tal-istrumenti kurrenti.

    Il-prinċipji sostantivi huma:

    (1) Salvagwardjar tad-drittijiet fundamentali, b'mod partikolari d-dritt tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta. Dawn huma drittijiet skont l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

    (2) Neċessità. Restrizzjoni tad-dritt għall-privatezza tista’ tkun ġġustifikata biss jekk tkun legali, li ssegwi għan leġittimu u li tkun meħtieġa f'soċjetà demokratika.

    (3) Sussidjarjetà.

    (4) Ġestjoni tar-riskju preċiża. L-ittestjar tal-ħtieġa u limitazzjonijiet tal-iskop huma essenzjali.

    Il-prinċipji orjentati lejn il-proċess huma:

    (5) Kost-effettività. Dan jeħtieġ li jitqiesu soluzzjonijiet eżistenti inkunsiderazzjoni u jiġi valutat jekk l-għanijiet tal-proposta jistgħu jintlaħqu permezz ta’ użu aħjar tal-istrumenti eżistenti.

    (6) Politika mfassla minn isfel għal fuq Eżempju ta’ dan huwa eżerċizzju ta’ ppjanar li jinvolvi esperti fl-infurzar tal-liġi għat-tħejjija ta’ din il-Komunikazzjoni.

    (7) Allokazzjoni ċara tar-responsabbiltajiet. Il-Komunikazzjoni ta’ ħarsa ġenerali tal-2010 nnutat li l-Istati Membri ma kellhom l-ebda mexxej tal-proġett lejn min jirrikorru għal parir dwar l-implimentazzjoni Prüm. Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar Prüm jinnota kif dan l-iżbilanċ issa hu parzjalment mimli minn appoġġ fl-Europol. Rigward l-idea fil-Komunikazzjoni ta’ Ħarsa Ġenerali tal-2010 li l-Aġenzija tal-IT tista' tkun kapaċi tipprovdi parir tekniku, il-prijoritajiet kurrenti tal-Aġenzija jinsabu x'imkien ieħor. Okkażjoni għar-rikonsiderazzjoni ta’ dan se tkun l-evalwazzjoni ta’ tliet snin dovuta sa tmiem l-2015.

    (8) Klawżoli ta' reviżjoni u sunset Il-Kummissjoni ħarġet rapporti dwar l-Inizjattiva Svediża u Prüm. Din il-Komunikazzjoni tqishom.

    3.           Il-valutazzjoni u r-rakkomandazzjonijiet

    Din it-taqsima tiffoka fuq l-Inizjattiva Svediża, Prüm u l-kanal Europol. Għalkemm is-SIS u l-kanal SIRENE jammontaw għal volum għoli ta’ skambju ta' informazzjoni, ir-rakkomandazzjonijiet mhumiex ippreżentati fuq dawn minħabba li bidliet estensivi diġà bdew notevolment fiċ-ċaqliq li jmiss lejn is-SIS II.

    3.1.        Titjib fl-użu ta’ strumenti eżistenti

    Minbarra r-riforma li jmiss tal-Europol, il-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tipproponi emendi fuq żmien qasir għall-istrumenti tal-UE msemmija hawn fuq. U lanqas huma strumenti ġodda attwalment meħtieġa. L-ewwel nett, l-istrumenti eżistenti għandhom jiġu implimentati.

    Dan japplika partikolarment għal Prüm. Ir-Rapport Prüm tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-Komunikazzjoni tqis li l-iskambju tad-dejta Prüm huwa apprezzat ħafna għal investigazzjonijiet, iżda li l-implimentazzjoni hija serjament lura. Ħafna Stati Membri għadhom mhumiex qed jiskambjaw dejta taħt Prüm minkejja li l-iskadenza għat-traspożizzjoni kienet is-26 ta’ Awwissu 2011[15]. Ir-raġunijiet ewlenin huma ta’ natura teknika u minħabba nuqqas ta’ riżorsi umani u finanzjarji fl-Istati Membri. Madankollu, minħabba l-possibbiltajiet ta’ appoġġ tal-UE (finanzjament, it-Tim ta’ Kompetenza Mobbli, il-helpdesk), dak li jidher li jkun meħtieġ fuq kollox hija r-rieda politika li jimplimentaw. Kif dikjarat fir-rapport, il-Kummissjoni se tkompli tgħin billi toffri fondi tal-UE. Madankollu, il-kuntest se jinbidel f'Diċembru 2014 meta l-Kummissjoni se tkun tista’ tressaq proċedimenti ta' ksur. Regoli għall-kontroll tal-implimentazzjoni nazzjonali ma japplikawx sa dak iż-żmien, minħabba li Prüm, bħall-inizjattiva Svediża, ġie adottat taħt dak li qabel kien it-tielet pilastru.

    Hekk kif mal-Inizjattiva Svediża, il-Kummissjoni rrappurtat fl-2011 li l-istrument kienet għadu ma laħaqx il-potenzjal sħiħ tiegħu iżda li l-importanza tiegħu se tiżdied[16]. Dik il-valutazzjoni tibqa’ valida; mhux l-Istati Membri kollha għadhom ma implimentawhiex[17]. Ħafna mill-Istati Membri jkunu infurmaw li ttrasponewha fil-leġiżlazzjoni domestika tagħhom[18], filwaqt li xi wħud qalu li huma ma kellhomx ħtieġa li jittrasponuha hekk kif il-leġiżlazzjoni domestika tagħhom kienet diġà skont dan[19]. Madankollu, minkejja l-vantaġġi tagħha inkluż aċċess ekwivalenti għall-prinċipju u l-iskadenzi, hija fil-prattika għadha mhux użata ħafna. Raġunijiet mogħtija jinkludu li l-alternattivi huma kkunsidrati adegwati u li l-formola għal talba hija ineffiċjenti (anki fil-verżjoni simplifikata tagħha tal-2010[20]).

    Il-Kummissjoni ntalbet teżamina l-utilità għal talbiet tal-insegwiment Prüm ta’ wara t-tqabbil[21]. Fejn informazzjoni ta’ segwitu hija meħtieġa bħala prova quddiem qorti, normalment tintalab talba ta’ kooperazzjoni ġudizzjarja. Madankollu, fejn użu bħala evidenza mhuwiex jew għadu mhux meħtieġ, użu sistematiku tal-inizjattiva Svediża bħala bażi legali u SIENA bħala għodda ta’ komunikazzjoni għandu jiġi promoss sabiex isir użu sħiħ mill-vantaġġi għal kull wieħed minnhom u l-Istati Membri jiġu allinjati ma' sistema unika tal-aħjar prassi.

    Fir-rigward tal-Europol, evalwazzjoni tal-2012[22] ikkonfermat sejbiet oħra li l-Istati Membri mhux adegwatament jaqsmu l-informazzjoni mal-Europol (u b'hekk ma’ xulxin). Il-Kummissjoni se tindirizza din fi proposta biex temenda l-bażi legali tal-Europol. Min-naħa tiegħu, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri biex jagħmlu aktar użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni Europol[23].

    Skont il-programm ta’ Stokkolma, il-Kummissjoni ordnat studju dwar il-possibbiltà ta' Sistema ta’ Indiċi Ewropea tar-Rekords tal-Pulizija[24]. L-idea hija li nwieġbu għall-perċezzjoni tal-bżonn, meta wieħed iqis iż-żieda fin-natura transkonfinali tal-kriminalità, għal uffiċjal tal-pulizija fi Stat Membru wieħed biex ikun jaf jekk persuna suspettata tkunx magħrufa lill-pulizija f'ieħor. Skont il-prinċipju tal-kost-effettività, il-Kummissjoni tikkonsidra li l-ħolqien ta’ ambjent EPRIS bħalissa mhuwiex ġustifikat minħabba li l-istrumenti eżistenti u l-għodod, li jistgħu jservu dan il-għan parzjalment jew kompletament permezz ta’ titjib jew użu intensifikat, mhux qed jintużaw bis-sħiħ. Dan jikkonċerna b'mod partikolari s-Sistema ta' Informazzjoni tal-Europol (tqegħid ta’ dejta rilevanti u li testendi l-aċċess fil-livell nazzjonali), is-SIS II (użu dejjem ikbar ta’ allerti rilevanti dwar persuni jew vetturi rilevanti għal kontrolli għall-għanijiet ta’ prosekuzzjoni ta' reati kriminali u l-prevenzjoni ta’ theddid għas-sigurtà pubblika), SIENA (aktar żvilupp ta' aċċess fil-livell nazzjonali, l-interkonnessjoni mas-sistemi nazzjonali u l-awtomazzjoni ta’ kompiti fejn xieraq), u Prüm (l-implimentazzjoni sħiħa biex itejbu l-identifikazzjoni tal-kriminali li jaġixxu fi Stati Membri differenti).

    L-Istati Membri huma mistiedna biex:

    · Jimplimentaw bis-sħiħ l-inizjattiva Svediża, inkluż il-prinċipju ta’ aċċess ekwivalenti.

    · Jimplimentaw bis-sħiħ id-Deċiżjoni Prüm, bl-użu disponibbli tal-appoġġ tal-UE.

    · Għal talbiet tal-insegwiment ta’ wara t-tqabbil Prüm, jużaw l-inizjattiva Svediża u l-għodda SIENA.

    Il-Kummissjoni se:

    · Tkompli tipprovdi finanzjament tal-UE biex tappoġġa l-implimentazzjoni ta’ Prüm.

    · Sa Diċembru 2014: tħejji għall-applikazzjoni f'dan il-qasam tar-regoli għall-iżgurar tal-implimentazzjoni nazzjonali tal-liġi tal-UE.

    3.2.        Simplifikazzjoni u mmaniġġar tal-kanali

    L-għażla ta’ kanal. Riżultat wieħed tal-Istati Membri li jkollhom għażla libera ta' kanal (apparti mir-rekwiżiti legali relatati mal-Uffiċċji SIRENE u ENUs) huwa li huma jużaw kanali differenti f’livelli differenti. Il-Manwal ta’ Prattika Tajba dwar Unitajiet ta’ Kooperazzjoni Internazzjonali tal-Pulizija fuq Livell Nazzjonali (“il-Manwal tal-2008”)[25], imfassal taħt il-patronċinju tal-Kapijiet tal-Pulizija tal-UE, għandu l-kriterji[26], iżda dawn mhumiex vinkolanti u ma wasslu għall-konverġenza tal-prattiċi nazzjonali. Uħud mill-Istati Membri mxew lejn użu aktar sistematiku ta’ kanal Europol. Oħrajn ikomplu jiddependu ħafna fuq il-kanal tal-Interpol, il-punt pożittiv jidher li qiegħed parzjalment fir-rwol ċentrali tradizzjonali tiegħu f’kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija u parzjalment fl-użu faċli perċepit tiegħu. SISNET tintuża minn xi Stati Membri għal kwistjonijiet mhux relatati mas-SIS eż. talbiet tal-Inizjattiva Svediża.

    Il-Kummissjoni temmen li wasal iż-żmien fl-UE għal approċċ aktar koerenti, wieħed li jagħti l-kanal tal-Europol irwol ċentrali. Skont dan l-approċċ, fejn il-mezz ma jkunx legalment definit, il-kanal tal-Europol li juża l-għodda SIENA għandu jsir il-kanal awtomatiku sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal użu ta’ ieħor. Għalhekk, pereżempju, talbiet għal kooperazzjoni tal-pulizija attwalment magħmula bl-użu tas-SISNET (li se tagħlaq meta s-SIS II tibda topera[27]) fil-futur għandhom isiru bl-użu ta’ SIENA.

    Xi Stati Membri jiffavorixxu approċċ wiesgħa li jħalli flessibbiltà għall-użu ta’ kanali differenti. Il-Kummissjoni ma taqbilx. L-iżvilupp mill-Istati Membri kollha ta’ regoli nazzjonali dwar l-għażla ta' kanal u l-konverġenza tagħhom lejn approċċ singolu mqassam ikun aħjar mill-approċċ kurrenti mifrux. L-għażla tal-kanal Europol hi ġġustifikata mill-vantaġġi tiegħu. L-Uffiċjali ta’ Kollegament tal-Europol jistgħu jintalbu biex jintervjenu fejn meħtieġ. Is-SIENA jista’ jintuża għal skambji bilaterali diretti, iżda wkoll jiffaċilita l-qsim ta' tagħrif mal-Europol skont ir-rekwiżiti legali tad-Deċiżjoni Europol u l-Inizjattiva Svediża. Il-messaġġi SIENA huma strutturati, li jistgħu jittrattaw volumi kbar ta' dejta u jiġu skambjati b'livell għoli ta' sigurtà. Il-protezzjoni tad-dejta hija mtejba bl-iskambju ta’ informazzjoni b’għamla strutturata eż. bl-użu ta’ SIENA. L-approċċ issuġġerit huwa konformi bis-sħiħ il-proposta li jmiss tal-Kummissjoni għall-Europol riforma u mal-Kunsill Ewropew gwida strateġiċi fil-programm ta 'Stokkolma, li jiddikjaraw li “Europol għandu jsir ċentru għall-iskambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri, fornitur ta' servizzi u pjattaforma għas-servizzi tal-infurzar tal-liġi”.

    Il-ġestjoni tal-kanali. Punt Uniku ta’ Kuntatt (SPOC) huwa “punt ta' waqfa waħda” għall-kooperazzjoni internazzjonali tal-pulizija, li jopera 24/7, f'liema Stat Membru li jiġbor flimkien l-Uffiċċji SIRENE, l-ENU u l-Uffiċċji Ċentrali Nazzjonali tal-Interpol, u l-punti ta' kuntatt għal kanali oħra. Il-ħolqien minn kull Stat Membru ta’ SPOC (anki jekk dak it-terminu mhux dejjem kien użat) kien fl-2007 konklużjoni tat-tielet sensiela ta’ żjarat ta’ evalwazzjoni reċiproka[28] u rakkomandati mill-Istitut fil-Manwal tal-2008. Il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri għandhom dipartimenti ta’ kooperazzjoni internazzjonali bejn il-pulizija, iżda biss xi wħud minn dawn ikollhom il-karatteristiċi sħaħ ta' SPOCs. Fl-2012, il-Kunsill stieden lill-Istati Membri biex "jesploraw il-possibbiltajiet ta’ stabbiliment" ta’ SPOC[29]. Il-Kummissjoni tmur lil hinn aktar: biex ittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni dwar l-infurzar tal-liġi tal-UE kollha kemm hi, l-Istati Membri kollha għandhom jistabbilixxu SPOCs b'ċerti karatteristiċi minimi.

    Għal talbiet lil Stat Membru ieħor, li jġibu flimkien kanali differenti fi struttura organizzattiva waħda li ssegwi l-għażla nazzjonali tar-regoli ta’ kanal se jiżgura li l-għażla korretta u konsistenti ta’ kanal kif ukoll il-kwalità ta' talbiet. Il-kwalità hija żgurata permezz ta’ validazzjoni ta’ talbiet minn SPOCs li jikkonferma li huma meħtieġa u xierqa. Fejn l-informazzjoni ma tkunx skambjata permezz ta’ SPOC innifsu (eż. permezz ta’ Ċentri ta’ Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana (PCCCs) jew permezz ta’ aġenziji nazzjonali li jagħmlu skambji diretti li jużaw is-SIENA), SPOC jista’ jiżgura koordinazzjoni nazzjonali. Għal talbiet li deħlin, SPOCs għandu fejn legalment permissibbli, ikollu aċċess dirett għal bażijiet ta’ dejta nazzjonali biex iwieġeb għat-talbiet malajr, partikolarment bi skadenzi tal-Inizjattiva Svediża. Ir-regoli tal-Manwal SIRENE (eż. dwar is-sigurtà, sistemi tal-fluss tax-xogħol, il-kwalità tad-dejta u l-persunal) jistgħu jkunu bażi biex jiġu organizzati l-kanali kollha b’mod konsistenti. Il-qsim tar-riżorsi bħal persunal u l-infrastruttura jista’ jikkontribwixxi biex jiġu ffrankati l-ispejjeż jew mill-inqas użu aħjar tar-riżorsi.

    SPOCs għandu jinkludi l-aġenziji kollha tal-infurzar tal-liġi inklużi d-dwana. Għandha tiġi stabbilita kooperazzjoni bejn SPOCs u Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (ĊFN) għas-sorveljanza tal-fruntieri. Fejn kompatibbli mas-sistemi legali nazzjonali, għandhom jinħolqu rabtiet mal-awtoritajiet ġudizzjarji, b'mod partikolari fejn huma jissorveljaw investigazzjonijiet kriminali.

    Għadd dejjem jikber ta’ PCCCs[30] jiskambjaw informazzjoni b’suċċess fil-livell lokali u reġjonali. Konferenzi annwali fil-livell tal-UE jippermettu li esperjenzi jinqasmu u biex jiġu diskussi approċċi komuni. Għalkemm ġeneralment in-numru għoli ta’ skambji l-aktar ma jikkonċernawx il-kriminalità l-aktar serja u organizzata, waħda mill-isfidi hija li jiżgura li t-tagħrif f'każijiet rilevanti huwa mgħoddi sa livell nazzjonali (SPOC) u, fejn xieraq, lill-Europol. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni qiegħda tistenna b'ħerqa ir-riżultati ta’ proġett bi prova kurrenti (fil-qafas ta’ azzjoni IMS) bl-użu ta’ SIENA f’PCCC.

    Il-Pjattaforma għall-Iskambju tal-Informazzjoni hija azzjoni tal-IMS immexxija mill-Europol biex tiżviluppa portal komuni għal aċċess ta’ kanali u sistemi eżistenti, waqt li jirrispettaw is-sigurtà u r-regoli tal-protezzjoni tad-dejta tagħhom. Il-Kummissjoni tqis li hemm benefiċċji mill-iffaċilitar tal-użu tal-kanali u s-sistemi eżistenti, iżda li hemm bżonn ta’ valutazzjoni addizzjonali tal-ispejjeż/benefiċċji ta’ Pjattaforma għall-Iskambju tal-Informazzjoni, min se jipprovdi l-finanzjament, u kif il-proġett se jkun regolat. Din il-valutazzjoni għandha wkoll tinvolvi l-Aġenzija tal-IT[31].

    L-Istati Membri huma mistiedna biex:

    · Jużaw, għal skambji fejn il-kanal ma jkunx legalment definit, il-kanal tal-Europol li juża l-għodda SIENA bħala l-kanal awtomatiku, sakemm ma jkunx hemm raġunijiet speċifiċi għal użu ta’ ieħor.

    · Jiżviluppaw l-istruzzjonijiet nazzjonali għal għażla ta’ kanal.

    · B'mod partikolari, wara li s-SIS II tibda tkun operativa u tingħalaq is-SISNET, jużaw il-kanal tal-Europol u l-għodda SIENA għal skambji ta’ kooperazzjoni bejn il-pulizija li bħalissa jużaw is-SISNET.

    · Joħolqu, jekk mhux diġà eżistenti, Punt Uniku ta’ Kuntatt (SPOC) li jkopri kull kanal ewlieni, disponibbli 24/7, li jgħaqqad flimkien l-awtoritajiet kollha tal-infurzar tal-liġi, b'aċċess għal bażijiet tad-dejta nazzjonali.

    · Jiżguraw li l-informazzjoni skambjata permezz ta’ Ċentri ta' Kooperazzjoni tal-Pulizija u tad-Dwana hija fejn xieraq mogħtija sa livell nazzjonali, u fejn rilevanti lill-Europol.

    · Jistabbilixxu kooperazzjoni bejn SPOCs u l-EUROSUR NCCs.

    Il-Kunsill huwa mistieden biex:

    · Jemenda gwida fil-livell tal-UE biex jirrifletti l-għażla ta’ linji gwida ta’ kanal kif ssuġġerit hawn fuq.

    Il-Kummissjoni se:

    · Tipparteċipa fix-xogħol biex tivvaluta l-fattibbiltà ta’ Pjattaforma tal-Iskambju tal-Informazzjoni.

    3.3.        Tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta, tas-sigurtà u tal-protezzjoni

    Salvagwardji tal-protezzjoni tad-dejta fl-istrumenti eżistenti jridu jiġi osservati bir-reqqa. Skont il-proposta tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Jannar 2012 għal Direttiva li tapplika għall-ipproċessar nazzjonali ta' dejta personali għall-għanijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-ksib jew il-prosekuzzjoni ta’ reati kriminali[32], ir-regoli għall-protezzjoni tad-dejta fi strumenti eżistenti se jeħtieġu li jiġu riveduti sabiex jivvalutaw il-ħtieġa li tallinjahom mad-Direttiva.

    Livell għoli ta’ sigurtà ta’ dejta huwa meħtieġ biex jipproteġi l-integrità tad-dejta personali li tiġi skambjata u biex jiġi żgurat li l-Istati Membri jkollhom fiduċja fl-iskambju ta' informazzjoni. Katina hija b'saħħitha bħall-aktar ħolqa dgħajfa tagħha: L-Istati Membri u l-aġenziji tal-UE jridu jiżguraw li d-dejta tiġi skambjata fuq netwerks li għandhom sigurtà kbira. Il-proposta msemmija hawn fuq għal Direttiva fiha regoli dwar is-sigurtà tad-dejta[33], u fil-livell tal-UE hemm regoli dettaljati tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE[34].

    Livell għoli ta’ kwalità tad-dejta huwa ugwalment importanti. Il-“proċess tan-negozju”, jiġifieri kif jitwettaq fil-prattika l-iskambju ta’ informazzjoni, huwa relevanti f'dan il-kuntest. Aspett wieħed ta' dan huwa, fejn possibbli u xieraq, biex jiġu awtomatizzati ħidmiet speċifiċi. Pereżempju, it-tfassil ta’ talba għal informazzjoni minn Stat Membru ieħor jeħtieġ li terġa' tiddaħħal id-dejta rreġistrata f'sistema nazzjonali fl-għodda ta’ komunikazzjoni użata; meta dan isir manwalment hemm riskju li jiddaħħlu żbalji u jieħu ż-żmien. L-awtomazzjoni ta’ tali kompiti se jkun permess mill-UMF II[35], azzjoni oħra tal-IMS. Dan il-proġett iffinanzjat mill-UE mmexxi mill-Europol għandu l-għan li jiżviluppa standard għall-format ta’ messaġġi użati għal talbiet ta’ informazzjoni u biex jipprovdu tweġibiet. Dan jippermetti l-awtomazzjoni tat-trasferiment ta’ dejta bejn sistemi differenti, eż. fil-każ ta’ sistemi ta’ ġestjoni u SIENA. Kif ukoll in-nuqqas fl-ispejjeż potenzjali jew mill-inqas użu aħjar tar-riżorsi, il-benefiċċji mit-tneħħija tad-dħul mill-ġdid manwali ta’ dejta huma doppji. Dan jippermetti li persunal jintbagħat fuq kompiti ta’ validazzjoni. Barra minn hekk, bit-tnaqqis tal-iżbalji għall-ikkuppjar u l-iffaċilitar tal-iskambju ta' informazzjoni f'formati strutturati, jittejbu l-ġestjoni u l-ħarsien tad-dejta.

    L-awtomazzjoni ta’ kompiti ma jimplikax li kull uffiċjal tal-pulizija fl-UE għandu jkollu aċċess għal kull informazzjoni tal-pulizija fl-UE. L-iskambji jridu jkunu limitati għal dawk li huma neċessarji u xierqa, u jeħtieġu li jkunu ġestiti b'mod li jiżguraw li dawn jibqgħu f'dawk il-limiti. Tfittxijiet awtomatizzati, bħala mod biex jingħelbu problemi ta’ kapaċità, għalhekk jiffunzjona bl-istrumenti ta’ skambjar tal-informazzjoni eżistenti tal-UE dwar tqabbil/nuqqas ta’ tqabbil (eż. is-SIS, Prüm DNA u l-marki tas-swaba'), jew inkella huma limitati għal tipi definiti ta’ dejta (eż. id-dejta tar-reġistrazzjoni tal-vetturi Prüm). Ċerti kompiti ma jistgħux u ma għandhomx jiġu awtomatizzati, l-aktar fil-validazzjoni tat-talbiet u tat-tweġibiet. Dan huwa partikolarment importanti bl-Inizjattiva Svediża, li tirrikjedi li talbiet jkunu ġustifikati.

    Fl-aħħar nett, l-interoperabbiltà bejn sistemi nazzjonali differenti u strutturi amministrattivi jistgħu jrendu benefiċċji f’termini ta’ proċeduri konsistenti, b’ħinijiet ta’ reazzjoni iqsar, kwalità aħjar ta' dejta, u disinn u żvilupp simplifikat. Il-Qafas Ewropew għall-Interoperabilità[36] jidentifika erba’ livelli ta' interoperabbiltà: tekniċi, semantiċi, organizzattivi u legali. UMF II se jiżviluppa l-livell semantiku[37]. L-allinjament ma’ prattiki komuni (SPOCs, l-għażla ta’ kanal) se jippromwovi l-livell organizzattiv. Madankollu, informazzjoni tista’ biss qatt effettivament tkun skambjata u użata fejn permess bil-liġi.

    Il-Europol u l-Istati Membri huma mistiedna biex:

    · Ikomplu l-iżvilupp tal-Istandard UMF II.

    3.4.        Titjib fit-taħriġ u l-għarfien

    Biex uffiċjali tal-infurzar tal-liġi jkunu mgħarrfa bl-għarfien u l-ħiliet meħtieġa biex jikkooperaw b’mod effikaċi, il-Kummissjoni qed tipprepara Skema ta’ Taħriġ Ewropew għall-Infurzar tal-Liġi. L-eżerċizzju ta’ ppjanar wera li l-istrumenti ta’ skambjar tal-informazzjoni rilevanti tal-UE huma koperti fit-taħriġ tal-bidu tal-aġenziji tal-infurzar tal-liġi, iżda dan ma vvalutax il-kwalità tat-taħriġ. Uffiċjali speċjalizzati bħal dawk li jaħdmu f'taħriġ SPOCs jeħtieġu aktar taħriġ fil-fond. Skambji ta’ persunal ta' din ix-xorta huma wkoll rikonoxxuti[38] bħala ta’ benefiċċju u għandhom jiġu mħeġġa.

    L-Istati Membri huma mistiedna biex:

    · Jiżguraw li l-uffiċjali kollha tal-infurzar tal-liġi jirċievu taħriġ xieraq dwar l-iskambju transkonfinali tal-informazzjoni.

    · Jorganizzaw skambji ta’ persunal SPOC.

    Il-Kummissjoni se:

    · Tiżgura li Skema ta’ Taħriġ Ewropew għall-Infurzar tal-Liġi tinkludi taħriġ dwar skema ta’ skambju ta' informazzjoni transkonfinali.

    3.5.        Finanzjament

    Il-finanzjament tal-UE fil-Prevenzjoni u l-Ġlieda kontra l-Kriminalità (ISEC) ġie allokat għal proġetti ta’ skambju ta' informazzjoni bħal UMF II (EUR 830 000) u l-implimentazzjoni ta' Prüm (EUR 11,9 miljun). Il-Fond se jinbidel fl-2014-20 minn Fond għas-Sigurtà Interna tal-UE, li għalihom proġetti ta’ skambju ta’ informazzjoni tal-UE se jkunu eliġibbli wkoll.

    Parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna se tkun immaniġġata mill-Istati Membri permezz tal-hekk imsejjħa "ġestjoni konġunta" skont programmi pluriennali. Dawk il-programmi għandhom jikkunsidraw il-prijoritajiet ta’ skambju ta’ informazzjoni nazzjonali f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet f'din il-Komunikazzjoni. Il-Kummissjoni, b'mod parallel, se tikkunsidra kif partijiet tal-Fond għas-Sigurtà Interna fil-ġestjoni diretta tagħha jistgħu b'mod partikolari jappoġġaw proġetti bi prova, eż. b’aktar żvilupp ta’ UMF II.

    Fir-rigward tal-infiq stess tal-Istati Membri, rakkomandazzjonijiet oħrajn (SPOCs, UMF II) jistgħu kif indikat jikkontribwixxu biex jiġu ffrankati l-ispejjeż jew mill-inqas użu aħjar tar-riżorsi.

    L-Istati Membri huma mistiedna biex:

    · Jikkunsidraw il-prijoritajiet rilevanti għall-iskambju ta’ informazzjoni tal-programmi pluriennali nazzjonali fil-Fond tas-Sigurtà Interna tal-UE 2014-20.

    Il-Kummissjoni se:

    · Tinkludi politiki ta’ skambji ta’ informazzjoni fi djalogi ta’ programmazzjoni ISF mal-Istati Membri.

    · Tilqa’ proposti għal finanzjament diretti (il-Kummissjoni) ta’ proġetti bi prova rilevanti.

    3.6.        Statistika

    L-istatistika eżistenti, filwaqt li hi tajba f’ċerti oqsma (eż. SIS, SIENA), mhijiex komprensiva. Statistika aħjar se ttejjeb l-għarfien tal-użu tal-Inizjattiva Svediża (li għaliha huma magħrufa biss numri li ntbagħtu bl-użu ta’ SIENA) u Prüm.

    Il-ġbir tal-istatistika jista’ madankollu jirrikjedi ħafna riżorsi, partikolarment jekk ma jiġux involuti fil-fluss tax-xogħol normali. Għandhom jiġi evitati eżerċizzji ad hoc. Approċċ evoluzzjonarju huwa l-aħjar, li jibni fuq il-proċessi li nbdew diġà eż., kif deskritt fir-Rapport ta' Prüm, l-identifikazzjoni ta’ tqabbil Prüm li għen fl-investigazzjonijiet. Użu akbar ta’ SIENA għal talbiet tal-Inizjattiva Svediża, irrakkomandat hawn fuq, se jirriżulta biex iktar talbiet bħal dawn jiġu riflessi fl-istatistika SIENA.

    L-Istati Membri huma mistiedna biex:

    · Itejbu l-istatistika Prüm.

    4.           Konklużjonijiet

    It-titjib fl-iskambju transkonfinali tal-informazzjoni mhuwiex għan fih innifsu. L-għan huwa li tiġi indirizzata l-kriminalità b'mod aktar effettiv u b'hekk biex titnaqqas il-ħsara lill-vittmi u għall-ekonomija tal-UE.

    L-iskambju transkonfinali tal-informazzjoni ġeneralment jiffunzjona sew u, kif muri mill-eżempji mogħtija hawn fuq, jagħmel kontribuzzjoni importanti ħafna fil-ġlieda kontra l-kriminalità serja u transkonfinali fl-UE. Madankollu, hemm ambitu għat-titjib. Il-leġiżlazzjoni li ġiet miftiehma għandha tkun implimentata bis-sħiħ, mill-Istati Membri kollha. B’ħarsa lejn il-futur, l-Istati Membri għandhom b'mod partikolari kollha jikkonverġu lejn użu aktar sistematiku tal-kanal tal-Europol u jiżviluppaw kollha Punti Uniċi ta’ Kuntatt (SPOCs) komprensivi u nazzjonali.

    Min-naħa tagħha l-Kummissjoni se tkompli tirrevedi kif l-istrumenti huma implimentati u użati biex jipprovdu finanzjament tal-UE u biex iġibu flimkien l-aspetti differenti sabiex tiġi żgurata l-konsistenza. Il-Kummissjoni mhix hawnhekk tipproponi kwalunkwe strument ġdid. Jekk tagħmel hekk fil-futur, se ssegwi l-prinċipji sostantivi tal-Komunijazzjoni ta’ Ħarsa Ġenerali tal-2010: is-salvagwardja tad-drittijiet fundamentali, u l-iżgurar tan-neċessità, is-sussidjarjetà u l-ġestjoni preċiża ta’ riskju.

    Sforz qawwi għad hu meħtieġ biex jiġi żgurat li t-tagħrif rilevanti jinqasam fl-Europol sabiex tinħoloq stampa mal-UE kollha tal-kriminalità transkonfinali. Il-proposta li jmiss tal-Kummissjoni għar-riforma tal-Europol se tindirizza din il-ħtieġa. Madankollu, id-dispożizzjoni ta’ informazzjoni lill-Europol tista’ diġà tiġi ffaċilitata minn rakkomandazzjonijiet f’din il-Komunikazzjoni għal użu aktar sistematiku tal-kanal Europol u l-għodda tagħha ta’ komunikazzjoni sikura SIENA.

    Biex issegwi din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni se tkompli taħdem mal-Istati Membri fil-kuntest tal-istrateġija ta' Ġestjoni tal-Informazzjoni tal-UE għas-sigurtà interna, u tipproponi li l-Kunsill għandu jżomm dibattitu annwali tal-Kumitat għas-Sigurtà Interna tiegħu. Il-Kummissjoni tistieden ukoll lill-Parlament Ewropew biex jiddiskutu r-rakkomandazzjonijiet tiegħu, inkluż il-Kumitat Speċjali tiegħu dwar il-Kriminalità Organizzata, il-Korruzzjoni u l-Ħasil tal-Flus.

    [1]               L-Istrateġija tas-Sigurtà Interna tal-UE fl-Azzjoni, COM(2010) 673.

    [2]               COM(2010) 385.

    [3]               Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009, 16637/09.

    [4]               http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/documents/categories/studies/index_en.htm

    [5]               Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2006/960/ĠAI.

    [6]               Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/615/ĠAI.

    [7]               2009/371/ĠAI.

    [8]               2007/533/ĠAI.

    [9]               L-Aġenzija Ewropea għall-amministrazzjoni operattiva ta’ sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

    [10]             L-Istrateġija tas-Sigurtà Ċibernetika Ewropea li tmiss se tagħti l-opportunità biex issir valutazzjoni tal-ħtiġijiet futuri għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tas-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni u l-infurzar tal-liġi, eż. permezz taċ-Ċentru Ewropew taċ-Ċiberkriminalità.

    [11]             Bażijiet ta’ dejta tal-UE ta' marki tas-swaba’ ta' applikanti għal asil u dawk li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri b’mod irregolari.

    [12]             Talba għal Informazzjoni Supplimentari fil-Punti tad-Dħul Nazzjonali.

    [13]             L-Applikazzjoni tan-Netwerk ta' Skambju tal-Informazzjoni Sigur.

    [14]             Id-Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977.

    [15]             L-Istati Membri implimentaw li ġejjin: DNA: BG/CZ/DE/ES/EE/FR/CY/LV/LT/LU/HU/NL/AT/PT/RO/SI/SK/FI; FP: BG/CZ/DE/EE/ES/FR/CY/LT/LU/HU/NL/AT/SI/SK; VRD: BE/DE/ES/FR/LT/LU/NL/AT/PL/RO/SI/FI/SE. Għal aktar dettalji, ara r-Rapport Prüm.

    [16]             SEC(2011) 593.

    [17]             Dawn l-Istati Membri għad iridu jadottaw leġiżlazzjoni ta’ implimentazzjoni: BE/EL/IT/LU.

    [18]             BG/CZ/DK/DE/EE/ES/FR/CY/HU/LT/LV/NL/PL/PT/RO/SI/SK/FI/SE.

    [19]             IE/MT/AT/UK.

    [20]             9512/1/10.

    [21]             Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill u tas-27 u t-28 ta’ Ottubru 2011, 15277/11.

    [22]             https://www.europol.europa.eu/sites/default/files/publications/rand_evaluation_report.pdf

    [23]             Il-konklużjonijiet tal-Kunsill tas-7-8 ta’ Ġunju 2012.

    [24]             http://ec.europa.eu/dgs/home-affairs/e-library/documents/categories/studies/index_en.htm

    [25]             7968/08.

    [26]             Ripetuti fil-Linji Gwida dwar l-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Svediża, 9512/1/10.

    [27]             In-Netwerk ta’ Komunikazzjoni SIS II huwa legalment limitat għad-dejta tas-SIS II u informazzjoni supplimentari.

    [28]             13321/3/07.

    [29]             Il-Konklużjonijiet tal-Kunsill 7-8 ta’ Ġunju 2012, 10333/12.

    [30]             38 fi tmiem l-2011.

    [31]             L-Aġenzija Ewropea għall-amministrazzjoni operattiva ta’ sistemi ta’ teknoloġija tal-informatika fuq skala kbira fil-qasam tal-libertà, is-sigurtà u l-ġustizzja.

    [32]             COM(2012) 10.

    [33]             L-Artkoli minn 27 sa 29 tal-proposta.

    [34]             Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/292/UE.

    [35]             Il-Format Universali ta’ Messaġġ.

    [36]             COM(2010) 744.

    [37]             UMF II iqis xogħol ieħor fuq is-semantika, bħal mudelli ta’ dejta komuni li qed jiġu żviluppati bil-programm tal-UE dwar soluzzjonijiet ta’ interoperabbiltà għall-amministrazzjonijiet pubbliċi Ewropej.

    [38]             10333/12.

    Top