EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012DC0633

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI IT-23 RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL- FONDI STRUTTURALI (2011)

/* COM/2012/0633 final */

52012DC0633

RAPPORT MILL-KUMMISSJONI IT-23 RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL- FONDI STRUTTURALI (2011) /* COM/2012/0633 final */


RAPPORT MILL-KUMMISSJONI

IT-23 RAPPORT ANNWALI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL- FONDI STRUTTURALI (2011)

Dan ir-rapport huwa ppreżentat b’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali. Dan jkopri l-attivitajiet marbuta mal-għajnuna tal-Fondi Strutturali tal-2000-2006 matul l-2011.

1.           Introduzzjoni                                    

L-2011 kienet it-12-il sena li fiha l-programmi u l-proġetti tal-Fondi Strutturali għall-perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006 kienu implimentati. L-eżekuzzjoni sħiħa tal-baġit tal-2011 intlaħqet. F’termini ta' approprjazzjonijiet ta’ pagamenti, 100.0 % tar-riżorsi tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) intużaw.

Barra mill-implimentazzjoni tal-programmi u l-proġetti tal-Fondi Strutturali 2000-2006 u t-tħejjija tal-għeluq tagħhom, il-Kummissjoni kienet ukoll involuta fl-implimentazzjoni ta’ 434 programm (317 tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u, 117 tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE)[1] li jirrigwardaw il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013.

Ġie promoss il-qsim tal-esperjenza, notevolment permezz ta’ netwerks inter-reġjonali u urbani u l-konferenza "Reġjuni għall-Bidla Ekonomika: It-trawwim ta’ Tkabbir Intelliġenti u Sostenibbli fl-Ibliet u r-Reġjuni” fit-23-24 ta' Ġunju 2011. Matul din il-konferenza, tħabbru l-ħames (5) rebbieħa tal-iskema “RegioStars” tal-2011, wara għażla minn fost 66 applikazzjoni. L-għan tal-Premjijiet RegioStars huwa li jidentifika l-aħjar prassi fl-iżvilupp reġjonali u biex ikunu enfasizzati proġetti oriġinali u innovattivi li jistgħu jkunu attraenti u li jispiraw reġjuni oħra.

It-disa’ (9) edizzjoni tal-ĠRANET MIFTUĦA GĦALL-PUBBLIKU “Ġimgħa Ewropea tar-reġjuni u l-ibliet”, organizzata mill-Kummissjoni flimkien mal-Kumitat tar-Reġjuni, saret bejn l-4 u t-13 ta’ Ottubru 2011. Ġabet flimkien 5 700 persuna li jieħdu deċiżjonijiet lokali, reġjonali, nazzjonali u fuq livell Ewropew u esperti fil-qasam tal-iżvilupp reġjonali u lokali. L-avveniment hu opportunità ta’ kooperazzjoni u networking, ta’ qsim ta’ għarfien u esperjenza, u joffri possibbiltà lir-reġjuni u lill-ibliet biex juru l-kisbiet tagħhom. Dan joffri wkoll l-opportunità ideali biex jiġu evidenzjati s-sinerġiji bejn il-politika ta’ koeżjoni u politiki oħra tal-UE.

Il-Presidenza Pollakka organizzat konferenza ta’ jumejn (19-20 ta’ Ottubru 2011) dwar “Riformi katalisti – L-appoġġ tal-FSE għal governanza aħjar”. L-appoġġ għal tmexxija tajba nbeda fis-snin finanzjarji għall-perjodu 2000-2006; għan prijoritarju għall-perjodu finanzjarju 2007-2013 kien li din tisssaħħaħ u tkun implimentata.

Fis-17 ta’ Novembru 2011 ‘il fuq minn 200 mistieden minn 20 pajjiż Ewropew ipparteċipaw fil-medda tal-avvenimenti dwar il-Premju Ewropew għas-Settur Pubbliku (EPSA) 2011 organizzati f’Maastricht taħt l-awspiċi tal-Presidenza Pollakka. Kien hemm 274 applikazzjoni li ġejjin minn 32 pajjiż Ewropew u sebgħa (7) mill-istituzzjonijiet tal-UE. Fost dawn l-applikazzjonijiet, l-EIPA setgħet tidentifika bosta prattiki ta’ żvilupp ta’ kapaċità amministrattiva tajba, għadd minnhom jiġu kofinanzjati mill-azzjoni ta’ appoġġ ta’ FSE. L-EPSA tfittex li toħloq forum fejn l-istituzzjonijiet tas-settur pubbliku tal-Ewropa jistgħu jeċċellaw u jsiru eżempju lill-bqija tad-dinja.

2.           Analiżi tal-Implimentazzjoni

2.1.        L-Implimentazzjoni tal-Baġit

2.1.1.     FEŻR

L-eżekuzzjoni baġitarja

L-eżekuzzjoni baġitarja kienet iffukata fuq l-għeluq tal-programmi tal-2000-2006 fl-2011. L-aħħar dokumenti tal-għeluq waslu riċevuti f’Marzu minn dawk l-Istati Membri b'estensjoni tal-iskadenza għall-eliġibilità tagħhom. Ir-rata ġenerali tal-assorbiment laħqet 100 % jew EUR 1,457 miljun (inkluża assistenza teknika) rimborsati lill-programmi.

Il-Kummissjoni qiegħda tmexxi l-perjodi tal-programmazzjoni preċedenti u attwali b’mod parallel. Wara l-bidu kajman tal-programmi tal-2007-2013, is-sottomissjoni tat-talbiet għall-ħlas aċċellerat matul l-2011. Din ix-xejra flimkien mal-fatt li ħafna mill-programmi 2000-2006 kienu laħqu l-livell massimu ta’ 95 % għall-ħlasijiet interim wasslet għal trasferiment ta’ approporjazzjonijiet mill-perjodu 2000-2006 għall-perjodu 2007-2013. Dan ippermetta 100.0% tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta’ ħlas għall-Programmi tal-FEŻR ffinanzjati skont iż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni.

Il-ħlasijiet lill-għanijiet kollha kienu aktar baxxi milli oriġinarjament previsti, prinċipalment minħabba trasferiment tal-approprjazzjonijiet matul it-trasferiment globali biex isaħħu l-approprjazzjonijiet tal-2007-2013. Għall-Objettiv 1, tħallsu EUR 1,205 miljuni minflok EUR 1,838 miljun, għall-Objettiv 2, EUR 221 miljun minflok EUR 410 miljuni u għal Interreg EUR 16-il miljun minflok EUR 108 miljuni.

Ħlasijiet fl-2011 għall-programmi tal-2000-2006:

|| FAEGG || FEŻR || FSE || SFGS || Somma:

AT || || 14,394,959.85 || || || 14,394,959.85

BE || 5,254,566.66 || 1,014,831.52 || 14,544,488.07 || || 20,813,886.25

CB || || 15,403,515.36 || || || 15,403,515.36

CE || || 164,048.95 || || || 164,048.95

CY || || 1,401,140.35 || 1,186,299.92 || 170,953.65 || 2,758,393.92

CZ || 4,094,783.06 || || 21,148,761.57 || || 25,243,544.63

DE || 122,789,589.18 || 17,297,754.06 || 57,477,900.89 || || 197,565,244.13

DK || || || 3,541,889.88 || || 3,541,889.88

EE || 2,295,555.74 || || || || 2,295,555.74

ES || 73,787,602.49 || 172,807.37 || 77,731,182.47 || || 151,691,592.33

FI || 3,420,450.33 || 45,415,642.08 || || || 48,836,092.41

FR || 18,412,572.56 || 95,433,002.76 || 8,362,550.00 || || 122,208,125.32

GB || || 21,362,083.49 || 32,151,662.89 || 172,858.60 || 53,686,604.98

GR || 25,084,599.31 || 581,662,512.98 || || || 606,747,112.29

HU || || 60,190,178.63 || 9,650,823.51 || || 69,841,002.14

IE || 9,978,215.00 || || 44,856,572.31 || || 54,834,787.31

IT || 124,807,942.01 || 269,384,078.88 || 112,654,464.59 || 23,936.25 || 506,870,421.73

LT || 5,850,767.25 || || 24,481.07 || || 5,875,248.32

LV || 4,592,410.00 || || 6,367,098.00 || || 10,959,508.00

MT || 210,000.00 || 2,334,881.95 || 493,763.85 || 119,535.31 || 3,158,181.11

NL || 3,351,245.76 || 22,921,011.32 || 1,072,052.50 || || 27,344,309.58

PL || 55,988,004.63 || 643,191.12 || 28,620,387.05 || || 85,251,582.80

PT || 39,271,043.25 || 297,752,430.98 || 11,474,395.22 || || 348,497,869.45

RG || || 978,970.08 || || || 978,970.08

SE || || 9,619,354.82 || 2,922,846.29 || || 12,542,201.11

SI || 633,009.35 || || 2,760,201.06 || 89,052.00 || 3,482,262.41

SK || || 777,989.89 || || 91,453.25 || 869,443.14

Somma: || 499,822,356.58 || 1,458,324,386.44 || 437,041,821.14 || 667,789.06 || 2,395,856,353.22

Għeluq

Fl-2011, il-proċess tal-eżami  kompla għad-dokumenti tal-għeluq li waslu fl-2010. Il-bqija tad-dokumenti tal-għeluq ġew ippreżentati mill-Istati Membri f’Marzu 2011. Dan kien minħabba l-estensjoni ta’ 12-il xahar mogħtija mill-Kummissjoni għad-data finali ta' eliġibilità tan-nefqa għal xi programmi Griegi u l-programmi Transkonfinali.

Mit-379 programm, total ta’ 152 talba għall-pagament finali tħallsu fi tmiem l-2011 għall-valur ta’ EUR 1,457 miljun. Fuq dan kollu, 138 dikjarazzjoni ta’ għeluq (wuds) u 40 rapport finali kienu analizzati fl-2011.

Intbagħtet proposta għall-għeluq lill-Istati Membri għal 33 programm filwaqt li, sal-31 ta’ Diċembru 2011, intbagħtu 42 ittra tal-għeluq u ntlaħaq ftehim dwarhom. Ix-xogħol preparatorju mwettaq fl-2011 ħoloq bażi solida għal proċess effettiv tal-għeluq fl-2012, meta l-bqija tal-programmi jingħalqu.

Fir-rigward  tal-perjodu 2000-2006 kollu, tħallsu EUR 124,308 miljuni lill-Istati Membri sal-31 ta’ Diċembru 2011. Dan jirrappreżenta rata medja ta’ assorbiment ta’ 96 % għall-Istati Membri kollha tal-allokazzjoni ġenerali ta’ EUR 129,584 miljun. Il-pagamenti li fadal jikkonċernaw il-ħlas tal-bilanċi għall-għeluq tal-programmi.

RAL

Fi tmiem l-2011, l-impenji mis-snin preċedenti li ma sarux pagamenti tagħhom (RAL "reste à liquider") ammontaw għal EUR 4,856 miljun għall-FEŻR, imqabbla ma’ EUR 6,719 miljun fi tmiem l-2010. Dan jirrappreżenta 3.9 % tal-ammont totali impenjat għall-FEŻR. Hu ppjanat aktar tnaqqis tar-RAL bil-ħlas ta’ bilanċi finali fl-2012 u l-2013.

2.1.2.     FSE

Għall-perjodu 2000-2006, hemm 239 programm operattiv tal-FSE biex jingħalqu. Dokumenti tal-għeluq għal 239 programm kollha tressqu fil-ħin dovut u huma ammissibbli. Sa issa, 212 wuds u 214 rapport finali ġew aċċettati. Tlestew 84 fajl tal-għeluq li jirrappreżentaw ammont totali ta’ EUR 445 miljun.

Il-konsum tal-payment-credits matul l-2011 laħaq EUR 437 miljun.

It-total tal-impenji pendenti (RAL) fit-tmiem tal-2011 kien ta’ EUR 2,367 miljun (imqabbel ma’ EUR 3,004 miljuni fl-2010). Dan jirrappreżenta 3.46 % tal-impenji totali għall-perjodu 2000-2006.

Fi tmiem l-2011 tħallsu EUR 64,492 miljun għall-perjodu kollu lill-Istati Membri. Dan jirrappreżenta rata medja ta’ assorbiment ta’ 94.09 % għall-Istati Membri kollha tal-allokazzjoni ġenerali ta’ EUR 68,600 miljun.

Abbażi tar-riżultati tal-proċess tal-analiżi tal-għeluq, fl-2011 twettqu verifiki tal-għeluq immirati fuq wuds tal-programmi b’riskju għoli, sabiex tkun provduta assigurazzjoni addizzjonali biex ir-riskji li jifdal ma jaqbżux il-livell ta' materjalità.

2.1.3.     FAEGG 

L-ammont totali mħallas fl-2011 għall-programmi ta’ Gwida tal-FAEGG kien ta’ EUR 499.68 miljun, li minnhom EUR 8.8 miljun tħallsu minn dħul assenjat. Fl-aħħarnett, 90.2 % tal-approprjazzjonijiet disponibbli għall-2011 ġew użati għall-ħlasijiet.

L-implimentazzjoni tal-programmi 2000-2006 twettqet qabel l-2011. Fl-2011, il-Kummissjoni rċeviet d-dokumenti tal-għeluq għal sitt programmi li kien fadal (id-dokumenti tal-għeluq għal 148 minn 152 programm tal-RD kienu diġà intlaqgħu fl-2010) u ħadmet bla heda fuq l-għeluq tal-programmi. Minbarra 19-il programm diġà magħluqa fl-2010, il-Kummissjoni għalqet 75 programm oħra fl-2011. Barra minn hekk, ġie propost il-bilanċ finali għal 88 programm, li minnhom tħallas il-bilanċ parzjali għal 13-il programm.

L-impenji pendenti (RAL) tal-Gwida tal-FAEGG fi tmiem l-2011 ammontaw għal EUR 632.3 miljun, ekwivalenti għal 2.9 % tal-allokazzjoni totali 2000-2006. Dan l-ammont huwa EUR 551 miljun iktar baxx mill-EUR 1,183.3 miljun RAL fi tmiem l-2010.

2.1.4.     SFGS           

Ir-rata ġenerali tal-assorbiment għall-ħlasijiet kienet ta’ 29.03 %, b’EUR 0.7 miljun li tħallsu lill-Istati Membri.

Fir-rigward tal-livell tal-eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet tal-ħlasijiet, tħallsu EUR 0.5 miljun taħt l-Objettiv 1 u tħallsu EUR 0.2 fir-rigward ta’ oqsma oħra, barra l-Objettiv 1.

L-RAL totali għall-SFGS fi tmiem l-2011 laħqu l-EUR 295.7 miljun (meta mqabbel mal-EUR 296.44 miljun fl-2010). Dan jirrappreżenta 7.4 % tal-impenji totali għall-perjodu 2000-2006.

Għall-perjodu kollu, tħallsu EUR 3,640 miljun lill-Istati Membri sa tmiem l-2011. Dan jirrappreżenta rata medja ta’ assorbiment ta’ 92.5 % għall-Istati Membri kollha tal-allokazzjoni ġenerali ta’ EUR 3,935 miljun.

 3.          Konsistenza u Koordinazzjoni

3.1.        Konsistenza ma’ politiki oħrajn tal-UE

Ir-rapporti preċedenti iddeskrivew żviluppi rilevanti fir-rigward tal-iżgurar tal-konsistenza bejn il-politika ta' koeżjoni u prijoritajiet politiċi oħra tal-UE bħalma huma l-għanijiet tal-politika ta’ kompetizzjoni, tas-suq intern, tal-ambjent, tat-trasport u tal-ugwaljanza bejn is-sessi. Ma kienx hemm tibdiliet speċifiċi fir-rekwiżiti jew fl-aspettattivi dwar l-awtoritajiet tal-ġestjoni peress li l-programmi tal-2000-2006 daħlu fil-fażi ta’ għeluq.

3.2.        Koordinazzjoni tal-istrumenti

3.2.1.     Il-Fondi Strutturali u l-Fond ta’ Koeżjoni

Fl-2000-2006, il-25 Stat Membru kollha bbenefikaw mill-appoġġ tal-Fondi Strutturali, filwaqt li 13-il Stat Membru bbenefikaw ukoll mill-Fond ta’ Koeżjoni li jgħin lill-pajjiżi inqas għonja. Il-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Fondi Strutturali (b’mod partikolari l-FEŻR) ġew ikkoordinati bir-reqqa, kif ukoll fir-rigward tal-Fond ta’ Koeżjoni, biex tiġi evitata d-dupplikazzjoni fil-proġetti appoġġati.

3.2.2.     Il-Fondi Strutturali u l-Bank Ewropew tal-investiment (BEI)/il-Fond Ewropew għall-Investiment (FEI)

Matul il-perjodu 2000-2006 il-Kummissjoni u l-BEI u l-FEI saħħew il-kooperazzjoni tagħhom billi stabilixxew it-tliet inizjattivi JASPERS, JEREMIE u JESSICA. Dettalji dwar din il-kooperazzjoni ngħataw fir-rapporti preċedenti. Mindu l-perjodu ta’ implimentazzjoni għall-2000-2006 daħal fil-fażi ta’ għeluq fl-2010, ma hemm xejn partikolari x’jiġi rrappurtat.

4.           Evalwazzjonijiet     

Fl-2011, il-Kummissjoni kompliet twettaq evalwazzjonijiet biex tappoġġa t-teħid tad-deċiżjonijiet dwar kwistjonijiet tal-Fondi Strutturali. Iżda ħafna mill-evalwazzjonijiet tal-perjodu 2000-2006 tlestew fl-2010.

FEŻR           

L-evalwazzjonijiet mnedija fl-2011 u li bħalissa jinsabu għaddejjin:

-           Studju li jevalwa l-attivitajiet ta’ innovazzjoni, biex jiddetermina l-kwalità             tal-evalwazzjoni tal-innovazzjoni fl-Istati Membri, janalizza             il-vantaġġi u l-limitazzjonijiet tal-metodoloġiji disponibbli għall-valutazzjoni             ta’ tipi differenti ta’ attivitajiet ta’ innovazzjoni, imexxi serje ta’ studji skont il-każ             dwar l-evalwazzjonijiet ta’ kwalità tajba, u abbozz ta’ gwida             għall-awtoritajiet li jiġġestixxu biex jappoġġaw l-attivitajiet tal-evalwazzjoni tagħhom.

Il-provvediment ta’ gwida metodoloġika lill-Istati Membri jibqa’ kompitu importanti għall-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, ir-riżors onlajn u interattiv għall-evalwazzjoni tal-iżvilupp soċjo-ekonomiku EVALSED se jibqa’ jiġi aġġornat kontinwament, b’taqsima ġdida dwar l-evalwazzjoni bbażata fuq it-teorija li għaddejja bħalissa.

FSE  

Żewġ evalwazzjonijiet, li kienu diġà għaddejjin fl-2011, tlestew fl-2012. L-ewwel evalwat jekk il-kriżi ekonomika kellhiex impatt fuq l-infiq tal-FSE. It-tieni analizzat l-effikaċja u l-effiċjenza tan-nefqa tal-ESF fuq attivitajiet ta’ Tagħlim tul il-Ħajja. Iżda ż-żewġ evalwazzjonijiet ma jittrattawx il-perjodu 2000-2006.

FAEGG       

L-evalwazzjoni ex-post tal-programmi ta’ żvilupp rurali tal-2000-2006 baqgħet għadejja matul l-2011 u tlestiet matul l-ewwel kwart tal-2012. L-evalwazzjoni kkonkludiet li l-flessibbiltà ta’ adattament għall-varjetà tas-sitwazzjonijiet fl-Unjoni kollha, flimkien ma’ objettivi ddefiniti b’mod ċar u eliġibbiltà xierqa u kriterji tal-għażla biex tinżamm l-enfasi fuq l-għanijiet, huma kruċjali għas-suċċess tal-politika ta’ żvilup rurali. Fokus deliberu fuq is-sinerġija u l-kumplimentarjetà bejn il-miżuri tejbu l-effettività tal-politika. B’mod ġenerali, il-politika iġġenerat u/jew żammet l-impjiegi fiż-żoni rurali, appoġġjat id-dħul rurali, ikkontribwixxiet għaż-żamma u t-titjib tal-ambjent rurali u l-bijodiversità, u kkontribwixxiet għal titjib tal-kwalità tal-ħajja u s-sostenibbiltà tal-komunitajiet rurali.

5.           Kontrolli         

Informazzjoni ddettaljata dwar ir-riżultati tal-kontrolli hi disponibbli fir-Rapporti Annwali tal-Attività tad-Direttorati Ġenerali rispettivi[2].

5.1.        FEŻR           

Matul is-snin nbniet gradwalment l-assigurazzjoni fir-rigward tal-programmi tal-FEŻR tal-2000-2006. F’termini ta' kopertura, il-programmi verifikati mill-Awdituri tad-DĠ għall-Politika Reġjonali jirrappreżentaw 43 % tal-programmi nazzjonali u reġjonali f’termini ta’ numri u 76 % tal-kontribuzzjoni ppjanata tal-FEŻR. Fir-rigward tal-INTERREG, fl-2009-2010 ġiet konkluża inkjesta ta’ verifika separata li tnediet fl-2006 għal 23 programm eżaminati, li jirrappreżentaw 54 % tal-ammont impenjat.

Bi tħejjija għall-għeluq,  twettqet inkjesta preparatorja estensiva mill-2007 'l quddiem sabiex tirrevedi l-entitajiet tal-għeluq (wubs). L-għan kien li tkun verifikata ċ-ċertezza li tista’ tintrabat max-xogħol tal-għeluq tagħhom li jsostnu d-wuds; Fi kliem ieħor, biex ikunu vverifikati t-tħejjijiet tal-Istati Membri għall-għeluq u biex ikunu identifikati u jittaffu r-riskji relatati. L-għan kien li jiġi deċiż jekk ix-xogħol tal-verifika tal-korpi nazzjonali jistax ikun afdat bħala sors prinċipali ta’ assigurazzjoni għall-kumplament tal-perjodu ta’ programmazzjoni u jekk id-wud hux se jkun ibbażat fuq ix-xogħol tal-verifika adegwat, biex b’hekk isir sors affidabbli ta' assigurazzjoni fl-għeluq tal-programm. It-42 verifika mwettqa f’din l-inkjesta, flimkien ma’ missjonijiet tal-verifika mwettqa fuq il-WUB bħala parti mill-verifiki regolari tas-sistemi mibdija fl-2004, għamluha possibbli li jkunu koperti il-WUBs inkarigati minn madwar 85 % tal-ammont maqbul tal-programmi tal-2000-2006 fi tmiem l-2010.

Minħabba l-ammont sinifikanti tax-xogħol tal-verifika mwettaq mid-DĠ għall-Politika Reġjonali fil-programmi tal-2000-2006 matul is-snin ta’ qabel, u l-livell għoli ta' kopertura miksub minn dan ix-xogħol tal-verifika, il-ħidma tad-DĠ iffokat fuq żewġ xogħlijiet tal-verifika fl-għeluq:

1) kontrolli fuq il-post ta’ kampjun ta’ programmi permezz ta' inkjesta konġunta mad-DĠ għall-Impjiegi, l-Affarijiet Soċjali u l-Inklużjoni, id-DĠ għall-Agrikultura u l-Iżvilupp Rurali u d-DĠ għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd għall-għeluq tal-għajnuna mill-Fond Strutturali tal-2000-2006 fl-UE 25. Il-Memorandum tal-Pjanifikazzjoni tal-Inkjesta (EPM), żviluppat fl-2009, ikopri żewġ azzjonijiet:

i) xogħol tal-verifika fuq il-post biex jirrevedi l-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi tal-attivitajiet nazzjonali tal-verifika li jsostnu d-WUDs maħruġa mid-WUBs, inkluż wkoll ir-rendiment mill-ġdid ta’ kampjun ta' 8-10 fajls, u

ii) ix-xogħol tal-verifika biex jivvaluta l-aċċettabbiltà tad-dikjarazzjoni u tar-rapport mehmuż magħha (bħal t’hawn fuq).

Matul l-2010 u l-2011 id-DĠ għall-Politika Reġjonali wettaq 21 missjoni ta’ verifika fuq il-post skont  "L-għeluq tal-EPM tal-Għajunua tal-2000-2006 fl-UE 25” f’seba’ Stati Membri (CZ, DE, ES, IT, IE UK, SK) inklużi xi programmi INTERREG li jkopru kompletament jew parzjalment, 39 programm.

Dawn il-missjonijiet tal-verifika tal-għeluq ippermettew lid-DĠ tal-Politika Reġjonali li jindirizza r-riskji partikolari fl-għeluq (bħalma huma proġetti retrospettivi, l-akkwist pubbliku, it-trattament tal-irregolaritajiet, il-kalkolu tar-rata tal-iżball), u li jkun kapaċi jikkonkludi l-analiżi tad-WUDs, f’xi każijiet billi jipproponi korrezzjonijiet finanzjarji biex jagħmlu tajjeb għal nuqqasijiet fis-sistema mhux indirizzati biżżejjed jew rati tal-iżbalji mhux affidabbli rrappurtati fid-WUDs.

2) Analiżi tad-WUDs: Id-Direttorat tal-Verifika tad-DĠ għall-Politika Reġjonali eżamina t-379 WUD kollha sottomessi fl-għeluq tal-programm f’konformità mal-proċeduri interni adottati mid-DĠ għall-Politika Reġjonali fl-2009 sabiex tkun iddeterminata l-validità tat-talba għall-pagament finali. Din il-ħidma kienet ikkonċentrata b’mod partikolari fit-tieni nofs tal-2010 u l-2011 u sa nofs April l-2012 t-379 wuds kollha kienu evalwati. B’kollox, 336 (89 %) WUDs ġew aċċettati. Fir-rigward tal-43 (11 %) WUDs li fadal, id-DĠ għall-Politika Reġjonali lesta l-analiżi inizjali tiegħu u talab xogħol ta’ verifika addizzjonali jew aktar informazzjoni mill-Istati Membri in kwistjoni.

It-336 WUD aċċettati jikkonċernaw 15-il Stat Membru (AT, DK, EL, FI, FR, HU, CY, LV, LX, MT, NL, PL, SE, SK, SL). It-43 WUD li għadhom pendenti jikkonċernaw 11-il programm Taljan, tmienja (8) Spanjoli, ħamsa (5) Irlandiżi, erba’ (4) Ċeki, tlieta (3) Portugiżi, tlieta (3) Belġjani, ħames (5) programmi INTERREG, u programm kull wieħed għall-Estonja, il-Ġermanja, il-Litwanja u r-Renju Unit.

Il-WUBs kklassifikaw l-opinjonijiet tal-verifika tagħhom skont il-linji gwida dwar l-għeluq bħala: mhux ikkwalifikati (84 % tal-każijiet), ikkwalifikati (16 % tal-każijiet li jkopru 4 % tal-pagamenti intermedji), u l-ebda opinjoni fi tliet (3) każijiet. Ma ġew espressi l-ebda opinjonijiet negattivi jew ċaħdiet ta’ responsabilità għal xi programm. Bħala riżultat tal-eżami tad-WUDs mid-DĠ għall-Politika Reġjonali, id-DĠ ppropona korrezzjonijiet finanzjarji li jammontaw għal aktar minn EUR 1.3 biljun fil-konklużjonijiet tiegħu ta’ 147 WUD. Barra minn hekk, huwa probabbli li se jiġu proposti aktar korrezzjonijiet finanzjarji f’xi każijiet fejn xogħol ta’ verifika addizzjonali jew investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

5.2.        FSE              

Fl-2011, l-awdituri komplew l-eżami tal-WUDs mibgħuta fl-għeluq tal-programmi għal dawk il-programmi li għalihom l-iskadenza għas-sottomissjoni tad-dokumenti ta’ għeluq ġiet estiża għal 2011. Dan inkluda wkoll is-segwitu tat-talbiet għal informazzjoni addizzjonali.

Abbażi tar-riżultati tal-proċess tal-analiżi tal-għeluq, twettqu sitt (6) verifiki tal-għeluq fil-mira fl-2011, u tmienja (8) huma ppjanati fl-2012, dwar id-WUDs għal programmi b’riskju għoli, sabiex ikunu jistgħu jipprovdu assigurazzjoni addizzjonali li r-riskju li fadal ma jaqbiżx il-livell ta' materjalità. Fi ftit każijiet, din il-proċedura wasslet għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji riveduti. Fil-każijiet kollha osservati, inbdew proċeduri korrettivi.

Għall-perjodu 2000-2006, fl-2011 ġew deċiżi korrezzjonijiet finanzjarji għall-ammont ta’ EUR 8.6 miljun, li minnhom EUR 8.1 miljuni diġà ġew implimentati. Barra minn hekk, EUR 10.9 miljuni deċiżi fis-snin preċedenti kienu implimentati fl-2011.

5.3.        FAEGG

Fi tmiem l-2011, total ta’ 110 mill-152 programm kienu suġġetti għall-verifika (72.4 %), li jkopru EUR 21.8 biljun (96.9 %) tat-total tal-approprijazzjonijiet ta’ impenn. Total ta’ 46 programm ġew soġġetti għal verifika ta’ segwitu.

Sal-31 ta’ Diċembru 2011, ġie iffinalizzat l-eżami tad-WUDs sottomessi mill-Istati Membri  fir-rigward ta’ 146 programm, li jirrappreżentaw 96.1 % tan-numru totali ta' programmi. 

5.4.        SFGS                       

L-FIFG huwa fil-proċess tal-għeluq u ma kien hemm l-ebda verifiki ġodda tal-SFGS imwettqa fl-2011. Sa mill-bidu tal-perjodu tal-programmazzjoni tal-2000-2006, id-DĠ għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd, wettaq total ta’ 58 missjoni ta’ verifika li jkopru l-programmi kollha tiegħu minn fond wieħed (18-il programm li jirrappreżentaw kontribuzzjoni tal-baġit inizjali ta’ EUR 3 608.73 miljun - 87.4 % tal-baġit totali tal-2000-2006) kif ukoll 18-il programm minn fondi differenti li jirrappreżentaw kontribuzzjoni ta’ EUR 374.58 miljun - 9.2 % tat-total tal-baġit inizjali tal-2000-2006. B’kollox, is-sistemi ta’ verifika tad-DĠ għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd koprew programmi li jirrappreżentaw 96.6 % tal-kontribuzzjoni inizjali totali tal-iSFGS għall-2000-2006. Għall-programmi li għad fadal, l-assigurazzjoni tinkiseb minn xogħol ta’ verifika u/jew verifiki nazzjonali oħra tad-DĠ tal-Fondi Strutturali.

Għal 47 WUD, l-ewwel analiżi tlestiet; Għat-13 li fadal, l-analiżi għadha għaddejja. Mis-47 każ analizzat,  ġew aċċettati 16-il dikjarazzjoni. L-Istati Membri ntalbu li jipprovdu kjarifiki addizzjonali għall-kumplament tal-31 WUD li kienu “interrotti”: Id-DĠ għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd s’issa rċeva 27 tweġiba u analizza 14 minnhom. Għalhekk hemm 27 WUD (14 fl-ewwel stadju tal-analiżi, 13 fl-istadju ta’ wara l-interruzzjoni) li għadhom qed jiġu eżaminati.

5.5.        OLAF

Fl-2010, l-OLAF wettaq 29 missjoni fl-Istati Membri marbuta ma’ miżuri kofinanzjati mill-Fondi Strutturali. Matul dawn il-missjonijiet twettqu kontrolli fuq il-post[3] fuq 57 operatur ekonomiku u twettqu 18-il tip ta' missjoni oħra biex jiġbru t-tagħrif jew biex jgħinu lill-amministrazzjoni nazzjonali jew lill-awtoritajiet ġudizzjarji. L-istess kien il-każ fi snin preċedenti, problemi tipiċi identifikati mill-OLAF matul l-2011 kienu jinkludu dikjarazzjonijiet foloz, kontijiet foloz u nuqqas ta’ osservazzjoni tar-regoli ta’ akkwist pubbliku kif ukoll każijiet speċifikati ta’ konflitt ta’ interess f’ċerti proċeduri ta’ offerti.

Fl-2011, l-Istati Membri infurmaw lill-Kummissjoni, f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1681/94[4] 2 kif emendat[5] u r-Regolament (KE) Nru 1828/2006[6] kif emendat[7], b’madwar 3 816[8] notifika ta’ irregolaritajiet li jinvolvu EUR 1 177 biljun li jaffettwaw miżuri kofinanzjati tal-perjodi ta’ programmazzjoni tal-1994-1999, l-2000-2006 u l-2007-2013[9].

6.           Kumitati li Jgħinu lill-Kummissjoni                       

6.1.        Il-Kumitatat ta’ Koordinazzjoni tal-Fondi (COCOF) 

L-unika attività tal-COCOF fl-2011 dwar l-implimentazzjoni tal-perjodu 2000-2006 kienet il-preżentazzjoni ta’ analiżi tal-proċess tal-għeluq rigward il-programmi tal-2000-2006.

6.2.        Il-Kumitat tal-FSE

Fl-2011 kien hemm tliet Sessjonijiet Plenarji u ħames laqgħat tal-Grupp ta’ Ħidma Teknika. Il-Grupp ta’ Ħidma Teknika rreveda l-progress tal-proċess tal-għeluq tal-perjodu 2000-2006 fil-laqgħat kollha tiegħu fl-2011, u kien hemm preżentazzjoni dettaljata dwar it-tagħlimiet sottratti mill-proċess tal-għeluq.

6.3.        Il-Kumitat dwar l-Istrutturi Agrikoli u l-Iżvilupp Rurali (STAR)

              DĠ AGRI

Il-Kumitat tal-iSTAR iltaqa’ darbtejn fl-2011 biex jinforma dwar it-trattament finanzjarju li għandu jiġi applikat fin-nefqa ffinanzjata mit-Taqsima tal-Gwida tal-EAGGF f’ċerti każijiet ta' irregolarità. L-opinjoni tal-Kumitat ma kinitx meħtieġa.

6.4.        Il-Kumitat dwar l-Istrutturi għas-Sajd u l-Akkwakultura (CSFA)

DĠ MARE

Il-Kumitat dwar l-Istrutturi għas-Sajd u l-Akkwakultura (CSFA) iltaqa’ darbtejn fl-2011. Il-punt prinċipali diskuss fil-laqgħat kien l-għeluq tal-SFGS.

7.         Lista ta’ Proġetti Ewlenin li għalihom il-Fondi kkontribwew (il-perjodu 2000-2006)

CCI_MP || TITLE

1999NL053PR001 || Megabanenmarkt Amsterdam

2001ES161PR001 || Circumvalación de Las Palmas - Fase II et Fase III

2001ES161PR002 || Autovía: Albacete-Murcia-Tramo: Albacete-Venta del Olivo

2001ES161PR003 || Proyecto de la presa de la Brena II

2001ES161PR004 || Desaladora de Aqua Marina de Carbonera

2001ES161PR005 || Autovía A-49: Sevilla-Frontera portuguesa. Tramo: San Juan del Puerto-Enlace de Lepe

2001FR162PR001 || Port 2000 Le Havre

2001FR162PR002 || Route Nationale 106 (Languedoc-Roussillon)

2001FR162PR003 || Grand Projet ATMEL

2001PT161PR001 || Terminal de Regasificação de Gás Natural Liquefeito

2001PT161PR002 || Armazenagem subterrânea de gás natural no Carriço-Pombal

2001PT161PR003 || Linha do Douro - Remodelação do troço Cête-Caíde

2001PT161PR004 || IC 10 - Ponte sobre o Tejo em Santarém e acessos imediatos

2002DE161PR002 || Ausbau der Schienenstrecke Berlin - Frankfurt/Oder - Grenze Deutschland/Polen

2002DE161PR003 || Neubau der Bundesautobahn A 17 von Dresden (B 173) - Tschechische Republik

2002DE161PR004 || Neu- und Ausbau der A 113, B 96 und B 96a

2002DE161PR005 || Neubau der Bundesstrasse B 6n in den Abschnitten Wernigerode-Blankenburg und Quedlinburg-Bernburg

2002DE161PR006 || Neubau der Bundesautobahn A71 AD Oberrolingen (A 38) - AS Erfurt-Bindersleben

2002DE162PR001 || Design und Kulturstandort Zollverein

2002DE162PR002 || Propylen Pipeline

2002ES161PR001 || Gran Telescopio de Canarias

2002ES161PR002 || Ampliación de la Darsena de Escombreras en Cartagena

2002ES161PR003 || Ampliación del Puerto de Castellon

2002ES161PR004 || Autovía Ruta de la plata. CN-630-Construccion del tramo del Enlace de Gerena-Enlace de Camas

2002ES161PR005 || Autovía Ciudad Real-Atalaya de Canavate- Tramo: Enlace de Miguelturra - Enlace de Daimiel

2002ES161PR006 || Autovía de Castilla-La Mancha - Tramo: Abia de la Obispalia y Cuenca

2002ES161PR007 || Ampliación del Puerto de Ferrol (Puerto exterior)

2002ES161PR008 || Autovía A-381: Tramo: Jerez - Los Barrios, Provincia de Cadiz

2002ES161PR009 || Autovía de la Plata CN-630 de Gijón a Sevilla. Tramo: Plasencia (Sur) - Canaveral (Este)

2002ES161PR010 || Presa del Arenoso

2002ES161PR011 || Autovía A-92 Sur, Guadix-Almeria. Tramo: Hueneja-Interseccion N-340

2002ES161PR012 || Línea de alta velocidad entre Córdoba y Málaga

2002ES161PR013 || Autovía de Castilla. Tramo Martin de Yeltes-Ciudad Rodrigo

2002ES161PR014 || Planta de regasificación de gas natural licuado en la Isla de Gran Canaria

2002ES161PR015 || Impulsión de la IDAM de Carboneras

2002ES161PR016 || Glapilk, A.I.E.

2002ES161PR018 || Asturiana de Zinc, S.A.

2002ES161PR019 || Conexión Almanzora-Poniente Almenriense. Fase I: Tramo venta del podre Nijar en Almería

2002ES161PR020 || Autopista Santiago de Compostela-Ourense. Tramo: Santiago-Alto de Santo Domingo

2002ES161PR021 || Autovía del Cantábrico - Carretera Nacional 632, de Ribadesella a Luarca. Tramo: Grases (Villaviciosa) - Infanzón (Gijon)

2002ES161PR022 || Delphi Automotive System España, S.A.

2002ES161PR023 || Construcción del nuevo Hospital General Universitario de Murcia

2002ES161PR024 || Autovía del Cantábrico. Carretra Nacional 632, de Ribadesella a Luarca. Tramo: Soto del Barco-Muros de Naon

2002ES161PR025 || Conducción Jucar-Vinalopo

2002ES161PR026 || Autovía Alacant-Alcoit y Villena Ibi. Tramo: Rambla de Rambuchar-Catalla)

2002ES161PR027 || Maspalomas Resort S.L.

2002ES161PR028 || Dupont Ibérica, S.L.

2002ES161PR029 || Autovía de la Plata. Tramo: Valverde de la Virgen-Ardon

2002FR161PR001 || Déviation de Sainte-Marie (Ile de la Réunion)

2002FR162PR001 || Cap 'Découverte

2002FR162PR002 || Grande Halle d'Auvergne

2002FR162PR003 || ATMEL ROUSSET (Bouches du Rhône) Phase 3

2002FR162PR004 || Pikington-Glass France à Seingbouse

2002FR162PR005 || Tunnel du Lioran

2002IE161PR001 || Purchase of diesel railcars

2002IE161PR003 || N 8 Watergrasshill by-pass

2002IE161PR004 || N11 Rathnew-Ashford by-pass

2002IE161PR005 || N18 Hurlers cross by-pass

2002IE161PR006 || N22 Ballincollig by-pass

2003DE161PR002 || AMD Piesteritz

2003ES161PR001 || Nueva carretera de acceso al Puerto de Castellón

2003ES161PR002 || Fibras del Noreste S.A.

2003ES161PR003 || Biotenol Galicia S.A.

2003ES161PR004 || Autovía del Mediterráneo CN-240. Tramo: Nerja-Almuñécar

2003ES161PR005 || Autovía del Cantábrico. Carretera Nacional 632, de Ribadesella a Luarca. Tramo: Vegarrozadas-Soto del Barco

2003FR161PR001 || SEVELNORD

2003FR162PR001 || Lenglet

2003FR162PR002 || Éléctrification des lignes vosgiennes

2003FR162PR003 || Plate-forme multimodale Dourges 2ème phase

2003FR162PR004 || RCEA Limousin

2004IT161PR002 || IVECO-Ristrutturazione stabilimento di Foggia e nuovo Lab. di Ricerca

2005ES161PR007 || FIBRAS DEL NOROESTE

[1]               Ara l-Komunikazzjoni dwar ir-riżultati tan-negozjati dwar l-istrateġiji u l-programmi għall-perjodu ta’ programmazzzjoni 2007-2013.

[2]               Published at http://ec.europa.eu/atwork/synthesis/aar/index_en.htm

[3]               Ir-Regolament (KE) Nru 2185/1996, ĠU L 292, 15.10.1996, p. 2.

[4]               ĠU L 178, 12.07.1994, p. 43

[5]               Ir-Regolament (KE) Nru 2035/2005, ĠU L 328, 15.12.2005, p. 8.

[6]               ĠU L 371, 27.12.2006, p. 1.

[7]               Ir-Regolament (KE) Nru 846/2009, ĠU L 250, 23.09.2009, p.1.

[8]               2010: In-numru ta' każijiet ikkomunikati 6,910; l-ammont totali relatat mal-komunikazzjonijiet EUR 1 1546 billion.

[9]               Ara r-Rapport tal-Kummissjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-UE (COM (2012) 408 finali)

Top